Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0699

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030 Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima

COM/2021/699 final

Brussell, 17.11.2021

COM(2021) 699 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030



Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima

{SWD(2021) 323 final}


1.Introduzzjoni

L-investiment fil-prevenzjoni u fir-restawr tad-degradazzjoni tal-ħamrija jagħmel sens ekonomiku tajjeb. Bħala l-akbar ekosistema terrestri tal-UE, ħamrija b’saħħitha ssostni ħafna setturi tal-ekonomija filwaqt li d-degradazzjoni tal-ħamrija qiegħda tiswa lill-UE diversi għexieren ta’ biljun euro fis-sena 11 . Il-prattiki ta’ ġestjoni li jsostnu u li jtejbu s-saħħa tal-ħamrija u l-bijodiversità jtejbu l-kosteffiċjenza u jillimitaw l-inputs (eż. pestiċidi, fertilizzanti) meħtieġa sabiex jinżammu r-rendimenti. It-twaqqif u t-treġġigħ lura tax-xejriet attwali tad-degradazzjoni tal-ħamrija jistgħu jiġġeneraw sa EUR 1,2 triljun fis-sena f’benefiċċji ekonomiċi globalment 12 . Il-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni dwar id-degradazzjoni tal-ħamrija, li jaqbeż il-kost tal-azzjoni b’fattur ta’ sitta fl-Ewropa 13 , imur lil hinn mill-kalkolu ekonomiku; dan mhux biss iwassal għal telf ta’ fertilità li jikkomprometti s-sigurtà alimentari globali, iżda jkollu wkoll impatt fuq il-kwalità tal-prodotti u l-valur nutrizzjonali tagħhom.

2.Viżjoni u objettivi: il-kisba ta’ saħħa tajba tal-ħamrija sal-2050

·Li tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni, jiġu rrestawrati l-art u l-ħamrija degradati, inkluż l-art affettwata mid-deżertifikazzjoni, min-nixfa u mill-għargħar, u li jsir sforz sabiex tinkiseb dinja newtrali għad-degradazzjoni tal-art (Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 15.3) 16 .

·Li jiġu rrestawrati ż-żoni sinifikanti ta’ ekosistemi degradati u rikki fil-karbonju, inkluża l-ħamrija 17 .

·Li tinkiseb tneħħija netta ta’ gassijiet serra fl-UE ta’ 310 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena għas-settur tal-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) 18 .

·Li jintlaħaq status ekoloġiku u kimiku tajjeb fl-ilmijiet tal-wiċċ u status kimiku u kwantitattiv tajjeb fl-ilma ta’ taħt l-art sal-2027 19 .

·Li jitnaqqas it-telf tan-nutrijenti b’mill-anqas 50 %, tal-użu ġenerali u tar-riskju ta’ pestiċidi kimiċi b’50 % u tal-użu ta’ pestiċidi aktar perikolużi b’50 % sal-2030 20 .

·Sar progress sinifikanti fir-rimedjar tas-siti kontaminati 21 .

·Li tintlaħaq il-mira tal-ebda teħid tal-art nett 22   23 .

·Jenħtieġ li t-tniġġis tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ekosistemi naturali u li jirrispettaw il-konfini li l-pjaneta tagħna tista’ tlaħħaq magħhom, u b’hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi 24 .

·Li tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima 25 u, bħala l-ewwel pass, li jkun hemm l-għan li tinkiseb newtralità klimatika bbażata fuq l-art fl-UE sal-2035 26 .

·Il-kisba ta’ soċjetà reżiljenti għall-klima għall-UE, adattata bis-sħiħ għall-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima sal-2050 27 .

·tipprovdi produzzjoni tal-ikel u tal-bijomassa, inkluż fl-agrikoltura u fil-forestrija;

·tassorbi, taħżen u tiffiltra l-ilma u tittrasforma n-nutrijenti u s-sustanzi, u b’hekk tipproteġi l-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art;

·tipprovdi l-bażi għall-ħajja u l-bijodiversità, inklużi l-ħabitats, l-ispeċijiet u l-ġeni;

·taġixxi bħala riżerva tal-karbonju;

·tipprovdi pjattaforma fiżika u servizzi kulturali għall-bnedmin u l-attivitajiet tagħhom;

·taġixxi bħala sors ta’ materja prima;

·tikkostitwixxi arkivju tal-wirt ġeoloġiku, ġeomorfoloġiku u arkeoloġiku.

3.Il-ħamrija bħala soluzzjoni ewlenija għall-isfidi l-kbar tagħna

3.1.Il-ħamrija għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih 

·Il-ħamrija organika (inklużi t-torbieri) għandha kontenut għoli ta’ karbonju ta’ aktar minn 20 % f’piż xott u tkopri 8 % tal-UE 34 . It-torbieri huma artijiet mistagħdra terrestri li fihom il-kundizzjonijiet mifqugħa bl-ilma jipprevjenu li l-materjal tal-pjanti jiddekomponi kompletament. L-iskular tat-torbiera fil-kategoriji kollha tal-art fl-Ewropa jarmi madwar 5 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. L-emissjonijiet minn ħamrija organika kkultivata għadhom ma naqsux b’mod sinifikanti minħabba l-kontinwazzjoni ta’ prattiki dannużi ta’ kultivazzjoni. Madankollu, ir-restawr ta’ ħamrija organika skulata waħdu jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 mill-art, li jġib miegħu bosta benefiċċji sekondarji, għan-natura, għall-bijodiversità u għall-protezzjoni tal-ilma 35 .

·Il-ħamrija minerali għandha kontenut ta’ karbonju ta’ anqas minn 20 %, għalkemm b’mod aktar ġenerali huwa anqas minn 5 %. Kull sena l-ħamrija minerali taħt ir-raba’ qiegħda titlef madwar 7,4 miljun tunnellata ta’ karbonju 36 , li huwa kkawżat fost l-oħrajn minn prattiki ta’ biedja mhux sostenibbli. Madankollu, dik ir-riżerva ta’ karbonju hija l-“kont bankarju” tal-bdiewa u tal-forestiera f’termini ta’ kapital naturali. Huwa essenzjali li dan ma jitnaqqasx, peress li l-kontenut tal-karbonju huwa l-bażi għall-bijodiversità, is-saħħa u l-fertilità tal-ħamrija. Barra minn hekk, is-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija minerali, filwaqt li jiddependi mit-tip ta’ ħamrija u mill-kundizzjonijiet klimatiċi, huwa metodu kosteffettiv ta’ mitigazzjoni tal-emissjonijiet b’potenzjal sinifikanti li jiġu sekwestrati bejn 11 u 38 MtCO2eq kull sena fl-Ewropa 37 jekk tiġi applikata firxa ta’ prattiki ta’ ġestjoni li diġà ġew identifikati fuq skala akbar fir-raba’ li jinħadem. Ħafna minn dawn il-prattiki huma kosteffettivi 38 . Il-forestiera wkoll għandhom opportunitajiet sinifikanti għal miżuri li fl-istess ħin itejbu l-produttività tal-foresti, il-funzjoni tal-bir tal-karbonju u l-proprjetajiet ta’ ħamrija b’saħħitha. Is-settur bankarju u finanzjarju huwa dejjem aktar interessat li jinvesti f’dawk il-bdiewa li japplikaw prattiki sostenibbli u jżidu l-karbonju fil-ħamrija, kif ukoll li joħolqu inċentivi bbażati fuq is-suq għall-ħżin tal-karbonju. Hemm evidenza li l-biedja tal-karbonju tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-isforzi tal-UE sabiex tindirizza t-tibdil fil-klima iżda ġġib magħha wkoll kobenefiċċji oħra bħal aktar bijodiversità u l-preżervazzjoni tal-ekosistemi 39 .

·Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt, tikkunsidra li tipproponi objettivi legalment vinkolanti fil-kuntest tal-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura, sabiex tillimita d-drenaġġ tal-artijiet mistagħdra u tal-ħamrija organika u sabiex jiġu rrestawrati t-torbieri ġestiti u skulati, sabiex jinżammu u jiżdiedu l-istokkijiet tal-karbonju fil-ħamrija, jiġu mminimizzati r-riskji ta’ għargħar u ta’ nixfa, u tittejjeb il-bijodiversità, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet ta’ dawn l-objettivi għal inizjattivi futuri tal-biedja tal-karbonju u għal sistemi ta’ produzzjoni agrikola u tal-forestrija. Barra minn hekk, l-UE hija impenjata li tipproteġi l-artijiet mistagħdra u t-torbieri f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

·Tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-istat tat-torbieri fil-kuntest tal-Inizjattiva Globali dwar it-Torbieri ospitata mill-FAO u mill-UNEP 40 .

·Il-Kummissjoni se tikkunsidra miżuri, possibbilment fil-kuntest tal-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura, sabiex ittejjeb il-bijodiversità fl-art agrikola li tikkontribwixxi għall-konservazzjoni u ż-żieda tal-karbonju organiku fil-ħamrija (SOC),

·Li tissieħeb fl-inizjattiva internazzjonali “4 għal kull 1000” sabiex iżżid il-karbonju fil-ħamrija fl-art agrikola 41 .

·Li tiżviluppa viżjoni fit-tul għaċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli (inklużi l-qbid, il-ħżin, u l-użu tas-CO2) f’ekonomija tal-UE newtrali għall-klima. Bħala parti minn dan, fl-2021 il-Kummissjoni se tipprovdi komunikazzjoni dwar ir-restawr ta’ ċikli tal-karbonju sostenibbli, u fl-2022 se tippreżenta l-inizjattiva tal-UE dwar is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola u proposta leġiżlattiva dwar iċ-ċertifikazzjoni tat-tneħħija tal-karbonju sabiex tippromwovi mudell ġdid ta’ negozju ekoloġiku li jippremja lill-maniġers tal-art, bħall-bdiewa u l-forestiera għal prattiki li ma jagħmlux ħsara lill-klima 42 .

3.2. Il-ħamrija u l-ekonomija ċirkolari

3.2.1.Użu sikur, sostenibbli u ċirkolari ta’ ħamrija skavata 

·Tinvestiga l-flussi ta’ ħamrija skavata ġġenerata, trattata u użata mill-ġdid fl-UE, u se tagħmel referenza għas-sitwazzjoni tas-suq fl-Istati Membri sal-2023. Dan jenħtieġ li jagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fl-UE.

·Bħala parti mill-iżvilupp tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija, se tivvaluta l-ħtieġa u l-potenzjal għal dispożizzjonijiet legalment vinkolanti għal “passaport għall-ħamrija skavata”, u se tipprovdi gwida, abbażi tal-esperjenzi tal-Istati Membri, sabiex tiġi stabbilita sistema bħal din. Il-passaport jenħtieġ li jirrifletti l-kwantità u l-kwalità tal-ħamrija skavata sabiex jiġi żgurat li din tiġi ttrasportata, trattata jew użata mill-ġdid b’mod sikur bnadi oħra. 

3.2.2.Il-limitazzjoni tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija b’użu ċirkolari tal-art

·Sal-2023, jistabbilixxu l-miri nazzjonali, reġjonali u lokali ambizzjużi tagħhom stess sabiex inaqqsu t-teħid nett tal-art sal-2030 sabiex jagħtu kontribut li jista’ jitkejjel għall-mira tal-UE tal-2050, u jirrapportaw dwar il-progress.

·Jintegraw il-“ġerarkija tat-teħid tal-art” fil-Pjanijiet tagħhom għall-Ekoloġizzazzjoni Urbana 53 , u jagħtu prijorità lill-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-art u lil ħamrija urbana ta’ kwalità fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, permezz ta’ inizjattivi regolatorji xierqa u billi jiġu eliminati gradwalment l-inċentivi finanzjarji li jmorru kontra din il-ġerarkija, bħal benefiċċji fiskali lokali għall-konverżjoni tal-art agrikola jew naturali f’ambjent mibni.

·Tipprovdi definizzjoni tat-teħid tal-art nett fil-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija.

·Bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija, tikkunsidra dispożizzjonijiet sabiex l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-progress fl-ilħuq tal-miri tagħhom dwar it-teħid tal-art

·Bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija, tikkunsidra l-għażliet għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-progress lejn il-miri tal-ebda teħid tal-art nett u l-implimentazzjoni tal-ġerarkija tat-teħid tal-art abbażi tad-data rrapportata mill-Istati Membri.

·Tipprovdi gwida lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-kumpaniji privati dwar kif inaqqsu l-issiġillar tal-ħamrija, inklużi l-aħjar prattiki għal inizjattivi xprunati lokalment għat-tneħħija tal-issiġillar tal-uċuħ artifiċjali sabiex il-ħamrija titħalla tieħu n-nifs, b’reviżjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-Issiġillar tal-Ħamrija sal-2024 54 . Trawwem skambju tal-aħjar prattiki, filwaqt li tibni fuq l-esperjenzi mill-Istati Membri jew mir-reġjuni li għandhom sistemi ta’ ppjanar spazjali li jindirizzaw b’suċċess l-isfida tat-teħid tal-art bil-ħsieb li tiġi żviluppata metodoloġija komuni 55 .

3.2.3.L-għeluq taċ-ċiklu tan-nutrijenti u tal-karbonju

3.3. Il-bijodiversità tal-ħamrija għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti

·Turi r-rwol ewlieni globali tagħha fil-bini tal-għarfien dwar il-bijodiversità tal-ħamrija billi, sal-2022, se tippubblika l-ewwel valutazzjoni tal-bijodiversità tal-ħamrija tal-UE u tal-ġeni ta’ reżistenza antimikrobika fil-ħamrija agrikola taħt reġimi ta’ ġestjoni differenti (permezz tal-Ħamrija LUCAS).

·Tivvaluta r-riskju ta’ aktar speċijiet aljeni tad-dudu ċatt għall-inklużjoni potenzjali tagħhom fil-lista ta’ “speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni”, f’konformità mar-Regolament dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi 66 .

·Tistinka għal koerenza aħjar u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn il-Konvenzjonijiet ta’ Rio u tistinka għal qafas globali tal-bijodiversità ta’ wara l-2020 li jirrikonoxxi l-importanza tal-bijodiversità tal-ħamrija, li jsaħħaħ l-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija sabiex jiġu ssalvagwardjati s-servizzi tal-ekosistema (jiġifieri bil-promozzjoni tal-agroekoloġija u prattiki oħra li jirrispettaw il-bijodiversità) u li jintegra l-preżervazzjoni u r-restawr tal-ħamrija f’miri u indikaturi differenti.

·Tikkontribwixxi b’mod attiv għall-adozzjoni mill-15-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika 67 tal-pjan ta’ azzjoni għall-2020 sal-2030 għall-Inizjattiva Internazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Użu Sostenibbli tal-Bijodiversità tal-Ħamrija u l-pjan ta’ azzjoni aġġornat u għall-implimentazzjoni sussegwenti tiegħu.

·Iżżid l-isforzi fl-immappjar, fil-valutazzjoni, fil-protezzjoni u fir-restawr tal-bijodiversità tal-ħamrija u tappoġġa l-istabbiliment tal-Osservatorju Globali tal-Bijodiversità tal-Ħamrija kif propost mis-Sħubija Globali dwar il-Ħamrija tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) 68 .

3.4. Ħamrija għal riżorsi tal-ilma tajbin għas-saħħa 

4.Il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija u tal-art u r-restawr ta’ ħamrija b’saħħitha

4.1. Il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija ssir normalità ġdida

·Bħala parti mil-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija, u fil-kuntest ta’ valutazzjoni tal-impatt, tivvaluta r-rekwiżiti għall-użu sostenibbli tal-ħamrija sabiex il-kapaċità tagħha li tipprovdi s-servizzi tal-ekosistema ma tiġix imfixkla, inkluż l-għażla li jiġu stabbiliti rekwiżiti legali.

·Tħejji, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, sett ta’ prattiki ta’ “ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija”, inkluża l-biedja riġenerattiva f’konformità mal-prinċipji agroekoloġiċi, adattati għall-varjabbiltà wiesgħa tal-ekosistemi u tat-tipi ta’ ħamrija, u tidentifika l-prattiki ta’ ġestjoni mhux sostenibbli tal-ħamrija.

·Tipprovdi assistenza lill-Istati Membri sabiex permezz tal-fondi nazzjonali jistabbilixxu “ITTESTJA L-ĦAMRIJA TIEGĦEK BLA ĦLAS”. 

·Toħloq, mal-Istati Membri, network ta’ eċċellenza tal-prattikanti, u network inklużiv ta’ ambaxxaturi tal-SSM, inkluż dwar l-agrikoltura riġenerattiva u organika, billi tgħaqqad lill-partijiet ikkonċernati lil hinn mill-akkademiċi u l-atturi agrikoli. Għal dan, huma se jibnu fuq ix-xogħol ta’ Living Labs and Lighthouses tal-Missjoni “A Soil Deal for Europe” (Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa) (ara t-Taqsima 5.3).

·Fil-kuntest tal-PAK u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tkompli xxerred soluzzjonijiet ta’ suċċess fil-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u tan-nutrijenti, inkluż permezz tan-networks rurali nazzjonali tal-programm tal-iżvilupp rurali, tas-servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli u l-AKIS, u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikoli (EIP-AGRI).

·Il-promozzjoni tal-SSM permezz ta’ impenji volontarji bejn l-atturi fis-sistema tal-ikel skont il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar Prattiki Responsabbli tan-Negozju tal-Ikel u l-Kummerċjalizzazzjoni.

·Tagħti valur lill-kisbiet eċċezzjonali u lill-inizjattivi innovattivi dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-komunità tal-biedja, bħal pereżempju permezz tal-Premju Ewropew għall-Ħamrija tas-Sidien tal-Art 79 .

·Tkompli tappoġġa s-Sħubija Globali dwar il-Ħamrija fil-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija madwar id-dinja.

·Tipproponi qafas leġiżlattiv għal sistema tal-ikel sostenibbli tal-UE sal-2023, kif indikat fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt.

·Jinkludu kif xieraq fil-programmi tagħhom skont il-politika ta’ koeżjoni tal-UE, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, filwaqt li jużaw bis-sħiħ il-gwida tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet 80 .

·Jiżguraw il-kontribut qawwi tal-PAK għaż-żamma u t-titjib tas-saħħa tal-ħamrija, f’konformità mal-analiżi tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Dan irid jinkiseb, fost l-oħrajn, billi jiġu adottati pjanijiet strateġiċi ambizzjużi tal-PAK li jkun fihom interventi suffiċjenti skont l-arkitettura ekoloġika 81 , wara r-rakkomandazzjonijiet tal-PAK tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi l-gwida meħtieġa u tivvaluta l-kontribut u l-konsistenza ta’ dawn il-pjanijiet lejn il-miri tal-Patt Ekoloġiku.

·Jistabbilixxu fil-livell xieraq l-inizjattiva “ITTESTJA L-ĦAMRIJA TIEGĦEK BLA ĦLAS”.

4.2. Il-prevenzjoni tad-deżertifikazzjoni

·Tistabbilixxi metodoloġija u indikaturi rilevanti, li jibdew mit-tliet indikaturi tal-UNCCD, sabiex tiġi vvalutata l-firxa tad-deżertifikazzjoni u tad-degradazzjoni tal-art fl-UE.

·Tipproponi lill-Istati Membri sabiex jiddikjaraw lill-UE bħala affettwata mid-deżertifikazzjoni skont il-UNCCD u tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri jipparteċipaw fil-Programm ta’ Stabbiliment tal-Miri tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Newtralità fir-rigward tad-Degradazzjoni tal-Art (LDN).

·Appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), tippubblika informazzjoni kull ħames snin dwar l-istat tad-degradazzjoni tal-art u d-deżertifikazzjoni fl-UE.

·Tkompli tappoġġa inizjattivi ewlenin bħall-inizjattiva Great Green Wall 89 , Regreening Africa 90 , u tagħti għajnuna dwar kwistjonijiet tal-art/ħamrija fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

·Jadottaw, f’konformità mal-azzjonijiet previsti fl-istrateġija tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima 91 , miżuri xierqa fit-tul għall-prevenzjoni u għall-mitigazzjoni tad-degradazzjoni, b’mod partikolari billi jnaqqsu l-użu tal-ilma u jadattaw l-għelejjel għad-disponibbiltà lokali tal-ilma, flimkien ma’ użu usa’ tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa u l-applikazzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija.

4.3. Il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ħamrija  

·Tirrevedi d-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi 94 u se tevalwa d-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ sal-2022.

·Ittejjeb u tarmonizza l-kunsiderazzjoni tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità tal-ħamrija fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-UE għas-sustanzi kimiċi, għall-addittivi tal-ikel u tal-għalf, għall-pestiċidi, għall-fertilizzanti, eċċ. Se tagħmel dan taħt l-inizjattiva “sustanza waħda valutazzjoni waħda” u f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), mal-EEA, il-JRC u l-Istati Membri.

·Tirrestrinġi l-mikroplastiċi użati intenzjonalment skont ir-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u tiżviluppa miżuri dwar ir-rilaxx mhux intenzjonat ta’ mikroplastiċi sal-2022. Wara l-bidu tal-proċess ta’ restrizzjoni minn xi Stati Membri, il-Kummissjoni se tħejji restrizzjoni skont ir-REACH dwar l-użi mhux essenzjali kollha tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS), li tipprevjeni l-emissjonijiet tagħhom fl-ambjent inkluża l-ħamrija, u se tiżviluppa wkoll qafas ta’ politika dwar il-plastik b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli sal-2022.

·Sa Lulju tal-2024, se tadotta kriterji ta’ bijodegradabbiltà għal ċerti polimeri, bħal aġenti tal-kisi u films tal-mulch agrikolu skont ir-Regolament tal-UE dwar il-Prodotti Fertilizzanti. Il-limiti ta’ kontaminanti għall-prodotti fertilizzanti tal-UE se jiġu rieżaminati sa Lulju tal-2026 bħala parti mir-rieżami ġenerali ta’ dak ir-regolament.

4.4.Ir-restawr ta’ ħamrija degradata u r-rimedjar ta’ siti kkontaminati

Ħamrija degradata tkun tilfet parzjalment jew kompletament il-kapaċità tagħha li tipprovdi l-funzjonijiet u s-servizzi multipli tagħha. F’xi każijiet, ir-rikors għal ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija jippermetti lill-ħamrija tistabbilixxi mill-ġdid kundizzjoni b’saħħitha, li twassal għal irkupru sħiħ wara xi snin (eż. f’każ ta’ telf ta’ karbonju u bijodiversità jew ta’ kompattazzjoni u erożjoni tas-saff fertili ta’ fuq). F’każijiet oħra, huma meħtieġa miżuri attivi ta’ restawr sabiex xi drabi jkun hemm biss irkupru parzjali (eż. għal ħamrija ssiġillata, deżertifikata, salinizzata jew aċidifikata). Fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2030, il-Kummissjoni ħabbret proposta fl-2021 għal miri legalment vinkolanti tal-UE għar-restawr tan-natura sabiex isir restawr tal-ekosistemi degradati, b’mod partikolari dawk bl-aktar potenzjal li jaqbdu u li jaħżnu l-karbonju u sabiex jiġi evitat u jonqos l-impatt tad-diżastri naturali. Xi kultant, sfortunatament, id-degradazzjoni hija irriversibbli.

- tivvaluta l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-ħamrija għat-tranżazzjonijiet tal-art sabiex tipprovdi lill-akkwirenti tal-art b’informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin u s-saħħa tal-ħamrija fis-sit li beħsiebhom jixtru.

·F’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, tiffaċilita djalogu u skambju ta’ għarfien dwar il-metodoloġiji tal-valutazzjoni tar-riskju għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tidentifika l-aħjar prattiki.

·Sal-2024, tiżviluppa lista ta’ prijorità tal-UE dwar il-kontaminanti ta’ tħassib kbir u/jew emerġenti li joħolqu riskji sinifikanti għall-kwalità tal-ħamrija Ewropea, u li għalihom hija meħtieġa viġilanza u azzjoni prijoritarja fil-livell Ewropew u nazzjonali.

·Sal-2022, tirrevedi d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali 104 u sal-2023 tevalwa d-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali 105 , inkluż fir-rigward tad-definizzjoni ta’ danni lill-art u r-rwol tas-sigurtà finanzjarja.

·Jistabbilixxu sistema ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-ħamrija għat-tranżazzjonijiet tal-art, b’appoġġ mill-programm ta’ riċerka tal-UE u l-missjoni “A Soil Deal for Europe” (Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa), jekk dan ma jkunx inkluż fil-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija.

5.Irridu nkunu nafu aktar dwar il-ħamrija

5.1. Il-ħamrija u l-aġenda diġitali

·Issaħħaħ l-użu ta’ għodod diġitali u ta’ Copernicus u se tiddependi fuq il-JRC sabiex ikompli jiġi żviluppat l-Osservatorju Ewropew tal-Ħamrija (EUSO) 112 u l-EEA sabiex tiġi żviluppata s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Art għall-Ewropa (LISE), appoġġata minn prodotti analitiċi ġeospazjali.

·Tħeġġeġ u tappoġġa lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu għodda għas-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli għan-nutrijenti (FaST), bħala parti mis-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli skont il-PAK il-ġdida. Tali għodda tipprovdi lill-bdiewa b’rakkomandazzjonijiet dwar l-użu tal-fertilizzanti, konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti u abbażi tad-data u l-għarfien disponibbli.

·Ittejjeb il-kapaċità tal-immudellar tal-proċessi relatati mal-ħamrija taħt Destinazzjoni d-Dinja tal-Kummissjoni 113 f’kollaborazzjoni mal-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa “A Soil Deal for Europe”.

5.2. Id-data u l-monitoraġġ tal-ħamrija

·Wara valutazzjoni tal-impatt, u bħala parti mil-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija, tikkunsidra dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-ħamrija u tal-bijodiversità tal-ħamrija u r-rapportar dwar il-kundizzjoni tal-ħamrija, filwaqt li tibni fuq skemi eżistenti nazzjonali u tal-UE, inkluż il-modulu LUCAS dwar il-ħamrija; tikkunsidra, bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt, li tipprovdi bażi legali għall-istħarriġ LUCAS dwar il-ħamrija sabiex tistabbilixxi legalment l-objettivi, il-kundizzjonijiet, il-finanzjament, l-aċċess għall-art, l-użu tad-data u kwistjonijiet ta’ privatezza.

·Permezz tal-istħarriġ LUCAS dwar il-ħamrija, tipprovdi monitoraġġ armonizzat madwar l-UE tal-evoluzzjoni fil-kontenut tal-karbonju organiku u l-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija, li jikkomplementa r-rapportar tal-Istati Membri skont ir-Regolament LULUCF.

·Taħdem sabiex tinkludi modulu dwar it-tniġġis fl-istħarriġ LUCAS dwar il-ħamrija futur fl-2022 119 sabiex tinftiehem aħjar u tiġi mmappjata l-kwistjoni tal-kontaminazzjoni diffuża tal-ħamrija 120 fl-UE, u tiġi prodotta prospettiva ta’ ħamrija nadifa bħala parti mill-qafas integrat ta’ monitoraġġ u prospettiva ta’ tniġġis żero.

·Fl-implimentazzjoni tal-EUSO:

oTidentifika, bil-kontribut tal-programm konġunt Ewropew dwar il-ġestjoni tal-ħamrija agrikola 121 , nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-ħamrija, fi djalogu mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin oħra

oTiżviluppa dashboard tal-ħamrija b’sett ta’ indikaturi affidabbli tal-ħamrija li jintegraw ix-xejriet u l-previżjoni.

oTiżviluppa inventarju tal-UE tal-bijota tal-ħamrija sabiex tiġi mmonitorjata u mifhuma aħjar il-bijodiversità tal-ħamrija.

5.3. Ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ħamrija

·Timplimenta pjanijiet direzzjonali ambizzjużi għar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex tespandi l-bażi ta’ għarfien għall-ġestjoni tal-ħamrija u twessa’ l-aċċess għar-riżultati mill-attivitajiet ta’ riċerka u l-użu tagħhom.

·Tkompli tipprovdi finanzjament sostanzjali għal i) soluzzjonijiet ta’ riċerka sabiex tiżdied il-bijodiversità tal-ħamrija; ii) l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ħamrija; iii) teknoloġiji innovattivi pilota għad-dekontaminazzjoni.

·Tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ sensuri diġitali u remoti, apps, u apparat li jieħu l-kampjuni li jinżamm fl-idejn sabiex jivvalutaw il-kwalità tal-ħamrija.

6.L-iffaċilitar tat-tranżizzjoni lejn ħamrija b’saħħitha

6.1. Finanzjament privat u finanzjament tal-UE

·Tippubblika gwida fl-2022 b’ħarsa ġenerali lejn l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli tal-UE għall-protezzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tal-ħamrija, ladarba l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus kollha għall-2021 sal-2027 ikunu ġew definiti b’mod ċar.

·Tippromwovi investimenti fi proġetti li jimmaniġġjaw il-ħamrija b’mod sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-ħamrija skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE 129 u l-atti delegati tiegħu.

6.2. Il-litteriżmu fil-ħamrija u l-involviment tas-soċjetà

·Tniedi inizjattiva ta’ involviment u sensibilizzazzjoni ta’ litteriżmu fil-ħamrija, li tibni fuq l-eżempju ta’ suċċess tal-“litteriżmu fl-oċeani” 130 .

·Tiffaċilita u tħeġġeġ il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-komunikazzjoni u fl-involviment fil-ħamrija, tibni portal tal-EUSO u tistabbilixxi networks ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn ħamrija b’saħħitha.

·Tintegra l-kwistjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija taħt il-qafas Ewropew ta’ referenza komuni tal-kompetenzi tas-sostenibbiltà 131 , sabiex tiżviluppa l-kunċett tal-litteriżmu fil-ħamrija maċ-ċittadini Ewropej.

·Tmexxi portafoll komprensiv ta’ azzjonijiet għall-komunikazzjoni, l-edukazzjoni, u l-involviment taċ-ċittadini sabiex tippromwovi s-saħħa tal-ħamrija f’diversi livelli u ġġib il-ħamrija eqreb lejn il-valuri taċ-ċittadini, filwaqt li tibni fuq il-Missjoni “A Soil Deal for Europe” u l-Osservatorju tal-Ħamrija tal-UE.

7.Konklużjonijiet

(1) FAO (2020), State of knowledge of soil biodiversity - Status, challenges and potentialities.
(2) L-Istitut Dinji tar-Riżorsi (2019), Creating a sustainable food future.
(3) Il-Kummissjoni Ewropea (2021), L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima – Valutazzjoni tal-impatt
(4) Il-Kummissjoni Ewropea (2005), Soil Atlas of Europe.
(5) Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Caring for soil is caring for life.
(6) EEA (2019), L-Ambjent Ewropew: L-Istat u l-Prospetti tal-2020.
(7) Panagos P. et al (2015), The new assessment of soil loss by water erosion in Europe.
(8)   https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/dashboards/land-take-statistics#tab-based-on-data
(9) Il-Kummissjoni Ewropea (2021), Accounting for ecosystems and their services in the EU (INCA)
(10) Il-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli (2018), The business case for investing in soil health.
(11) Dan huwa stmat għal EUR 50 biljun fir-rapport tal-bord tal-Missjoni għas-Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel (2020), “Caring for soil is caring for life”, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/4ebd2586-fc85-11ea-b44f-01aa75ed71a1/  
(12) IPBES (2018), Ir-rapport ta’ valutazzjoni dwar id-degradazzjoni u r-restawr tal-art.
(13)  Nkonya et al. (2016), Economics of Land Degradation and Improvement - A Global Assessment for Sustainable Development.
(14) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, COM(2020)380.
(15) L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM/2021/82.
(16) In-Nazzjonijiet Uniti (2015), Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development.
(17) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, COM(2020)380.
(18) Proposta għal reviżjoni tar-Regolament LULUCF, COM(2021) 554.
(19)   Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE
(20) L-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” tal-UE, COM(2020) 381.
(21) L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, COM(2020)380.
(22) Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, KUMM/2011/0571.
(23) Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE, id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE.
(24) Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM(2021)400.
(25) Ir-Regolament dwar il-Liġi dwar il-Klima (UE) 2021/1119.
(26) Proposta għal reviżjoni tar-Regolament LULUCF, COM(2021) 554.
(27) L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM/2021/82.
(28) Ir-rekwiżiti relatati ma’ aspetti speċifiċi tal-protezzjoni tal-ħamrija fi ħdan, pereżempju, id-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ, id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, il-Politika Agrikola Komuni, id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali, id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, ir-Regolament LULUCF.
(29) L-Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija, KUMM(2006)231.
(30)  Il-Parlament Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat tar-Reġjuni, iż-ŻEE fir-Rapport tagħha dwar l-Istat u l-Perspettivi tal-Ambjent għall-2020, iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati li wieġbu l-konsultazzjoni pubblika; ara SWD(2021)xxx għad-dettalji.
(31)  Bħal għarfien espert minn organizzazzjonijiet kummerċjali u professjonali, akkademiċi u organizzazzjonijiet xjentifiċi, u s-soċjetà ċivili.
(32)   Proposta għall-emendar tar-Regolamenti (UE) 2018/841 u (UE) 2018/1999, COM/2021/554
(33)   Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew: Il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”
(34) Ikkalkolati minn data derivata mis-sottomissjonijiet nazzjonali lill-UNFCCC.
(35)  Il-Kummissjoni Ewropea (2021), Technical guidance handbook: Setting up and implementing result-based carbon farming mechanisms in the EU . Id- data hija mill-2016, inkluż ir-Renju Unit.  
(36) Il-Kummissjoni Ewropea (2018), Analiżi fil-fond b’appoġġ għal dan f’COM(2018) 773: Pjaneta Nadifa għal Kulħadd - Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima
(37) Lugato et al. (2014), Potential carbon sequestration of European arable soils estimated by modelling a comprehensive set of management practices.
(38) Il-Kummissjoni Ewropea (2021), Technical guidance handbook: Setting up and implementing result-based carbon farming mechanisms in the EU  
(39) Il-Kummissjoni Ewropea (2021), Technical guidance handbook: Setting up and implementing result-based carbon farming mechanisms in the EU
(40)

  www.globalpeatlands.org  

(41)   www.4p1000.org  
(42) Inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, “Tibdil fil-klima – restawr ta’ ċikli tal-karbonju sostenibbli”  
(43)   EU principles for sustainable raw materials
(44) F’konformità mal-punt 1(c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE, ħamrija mhux kontaminata u materjal ieħor li jseħħ b’mod naturali skavat matul attivitajiet ta’ kostruzzjoni fejn ikun ċert li l-materjal se jintuża għall-finijiet ta’ kostruzzjoni fl-istat naturali tiegħu fis-sit li minnu jkun ġie skavat, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-ħamrija skavata użata mill-ġdid lanqas ma hija rrapportata bħala skart.
(45) Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Study to support the preparation of Commission guidelines on the definition of backfilling.
(46) Pistocchi A. et al (2015), Soil sealing and flood risks in the plains of Emilia-Romagna, Italy.
(47) Il-Kummissjoni Ewropea (2012), Ir-rapport fil-fond: l-issiġillar tal-ħamrija.
(48) It-telf tal-art agrikola mill-1990 sal-2006 permezz tal-issiġillar fil-pajjiżi tal-UE kellu l-kapaċità produttiva ekwivalenti għal 6 miljun tunnellata ta’ qamħ fis-sena (Gardi et al. (2014)).
(49) European Academies Science Advisory Council (2018), Opportunities for soil sustainability in Europe.
(50) L-impatt tal-konsum ġenerali tal-UE huwa stmat għal aktar minn 9 miljun ettaru deforestati bejn l-1990 u l-2008 sabiex jiġu ssodisfati l-importazzjonijiet tal-UE ta’ għelejjel u bhejjem. Sors: Consumption Impact Study - Forests - Environment
(51) Il-Ġermanja għandha l-għan li tissiġilla anqas minn 30 ettaru kuljum sal-2030; l-Awstrija kienet stabbiliet 2,5 ettaru kuljum sal-2010; żewġ reġjuni Belġjani (il-Flanders u l-Wallonia rispettivament) stabbilew miri għat-tnaqqis tal-użu tal-art għal żero sal-2040 u l-2050 rispettivament.
(52)   Land recycling and densification — EEA
(53)   Ara l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, impenn ewlieni 11 tal-pjan ta’ restawr tan-Natura: “Il-bliet li għandhom mill-anqas 20 000 abitant ikollhom Pjanijiet ambizzjużi għall-Ekoloġizzazzjoni Urbana.” sal-2030.
(54) Linji gwida dwar l-aħjar prattika sabiex jiġi limitat, mitigat jew ikkumpensat l-issiġillar tal-ħamrija, Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (2012) 101.
(55) Iċ-Ċekja qasmet l-art agrikola f’ħames klassijiet ta’ protezzjoni sabiex tipproteġi l-aktar ħamrija siewja u fertili mit-teħid tal-art.
(56) EEA (2019), L-art u l-ħamrija fl-Ewropa.
(57) Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM(2021)400.
(58) Pereżempju: Orizzont 2020 (L-għeluq taċ-ċiklu tan-nutrijenti) u Orizzont Ewropa (Impatti ambjentali u kompromessi ta’ prodotti fertilizzanti alternattivi fuq skala globali/lokali)
(59) Fortuna, A. (2012), The Soil Biota. Għarfien dwar l-Edukazzjoni tan-Natura.
(60) Brevik et al. (2020), Soil and human health: current status and future needs
(61) Yu Imai et al. (2019), A new antibiotic selectively kills Gram-negative pathogens
(62)   Saħħa Waħda (who.int)
(63) Wall and Six (2015), Give soils their due
(64) Pickles et al. (2017), Mycorrhizal Networks and Forest Resilience to Drought. Mycorrhizal Mediation of Soil, pp. 319-339
(65) Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2021), Baseline distribution of invasive alien species added to the Union list in 2019
(66) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi.
(67)   https://www.cbd.int/meetings/COP-15
(68) FAO (2020), L-Istat tal-għarfien dwar il-bijodiversità tal-ħamrija – Status, sfidi u potenzjalitajiet.
(69)   European Innovation Partnership for Agriculture
(70) IUCN (2020), Common ground: restoring land health for sustainable agriculture  
(71) Good Agricultural and Environmental Practices (GAEC) under CAP; https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/key-policies/common-agricultural-policy/income-support/cross-compliance_mt#gaec  
(72)   Pro Silva Principles, https://www.prosilva.org/close-to-nature-forestry/pro-silva-principles/  
(73) FAO (2017), Linji Gwida Volontarji għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Ħamrija.
(74) Gattinger A. et al (2012), Enhanced top soil carbon stocks under organic farming.
(75)   https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/key-policies/common-agricultural-policy/cap-glance_mt  
(76) L-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030, COM(2021)572 final.
(77)   https://www.gissol.fr/le-gis/programmes/base-de-donnees-danalyses-des-terres-bdat-62
(78) Ara l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar Prattiki Responsabbli tan-Negozju tal-Ikel u l-Kummerċjalizzazzjoni, https://ec.europa.eu/food/horizontal-topics/farm-fork-strategy/sustainable-food-processing/code-conduct_en  
(79)   Premju għall-ħamrija u l-art (europeanlandowners.org)
(80) SWD(2019)305 dwar il-gwida tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
(81)  L-ekoskemi u l-iżvilupp rurali kif ukoll “kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin” ambizzjużi.
(82) Ara, pereżempju, https://indicators.report/targets/15-3/  
(83) Ara l-pjattaforma ta’ rapportar tal-UNCCD: https://prais.unccd.int/unccd/reports
(84)  EEA (2019), Climate change adaptation in the agriculture sector in Europe
(85) Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja. Sors: Dokument ta’ sfond tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2018). Deżertifikazzjoni fl-UE
(86) Rapport Speċjali tal-QEA 33/2018: Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali
(87) EEA (2019), Climate change adaptation in the agriculture sector in Europe ,
(88) Ara r-rakkomandazzjonijiet mill-valutazzjoni tat-tieni Pjanijiet ta’ Ġestjoni tal-Baċiri tax-Xmajjar.
(89)   https://www.greatgreenwall.org/  
(90)   https://regreeningafrica.org/  
(91) Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021)82.
(92) Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM(2021)400.
(93) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2021), Land and soil pollution — widespread, harmful and growing
(94) Id-Direttiva 2009/128/KE.
(95) Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM(2021)400.
(96)   https://ec.europa.eu/environment/chemicals/mercury/regulation_en.htm  
(97) Id-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali
(98) Is-Sentenza għall-Kawżi Magħquda C-379/08 u C-380/08, ERG aos.
(99) Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali
(100) Il-kontaminazzjoni storika ġiet ikkawżata qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE. F’siti orfni, min iniġġes ma jistax jiġi identifikat, ma għadux jeżisti jew ma jistax iġarrab il-kost tar-rimedjar, eż. minħabba falliment.
(101) Ir-riżoluzzjonijiet 3/4 tal-UNEA-3 dwar l-ambjent u s-saħħa u 3/6 dwar il-ġestjoni tat-tniġġis tal-ħamrija, l-Aġenda għall-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (SDG 3,9 u 15,3), il-Konvenzjoni ta’ Minamata (l-Artikolu 12), il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma (l-Artikolu 6), id-dikjarazzjoni ta’ Ostrava tas-6 Konferenza Ministerjali dwar l-Ambjent u s-Saħħa.
(102)   https://echa.europa.eu/-/21-551-chemicals-on-eu-market-now-registered
(103) SWD(2020)249 dwar is-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) li jakkumpanja l-Istrateġija għas-Sustanzi Kimiċi
(104) Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali 2010/75/UE
(105) Id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali 2004/35/KE
(106) Strateġija Ewropea għad-Data, COM(2020)66.
(107) Id-Direttiva INSPIRE 2007/2/KE.
(108) L-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, COM(2020)381.
(109) Għodda għas-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli, ara https://fastplatform.eu  
(110)   SWD(2021) 140
(111)   Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art Copernicus (CLMS)
(112)   https://ec.europa.eu/jrc/en/eu-soil-observatory
(113)  Ara https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/policies/destination-earth  
(114)

  https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/wikis/display/SOIL/National+monitoring+systems  

(115) Id-Direttiva INSPIRE 2007/2/KE.
(116) Ara wkoll l-EEA (2021), Soil monitoring in Europe - Indicators and thresholds for soil quality assessments https://www.eea.europa.eu/publications/soil-monitoring-in-europe-indicators-and-thresholds/  
(117) Id-Direttiva 2016/2284 dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet, l-Artikolu 9.
(118) Ir-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija 2018/841.
(119)   LUCAS - ESDAC - Il-Kummissjoni Ewropea
(120) Dan qiegħed jiġi żviluppat f’koerenza ma’ inizjattivi oħrajn ta’ monitoraġġ bħall-proċess tal-lista ta’ monitoraġġ tal-ilma ta’ taħt l-art tal-UE.
(121)   EJP SOIL - Towards climate-smart sustainable management of agricultural soils
(122)   https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/bioeconomy/food-systems/food-2030_mt  
(123)

  Soil health for stronger farms? We can measure that (rabobank.com)

(124) Eż. Soil Capital
(125)   Microsoft uses blockchain modern technology to purchase soil carbon credit in Australia
(126)   Living Soils initiative: Nestlé, McCain and Lidl address soil health in France
(127)   Revive
(128) Il-Kummissjoni Ewropea C(2021) 1054
(129) Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088.
(130)   https://oceanliteracy.unesco.org/  
(131)   https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12985-Environmental-sustainability-education-and-training_mt  
(132)   https://www.eionet.europa.eu/countries/national-reference-centres/nrc-on-soil  
(133)   https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/funding/funding-opportunities/funding-programmes-and-open-calls/horizon-europe/missions-horizon-europe/soil-health-and-food_mt  
(134)   http://www.fao.org/global-soil-partnership/regional-partnerships/europe/en/  
Top