This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021IR0433
Opinion of the European Committee of the Regions — Strategy to strengthen the application of the EU Charter of Fundamental Rights in the EU
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE
COR 2021/00433
ĠU C 440, 29.10.2021, pp. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 440/49 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE
(2021/C 440/09)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-Istrateġija l-ġdida biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, peress li tirrikonoxxi b’mod speċifiku r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala partijiet interessati ċentrali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-Karta; |
|
2. |
jappella għal involviment kontinwu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, livell fundamentali tal-leġittimità demokratika, fil-promozzjoni tal-valuri tal-Karta u fil-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipji assoċjati magħha; |
|
3. |
jaqbel li l-UE għandha tkompli tħeġġeġ l-iskambju ta’ prattika tajba u esperjenza bejn il-livelli kollha ta’ gvern (nazzjonali, reġjonali u lokali) u l-iżvilupp ta’ gwida u taħriġ aktar immirati dwar il-Karta; |
|
4. |
jenfasizza l-importanza tal-gwida mmirata biex tispjega għaliex id-drittijiet fundamentali huma importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, parzjalment billi tipprovdi eżempji ta’ kif l-awtoritajiet jistgħu jagħmlu użu mill-Karta tal-UE; |
|
5. |
iħeġġeġ il-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; |
|
6. |
jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfassal rapport annwali, mill-2021 ’il quddiem, dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-Istati Membri, u jappella lill-Kummissjoni tippreżenta fir-rapport il-prattiki tajbin u l-esperjenzi tal-bliet u r-reġjuni fl-applikazzjoni tal-Karta, b’enfasi fuq komunikazzjoni proattiva mal-bliet u r-reġjuni. Il-kooperazzjoni mal-KtR hija importanti hawnhekk; |
|
7. |
jinnota r-rwol importanti li l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom f’dan il-kuntest, u jimpenja ruħu li jżid il-kooperazzjoni tiegħu magħhom sabiex iżid l-għarfien u l-fehim tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-Karta tal-UE; |
|
8. |
jirrikonoxxi l-importanza li jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt u network li jiffaċilitaw il-fluss ta’ informazzjoni dwar il-Karta bejn il-livelli differenti ta’ gvern u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u jista’ jipprovdi wkoll gwida għall-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar kif ifasslu l-politiki tagħhom f’konformità sħiħa mal-Karta; |
|
9. |
jilqa’ l-fondi allokati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri biex jgħinu lill-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet ta’ interess komuni li jippermettu l-iskambju ta’ prattika tajba u biex jiżviluppaw networks ta’ bliet; |
|
10. |
jirrikonoxxi li l-Istati Membri kollha tal-UE jeħtieġ li jaħtru koordinaturi lokali b’dikjarazzjoni ċara tal-missjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Karta, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea; |
|
11. |
meta jitqies ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżgurar tal-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jemmen li l-parteċipazzjoni tal-KtR hija essenzjali fid-djalogu interistituzzjonali dwar il-Karta; |
|
12. |
jissottolinja li l-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq b’mod sistematiku kontroverifika mal-applikazzjoni tal-Karta qabel ma tagħti fondi tal-UE, bl-użu ta’ proċedura ċara u trasparenti. Il-konformità mal-Artikolu 2 tat-TUE, li jiġbor fih il-valuri tal-Unjoni, għandha tikkostitwixxi kondizzjonalità għall-eliġibbiltà għall-fondi tal-UE. Ir-Regolament (UE) 2020/2092 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (1) jfakkar li “Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti f’konformità mal-prinċipji ġenerali inkorporati fit-Trattati, b’mod partikolari l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE”. L-istess regolament jistipula li kull meta l-Istati Membri jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, ir-rispett għall-istat tad-dritt, li huwa intrinsikament marbut mar-rispett għad-demokrazija u għad-drittijiet fundamentali, “huwa prekondizzjoni essenzjali għall-konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba minquxa fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)”. |
|
13. |
jitlob li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiġi diskussa b’mod xieraq u għalhekk issir aktar magħrufa fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa (9 ta’ Mejju) u b’rabta mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, u jitlob lill-membri tiegħu jippromovu attivitajiet lokali li huma kompletament aċċessibbli u inklużivi, jispjegaw u jenfasizzaw l-importanza kbira tad-drittijiet fundamentali u tal-Karta Ewropea għad-demokraziji u ċ-ċittadini tagħna; |
|
14. |
jappoġġja bis-sħiħ l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali; |
|
15. |
jirrakkomanda li jitwaqqaf korp għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
16. |
jitlob li l-programmi mmirati lejn iż-żgħażagħ u t-tfal, bħal Euroscola, eTwinning, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, eċċ., jiffokaw b’mod permanenti fuq il-finanzjament ta’ azzjonijiet relatati mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali sabiex jedukawhom dwarha; |
|
17. |
jirrakkomanda wkoll li l-Unjoni Ewropea taderixxi mal-Karta Soċjali Ewropea sabiex tiżgura l-ogħla livell ta’ protezzjoni għad-drittijiet fundamentali kollha; |
|
18. |
jemmen li l-kisba tagħha se tikkostitwixxi pass importanti fit-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE fl-Unjoni Ewropea u, fl-istess ħin, li dan se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fir-rigward tal-isforzi tagħha biex id-drittijiet tal-bniedem ikunu komponent ewlieni tal-azzjoni esterna tagħha. |
Brussell, l-1 ta’ Lulju 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj