EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0205

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Inrawmu approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali

COM/2021/205 final

Brussell, 21.4.2021

COM(2021) 205 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Inrawmu approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali


Komunikazzjoni: Insawru approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali

1.Introduzzjoni

L-Intelliġenza Artifiċjali (AI) se tħalli impatt enormi fuq il-mod kif jgħixu u jaħdmu n-nies fid-deċennji li ġejjin. Dan ir-raġunament hu l-bażi tal-Istrateġija Ewropea dwar l-AI li tnediet f’April 2018 u li ġiet ikkonfermata minn dak iż-żmien. Il-benefiċċji potenzjali tal-AI għas-soċjetajiet tagħna huma diversi, minn tnaqqis fit-tniġġis għal tnaqqis fl-imwiet b’inċidenti tat-traffiku; minn titjib fil-kura medika u opportunitajiet aħjar għall-persuni b’diżabbiltà u għall-anzjani għal edukazzjoni aħjar u alternattivi ġodda biex iċ-ċittadini ikunu involuti fil-proċessi demokratiċi; minn aġġudikazzjoni aktar malajr għal ġlieda aktar effettiva kontra t-terroriżmu u l-kriminalità, online u offline, kif ukoll titjib fiċ-ċibersigurtà. L-AI ħarġet fid-dieher il-potenzjal tagħha bil-kontribut li tat fil-ġlieda kontra l-COVID-19, fl-għajnuna għal tbassir tal-firxa ġeografika tal-mard, għad-dijanjożi tal-infezzjoni bi skans komputati tat-tomografija, u għall-iżvilupp tal-ewwel vaċċini u mediċini kontra l-virus. Fuq kollox, l-AI uriet versatilità li ftit teknoloġiji oħra jistgħu jilħqu. Fl-istess ħin, l-użu tal-AI joħloq ukoll ċerti riskji, fosthom l-esponiment potenzjali tan-nies, fosthom it-tfal 1 , għal żbalji sinifikanti li jistgħu jimminaw id-drittijiet fundamentali u s-sikurezza, kif ukoll il-proċessi demokratiċi tagħna.

Affaċċjata bl-iżvilupp teknoloġiku malajr tal-AI u kuntest ta’ politika dinjija fejn aktar u aktar pajjiżi qed jinvestu bil-qawwa fl-AI, l-UE trid tiġbed ħabel wieħed biex tisfrutta l-bosta opportunitajiet u tindirizza l-isfidi tal-AI b’mod li jkun validu għall-futur. Sa mit-tnedija tal-Istrateġija Ewropea dwar tal-AI f’April 2018 2 , il-Kummissjoni ħaddmet politika fuq żewġ binarji biex l-UE ssir ċentru ta’ klassi dinjija għall-AI, filwaqt li tiżgura li l-AI tkun affidabbli u tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru. Ippubblikata fi Frar 2020, il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-AI 3 stabbiliet viżjoni ċara għall-AI fl-Ewropa: ekosistema ta’ eċċellenza u ekosistema ta’ fiduċja għall-AI.

Il-pakkett tal-lum dwar l-AI jirrappreżenta tappa importanti fiż-żewġ dimensjonijiet ta’ politika. Biex tippromwovi l-iżvilupp tal-AI u tindirizza b’mod ugwali r-riskji kbar potenzjali li jistgħu jinħolqu għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta għal qafas regolatorju dwar l-AI, u pjan ikkoordinat rivedut dwar l-AI.

2.Iż-żewġ naħat tal-intelliġenza artifiċjali: l-opportunitajiet u r-riskji

Minħabba l-potenzjal tal-AI, l-Unjoni Ewropea qed tippromwovi l-iżvilupp u l-użu tagħha. Permezz tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa, il-Kummissjoni qed tippjana li tinvesti EUR 1 biljun fis-sena fl-AI u timmobilizza investimenti addizzjonali mis-settur privat u mill-Istati Membri biex tilħaq investiment ta’ EUR 20 biljun fis-sena tul dan id-deċennju.

It-tisħiħ fil-kapaċitajiet tal-Ewropa fl-AI hu element ewlieni tal-istrateġija usa’ li l-Ewropa tkun lesta għall-era diġitali u li l-għaxar snin li ġejjin isiru d-Deċennju Diġitali, kif stabbilit fil-Kumpass Diġitali 4 . B’mod partikolari, il-promozzjoni tal-innovazzjoni xprunata mill-AI hi marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Data, inkluż il-proposta riċenti għal Att dwar il-Governanza tad-Data 5 , għax l-AI tista’ tirnexxi biss jekk ikun hemm aċċess bla xkiel għad-data. B’mod speċjali, l-intrapriżi żgħar u medji jeħtieġu aċċess ġust għad-data biex ikun jista’ jinkiseb adozzjoni wiesgħa tal-AI fl-ekonomija tal-UE. Il-qafas regolatorju propost dwar l-AI se jaħdem id f’id mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar is-sikurezza tal-prodotti u b’mod partikolari r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Makkinarju 6 li, fost l-oħrajn, tindirizza r-riskji tat-teknoloġiji ġodda fejn tidħol is-sikurezza, inkluż ir-riskji li jirriżultaw mill-kollaborazzjoni bejn il-bniedem u r-robots, ir-riskji ċibernetiċi b’implikazzjonijiet għas-sikurezza, u l-magni awtonomi. Bl-istess mod, il-qafas hu element addizzjonali għall-istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, għall-istrateġija l-ġdida taċ-ċibersigurtà 7 , għall-pjan ta’ azzjoni għall-edukazzjoni diġitali 2021-2027 8 u għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali 9 proposti dan l-aħħar kif ukoll għall-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea 10 . Fl-aħħar nett, il-qafas propost se jiġi kumplimentat b’leġiżlazzjoni biex jiġi adattat il-qafas tar-responsabbiltà tal-UE, bħal pereżempju b’reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti, biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ responsabbiltà relatati mat-teknoloġiji l-ġodda, inkluż l-AI, u b’reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

Bil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) li għadha kif ġiet adottata, l-Ewropa se tkun tista’ żżid l-ambizzjonijiet tagħha u tkun l-ewwel waħda li tadotta leġiżlazzjoni dwar l-AI. L-RRF, li se tkun il-qofol tal-pjan għall-irkupru tal-UE, se talloka baġit bla preċedent ta’ EUR 672,5 biljun bħala self u għotjiet biex jitwettqu riformi u investimenti mill-Istati Membri għall-ewwel snin kruċjali tal-irkupru. Mill-inqas 20 % tal-fondi disponibbli se jitwarrbu għal miżuri li jrawmu t-tranżizzjoni diġitali, li jammontaw sa EUR 134 biljun tul iċ-ċiklu tal-RRF 11 .

L-RRF tista’ tintuża biex tixpruna l-investimenti tal-Istati Membri fl-AI u tappoġġa l-kapaċitajiet ewlenin tar-riċerka, tal-innovazzjoni u tal-ittestjar biex ir-ritmu mgħaġġel tal-iżvilupp u l-użu tal-AI ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku u soċjali u jtejbu l-kompetittività fit-tul. L-opportunità hi ferm akbar għax il-fondi tal-RRF huma addizzjonali għall-finanzjament tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa u għall-finanzjament sostanzjali tal-innovazzjoni permezz tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni.

L-AI u teknoloġiji diġitali oħra jistgħu jikkontribwixxu għal irkupru sostnut wara l-COVID-19, għax għandhom il-potenzjal li jżidu l-produttività fis-setturi ekonomiċi kollha, joħolqu swieq ġodda u jiftħu bibien beraħ ta’ opportunitajiet għat-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. It-teknoloġiji tal-AI jgħinu biex jottimizzaw il-proċessi industrijali, jagħmluhom aktar reżiljenti, effiċjenti u aktar ekoloġiċi, u jippermettu awtotagħlim innovattiv u soluzzjonijiet f’ħin reali, mill-manutenzjoni predittiva sar-robots kollaborattivi, mit-tewmin diġitali sar-realtà awmentata. Jipprovdu opportunitajiet ġodda ta’ negozju u jżidu d-dinamiżmu ekonomiku, li min-naħa tagħhom mistennija joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi u jagħmlu tajjeb għat-telf potenzjali tal-impjiegi. L-AI tista’ tikkontribwixxi biex ittejjeb l-opportunitajiet għall-persuni b’diżabbiltà u persuni akbar fl-età biex jgħixu b’mod indipendenti billi tipprovdilhom soluzzjonijiet ta’ assistenza u appoġġ. 12 Barra minn hekk, l-AI għandha l-potenzjali li taqdi rwol ewlieni biex jiżdied l-għarfien fost iċ-ċittadini u jiżdiedu l-inizjattivi ta’ involviment għaċ-ċittadini.

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-AI se jgħin biex tinbena reżiljenza akbar għax-xokkijiet futuri għax il-kumpaniji Ewropej se jkollhom biżżejjed għarfien espert biex japplikaw l-AI għall-isfidi ġodda mingħajr ma jitilfu żmien. Barra minn hekk, l-AI tista’ tikkontribwixxi ferm għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, billi tgħin lill-industrija, lill-kumpaniji, lill-awtoritajiet pubbliċi u liċ-ċittadini jagħmlu għażliet aktar sostenibbli biex jintegraw is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija permezz ta’ ġestjoni aktar intelliġenti tal-grilja, jew biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta’ mobbiltà intelliġenti, użu ottimizzat tar-riżorsi, u bil-biedja ta’ preċiżjoni, fost l-oħrajn.

L-AI tista’ tikkontribwixxi ferm għall-objettivi tal-istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà. Tista’ tkun għodda strateġika biex tilqa’ għat-theddid attwali u tantiċipa r-riskji futuri – inkluż it-theddid ibridu – daqskemm l-opportunitajiet. L-AI tista’ tgħin anki fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu, u tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jlaħħqu mat-teknoloġiji li jiżviluppaw malajr u li jintużaw mill-kriminali u fl-attivitajiet transfruntieri tagħhom.

Biex tisfrutta l-benefiċċji tal-AI, l-Ewropa tista’ tibni fuq il-punti b’saħħithom eżistenti tagħha. L-Ewropa għandha pożizzjoni fuq quddiem fid-dinja fejn jidħlu r-robotika u ekosistemi industrijali kompetittivi. Dawn l-assi, flimkien ma’ infrastruttura tal-informatika dejjem aktar effiċjenti (eż. b’kompjuters ta’ prestazzjoni għolja) u volumi kbar ta’ data pubblika u industrijali, ipoġġu lill-Ewropa f’pożizzjoni li tkun kapaċi toħloq kapaċitajiet tal-AI ewlenin fid-dinja, bis-saħħa taċ-ċentri tar-riċerka eċċellenti tagħha u b’għadd dejjem akbar ta’ negozji ġodda innovattivi. Biex dawn il-punti b’saħħithom jiksbu l-finanzjament disponibbli, l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni se jikkombinaw l-għarfien espert, jikkoordinaw l-azzjonijiet u flimkien jimmobilizzaw riżorsi addizzjonali. Għal dan il-għan, filwaqt li tibni fuq il-kooperazzjoni li żviluppat mal-Istati Membri sa mill-2018, il-Kummissjoni llum qed tippreżenta pjan ikkoordinat rivedut dwar l-AI.

Fl-istess ħin, l-użu tal-AI joħloq ukoll riskji li jeħtieġ jiġu indirizzati. Ċerti karatteristiċi tal-AI, fosthom l-opaċità ta’ ħafna algoritmi li jagħmlu l-investigazzjoni tar-relazzjonijiet kawżali diffiċli, joħolqu riskji speċifiċi u potenzjalment kbar għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali li l-leġiżlazzjoni eżistenti ma tistax tindirizza jew li fid-dawl tagħhom ikun diffiċli tiġi infurzata. Pereżempju, sikwit ma jkunx possibbli li jinstab għalfejn sistema tal-AI tkun waslet għal riżultat speċifiku. Minħabba f’hekk, jaf ikun diffiċli li jiġi mistħarreġ u ppruvat jekk xi ħadd kienx żvantaġġat b’mod inġust bl-użu tas-sistemi tal-AI, bħal pereżempju fejn jidħlu d-deċiżjonijiet tar-reklutaġġ jew tal-promozzjonijiet, jew b’rabta mal-applikazzjonijiet għal skemi ta’ benefiċċju pubbliku. L-użu tas-sistemi tal-AI jista’ joħloq diffikultajiet sinifikanti lill-persuni affettwati biex jikkoreġu d-deċiżjonijiet żbaljati. Ir-rikonoxximent tal-wiċċ fl-ispazji pubbliċi għandu effett mill-aktar intrużiv fuq il-privatezza sakemm ma jiġix regolat kif xieraq. Barra minn hekk, jekk it-taħriġ u d-disinn tas-sistemi tal-AI ikunu ta’ livell baxx, dawn jistgħu jagħmlu żbalji sinifikanti li jaf jimminaw il-privatezza u n-nondiskriminazzjoni 13 . Ir-robots abilitati bl-AI u s-sistemi intelliġenti jridu jitfasslu u jiġu ddisinjati b’tali mod li jissodisfaw l-istess standards għoljin tas-sikurezza u tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li japplikaw għat-teknoloġiji tradizzjonali previsti mil-liġi Ewropea.

Bħala rispons għal dawn l-isfidi tal-AI, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew kemm-il darba appellaw għal azzjoni leġiżlattiva li tiżgura suq intern li jiffunzjona tajjeb għas-sistemi tal-AI u li tindirizza kif xieraq il-benefiċċji tal-AI daqskemm ir-riskji tal-AI b’mod li jibqa’ validu għall-ġejjieni. Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas regolatorju dwar l-AI 14 tirrappreżenta tappa ewlenija fit-traġitt lejn il-protezzjoni tas-sikurezza u tad-drittijiet fundamentali u b’hekk tiżgura fiduċja fl-iżvilupp u fl-użu tal-AI.

Il-pjan ikkoordinat u l-proposta għal qafas regolatorju huma parti mill-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tkun attur attiv fil-fora internazzjonali u multilaterali fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali, biex tkun mexxej dinji fil-promozzjoni ta’ AI affidabbli, u biex tiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet esterni tal-UE u l-politiki interni tagħha. Fix-xena dinjija, l-AI saret qasam ta’ importanza strateġika f’salib it-toroq mal-ġeopolitika, l-interessi kummerċjali u t-tħassib dwar is-sigurtà. Il-pajjiżi madwar id-dinja qed jagħżlu li jużaw l-AI bħala mezz ta’ avvanz tekniku minħabba s-siwi u l-potenzjal tagħha. Ir-regolamentazzjoni tal-AI għadha fil-bidu tagħha u r-riskji huma kbar għall-UE biex tmexxi l-iżvilupp ta’ normi dinjin ambizzjużi ġodda, inizjattivi ta’ standardizzazzjoni internazzjonali 15 u oqfsa ta’ kooperazzjoni relatati mal-AI, bi qbil mas-sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli u l-valuri li tiddefendi. Bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għal multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli 16 , l-UE beħsiebha ssaħħaħ is-sħubiji, il-koalizzjonijiet u l-alleanzi ma’ pajjiżi terzi – b’mod partikolari mas-sħab tal-istess fehmiet – u ma’ organizzazzjonijiet multilaterali u reġjonali 17 . Beħsiebha wkoll tinvolvi ruħha f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra abbażi tal-kwistjonijiet, u li ma taċċettahomx meta dawk il-valuri jiġu mhedda.

3.Tappa importanti fit-traġitt lejn approċċ Ewropew għall-AI

Il-pakkett ippubblikat illum hu r-riżultat ta’ tliet snin ħidma intensa fit-tfassil ta’ politika dwar l-AI fil-livell Ewropew. Wara l-pubblikazzjoni tal-istrateġija Ewropea dwar l-AI f’April 2018 mill-Kummissjoni Ewropea u wara konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati, il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (HLEG) żviluppa Linji Gwida għal AI Affidabbli 18 f’April 2019, u Lista ta’ Valutazzjoni għal AI Affidabbli (ALTAI) f’Lulju 2020. Barra minn hekk, ġiet ifformata l-Alleanza tal-AI 19 bħala pjattaforma għal madwar 4 000 parti kkonċernata biex jissoktaw id-diskussjonijiet dwar l-implikazzjonijiet teknoloġiċi u soċjetali tal-AI, li laħqu l-qofol tagħhom f’Assemblea annwali dwar l-AI. Fl-istess waqt, l-ewwel Pjan Ikkoordinat dwar l-AI 20 ippubblikat f’Diċembru 2018 jirrappreżenta impenn konġunt mal-Istati Membri biex jitrawmu l-iżvilupp u l-użu tal-AI fl-Ewropa u biex jiġu kkoordinati l-isforzi Ewropej u nazzjonali dwar l-AI.

Filwaqt li żżewweġ iż-żewġ flussi ta’ ħidma, il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-AI ġiet ippubblika flimkien ma’ rapport dwar l-aspetti tas-sikurezza u tar-responsabbiltà tal-AI, l-Internet tal-Oġġetti (IoT) u r-robotika 21 . Il-White Paper tipproponi għadd ta’ miżuri biex titrawwem ekosistema ta’ eċċellenza li twassal għar-reviżjoni tal-lum tal-pjan ikkoordinat. Bl-istess mod, il-White Paper stabbiliet ukoll bosta għażliet ta’ politika għal qafas regolatorju futur tal-UE li jiżgura ekosistema ta’ fiduċja fl-Ewropa u jwitti t-triq għall-proposta tal-lum għal qafas regolatorju għall-AI. Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper dwar l-AI 22 , li saret bejn Frar u Ġunju 2020, kellha parteċipazzjoni mifruxa u matulha ċ-ċittadini Ewropej, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati setgħu jipprovdu l-kontribut tagħhom u jgħinu biex jissawru l-approċċ u l-għażliet ta’ politika tal-UE għall-AI.

4.Għal affidabbiltà: il-proposta għal qafas regolatorju għall-AI

Kif tistabbilixxi l-White Paper dwar l-AI, u kif ikkonfermat f’mod ġenerali l-konsultazzjoni pubblika li saret wara, l-użu tal-AI joħloq għadd ta’ riskji kbar speċifiċi li għalihom il-leġiżlazzjoni eżistenti mhix biżżejjed. Filwaqt li diġà hemm fis-seħħ qafas sod ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE u nazzjonali li jipproteġi d-drittijiet fundamentali 23 u jiżgura s-sikurezza 24 u d-drittijiet tal-konsumaturi 25 , b’mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 26 u d-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi 27 , ċerti karatteristiċi speċifiċi tat-teknoloġiji tal-AI (eż. l-opaċità) jistgħu jagħmlu l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ din il-leġiżlazzjoni aktar diffiċli u joħolqu riskji kbar li għalihom ikun hemm bżonn rispons regolatorju mfassal apposta. Għalhekk, il-proposta tintroduċi sett ta’ regoli armonizzati applikabbli għad-disinn, l-iżvilupp u l-użu ta’ ċerti sistemi tal-AI b’riskju kbir, u restrizzjonijiet fuq ċerti użi tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota.

Il-leġiżlazzjoni prevista bbażata fuq ir-riskju għandha l-għan li tikseb il-fiduċja tan-nies biex trawwem l-użu tal-AI madwar l-Ewropa u tagħti spinta lill-kompetittività tal-Ewropa. Għaldaqstant, il-proposta tal-Kummissjoni ssegwi ż-żewġ objettivi, li tindirizza b’mod proporzjonat ir-riskji assoċjati ma’ applikazzjonijiet speċifiċi tal-AI u li tippromwovi l-użu tal-AI. Biex ikun validu għall-futur u favur l-innovazzjoni, il-qafas legali propost tfassal biex jintervjeni biss fejn dan ikun strettament meħtieġ u b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun il-piżijiet għall-operaturi ekonomiċi, bi struttura ta’ governanza ħafifa.

Ir-Regolament propost dwar l-AI jippreżenta regoli li jsaħħu t-trasparenza u jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għas-sikurezza u għad-drittijiet fundamentali qabel ma s-sistemi tal-AI ikunu jistgħu jintużaw fl-Unjoni Ewropea. L-arkitettura tiegħu hi bbażata fuq għadd ta’ komponenti ewlenin li, b’mod kumplessiv, isawru approċċ regolatorju Ewropew proporzjonat u bbażat fuq ir-riskju. Qabelxejn, dan jipprevedi definizzjoni teknoloġikament newtrali ta’ sistemi tal-AI li tibqa’ valida għall-futur, b’tali mod li tkun tista’ tkopri tekniki u approċċi li għadhom mhumiex magħrufa jew żviluppati.

It-tieni, biex tevita eċċess regolatorju, il-proposta tiffoka fuq l-hekk imsejħa każijiet ta’ użu tal-AI “b’riskju kbir”, jiġifieri meta r-riskji li joħolqu s-sistemi tal-AI ikunu partikolarment kbar. Jekk sistema tal-AI hix ikklassifikata bħala ta’ riskju kbir jiddependi fuq l-iskop maħsub tagħha u fuq il-gravità tad-dannu possibbli u l-probabbiltà tal-okkorrenza ta’ tali dannu. Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir, inkluż pereżempju s-sistemi tal-AI maħsuba biex jintużaw għar-reklutaġġ tal-persuni jew għall-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja 28 jew għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji. Biex ikun żgurat li r-regoli jkunu validi għall-futur u jkunu jistgħu jiġu aġġustati għal użi u applikazzjonijiet emerġenti ta’ sistemi tal-AI b’riskju kbir, teżisti l-possibbiltà li sistemi ġodda tal-AI jiġu kklassifikati bħala ta’ riskju kbir f’ċerti oqsma ta’ użu predefiniti.

It-tielet, il-proposta tipprevedi li s-sistemi tal-AI b’riskju kbir jeħtieġ jirrispettaw sett ta’ rekwiżiti mfassla b’mod speċifiku, li jinkludu l-użu ta’ settijiet tad-data ta’ kwalità għolja, l-istabbiliment ta’ dokumentazzjoni xierqa li ssaħħaħ it-traċċabbiltà, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni adegwata mal-utenti, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ sorveljanza umana, u l-kisba tal-aqwa standards mil-lat ta’ robustezza, sikurezza, ċibersigurtà u eżattezza. Is-sistemi tal-AI b’riskju kbir iridu jiġu vvalutati għall-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz. Biex tintegra bla xkiel mal-oqfsa legali eżistenti, il-proposta tqis, meta rilevanti, ir-regoli settorjali għas-sikurezza, filwaqt li tiżgura koerenza bejn l-atti legali u simplifikazzjoni għall-operaturi ekonomiċi.

L-abbozz tar-Regolament propost jistabbilixxi projbizzjoni fuq sett limitat ta’ użi tal-AI li jmorru kontra l-valuri tal-Unjoni Ewropea jew jiksru d-drittijiet fundamentali. Il-projbizzjoni tkopri s-sistemi tal-AI li jgħawġu l-imġiba ta’ persuna b’tekniki subliminali jew li jisfruttaw vulnerabbiltajiet speċifiċi b’modi li jikkawżaw jew li aktarx jikkawżaw ħsara fiżika jew psikoloġika. Tkopri wkoll l-għoti ta’ punteġġi soċjali ġenerali tas-sistemi tal-AI mill-awtoritajiet pubbliċi.

Għall-każ speċifiku tas-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota (eż. l-għodod tar-rikonoxximent tal-wiċċ li jiċċekkjaw lill-persuni miexja fi spazji pubbliċi), ir-Regolament propost jistabbilixxi approċċ aktar strett. L-użu f’ħin reali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi fil-prinċipju hu pprojbit fl-ispazji aċċessibbli għall-pubbliku, għajr meta jkun awtorizzat b’mod eċċezzjonali bil-liġi 29 . Kwalunkwe awtorizzazzjoni hi soġġetta għal salvagwardji speċifiċi. Barra minn hekk, is-sistemi kollha tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota ta’ persuni fiżiċi jridu jgħaddu minn proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità ex ante minn korp notifikat biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti għas-sistemi tal-AI b’riskju kbir, u se jkunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti fejn jidħlu r-reġistrar u s-sorveljanza umana.

Skont ir-Regolament propost, użi oħra tas-sistemi tal-AI huma soġġetti biss għal rekwiżiti minimi ta’ trasparenza, bħal fil-każ taċ-chatbots, is-sistemi tar-rikonoxximent tal-emozzjonijiet jew id-deep-fakes. B’hekk, in-nies se jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati jew jirtiraw minn sitwazzjoni partikolari. Finalment, ir-Regolament propost se jħeġġeġ l-użu ta’ sandboxes regolatorji li joħolqu ambjent ikkontrollat għall-ittestjar ta’ teknoloġiji innovattivi għal żmien limitat, u jinkoraġġixxi l-aċċess għaċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali u għall-Faċilitajiet tal-Ittestjar u tal-Esperimentazzjoni, għax dawn se jgħinu lil kumpaniji innovattivi, SMEs u negozji ġodda biex jibqgħu jinnovaw f’konformità mal-abbozz tar-Regolament il-ġdid. Bħala parti mir-rieżami tar-Regolament, jistgħu jitqiesu passi ulterjuri b’rabta mal-estensjoni tas-sistema tas-sandboxes.

Għalhekk, ir-Regolament propost dwar l-AI ilaqqa’ ż-żieda fis-sikurezza u fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali mal-appoġġ lill-innovazzjoni, u b’hekk jiġġenera fiduċja mingħajr ma jxekkel l-innovazzjoni.

5.Biex l-UE tikseb tmexxija dinjija: il-pjan ikkoordinat rivedut dwar l-AI

L-Intelliġenza Artifiċjali hi ġabra ta’ teknoloġiji ta’ rilevanza strateġika, u l-Unjoni Ewropea trid taġixxi bħala entità waħda biex tisfrutta l-benefiċċji tal-AI. Biex tirnexxi, hemm bżonn koordinazzjoni tal-politika u tal-investimenti tal-AI fil-livell Ewropew. Dan jippermetti l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-aħħar teknoloġiji permezz tal-kompetittività u t-tmexxija dinjija tal-Ewropa. Din il-koordinazzjoni se tippermetti lill-Ewropa tisfrutta l-benefiċċji tal-AI għall-ekonomija, għas-soċjetà u għall-ambjent u biex tgħin fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej madwar id-dinja.

Din hi r-raġuni għalfejn fl-2018 il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien u adottaw il-pjan ikkoordinat dwar l-AI bħala l-ewwel pass. Il-pjan ikkoordinat firex il-pedamenti għal koordinazzjoni tal-politika dwar l-AI u ħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali. Iżda mill-adozzjoni tal-pjan ikkoordinat fi tmiem l-2018 sal-lum, il-kuntest teknoloġiku, ekonomiku u ta’ politika dwar l-AI evolva ġmielu. Għaldaqstant, fl-2021, biex tkun aġili u adatta għall-iskop, il-Kummissjoni qed tippreżenta r-rieżami tal-Pjan Ikkoordinat 30 .

Ir-rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat hi opportunità biex jinkiseb aktar valur miżjud Ewropew u jissaħħaħ ir-rwol dinji tal-UE fejn tidħol l-AI. Tressaq ’il quddiem erba’ settijiet ewlenin ta’ suġġerimenti dwar kif il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Istati Membri u l-atturi privati, tista’ tħaffef, taġixxi u tallinja ħalli taħtaf l-opportunitajiet li joffru t-teknoloġiji tal-AI u tiffaċilita l-approċċ Ewropew għall-AI. Dawn l-erba’ settijiet ewlenin ta’ suġġerimenti huma deskritti hawn taħt.

L-ewwel, li jinħolqu kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp u l-użu tal-AI fl-UE b’enfasi fuq qafas ta’ kooperazzjoni u infrastruttura tad-data u komputazzjonali. Il-kundizzjonijiet abilitanti jeħtieġ jitfasslu b’mod li jiffavorixxi lill-SMEs ħalli l-kumpaniji ż-żgħar ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fl-iżvilupp u fl-użu tal-AI fuq skala mifruxa mal-UE kollha. L-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-UE, huma mħeġġa jħaffu l-azzjonijiet proposti fl-istrateġiji nazzjonali tal-AI, bl-użu tal-RRF u tal-Fondi ta’ Koeżjoni meta meħtieġ. Dan jinkludi l-investiment fl-infrastruttura abilitanti, bħal spazji tad-data u riżorsi komputazzjonali.

It-tieni, li l-UE ssir il-post fejn toktor l-eċċellenza mil-laboratorju sas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni se tiffoka fuq il-finanzjament ta’ networks ta’ ċentri ta’ eċċellenza fl-AI u se tistabbilixxi Sħubija Ewropea dwar l-AI, id-Data u r-Robotika permezz ta’ Orizzont Ewropa ħalli tiffaċilita l-eċċellenza fir-riċerka. Biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni għal innovazzjoni u użu malajr, l-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, se jikkofinanzjaw faċilitajiet innovattivi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni tal-AI u network ta’ Ċentri Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali, permezz tal-programm Ewropa Diġitali, li se jgħinu lill-SMEs u lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jadottaw l-AI.

It-tielet, ikun żgurat li l-AI taħdem għan-nies u tkun forza għall-ġid fis-soċjetà. Il-Kummissjoni se tkompli tieħu azzjonijiet biex tiżgura li l-AI żviluppata u mqiegħda fis-suq fl-UE jkollha l-bniedem fiċ-ċentru tagħha, u tkun sostenibbli, sigura, inklużiva, aċċessibbli u affidabbli. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, hu kruċjali li l-qafas regolatorju jiżgura l-fiduċja fis-sistemi tal-AI filwaqt li fix-xena dinjija jippromwovi l-approċċ tal-UE għall-AI li hu bbażat fuq il-valuri. L-Istati Membri huma mħeġġa ferm ukoll biex irawmu t-talent u jtejbu l-provvista tal-ħiliet meħtieġa ħalli jippermettu l-iżvilupp ta’ AI affidabbli.

Ir-raba’, isir avvanz fil-bini ta’ tmexxija strateġika f’setturi b’impatt qawwi 31 , inkluż it-tibdil fil-klima u l-ambjent, is-saħħa, is-settur pubbliku, ir-robotika, il-mobbiltà, is-sigurtà u l-affarijiet interni u l-agrikoltura.

Filwaqt li jibnu fuq is-setgħat ekonomiċi u regolatorji tal-UE, l-azzjonijiet konġunti, il-koordinazzjoni u l-investimenti għandhom potenzjal enormi li jagħtu vantaġġ kompetittiv lill-industrija Ewropea u biex jagħtu spinta lis-suq intern. Barra minn hekk, l-azzjoni tal-UE tista’ tgħin biex l-istandards tal-UE għal AI affidabbli jiġu adottati madwar id-dinja u tiżgura li l-iżvilupp, l-użu u d-disseminazzjoni tal-AI ikunu sostenibbli u bbażati fuq il-valuri, il-prinċipji u d-drittijiet protetti fl-UE għall-ġid tal-individwi kollha u tal-ambjent tagħna.

6.Niftħu t-tieqa tal-opportunità

L-iżvilupp u l-iskjerament rapidu ta’ AI avvanzata u affidabbli fl-Ewropa huma prekundizzjoni għall-kompetittività u għall-prosperità futuri tal-Ewropa. Il-pakkett ippreżentat illum hu tappa importanti fit-traġitt biex tinkiseb din l-ambizzjoni, jaħtaf l-opportunità tal-AI u jindirizza r-riskji assoċjati. Biex din l-ambizzjoni tissarraf f’realtà, hemm bżonn azzjoni malajr u deċiżiva mill-Unjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri.

(1)

     Ara l-Kumment Ġenerali tal-UNCRC tal-25 ta’ Frar 2021

(2)

     Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija għall-Intelliġenza Artifiċjali fl-Ewropa COM(2018) 237.

(3)

     Il- White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali , il-Kummissjoni Ewropea, Frar 2020, COM(2020) 65.

(4)

      Il-Kumpass Diġitali għall-2030: l-Approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali , COM(2021) 118 .

(5)

      COM(2020) 767 .

(6)

     COM(2021) 202.

(7)

      L-istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-UE , ippubblikata fis-16 ta’ Diċembru 2020, JOIN(2020) 18.

(8)

     Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027, COM(2020) 624.

(9)

      Stqarrija għall-istampa dwar ir-regoli l-ġodda għall-pjattaformi diġitali , ippubblikata fil-15 ta’ Diċembru 2020, IP/20/2347.

(10)

     COM(2020) 790.

(11)

     Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet gwida strateġika għall-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istrateġija Annwali tagħha għat-Tkabbir Sostenibbli (ASGS) għall-2021, COM(2020) 575.

(12)

    Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, COM(2021) 101.

(13)

     Ara wkoll l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, COM(2020) 152 final (Marzu 2020), il-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu, COM(2020) 565 final (Settembru 2020), l-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-LGBTIQ, COM(2020) 698 final (Novembru 2020) u l-istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, COM(2021) 101 final (Marzu 2021).

(14)

     COM(2021) 206; il-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas regolatorju mhux se jinkludi l-iżvilupp u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali għal finijiet militari.

(15)

     Inizjattivi bħall-Prinċipji tal-OECD dwar l-Intelliġenza Artifiċjali adottati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-OECD dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (OECD/LEGAL/0449) f’Mejju 2019 mill-pajjiżi membri tal-OECD; id-djalogu dwar l-AI tal-Presidenza tal-G20 tal-Arabja Sawdija (id-Djalogu) taħt it-Task Force dwar l-Ekonomija Diġitali (DETF), bħala parti mill-isforzi tagħha biex tavvanza l-Prinċipji tal-AI tal-G20, 2019; l-abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-UNESCO dwar l-Etika tal-Intelliġenza Artifiċjali; jew l-hekk imsejjaħ “AI for Good Global Summit” tal-ITU, il-pjattaforma ewlenija dinjija, inklużiva u orjentata lejn l-azzjoni dwar l-AI, tan-Nazzjonijiet Uniti. Organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni bħall-ISO u l-IEEE huma involuti wkoll f’attivitajiet ta’ standardizzazzjoni tal-AI (eż. ISO/IEC JTC 1/SC 42 u l-Inizjattiva Globali tal-IEEE dwar l-Etika tas-Sistemi Awtonomi u Intelliġenti).

(16)

     Dan l-approċċ li jinvolvi bosta partijiet ikkonċernati se jinkludi wkoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

(17)

      Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli, Frar 2021 , JOIN(2021) 3 .

(18)

     Il-linji Gwida dwar l-Etika għal AI Affidabbli, dokument li jressaq approċċ għall-AI li jpoġġi l-bniedem fiċ-ċentru u li jelenka r-rekwiżiti ewlenin li s-sistemi tal-AI iridu jissodisfaw biex jitqiesu affidabbli.

(19)

     L-Alleanza tal-AI hi forum li jinvolvi diversi partijiet ikkonċernati u li tnieda f’Ġunju 2018, l-Alleanza tal-AI, https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/european-ai-alliance  

(20)

      Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali , il-Kummissjoni Ewropea, Diċembru 2018, COM(2018) 795.

(21)

   Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika , mid-19 ta’ Frar 2020, COM(2020) 64.

(22)

      Konsultazzjoni Pubblika fuq il-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali , il-Kummissjoni Ewropea, Frar-Ġunju 2020.

(23)

     Pereżempju d-Direttiva 2000/43/KE kontra d-diskriminazzjoni minħabba razza jew oriġini etnika jew id-Direttiva 2000/78/KE kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

(24)

     Pereżempju d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju, u leġiżlazzjoni settorjali bħar-Regolament 2017/745/UE dwar l-Apparat Mediku jew il-qafas tal-UE dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi bil-mutur.

(25)

     Pereżempju d-Direttiva 2005/29/KE dwar il-Prattika Kummerċjali Żleali.

(26)

     Ir-Regolament (UE) 2016/679.

(27)

     Id-Direttiva (UE) 2016/680.

(28)

     Il-Parlament Ewropew ippropona wkoll distinzjoni bejn applikazzjonijiet tal-AI b’riskju kbir u oħrajn, u pereżempju jinkludi r-reklutaġġ tal-persuni jew l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tagħhom fost l-applikazzjonijiet b’riskju kbir

(29)

     Għal skopijiet oħra, japplikaw il-projbizzjoni u l-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 9 tar-Regolament Ġenerali 2016/679/UE dwar il-Protezzjoni tad-Data

(30)

     Fil- White Paper tal-2020 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u fil- Pjan Ikkoordinat tal-2018 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali , il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta reviżjoni tal-Pjan Ikkoordinat lill-Istati Membri.

(31)

     Dan minbarra l-oqsma ta’ azzjoni orizzontali li jibnu fuq l-oqsma ta’ azzjoni proposti fil-Pjan Ikkoordinat tal-2018.

Top

Brussell, 21.4.2021

COM(2021) 205 final

ANNESSI

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Inrawmu approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali


Werrej

Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Rieżami tal-2021

Introduzzjoni: biex l-UE u l-Istati Membri jiksbu tmexxija dinjija fl-AI, bil-bniedem fiċ-ċentru

I.Noħolqu kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI

1.Niksbu, nakkomunaw, u nikkondividu informazzjoni intwittiva dwar politiki

2.Nisfruttaw il-potenzjal tad-data

3.Inrawmu kapaċità kritika tal-computing

II.Nagħmlu l-UE post xieraq ta’ eċċellenza mil-laboratorju sas-suq

4.Nikkollaboraw mal-partijiet ikkonċernati, pereżempju bis-Sħubija Ewropea dwar l-AI, id-Data u r-Robotika u gruppi ta’ esperti

5.Nibnu u nimmobilizzaw il-kapaċitajiet tar-riċerka

6.Nipprovdu l-għodod fuq pjattaforma tal-AI on-demand, u noħolqu ambjent biex l-iżviluppaturi jittestjaw u jesperimentaw (TEFs), u biex l-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jadottaw l-AI (EDIHs)

7.Finanzjament u espansjoni ta’ ideat u ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-AI

III.niżguraw AI li taħdem għan-nies u li tkun forza għall-ġid fis-soċjetà

8.Inrawmu t-talent u ntejbu l-provvista tal-ħiliet meħtieġa biex tinkiseb ekosistema tal-AI ta’ suċċess

9.Niżviluppaw qafas ta’ politika li jiżgura l-fiduċja fis-sistemi tal-AI

10.Nippromwovu l-viżjoni tal-UE għal AI sostenibbli u affidabbli madwar id-dinja

IV.Nibnu tmexxija strateġika f’setturi b’impatt qawwi

11.Inħaddmu l-AI għall-klima u l-ambjent

12.Nużaw il-ġenerazzjoni li jmiss tal-AI biex intejbu s-saħħa

13.Biex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem: Strateġija għar-Robotika fid-dinja tal-AI

14.Nagħmlu s-settur pubbliku pijunier fl-użu tal-AI

15.Napplikaw l-AI għall-infurzar tal-liġi, l-migrazzjoni u l-ażil

16.Bl-AI, il-mobbiltà ssir aktar intelliġenti, sikura u aktar sostenibbli

17.Nappoġġaw l-AI għal agrikoltura sostenibbli

Konklużjonijiet:

Appendiċi 1 - Skeda taż-żmien - azzjonijiet ewlenin

Appendiċi 2 - Analiżi tal-istrateġiji nazzjonali and investments in AI

1.Ħarsa ġenerali lejn l-istrateġiji nazzjonali

2.Prospetti għall-ġejjieni – azzjonijiet nazzjonali li jmiss

3.Investimenti tal-Istati Membri fl-AI



Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali
– Rieżami tal-2021
1

Introduzzjoni: biex l-UE u l-Istati Membri jiksbu tmexxija dinjija fl-AI, bil-bniedem fiċ-ċentru

2 It-tmexxija dinjija tal-Ewropa fl-adozzjoni tal-aħħar teknoloġiji, fl-isfruttar tal-benefiċċji u fil-promozzjoni tal-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali (AI) bil-bniedem fiċ-ċentru, sostenibbli, sigura, inklużiva u affidabbli tiddependi fuq il-kapaċità tal-Unjoni Ewropea (UE) li tħaffef, taġixxi u tallinja l-prijoritajiet u l-investimenti tal-politika tal-AI. Dan hu l-messaġġ ewlieni u viżjoni ta’ dan ir-rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat.

Il-Pjan Ikkoordinat tal-2018 dwar l-AI jixhed impenn konġunt tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għal ħidma flimkien biex jisfruttaw bis-sħiħi il-potenzjal tal-Ewropa li tikkompeti fid-dinja 3 . Witta t-triq għall-kooperazzjoni, iddefinixxa l-oqsma għall-investimenti u ħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw viżjonijiet strateġiċi nazzjonali dwar l-AI. Il-proċessi u d-dibattiti pubbliċi, fl-Istati Membri, fl-UE u madwar id-dinja, xprunati mill-Pjan Ikkoordinat tal-2018, jindikaw li kien l-ewwel pass essenzjali biex jiġu ddefiniti direzzjoni u objettivi komuni għal politika Ewropea dwar l-AI. Bis-saħħa tal-azzjonijiet miftiehma u ffaċilitati mill-Pjan Ikkoordinat tal-2018, ħafna mill-Istati Membri adottaw strateġiji nazzjonali tal-AI u bdew jimplimentawhom; l-investimenti fl-AI żdiedu u l-UE kienet kapaċi timmobilizza akkomunament ta’ riżorsi kritiċi biex tappoġġa dawk il-proċessi 4 .

Ir-rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat hu l-pass li jmiss – jippreżenta sett konkret ta’ azzjonijiet konġunti għall-Kummissjoni Ewropea u għall-Istati Membri dwar kif tinħoloq it-tmexxija dinjija tal-UE f’AI affidabbli. L-azzjonijiet ewlenin proposti jirriflettu l-viżjoni li biex jirnexxu, il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-atturi privati jeħtieġ:

-iħaffu l-investimenti fit-teknoloġiji tal-AI biex jixprunaw irkupru ekonomiku u soċjali reżiljenti, u ffaċilitat bl-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ġodda;

-jaġixxu fuq strateġiji u fuq programmi tal-AI billi jimplimentawhom bis-sħiħ u fil-ħin biex jiżguraw li l-UE taħtaf il-benefiċċji kollha tal-vantaġġi ta’ min jadotta l-ewwel; u

-jallinjaw il-politika tal-AI biex ineħħu l-frammentazzjoni u jindirizzaw l-isfidi dinjin.

Iħaffu l-investimenti privati u pubbliċi li jingranaw il-finanzjament tal-UE disponibbli, pereżempju, permezz tal-programmi Ewropa Diġitali (DEP), Orizzont Ewropa (HE) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) 5 . Il-Kummissjoni pproponiet li l-Unjoni tinvesti tal-anqas EUR 1 biljun fis-sena fl-AI mill-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali tul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027. Dan il-finanzjament fil-livell tal-UE jenħtieġ jattira u jakkomuna l-investimenti biex irawwem il-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri u jimmassimizza l-impatt billi jgħaqqad il-forzi, għax il-kisbiet huma ferm akbar jekk jiġbdu ħabel wieħed.

Dan, bl-objettiv li gradwalmentjiżdied l-investiment pubbliku u privat fl-AI sa EUR 20 biljun fis-sena tul dan id-deċennju. Barra minn hekk, l-RRF tipprovdi opportunità bla preċedent għall-modernizzazzjoni tal-AI u għal investiment fl-AI biex tinkiseb tmexxija dinjija fl-iżvilupp u fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-AI bil-bniedem fiċ-ċentru, affidabbli, siguri u sostenibbli 6 . L-UE jeħtieġ ma titlifx din l-opportunità. Dan il-Pjan Ikkoordinat juri kif il-finanzjament tal-UE, inkluż id-DEP, HE u l-RRF jistgħu jappoġġaw azzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri.

Jaġixxu fuq l-istrateġiji u fuq il-programmi tal-AI billi jieħdu passi fil-ħin u konkreti bl-appoġġ tal-finanzjament: mill-kliem għall-fatti. Il-Pjan Ikkoordinat tal-2018 wera li l-koordinazzjoni u l-isforzi konġunti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea li jinvolvu lill-industrija u lill-pubbliku ġenerali fl-iżvilupp u fl-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI, jistgħu jġibu valur miżjud ġmielu għall-ekonomija, għall-ambjent u għas-soċjetajiet tal-UE. Dan ifisser li l-istrateġiji, l-inizjattivi u l-programmi jiksbu l-akbar valur jekk l-ideat għall-kollaborazzjoni jkunu mfasslin, immirati u ffinanzjati sew. Eżempju minnhom hu l-esperjenza li kisbet l-UE biċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali (DIHs). Il-politiki tat-teknoloġija u pubbliċi dwar l-AI avvanzaw u jistgħu jiġu adottati b’mod mifrux 7 . Madwar id-dinja, l-għadd ta’ negozji li jużaw it-teknoloġiji tal-AI ittripla fl-aħħar sena 8 . L-iżviluppi f’oqsma relatati, eż. ir-robotika u l-Internet tal-Oġġetti (IoT) joħolqu fruntieri teknoloġiċi ġodda u potenzjal għas-sistemi tal-AI. Il-kostijiet tan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jkunu sinifikanti 9 . Għalhekk, biex issir it-tranżizzjoni mill-kliem għall-fatti, ir-rieżami tal-2021 jipproponi sett ta’ azzjonijiet speċifiċi bi skeda taż-żmien indikata b’mod ċar u b’mekkaniżmi possibbli ta’ kooperazzjoni u finanzjament.

Jallinjaw il-politika tal-AI biex jindirizzaw l-isfidi dinjin u titneħħa l-frammentazzjoni: Il-frammentazzjoni bejn diversi azzjonijiet tal-UE, u l-frammentazzjoni bejn l-azzjonijiet nazzjonali u tal-UE jistgħu jnaqqsu l-progress fl-adozzjoni tal-AI u jxekklu l-kisba tal-benefiċċji. Għal din ir-raġuni, biex l-azzjonijiet konġunti dwar l-AI jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-White Paper tal-2020 dwar l-AI 10 , mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-miżuri tal-UE b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, ir-rieżami jsaħħaħ l-azzjonijiet proposti tagħha dwar l-ambjent u s-saħħa. Fost affarijiet oħrajn, l-istrateġiji nazzjonali saħqu fuq l-importanza li jinbena u jitħeġġeġ approċċ bil-bniedem fiċ-ċentru, affidabbli, sigur, sostenibbli u inklużiv għall-AI. L-istrateġiji nazzjonali enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati azzjonijiet konġunti speċifiċi għas-settur 11 . Għaldaqstant, ir-rieżami tal-2021 iqis it-tibdil fl-ambjenti teknoloġiċi u ta’ politika, u jinkorpora informazzjoni intwittiva mis-sentejn ta’ implimentazzjoni tal-Pjan Ikkoordinat u mill-istrateġiji adottati mill-Istati Membri. Dan l-allinjament hu rifless fl-istruttura l-ġdida proposta tal-Pjan Ikkoordinat 12 .

Biex tħaffef, taġixxi u tallinja, u b’hekk taħtaf l-opportunitajiet tat-teknoloġiji tal-AI u jiġi ffaċilitat l-approċċ Ewropew għall-AI, jiġifieri AI bil-bniedem fiċ-ċentru, affidabbli, sigura, sostenibbli u inklużiva, b’rispett sħiħ tal-valuri Ewropej ewlenin tagħna, dan ir-rieżami tal-Pjan Ikkoordinat iressaq erba’ settijiet ewlenin ta’ proposti għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri:

Noħolqu kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI

-Niksbu, nakkomunaw, u nikkondividu informazzjoni intwittiva dwar politiki (il-Kapitlu 1)

-Nisfruttaw il-potenzjal tad-data (il-Kapitlu 2)

-Inrawmu kapaċità kritika tal-computing (il-Kapitlu 3)

Nagħmlu l-UE post xieraq ta’ eċċellenza mil-laboratorju sas-suq

-Nikkollaboraw mal-partijiet ikkonċernati, pereżempju bis-Sħubija Ewropea dwar l-AI, id-Data u r-Robotika u gruppi ta’ esperti (il-Kapitlu 4)

-Nibnu u nimmobilizzaw il-kapaċitajiet tar-riċerka (il-Kapitlu 5)

-Nipprovdu ambjent għall-iżviluppaturi biex jittestjaw u jesperimentaw (TEFs), u biex l-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jadottaw l-AI (EDIH) (il-Kapitlu 6)

-Nappoġġaw il-finanzjament u l-iskalar tal-ideat u s-soluzzjonijiet innovattivi għall-AI (il-Kapitlu 7)

Niżguraw AI li taħdem għan-nies u li tkun forza għall-ġid fis-soċjetà

-Inrawmu t-talent u ntejbu l-provvista tal-ħiliet meħtieġa biex tinkiseb ekosistema tal-AI ta’ suċċess (il-Kapitlu 8)

-Niżviluppaw qafas ta’ politika li jiżgura l-fiduċja fis-sistemi tal-AI (il-Kapitlu 9)

-Nippromwovu l-viżjoni tal-UE għal AI sostenibbli u affidabbli madwar id-dinja (il-Kapitlu 7)

Nibnu tmexxija strateġika f’setturi b’impatt qawwi

-Inħaddmu l-AI għall-klima u l-ambjent (il-Kapitlu 11)

-Nużaw il-ġenerazzjoni li jmiss tal-AI biex intejbu s-saħħa (il-Kapitlu 12)

-Biex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem: Strateġija għar-Robotika fid-dinja tal-AI (il-Kapitlu 13)

-Nagħmlu s-settur pubbliku pijunier fl-użu tal-AI (il-Kapitlu 14)

-Napplikaw l-AI għall-infurzar tal-liġi, l-migrazzjoni u l-ażil (il-Kapitlu 15)

-Nagħmlu l-mobbiltà aktar sikura u inqas niġġiesa bl-AI (il-Kapitlu 16)

-Nappoġġaw l-AI għal agrikoltura sostenibbli (il-Kapitlu 17)

13 Bi qbil ma’ dan ta’ hawn fuq, ir-rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat jagħti ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin mill-adozzjoni tal-Pjan Ikkoordinat tal-2018 u jistabbilixxi l-prospetti għall-ġejjieni bi proposti u rakkomandazzjonijiet konkreti għal azzjoni ulterjuri, filwaqt li jidentifika oqsma fejn is-sħubija bejn l-UE u l-Istati Membri hi partikolarment effettiva biex l-Ewropa ssir ċentru għall-iżvilupp u l-użu ta’ AI mill-aktar avvanzata u bil-bniedem fiċ-ċentru. Ir-rieżami tal-2021 għandu l-għan li javvanza l-objettivi ta’ hawn fuq u jipproponi 14-il qasam ta’ azzjoni konġunt interrelatat għal kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri (seba’ oqsma orizzontali u seba’ oqsma settorjali). Bħall-White Paper tal-UE tal-2020 u l-Pjan Ikkoordinat tal-2018, ir-rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat ma jindirizzax l-iżvilupp u l-użu tal-AI għal finijiet militari.

I.Noħolqu kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI

Biex nappoġġaw l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI u nilħqu l-objettivi ta’ dan il-Pjan Ikkoordinat, hemm bżonn bosta kundizzjonijiet abilitanti. L-ewwel waħda hi qafas xieraq ta’ governanza u koordinazzjoni. B’qafas ta’ governanza u koordinazzjoni effiċjenti u li jiffunzjona sew, nistgħu nibnu ekonomiji ta’ skala, nimminimizzaw il-kostijiet tal-informazzjoni u tat-tranżazzjonijiet, u niffaċilitaw is-sinerġiji fost l-Istati Membri. It-tieni kundizzjoni abilitanti hi d-data. Ħafna drabi, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-AI ikun jeħtieġ settijiet tad-data kbar, ta’ kwalità għolja, siguri u robusti. Għalhekk, hu importanti li niżguraw il-moviment tad-data fl-UE, mas-sħab kummerċjali tagħna u fis-setturi kollha, f’konformità mal-acquis tal-UE, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fejn tidħol id-data personali u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni. It-tielet hi l-infrastruttura tal-komputazzjoni. Din l-infrastruttura neħtiġuha biex naħżnu, nanalizzaw u nipproċessaw il-volumi dejjem akbar tad-data. Min-naħa tagħha, din teħtieġ żviluppi u approċċi ġodda biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-computing, eż. tas-semikondutturi, biex l-algoritmi tal-AI ikunu jistgħu jaħżnu, iħaddmu u jittestjaw id-data. Flimkien, dawn it-tliet fatturi joħolqu kundizzjonijiet abilitanti mifruxin biex it-teknoloġiji tal-AI jirnexxu fl-UE.

Għaldaqstant, biex jinħolqu dawn il-kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI, u tisaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, ir-rieżami jipproponi enfasi fuq tliet azzjonijiet ewlenin: nibnu qafas ta’ governanza għal kisba, ġbir u kondiviżjoni effettivi ta’ informazzjoni intuwittiva dwar il-politika dwar l-AI; nisfruttaw il-potenzjal tad-data biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tagħha; inrawmu infrastruttura kritika tal-komputazzjoni li tappoġġa l-bini tal-kapaċitajiet u ttejjeb l-iżvilupp tal-AI.

1.Niksbu, nakkomunaw, u nikkondividu informazzjoni intwittiva dwar politiki

L-għarfien hu kruċjali. Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-informazzjoni intwittiva dwar il-politika, u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta’ politika u tal-investimenti f’qasam li qed jiżviluppa b’mod rapidu bħall-AI jistgħu jipprovdu vantaġġ kompetittiv importanti. Għal din ir-raġuni, fil-Pjan Ikkoordinat tal-2018, l-Istati Membri u l-Kummissjoni qablu dwar mekkaniżmu ta’ governanza għal ħidma konġunta u pproponew żewġ settijiet ta’ azzjonijiet li jibnu informazzjoni intwittiva dwar il-politika u jiżviluppaw sinerġiji. L-Istati Membri tħeġġew jistabbilixxu strateġiji jew programmi nazzjonali dwar l-AI (jew iżidu dimensjoni tal-AI ma’ strateġiji u ma’ programmi nazzjonali rilevanti oħrajn) u jikkondividuhom ma’ xulxin u mal-Kummissjoni 14 ; u l-Kummissjoni wiegħdet li timmonitorja l-iżviluppi u timmobilizza l-għarfien espert.

1.1. Nimmassimizzaw il-vantaġġi tal-istrateġiji nazzjonali u nħaffu l-azzjonijiet proposti

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

L-Istati Membri kollha għamlu sforzi sostanzjali biex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali dwar l-AI jew biex jinkludu dimensjoni tal-AI fl-istrateġiji u l-programmi eżistenti tagħhom 15 . L-adozzjoni tal-istrateġiji nazzjonali ffaċilitat riflessjoni strutturata tal-prijoritajiet u l-objettivi għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI, u bdiet dibattitu pubbliku usa’ f’ħafna Stati Membri. L-iskambju tal-informazzjoni dwar l-istrateġiji nazzjonali kkontribwixxa wkoll għal djalogu strutturat bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Skont l-analiżi tal-istrateġiji nazzjonali, l-adozzjoni tal-istrateġiji nazzjonali kienet l-ewwel pass importanti biex jiġi ffaċilitat u integrat l-isforz Ewropew dwar l-AI. Dan il-proċess għen biex jiġu identifikati s-setturi ta’ prijorità għal azzjonijiet konġunti, ipprovda mmappjar solidu tal-prijoritajiet ewlenin tal-investiment ippjanati mill-Istati Membri u indika l-passi possibbli għal proġetti komuni bejn diversi pajjiżi u għal attivitajiet konġunti.

Prospetti għall-ġejjieni

Il-pass li jmiss hu li jkun żgurat li l-isforzi li investew l-Istati Membri fl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali jagħtu riżultati konkreti u jwasslu għal sinerġiji fil-livell tal-UE. Biex tappoġġa lill-Istati Membri f’ħidmithom ħalli jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji nazzjonali dwar l-AI, il-Kummissjoni se tkompli:

-tiffaċilita l-użu tal-azzjonijiet nazzjonali u sinerġiji bejn dawn l-azzjonijiet nazzjonali identifikati fl-istrateġiji nazzjonali tal-AI u fl-azzjonijiet konġunti skont il-Pjan Ikkoordinat. Dan jista’ jinkludi miżuri li jsaħħu l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u jipprovdu analiżi u studji , pereżempju permezz ta’ AI Watch 16 ;

-issaħħaħ l-għoti tal-informazzjoni lill-Istati Membri dwar il-mezzi prattiċi, inkluż il-finanzjament, li jappoġġaw l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI. Pereżempju, fl-2021 il-Kummissjoni qed tibqa’ tinforma lill-Istati Membri dwar il-finanzjament tal-UE disponibbli għall-AI.

L-Istati Membri huma mħeġġin ferm:

-jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet ta’ finanzjament rilevanti tal-UE, inkluż l-RRF, biex jappoġġaw u jsaħħu l-iżvilupp u l-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI fil-livell nazzjonali u lokali, abbażi tal-istrateġiji nazzjonali, inkluż bl-involviment tal-investiment privat;

-jirrieżaminaw u jaġġornaw l-istrateġiji nazzjonali dwar l-AI kif meħtieġ biex jiżguraw li l-azzjonijiet u l-investimenti identifikati jitwettqu kif mistenni fil-prattika u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress ta’ dawn 17 ;

-jiżviluppaw u jippromwovu strumenti li jippermettu monitoraġġ, koordinazzjoni, evalwazzjoni u skambju regolari tal-esperjenza u tal-aqwa prattika fost firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati;

-isaħħu l-appoġġ u l-investiment fl-azzjonijiet konġunti identifikati fil-Pjan Ikkoordinat; u

-jikkondividu, jiżviluppaw u jimplimentaw azzjonijiet fil-livell nazzjonali/reġjonali li rnexxew fi Stati Membri oħra, pereżempju, inizjattivi nazzjonali ta’ suċċess għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ maħżen virtwali tad-data.

1.2.Naħtfu l-benefiċċju kollu tal-għarfien espert tekniku tal-gruppi ta’ esperti dwar l-AI ffaċilitati mill-Kummissjoni Ewropea

L-iżviluppi teknoloġiċi u soċjoekonomiċi relatati mal-AI huma dinamiċi ħafna u spiss jeħtieġu għarfien espert speċjalizzat. Għaldaqstant, biex timmonitorja l-avvanz u l-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI u tiffaċilita politika bbażata fuq l-evidenza dwar l-AI, il-Kummissjoni għamlet sforz konsiderevoli biex timmobilizza l-għarfien espert, tiġbor id-data, timmonitorja l-iżviluppi, u tiġbor u tanalizza l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati relatati mal-AI.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Biex timmobilizza l-għarfien espert 18 relatat mat-teknoloġiji tal-AI, il-Kummissjoni stabbiliet tliet gruppi ta’ esperti orizzontali 19 :

-Il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali 20 – dan il-grupp analizza b’mod estensiv l-implikazzjonijiet etiċi tal-AI għat-tfassil tal-politika u kiseb tliet riżultati tul il-mandat tiegħu:

-linji gwida dwar l-etika għal AI affidabbli 21 ;

-rakkomandazzjonijiet dwar il-politika u l-investiment għal AI affidabbli 22 ; u

-lista ta’ valutazzjoni għal AI affidabbli (ALTAI) 23 .

-Il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Impatt tat-Trasformazzjoni Diġitali fuq is-Swieq tax-Xogħol tal-UE – fl-2019 ħareġ rapport b’għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, fosthom azzjonijiet ta’ politika għall-immedjat, għaż-żmien medju u għal aktar fit-tul, biex l-UE, l-Istati Membri, in-negozji u partijiet ikkonċernati oħra jsawru t-trasformazzjoni diġitali tad-dinja tax-xogħol u jagħmluha bla xkiel, inklużiva u bil-bniedem fiċ-ċentru 24 .

-Il-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Responsabbiltà u Teknoloġiji Ġodda – fl-2019 ippubblika rapport dwar ir-responsabbiltà fejn jidħlu l-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji diġitali emerġenti oħrajn 25 .

Minbarra l-gruppi orizzontali, il-gruppi settorjali ta’ esperti ffokaw fuq oqsma speċifiċi ta’ politika affettwati mill-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-AI, fosthom il-vetturi awtonomi 26 , l-avjazzjoni 27 , il-mobbiltà u t-trasport 28 , l-affarijiet interni 29 u r-riskji emerġenti għas-sigurtà 30 . Din il-ħidma pprovdiet għarfien espert siewi u kkontribwiet għal diskussjonijiet ta’ politika kontinwi fil-livell tal-UE dwar diversi materji tal-AI, inkluż l-isfidi u l-opportunitajiet li jġibu t-teknoloġiji tal-AI u r-risponsi meħtieġa tal-ordni pubbliku.

Fl-2018, il-Kummissjoni (b’koordinazzjoni mal-Istati Membri) żviluppat u nediet l-AI Watch 31 biex timmonitorja l-iżviluppi relatati mat-teknoloġiji tal-AI. L-AI Watch jimmonitorja l-kapaċità industrijali, teknoloġika u tar-riċerka, l-inizjattivi tal-politika tal-AI fl-Istati Membri, l-investimenti, il-ħiliet fl-AI, l-iżviluppi u l-adozzjoni tal-AI u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija, fuq is-soċjetà u fuq is-servizzi pubbliċi. Fl-ewwel sentejn, ippubblikat studji biex tappoġġa t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza 32 u biex tinforma d-dibattitu pubbliku dwar l-AI 33 .

Fl-2018 ukoll, biex tissorvelja l-adozzjoni u l-użu madwar l-Ewropa ta’ teknoloġiji emerġenti u fixkiela għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi, inkluż it-teknoloġiji tal-AI, il-Kummissjoni ħolqot pjattaforma innovattiva għas-servizzi pubbliċi (IPSO) 34 . Bl-istess mod, biex tissorvelja l-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali u abilitanti ewlenin emerġenti (inkluż l-AI) fl-iżvilupp industrijali, fl-2020, nediet proġett ta’ teknoloġiji avvanzati għall-industrija (ATI) 35 . Ikkummissjonat ukoll stħarriġ dwar l-użu mid-ditti tal-UE ta’ teknoloġiji bbażati fuq l-AI 36 .

Fl-2020, il-Eurostat beda jiġbor data dwar l-adozzjoni tal-AI fl-UE. L-ewwel sett tad-data nġabar b’erba’ indikaturi relatati mal-AI b’enfasi fuq iċ-chatbots, fuq l-analiżi tal-Big Data bit-tagħlim awtomatiku, fuq l-analiżi tal-Big Data bl-ipproċessar tal-lingwi naturali, u fuq ir-robots tas-servizzi 37 .

L-inizjattiva ewlenija biex jinġabru l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati fuq l-istrateġija tal-UE dwar l-AI kienet konsultazzjoni pubblika miftuħa wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper tal-2020 dwar l-AI, li ġabret il-fehmiet fi tliet oqsma wisgħin: azzjonijiet biex tinbena ekosistema ta’ eċċellenza; alternattivi għal qafas regolatorju għall-AI; u azzjonijiet relatati mal-aspetti tas-sikurezza u tar-responsabbiltà tal-AI 38 . Minbarra t-tweġibiet tal-konsultazzjoni pubblika, l-Istati Membri taw rispons fuq tibdiliet possibbli fil-Pjan Ikkoordinat u azzjoni konġunta waqt diskussjonijiet fil-Grupp dwar l-AI u d-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea 39 , u b’konsultazzjonijiet bilaterali mal-Kummissjoni.

Biex tinvolvi b’mod aktar mifrux lill-partijiet ikkonċernati dwar temi relatati mal-AI, il-Kummissjoni stabbiliet forum online, l-Alleanza dwar l-AI 40 , biex tipprovdi pjattaforma lil madwar 4 000 parti kkonċernata mid-dinja kollha biex jiskambjaw informazzjoni, u jiddiskutu l-implikazzjonijiet teknoloġiċi u soċjetali tal-AI 41 . Il-Kummissjoni organizzat assemblej tal-Alleanza dwar l-AI f’Ġunju 2019 u f’Ottubru 2020 42 .

Prospetti għall-ġejjieni

Biex timmobilizza l-għarfien espert, timmonitorja l-iżviluppi li għaddejjin u tiġbor id-data dwar l-AI, il-Kummissjoni se tkompli

-ittejjeb il-ġbir tad-data dwar l-adozzjoni tal-AI – fl-2021 il-Eurostat se jniedi modulu sħiħ dwar l-AI li jkopri l-adozzjoni ta’ seba’ teknoloġiji tal-AI, l-użi tat-teknoloġiji tal-AI, il-kisba, u l-ostakli għall-użu 43 . L-AI Watch se jibqa’ jimmonitorja u jiġbor data dwar l-użu tat-teknoloġiji tal-AI, inkluż fis-settur pubbliku;

-tappoġġa l-ħidma tal-Alleanza dwar l-AI, billi tmexxi l-Pjattaforma tal-Alleanza u torganizza l-assemblej annwali dwar l-AI ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati biex jipprovdu qafas għall-kontribut għat-tfassil tal-politika tal-UE dwar l-AI; u

-tevalwa l-iżviluppi u tiġbor l-għarfien meħtieġ dwar it-teknoloġiji tal-AI. Pereżempju dan jista’ jinkludi, jekk ikun meħtieġ, gruppi ta’ esperti ġodda jew inizjattivi settorjali dwar l-AI li jipprovdu kontribut għat-tfassil ta’ politika tal-UE dwar l-AI jew jgħinu lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa biex jappoġġaw l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-politika tal-UE u l-leġiżlazzjoni proposta dwar it-teknoloġiji tal-AI.

B’konsultazzjoni mal-Istati Membri, l-Kummissjoni se:

-tanalizza u sal-2022 tipproponi modi kif jista’ jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-iżvilupp, tal-adozzjoni u tal-impatt tat-teknoloġiji tal-AI fl-UE fis-setturi privati u pubbliċi. Dan se jibni fuq it-tagħlimiet mill-ħidma tal-AI Watch u mill-inizjattivi nazzjonali tal-osservatorju tal-AI. L-analiżi se tikkunsidra wkoll kif jistgħu jibqgħu jinbnew u jissaħħu s-sinerġiji u r-rabtiet mal-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ eżistenti 44 jew ma’ strutturi ta’ governanza futuri tal-UE dwar l-AI 45 jew ma’ attivitajiet internazzjonali ta’ monitoraġġ; u

-timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tal-Pjan Ikkoordinat biex tiżgura li jibqa’ aġġornat. Skont ir-rispons tal-Istati Membri dwar ir-rieżami tal-2021 u b’konsultazzjoni ma’ istituzzjonijiet u entitajiet oħra tal-UE, fl-2022 il-Kummissjoni se tipproponi skeda taż-żmien, matriċi u metodoloġija għar-rieżami li jmiss tal-Pjan Ikkoordinat.

1.3.Insaħħu l-iskambji u l-kollaborazzjoni permezz tal-Grupp tal-Istati Membri dwar l-AI u d-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea

L-azzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha l-appoġġ ulterjuri tal-mekkaniżmi ta’ governanza li jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni u jgħinu biex tinstab id-direzzjoni strateġika għal kollaborazzjoni dwar il-politika tal-AI.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Id-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni tmexxew mill-Grupp ta’ Stati Membri dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u d-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea (il-Grupp ta’ Stati Membri dwar l-AI u D-DEI), filwaqt li fejn jidħlu kwistjonijiet tekniċi kellu l-assistenza tal-grupp Sherpa. Dan qeda rwol ewlieni fl-iżvilupp u fir-reviżjoni tal-Pjan Ikkoordinat. Il-grupp iltaqa’ regolarment 46 u żgura l-koordinazzjoni bejn il-ministeri nazzjonali u partijiet ikkonċernati oħra, eż. l-industrija, l-akkademja u s-soċjetà ċivili. Tul is-snin ta’ wara l-adozzjoni tal-Pjan Ikkoordinat tal-2018, il-grupp indirizza l-oqsma ewlenin kollha li jkopri, inkluż iċ-ċentri ta’ eċċellenza tal-AI, il-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni (TEFs), il-qafas legali, is-sandboxes regolatorji, id-data, il-ħiliet, l-AI għall-Patt Ekoloġiku, l-AI għas-saħħa, id-DIHs u l-AI fis-sigurtà.

Prospetti għall-ġejjieni

Biex jiġu ffaċilitati l-mekkaniżmi ta’ governanza għall-kooperazzjoni: il-Grupp ta’ Stati Membri dwar l-AI u d-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, se jkompli:

-imexxi d-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni 47 – il-grupp se jinvolvi ruħu f’approfondimenti tematiċi jew settorjali fuq suġġetti bħal pereżempju attivitajiet tal-istandardizzazzjoni, l-impatt soċjoekonomiku tal-AI, l-opportunitajiet ta’ finanzjament, miżuri li jappoġġaw lin-negozji ġodda, l-appoġġ għal adozzjoni u akkwist tal-AI mis-settur pubbliku, l-AI u ċ-ċibersigurtà, u l-AI u l-konnettività mobbli;

Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri, se tkompli:

-tevalwa l-ħtieġa li jiġu stabbiliti kooperazzjoni u networks fil-livell tal-UE biex jinbnew il-kapaċitajiet tal-UE; u

-b’kollaborazzjoni mas-sħubija koprogrammata futura dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, tiskambja l-aqwa prattiki tal-Istati Membri fejn jidħlu l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adozzjoni tas-sistemi tal-AI;

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u joħolqu sistema ta’ networks reġjonali tal-AI 48 ; u

-jiffaċilitaw id-diskussjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ koalizzjonijiet nazzjonali u jiffaċilitaw l-iskambju tal-aqwa prattiki fost l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati dwar il-koalizzjonijiet nazzjonali eżistenti tal-AI 49 billi jlaqqgħu flimkien lill-partijiet ikkonċernati tas-settur pubbliku u privat, eż. f’sessjonijiet ta’ ħidma konġunti dwar oqsma tematiċi ta’ interess komuni. B’kooperazzjoni mas-sħubija koprogrammata dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, din l-azzjoni se tgħin fil-kooperazzjoni transfruntiera u se tinvolvi aktar partijiet ikkonċernati.

2.Nisfruttaw il-potenzjal tad-data 

Id-disponibbiltà ta’ data ta’ kwalità għolja, fost affarijiet oħra, rigward id-diversità, in-nondiskriminazzjoni u l-possibbiltà ta’ użu, kombinament, u użu mill-ġdid ta’ data minn diversi sorsi b’mod konformi mal-GDPR huma prerekwiżiti essenzjali u prekundizzjoni għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ ċerti sistemi tal-AI 50 . Iżda l-kondiviżjoni tad-data, b’mod speċjali bejn il-kumpaniji, ma laħqitx skala biżżejjed minħabba nuqqas ta’ inċentivi ekonomiċi, nuqqas ta’ fiduċja u nuqqas ta’ ċarezza legali 51 . Għalhekk, il-Pjan Ikkoordinat tal-2018 jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ spazji komuni Ewropej tad-data għal kondiviżjoni bla xkiel tad-data b’mod transfruntier. Dan jenfasizza wkoll l-importanza li jinbnew infrastruttura tal-computing u servizzi tal-cloud pan-Ewropej, speċjalment minħabba l-kompetizzjoni internazzjonali għall-aċċess għad-data 52 .

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni adottat strateġija Ewropea għad-data 53 bil-għan li toħloq suq uniku għad-data ħalli tiżgura l-kompetittività dinjija tal-Ewropa. Din tinvolvi l-ħolqien tal-inċentivi t-tajba għall-kondiviżjoni tad-data, u l-istabbiliment ta’ regoli prattiċi, ġusti, nondiskriminatorji u ċari dwar l-aċċess għad-data u l-użu tagħha, bi qbil mal-valuri u d-drittijiet Ewropej, fost l-oħrajn il-protezzjoni tad-data personali, il-protezzjoni tal-konsumaturi u r-regoli tal-kompetizzjoni. Tinvolvi wkoll id-disponibbiltà wiesgħa tad-data tas-settur pubbliku billi jinfetħu settijiet tad-data ta’ valur għoli u jitħallew jintużaw mill-ġdid għall-innovazzjoni.

F’Ġunju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar il-kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u l-gvern (B2G) 54 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli 55 u li jinkludi sett ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika, legali u ta’ finanzjament biex il-kondiviżjoni tad-data B2G fl-interess pubbliku ssir prattika skalabbli, responsabbli u sostenibbli fl-UE. L-istrateġija Ewropea dwar id-data tippromwovi wkoll il-kondiviżjoni tad-data, pereżempju bi prattiki bejn in-negozji (B2B).

B’segwitu għall-istrateġija tad-data, fil-25 ta’ Novembru 2020 il-Kummissjoni pproponiet Att ġdid dwar il-Governanza tad-Data 56 . Ir-Regolament propost jinkludi għadd ta’ miżuri biex tiżdied il-fiduċja fil-kondiviżjoni tad-data, inkluż fil-prattiki B2B 57 , u b’hekk għandu l-għan jipprovdi aktar data ta’ kwalità għall-applikazzjonijiet tal-AI. Joħloq regoli ġodda tal-UE dwar in-newtralità biex l-intermedjarji ġodda tad-data jkunu jistgħu jiffunzjonaw bħala organizzaturi affidabbli tal-kondiviżjoni tad-data. Jinkludi miżuri li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid ta’ ċerta data miżmuma mis-settur pubbliku. Jipprovdi mezzi biex jagħmilha aktar faċli u aktar sikura għall-kumpaniji u għall-individwi biex jagħmlu d-data tagħhom disponibbli b’mod volontarju għall-ġid komuni usa’ u b’kundizzjonijiet ċari. Jappella biex jitwaqqaf “Bord Ewropew għall-Innovazzjoni tad-Data” biex jappoġġa u jagħti pariri dwar l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà transsettorjali bħala element essenzjali li jiżgura d-disponibbiltà tad-data ta’ kwalità għolja. L-Att dwar il-Governanza tad-Data jista’ jiġi kkumplimentat b’leġiżlazzjoni settorjali skont il-ħtieġa 58 .

Prospetti għall-ġejjieni

Biex tappoġġa azzjonijiet dwar id-data, il-Kummissjoni se:

-tadotta proposta għal Att dwar id-Data, biex tistimola l-użu tad-data miżmuma privatament mill-gvern (B2G), tindirizza kwistjonijiet relatati mal-aċċess u l-użu tad-data f’kuntesti bejn in-negozji, b’mod partikolari d-data mhux personali li tirriżulta minn oġġetti konnessi mal-Internet tal-Oġġetti (Q3 2021) 59 ; u

-tipproponi att ta’ implimentazzjoni biex is-settijiet tad-data ta’ valur għoli tas-settur pubbliku jsiru disponibbli liberament b’mod li jinqara mill-magni għal użu mill-ġdid (Q2 2021) 60 .

Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni se:

-tniedi Alleanza Ewropea għad-data industrijali, għall-edge u għall-cloud biex timmobilizza l-atturi privati u pubbliċi ħalli jingħaqdu flimkien u jsaħħu l-pożizzjoni industrijali tal-Ewropa fis-suq dinji tal-cloud u tal-edge computing. Ir-rwol primarju tagħha se jkun li tistimola l-koordinazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet tal-cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss fil-livelli lokali, nazzjonali u tal-UE. L-Alleanza se tkun konnessa mal-ispazji Ewropej tad-data u b’hekk trawwem ambjenti innovattivi għall-kondiviżjoni tad-data bbażati fuq soluzzjonijiet tal-cloud u tal-edge miftuħin, interoperabbli, siguri u effiċjenti fir-riżorsi. Se trawwem ukoll sinerġiji bejn il-ħidma fuq l-inizjattivi tal-federazzjoni Ewropea tal-cloud u tal-Istati Membri 61 ;

-tinvesti fi spazji Ewropej tad-data u fil-federazzjoni Ewropea tal-cloud permezz tal-programm Ewropa Diġitali, l-istrumenti tal-finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE2) u strumenti oħra bħall-EU4Health għall-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa. B’mod speċifiku, bl-ewwel sejħiet permezz ta’ Ewropa Diġitali u l-FNE2 li se jitnedew fi Q2 2021, il-Kummissjoni se:

-tniedi azzjonijiet speċifiċi għas-settur, kif ħabbret fl-istrateġija Ewropea għad-data 62 , biex jinbnew spazji Ewropej tad-data għall-manifattura industrijali, il-Patt Ekoloġiku, il-mobbiltà, is-saħħa, il-finanzi, l-enerġija, l-agrikoltura, l-amministrazzjoni pubblika, u l-ħiliet 63 .

-twettaq koinvestiment fl-azzjonijiet li jiffokaw fuq l-iżvilupp ta’ servizzi u infrastrutturi tal-cloud-to-edge innovattivi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, fuq pjattaformi tal-middleware, fuq l-interkonnessjoni tal-kapaċitajiet eżistenti tal-ipproċessar tad-data fl-Istati Membri;

-permezz tar-Raggruppament 4 “Diġitali, Industrija u Spazju” ta’ Orizzont Ewropa, tibqa’ tappoġġa r-riċerka, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u infrastrutturi tal-computing u tad-data tal-ġenerazzjoni li jmiss, biex ikun jista’ jinħoloq suq uniku Ewropew għad-data bl-ispazji tad-data korrispondenti u b’ekosistema tal-AI affidabbli u sigura. L-ewwel sejħiet se jsiru f’April 2021; u

-takkumpanja lill-Istati Membri interessati kollha fl-istabbiliment ta’ Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) possibbli li jiffoka fuq l-infrastruttura tal-cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss u s-servizzi relatati.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jinvestu fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Ewropa fl-aktar teknoloġiji avvanzati tal-cloud u tal-edge tal-ġenerazzjoni li jmiss u jrawmu l-adozzjoni tal-cloud bil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għal irkupru u reżiljenza, u bi qbil mal-komponent eżempju għall-inizjattiva ewlenija “Scale-up” tal-RRF 64 u inkluż bi proġetti multinazzjonali.

3.Inrawmu kapaċità kritika tal-computing

Mingħajr infrastruttura tal-computing, id-disponibbiltà tad-data mhix se tiġġenera valur miżjud 65 . Għalhekk, il-Kummissjoni tieħu miżuri biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ sistemi teknoloġiċi u għal infrastrutturi tal-ipproċessar tad-data tal-ġenerazzjoni li jmiss li tant huma kruċjali biex id-data tkun tista’ tintuża għall-AI 66 .

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC) fl-Ewropa, l-Impriża Konġunta EuroHPC tikkoordina l-isforzi u takkomuna r-riżorsi ta’ 32 pajjiż parteċipant biex tiżviluppa u timplimenta infrastruttura tas-supercomputing ta’ klassi dinjija li se tkun aċċessibbli b’mod faċli u sigur minn kullimkien fl-Ewropa.

Ix-xejriet ewlenin tal-hardware tal-AI jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej: (1) is-soluzzjonijiet tal-AI tal-ġenerazzjoni li jmiss jeħtieġ ikunu aktar qawwijin u aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-mudelli tat-taħriġ dejjem aktar sofistikati, u (2) il-computing se jersaq dejjem iżjed lejn “l-edge”, fuq apparati li jkunu eqreb lejn l-utenti u li kapaċi jimplimentaw applikazzjonijiet tal-AI fil-ħin reali. Dawk ix-xejriet jeħtieġu adattament tal-infrastruttura u l-Kummissjoni qed tieħu passi, kif deskritt hawn taħt, biex ikunu jistgħu jitwettqu l-infrastrutturi tal-computing tal-ġenerazzjoni li jmiss.

Għaldaqstant, l-UE qed tiffoka fuq azzjonijiet li jappoġġaw l-iżvilupp tal-hardware tal-AI. Il-mudelli tal-AI qed isiru dejjem iżjed eżiġenti fejn tidħol il-qawwa tal-computing, jiġifieri l-aċċess rapidu għad-data mill-memorja; u għalhekk il-proċessuri effiċjenti u ta’ prestazzjoni għolja huma importanza ħafna għall-infrastrutturi tal-AI 67 . Barra minn hekk, il-mudelli tal-AI huma eżiġenti ħafna fejn tidħol l-enerġija u għaldaqstant, hekk kif it-teknoloġiji tal-AI jibqgħu jidħlu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, din id-domanda għall-enerġija mhijiex sostenibbli 68 . Għalhekk, l-adozzjoni tal-AI teħtieġ aċċess għal proċessuri tal-AI apposta li jikkunsmaw inqas enerġija, li jipprovdu l-qawwa komputazzjonali meħtieġa, u li huma effiċjenti ferm u ferm iżjed mill-proċessuri ta’ skopijiet ġenerali. F’dan il-qasam tar-riċerka, pereżempju, għadd ta’ teknoloġiji ġodda ispirati mill-moħħ tal-bniedem, bħall-computing newromorfiku, għandhom il-potenzjal jiksbu effiċjenza enerġetika rivoluzzjonarja. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni appoġġat ħidma pijuniera f’teknoloġiji tal-AI b’konsum baxx tal-enerġija permezz ta’ Orizzont 2020 u qed tappoġġa inizjattivi għall-iżvilupp u l-isfruttament ulterjuri ta’ dawn il-kompetenzi permezz ta’ Orizzont Ewropa u b’azzjonijiet tar-riċerka fuq arkitetturi ġodda għal proċessuri b’konsum ultrabaxx tal-enerġija, u bis-Sħubija Ewropea istituzzjonalizzata dwar it-Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (KDT) 69 , b’enfasi partikolari fuq l-applikazzjonijiet edge tal-AI.

L-inizjattiva ewlenija “Scale-up” 70 tal-istrateġija annwali tal-2021 għal tkabbir sostenibbli 71 hi mmirata lejn, fost affarijiet oħra, investimenti f’mikroelettronika avvanzata, b’enfasi partikolari fuq proċessuri bħal ċipep tal-AI. F’Diċembru 2020, biex tiġi kkonsolidata l-pożizzjoni tal-UE fil-kapaċitajiet tad-disinn u tal-produzzjoni taċ-ċipep avvanzati, 18-il Stat Membru ffirmaw dikjarazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-proċessuri u tas-semikondutturi 72 . Barra minn hekk, fl-2019 u l-2020, il-proġetti A4DI 73 , TEMPO 74 , u ANTE 75 permezz tal-Impriża Konġunta dwar il-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL JU) 76 indirizzaw l-infrastruttura għall-AI. Qasam ieħor ta’ żvilupp u ta’ finanzjament appoġġat mill-Kummissjoni hu l-fotonika. Bit-taħlit tal-elettronika ma’ elementi ottiċi tista’ tinkiseb integrazzjoni tal-AI fir-rilevament tal-immaġnijiet u jonqsu l-konsum tal-enerġija u l-latenza fin-networks newrali.

Prospetti għall-ġejjieni

Biex issaħħaħ is-sistema Ewropea tad-disinn u l-produzzjoni tal-proċessuri u tas-semikondutturi u twessa’ l-preżenza industrijali tul il-katina tal-provvista, il-Kummissjoni bl-appoġġ tal-Istati Membri se:

-tniedi Alleanza Industrijali dwar il-Mikroelettronika 77 biex tistabbilixxi pjanijiet direzzjonali strateġiċi, pjanijiet tar-riċerka u tal-investiment għad-disinn, it-tnedija u l-manifattura ta’ proċessuri għall-AI, għall-ipproċessar tad-data u għall-komunikazzjoni, filwaqt li tqis l-ekosistema tas-semikondutturi sħiħa u l-komponenti relatati. Din se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-ekosistema tad-disinn tal-elettronika u għall-istabbiliment tal-kapaċità tal-manifattura f’nodi avvanzati ħafna;

-tiffaċilita l-ħidma preparatorja mal-Istati Membri interessati kollha tul l-2021 favur Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) possibbli, b’enfasi fuq il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ proċessuri avvanzati għall-AI, għall-ipproċessar tad-data u għall-komunikazzjoni;

-bl-appoġġ tal-programm Ewropa Diġitali, tiddedika Faċilità għall-Ittestjar u għall-Esperimentazzjoni għal komponenti u sistemi tal-AI avvanzati, b’sejħa li se titnieda fi Q2 2021, għal infrastruttura ta’ klassi dinjija għall-ittestjar u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati tal-computing tal-AI f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet;

-tinvesti fir-riċerka u fl-innovazzjoni skont il-ħtiġijiet tal-computing tal-AI fl-edge b’konsum baxx tal-enerġija permezz tas-Sħubija Ewropea istituzzjonalizzata dwar il-KDT permezz ta’ Orizzont Ewropa (Q3 2021). Din is-sħubija, abbażi tal-Impriża Konġunta ECSEL attwali, se ttejjeb il-potenzjal tal-Ewropa biex tkun innovattiva fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi, u fit-teknoloġiji tas-software relatati. Wieħed mill-objettivi strateġiċi primarji se jkun li jiġu żviluppati soluzzjonijiet għall-ipproċessar tal-AI, b’mod partikolari għal applikazzjonijiet avvanzati u inkorporati. B’azzjonijiet konġunti, il-KDT se jipprovdu soluzzjonijiet affidabbli, sikuri u b’konsum baxx tal-enerġija biex ikollna ekosistema tal-computing ta’ eċċellenza u ta’ fiduċja 78 .

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-ikomplu jiżviluppaw il-ġestjoni integrata nazzjonali tad-data fuq skala kbira u l-infrastruttura tal-HPC biex jappoġġaw ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet fl-AI permezz ta’ DIHs reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

-jiżguraw li l-organizzazzjonijiet akkademiċi, industrijali u tas-settur pubbliku jkunu jistgħu jingranaw l-infrastruttura u l-għarfien espert nazzjonali tal-HPC u tal-ġestjoni tad-data biex jottimizzaw u jespandu l-innovazzjoni u l-applikazzjonijiet tal-AI tagħhom; u

-jinvestu fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Ewropa fit-teknoloġiji tal-proċessuri u tas-semikondutturi għall-AI bil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għal irkupru u reżiljenza, u bi qbil mal-komponent eżempju għall-qasam ewlieni “Scale-up” tal-RRF u bi proġetti multinazzjonali.

II.Nagħmlu l-UE post xieraq ta’ eċċellenza mil-laboratorju sas-suq

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tal-AI, minbarra d-data u l-infrastruttura komputazzjonali, jeħtieġu wkoll azzjonijiet immirati u riżorsi suffiċjenti, li jiffokaw fuq l-eċċellenza fir-riċerka u fl-innovazzjoni (R&I), id-disponibbiltà tat-talent u tal-ħiliet meħtieġa, qafas ta’ politika ta’ appoġġ, u koordinazzjoni internazzjonali. Dawn l-azzjonijiet huma “orizzontali”, jiġifieri jaqsmu l-oqsma kollha ta’ politika u jgħinu biex l-Unjoni Ewropea ssir post ta’ eċċellenza mil-laboratorju sas-suq. L-azzjonijiet konġunti “orizzontali” proposti jkopru ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-AI. Dawn jinkludu azzjonijiet li jiffaċilitaw ekosistema ta’ eċċellenza, li tinkludi riċerka, żvilupp, tnedija u kummerċjalizzazzjoni/adozzjoni tal-AI, bħala sies ta’ klassi dinjija u orjentati lejn l-applikazzjonijiet, u jinkludu wkoll miżuri li jappoġġaw il-fiduċja fit-teknoloġiji tal-AI, irawmu t-talent u l-ħiliet, u jsaħħu l-interazzjoni dinjija tal-UE.

4.Nikkollaboraw mal-partijiet ikkonċernati, pereżempju bis-Sħubija Ewropea dwar l-AI, id-Data u r-Robotika u gruppi ta’ esperti

Din it-taqsima tiffoka fuq l-azzjonijiet essenzjali għad-definizzjoni u għal involviment kollettiv fl-appoġġ ta’ pjan direzzjonali għal eċċellenza u diffużjoni usa’ tal-AI.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Is-sħubijiet Ewropej ilaqqgħu flimkien lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab privati u/jew pubbliċi biex jindirizzaw u jegħlbu wħud mill-aktar sfidi urġenti tal-Ewropa u biex jimmodernizzaw l-industrija b’inizjattivi miftiehma tar-riċerka u l-innovazzjoni 79 . Is-Sħubijiet jipprovdu, fost affarijiet oħra, struttura legali li takkomuna r-riżorsi u tiġbor massa kritika, u biex il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni minn madwar l-UE jsir aktar effiċjenti bi tqassim tar-riżorsi finanzjarji, umani u infrastrutturali. Is-sħubijiet jiffaċilitaw ukoll il-ħolqien ta’ suq intern għall-prodotti u s-servizzi innovattivi, jippermettu lit-teknoloġiji innovattivi jilħqu s-suq malajr, u jiffaċilitaw l-iskala tal-isforz tar-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġ biex jiġu indirizzati l-isfidi kritiċi tas-soċjetà u l-objettivi ewlenin tal-politika tal-UE.

Kien hemm bosta Sħubijiet ta’ Orizzont 2020 li kienu speċifikament rilevanti għat-teknoloġiji tal-AI. Is-Sħubija Pubblika Privata (PPP) dwar il-Valur tal-Big Data bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni tal-Valur tal-Big Data (BDVA) għandha l-għan li toħloq kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni dwar id-data, ittejjeb il-bini tal-komunità madwar id-data, u twitti t-triq għal ekonomija soda mmexxija mid-data fl-Ewropa 80 . Il-PPP dwar ir-Robotika (SPARC) tiġbor flimkien lill-industrija Ewropea tar-robotika, l-akkademja u l-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija Ewropea tar-robotika u trawwem l-eċċellenza tal-bażi xjentifika tagħha 81 .

Is-Sħubija Pubblika Privata kuntrattwali tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC) tnediet fl-2014 biex tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġiji, applikazzjonijiet u sistemi tal-HPC għal skala eksa 82 , u għal eċċellenza fil-kisba u l-użu tal-applikazzjonijiet tal-HPC 83 . Minn Diċembru 2018, bil-ħolqien tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (EuroHPC JU), din is-sħubija ma baqgħetx teżisti u n-naħa privata ssieħbet fl-Impriża Konġunta EuroHPC. L-Impriża Konġunta EuroHPC tippermetti lill-pajjiżi parteċipanti tal-UE u tal-EuroHPC jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u jakkomunaw ir-riżorsi tagħhom biex jimplimentaw superkompjuters fuq skala eksa ta’ klassi dinjija u jagħmlu lill-Ewropa mexxejja dinjija fl-HPC, filwaqt li tipprovdi soluzzjonijiet tal-computing u kooperazzjoni mtejba fir-riċerka xjentifika avvanzata.

L-Impriża Konġunta dwar il-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL JU) 84 hi l-ewwel Impriża Konġunta li bbażat il-governanza tagħha fuq mudell tripartitiku, jiġifieri l-Kummissjoni, l-Istati Parteċipanti, u l-Industrija. Din għandha l-għan li tiżgura għarfien espert ta’ klassi dinjija f’teknoloġiji abilitanti ewlenin u t-tmexxija kompetittiva tal-Ewropa fil-hardware u s-software inkorporat li huma essenzjali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistemi diġitali bbażati fuq l-AI.

Il-PPP dwar il-Fotonika (Photonics21) 85 għandha l-għan li l-Ewropa ssir mexxejja fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji tal-fotonika f’diversi oqsma ta’ applikazzjoni, bħall-ICT, it-tidwil, il-manifattura industrijali, ix-xjenza tal-ħajja u s-sikurezza. Il-PPP dwar il-Fabbriki tal-Futur 86 għall-manifattura avvanzata għandha l-għan li twettaq ir-rivoluzzjoni industrijali li jmiss (Factories 4.0).

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa s-sħubijiet Ewropej fil-kuntest ta’ Orizzont Ewropa u ttejjeb l-approċċ strateġiku għar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) fit-teknoloġiji tal-AI.

Fl-2021, il-Kummissjoni se:

-tistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-sħubijiet Ewropej ta’ rilevanza għall-AI li ġejjin 87 , inkluż:

-sħubija Ewropea koprogrammata dwar l-AI, id-Data u r-Robotika 88 – l-objettiv ewlieni hu li jiġu xprunati l-innovazzjoni, l-adozzjoni u l-aċċettazzjoni tat-teknoloġiji tal-AI, tad-data u tar-robotika 89 . Is-sħubija se tibni pontijiet bejn il-partijiet ikkonċernati li jippermettu li t-twettiq b’suċċess ta’ viżjoni Ewropea għal AI affidabbli u bil-bniedem fiċ-ċentru 90 . Se tistabbilixxi rabtiet mal-Istati Membri u tagħti ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-inizjattivi nazzjonali ewlenin billi taħtar ambaxxaturi nazzjonali u/jew reġjonali; 

-twettaq segwitu tal-proposta tagħha ta’ Settembru 2020 għal Regolament ġdid li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill tal-2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta EuroHPC – dan ifassal missjoni ambizzjuża u baġit sostanzjalment akbar għall-2021-2033 biex l-Ewropa tikseb infrastruttura iperkonnessa ta’ supercomputing u ta’ computing kwantistiku tal-aqwa livell dinji;

-permezz tal-Att Bażiku Uniku, tipproponi Sħubija Ewropea istituzzjonalizzata dwar it-Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (KDT). Filwaqt li tibni fuq il-kisbiet tal-Impriża Konġunta ECSEL, l-objettiv ewlieni tagħha hu li tavvanza l-iżviluppi biex issaħħaħ l-ekosistema tat-teknoloġiji tal-proċessuri u tas-semikondutturi tal-Ewropa, filwaqt li tindirizza l-isfidi teknoloġiċi, tas-sigurtà, soċjetali u ambjentali ewlenin;

-is-Sħubija koprogrammata Ewropea dwar il-fotonika 91 se tiżgura s-sovranità teknoloġika tal-Ewropa permezz ta’ innovazzjonijiet fotoniċi u t-trasferiment tagħhom f’applikazzjonijiet, ittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u tiżgura impjiegi u prosperità fit-tul; u

-is-Sħubija koprogrammata Ewropea “Made in Europe” 92 se tkun l-ixprun għall-manifattura sostenibbli fl-Ewropa, inkluż bl-AI, u tikkontribwixxi għal industrija tal-manifattura kompetittiva u reżiljenti fl-Ewropa u ssaħħaħ il-valur miżjud fil-ktajjen tal-provvista tas-setturi kollha; u

-tappoġġa u tiffaċilita s-sinerġiji (inkluż l-organizzazzjoni ta’ sejħiet konġunti) bejn is-sħubijiet Ewropej (koprogrammati u istituzzjonalizzati) dwar it-teknoloġiji tal-AI, bħall-AI, id-Data u r-Robotika, il-Fotonika, Made in Europe, EuroHPC 93 , u KDT.

5.Nibnu u nimmobilizzaw il-kapaċitajiet tar-riċerka

Din it-taqsima tiffoka fuq miżuri li jagħtu spinta lill-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-AI u jtejbu l-kompetittività Ewropea 94 .

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Minbarra l-aġendi strateġiċi tar-riċerka tas-sħubijiet pubbliċi privati, l-UE tieħu wkoll azzjoni biex issaħħaħ l-eċċellenza fir-riċerka bażika u applikata u biex trawwem it-talent fl-Ewropa. Permezz ta’ Orizzont 2020, il-Kummissjoni investiet EUR 50 miljun 95 fuq 4 snin biex toħloq komunità tar-riċerka b’network magħqud ta’ ċentri ta’ eċċellenza fl-AI 96 . L-għan hu li tiżdied il-kooperazzjoni fost l-aħjar timijiet tar-riċerka fl-Ewropa, ħalli jiġbdu ħabel wieħed u jindirizzaw għadd ta’ sfidi xjentifiċi u teknoloġiċi ewlenin fl-AI, u jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni, l-integrazzjoni u sinerġiji aktar mill-qrib bejn it-timijiet tar-riċerka u l-industrija. Intgħażlu ħames proġetti biex jiffurmaw in-network, u dawn jgħaqqdu flimkien għadd ta’ riċerkaturi ta’ klassi dinjija u jfasslu approċċ, viżjoni u identità komuni għas-sistema Ewropea tal-AI; dawn jinkludu erba’ networks ta’ ċentri ta’ eċċellenza fl-AI u azzjoni waħda ta’ koordinazzjoni u appoġġ 97 .

Biex tiżgura li l-appoġġ tal-UE għar-riċerka jlaħħaq mal-iżviluppi teknoloġiċi fl-AI, il-Kummissjoni vvalutat l-investimenti transsettorjali tagħha fl-AI permezz ta’ Orizzont 2020 fid-dawl tax-xejriet u l-ħtiġijiet attwali tar-riċerka, u identifikat opportunitajiet futuri ta’ investiment għall-AI, l-aktar permezz ta’ Orizzont Ewropa. Użat ukoll kontribut mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper dwar l-AI u mill-konsultazzjoni mmirata mal-komunità tal-AI, b’mod partikolari l-PPP dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, biex tippjana suġġetti ġodda fir-riċerka dwar l-AI u networks addizzjonali ta’ ċentri ta’ eċċellenza.

Prospetti għall-ġejjieni

Biex tixpruna l-eċċellenza fir-riċerka, il-Kummissjoni se:

-tistabbilixxi, mill-2021, u bi djalogu mill-qrib mal-Istati Membri u mal-komunità usa’ tal-AI, ċentru fanal tal-AI għall-Ewropa, kif tħabbar fil-White Paper. Iċ-ċentru fanal tal-AI se jibni fuq in-networks eżistenti u futuri taċ-ċentri ta’ eċċellenza fl-AI, biex tinbena alleanza ta’ organizzazzjonijiet Ewropej sodi tar-riċerka li jaqsmu pjan direzzjonali komuni biex jappoġġaw l-eċċellenza fir-riċerka bażika u applikata, biex jallinjaw l-isforzi nazzjonali tal-AI, biex jitrawmu l-innovazzjoni u l-investimenti, biex jiġi attirat u jinżamm it-talent fl-AI fl-Ewropa, u biex jinħolqu sinerġiji u ekonomiji ta’ skala. Din l-inizjattiva se tiġbor flimkien atturi ewlenin mir-riċerka, mill-universitajiet u mill-industrija fl-Ewropa biex jaħdmu fuq sfidi ambizzjużi maqbula b’mod komuni, bil-għan ġenerali li nsiru referenza dinjija ta’ eċċellenza fl-AI. Għaldaqstant, id-diversità tal-Ewropa se tistimola kompetizzjoni tajba, aktar milli l-frammentazzjoni tal-komunità tal-AI;

-fond permezz ta’ Orizzont Ewropa, fl-2021 u fl-2022, networks addizzjonali ta’ ċentri ta’ eċċellenza fl-AI li jindirizzaw oqsma ta’ riċerka kumplimentari li għadhom mhumiex koperti min-networks eżistenti ta’ ċentri ta’ eċċellenza fl-AI u jsaħħu l-isforzi tar-riċerka li jindirizzaw suġġetti kritiċi tar-riċerka dwar l-AI. Dan se jmexxi ’l quddiem l-iżvilupp ta’ AI aktar sikura, sigura u affidabbli, jappoġġa riċerka fundamentali u orjentata lejn l-applikazzjonijiet tal-AI tal-ġenerazzjoni li jmiss, biex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett fl-AI;

-permezz ta’ Orizzont Ewropa, mill-2021, twettaq avvanzi f’diversi oqsma tar-riċerka fl-AI, inkluż ir-riċerka lejn il-livell li jmiss ta’ intelliġenza u awtonomija tas-sistemi bbażati fuq l-AI, it-trasparenza fl-AI, AI aktar ekoloġika, AI għal sistemi kumplessi, avvanzi f’networks edge tal-AI, sistemi tal-AI imparzjali, l-għoti tas-setgħa lill-bniedem bl-appoġġ avvanzat tal-AI;

-minbarra l-iżvilupp ta’ teknoloġiji abilitanti, il-programm Orizzont Ewropa se juri wkoll kif l-AI jgħin għal trasformazzjoni ta’ setturi ekonomiċi ewlenin fil-produzzjoni u s-servizzi, inkluż implikazzjonijiet fuq ix-xogħol 98 , u biex jiġu indirizzati sfidi soċjetali ewlenin f’oqsma bħall-kura tas-saħħa, is-sigurtà ċivili, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, il-mobbiltà, il-midja (eż. tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni) u l-qasam agroalimentari;

-fil-kuntest tas-Sħubija Ewropea koprogrammata dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, il-mobilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-aġenda strateġika dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-implimentazzjoni 99 biex tiġi żviluppata u implimentata l-istrateġija dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-implimentazzjoni għall-Ewropa, b’enfasi fuq l-iżvilupp u fuq l-użu responsabbli tal-AI; u

-għandhom l-għan li l-proġetti relatati mal-AI li jirċievu finanzjament għar-R&I permezz ta’ Orizzont Ewropa jimxu, kif xieraq, bil-prinċipju ta’ “etika fid-disinn”, anki għal AI affidabbli. Barra minn hekk, għal komunità diversa tar-riċerka fl-AI, il-Kummissjoni tippromwovi d-diversità u l-inklużività fil-konsorzji tal-proġetti.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jistabbilixxu ċentri reġjonali u nazzjonali ta’ eċċellenza tar-riċerka fl-AI, pereżempju billi jużaw strumenti ta’ finanzjament nazzjonali u fondi tal-RRF, u joħolqu struttura ta’ trasferiment tar-riċerka u tat-teknoloġija li kapaċi tattira u żżomm it-talent u fl-istess ħin timmira li ssir punt ta’ riferiment nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tal-AI. Iċ-ċentri jiżguraw interazzjoni u skambji reġjonali, kollaborazzjoni fil-livell Ewropew u, man-networks iffinanzjati mill-UE, t-twaqqif taċ-ċentru fanal Ewropew distribwit tal-AI; u

-isaħħu l-investiment fir-riċerka fl-AI fil-livell nazzjonali, eż. bl-RRF.

6.Nipprovdu l-għodod fuq pjattaforma tal-AI on-demand, u noħolqu ambjent biex l-iżviluppaturi jittestjaw u jesperimentaw (TEFs), u biex l-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jadottaw l-AI (EDIHs)

Din it-taqsima tiffoka fuq miżuri li jgħinu biex l-innovazzjoni mil-laboratorju tinġieb fis-suq ħalli jkunu żgurati adozzjoni u implimentazzjoni mifruxin tat-teknoloġiji tal-AI.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Il-faċilitajiet għall-ittestjar u l-esperimentazzjoni b’sistemi innovattivi tal-AI huma essenzjali għall-implimentazzjoni u l-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI. Dan hu partikolarment importanti għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), li jaffaċċjaw diffikultajiet biex jaħtfu kull vantaġġ tal-iżviluppi rapidi tat-teknoloġiji diġitali ħalli jsiru kompetittivi u innovattivi 100 . F’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, l-UE pproponiet żewġ settijiet ta’ miżuri:

-Faċilitajiet għall-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni (TEFs) – jiġifieri l-infrastrutturi tat-teknoloġija b’għarfien espert u b’esperjenza speċifiċi fl-ittestjar ta’ teknoloġija matura f’settur partikolari, f’kundizzjonijiet reali jew qrib dawk reali. L-għan hu li l-iżviluppaturi jkollhom infrastruttura għall-ittestjar tat-teknoloġija tal-AI qabel ma din titqiegħed fis-suq; u

-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali (DIHs) – “punti uniċi ta’ servizz” li jgħinu lill-kumpaniji kollha interessati jużaw l-AI biex isiru aktar kompetittivi fejn jidħlu l-proċessi tan-negozju/tal-produzzjoni, il-prodotti jew s-servizzi tagħhom bl-użu tat-teknoloġiji tal-AI. Iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali jagħtu l-possibbiltà lill-kumpaniji biex qabel jinvestu, ikunu jistgħu jittestjaw it-teknoloġiji tal-AI, u joffruljom għadd ta’ servizzi relatati, bħal konsulenza dwar finanzjament u dwar it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa għal trasformazzjoni diġitali ta’ suċċess.

Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni (TEFs)

Il-Pjan Ikkoordinat tal-2018 jiddikjara li għal ottimizzazzjoni tal-investiment u biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi jew sforzi kompetittivi, jenħtieġ jiġu żviluppati u jinfetħu għadd limitat ta’ siti ta’ referenza speċjalizzati fuq skala kbira għall-atturi kollha madwar l-Ewropa. Wara l-adozzjoni tal-Pjan Ikkoordinat u bi tħejjija għall-programm Ewropa Diġitali, il-Kummissjoni ħadet passi preparatorji biex tiżviluppa dan il-kunċett u biex tħejji Faċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni (TEFs) tal-AI. B’mod speċifiku, mill-2019, il-Kummissjoni ħadmet b’mod intensiv mal-Istati Membri biex torqom il-kunċett tat-TEFs u biex tagħti prijorità lis-setturi rilevanti. F’Jannar 2020, il-Kummissjoni organizzat ħames sessjonijiet ta’ ħidma li jinvolvu partijiet ikkonċernati mill-industrija, mill-akkademja u mill-Istati Membri, biex tiddiskuti t-TEFs għal setturi speċifiċi (is-settur agroalimentari, il-manifattura, il-kura tas-saħħa u l-bliet intelliġenti) u teknoloġiji speċifiċi (AI fl-edge).

Ir-riżultati tal-ħidma preparatorja u tal-iskambji mal-partijiet ikkonċernati jissuġġerixxu li l-esperimentazzjoni u l-ittestjar tal-aktar teknoloġija avvanzata f’ambjenti tad-dinja reali huma element essenzjali biex it-teknoloġija tinġieb fis-suq u huma parti mill-katina tal-innovazzjoni, fejn is-sistema tal-AI tal-Ewropa teħtieġ appoġġ sinifikanti biex tibqa’ kompetittiva madwar id-dinja.

It-TEF tal-AI fl-edge taqdi rwol speċjali għall-ekosistema ta’ eċċellenza tal-AI. L-AI fl-edge toffri benefiċċji ċari bħala teknoloġija tal-hardware: tipprovdi operazzjonijiet fil-ħin reali, u għadd ta’ vantaġġi mil-lat ta’ sigurtà u privatezza tad-data u tal-konsum tal-enerġija. It-TEF tal-AI fl-edge għandha l-għan, bħala pjattaforma Ewropea, biex il-kumpaniji ta’ kull daqs ikunu jistgħu jittestjaw u jesperimentaw komponenti innovattivi tal-AI fl-edge ibbażati fuq teknoloġiji avvanzati tal-computing b’konsum baxx tal-enerġija, bħall-computing newromorfiku. Minħabba d-dipendenza attwali tal-UE fuq it-teknoloġiji tal-computing, il-kostijiet kbar tat-tagħmir tas-semikondutturi meħtieġ u l-ħtieġa għal investimenti fit-tul, it-TEF tal-AI fl-edge hi meħtieġa biex titneħħa d-diskrepanza fil-finanzjament u l-kumpaniji Ewropej jiksbu aċċess għal hardware tal-computing tal-AI b’konsum baxx tal-enerġija. Fi kliem ieħor, it-TEF tal-AI fl-edge se tipprovdi ekosistema ta’ eċċellenza fl-Ewropa li se sservi ta’ strument essenzjali biex tinkiseb tmexxija teknoloġika fl-AI.

Biex it-TEFs jaqdu ċentrali fis-sistema tal-AI, dawn jenħtieġ ikunu faċli biex jintużaw, jaħdmu f’kundizzjonijiet reali, jinvolvu mill-qrib lill-utenti finali, u jintużaw mill-iżviluppaturi fis-settur privat u pubbliku, speċjalment mill-SMEs 101 . Barra minn hekk, l-interazzjoni effiċjenti bejn it-TEFs u l-ispazji tad-data hi fundamentali biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u jkun żgurat aċċess nondiskriminatorju għas-suq. Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, billi jingħaqdu flimkien l-ispazji tad-data u t-TEFs f’oqsma ta’ interess reċiproku. It-TEFs jaqdu rwol importanti fl-ittestjar tar-robustezza, l-affidabbiltà u s-sikurezza tat-teknoloġiji tal-AI, bi ttestjar tal-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-obbligi ppjanti li jiġu definiti fir-Regolament dwar l-AI. Fl-aħħar nett, il-proġetti tat-TEF jenħtieġ jinteraġixxu ma’ inizjattivi paralleli dwar il-pjattaforma Ewropea tal-AI on-demand.

Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali

Biex tgħin lill-kumpaniji Ewropej (speċjalment lill-SMEs) jisfruttaw bis-sħiħ it-teknoloġiji ġodda, fl-2016 il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva “Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea”. Wieħed mill-pilastri ta’ din l-inizjattiva hu li jiġu stabbiliti u appoġġati ċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali (DIHs), li jagħtu aċċess għall-għarfien espert tekniku u possibbiltajiet ta’ esperimentazzjoni, biex il-kumpaniji jkunu jistgħu jittestjaw qabel jinvestu 102 . Id-DIHs jipprovdu wkoll servizzi ta’ innovazzjoni, bħal konsulenza dwar il-finanzjament, u t-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet li n-negozji jeħtieġu għal trasformazzjoni diġitali b’suċċess. L-Istati Membri u r-reġjuni kienu qed jinvestu fiċ-Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali, u l-Kummissjoni (bil-proġetti ta’ Orizzont 2020 fl-2019 u fl-2020) allokat aktar minn EUR 200 miljun għan-networking tad-DIHs. Madwar nofs dan il-finanzjament kien relatat ma’ innovazzjonijiet f’oqsma rilevanti għall-AI, inkluż ir-robotika u l-Big Data, u ġew implimentati attivitajiet speċjali għal reġjuni li għandhom ftit DIHs. Il-proġetti ta’ Orizzont 2020 tipikament iwasslu għal fluss ta’ finanzjament b’sejħiet miftuħa għall-SMEs biex jipparteċipaw f’esperimenti innovattivi mad-DIHs f’kuntest transfruntieri. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ivvalutat din id-dimensjoni tal-inizjattiva ta’ Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea u rrakkomandat li l-Kummissjoni, b’koordinazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ tieħu azzjoni ulterjuri dwar il-finanzjament u l-monitoraġġ tad-DIHs 103 .

L-appoġġ permezz tal-programm Ewropa Diġitali se jindirizza l-osservazzjonijiet tal-QEA. It-tikketta Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali (EDIHs) iddaħħlet biex turi d-differenza mill-approċċ preċedenti ffinanzjat minn Orizzont 2020. L-UE u l-Istati Membri se jinvestu EUR 1,5 biljun biex jistabbilixxu network ta’ madwar 200 ċentru mir-reġjuni Ewropej. L-għotjiet jenħtieġ jintużaw biex itejbu l-kapaċità tal-EDIHs magħżula biex jipprovdu servizzi lill-SMEs u lis-settur pubbliku. L-għażla u l-finanzjament ta’ dawn l-EDIHs huma azzjoni konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni 104 .

L-EDIHs se jistimolaw l-adozzjoni mifruxa tal-AI, tal-HPC, taċ-ċibersigurtà u ta’ teknoloġiji diġitali oħra mill-industrija (b’mod partikolari l-SMEs) u mill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku fl-Ewropa 105 . Se jappoġġawhom ukoll fl-użu tat-teknoloġija diġitali, biex itejbu s-sostenibbiltà tal-proċessi u tal-prodotti tagħhom, l-aktar fejn jidħlu l-konsum tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Se jiżguraw kopertura ġeografika wiesgħa u se jaqdu funzjonijiet lokali u Ewropej. L-EDIHs se jużaw l-għodod u r-riżorsi disponibbli fuq il-pjattaforma tal-AI on-demand, u se jkunu multiplikatur għat-TEFs: L-EDIHs se jgħinu lill-kumpaniji fil-bżonn biex jużaw it-TEF rilevanti ħalli jinnovaw il-prodotti u s-servizzi ġodda tagħhom u jagħmluhom lesti għas-suq.

Pjattaforma tal-AI on-demand

L-inizjattiva ta’ sistema u pjattaforma Ewropea tal-AI on-demand bdiet fl-2019 u jiffinanzjaha Orizzont 2020. Din tiġbor flimkien partijiet ikkonċernati u riżorsi tal-AI, biex tegħleb il-frammentazzjoni u tħaffef l-innovazzjoni bbażata fuq l-AI (riċerka, prodotti, soluzzjonijiet). Il-pjattaforma li qed tiġi żviluppata mistennija tkun xprunatur Ewropew tas-suq tal-AI, li joffri massa kritika ta’ riżorsi, effetti ta’ networking komunitarju u żvilupp u tkabbir mgħaġġel. L-attivitajiet għall-konsolidazzjoni tas-sistema bdew f’Jannar 2021 biex jinkisbu komunitajiet akbar ta’ utenti, l-aktar mis-settur mhux teknoloġiku, u biex jeħfiefu l-użu u l-adozzjoni tar-riżorsi tal-pjattaforma.

Prospetti għall-ġejjieni

Bil-għan li tgħin ħalli l-innovazzjoni tmur mil-laboratorju għas-suq – biex tiżgura l-adozzjoni u l-implimentazzjoni mifruxa tat-teknoloġiji tal-AI, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se:

-tikkofinanzja Faċilitajiet tal-Ittestjar u tal-Esperimentazzjoni permezz tal-programm Ewropa Diġitali biex tipprovdi riżorsa komuni u speċjalizzata ħafna biex tiġi kondiviża fil-livell Ewropew u trawwem l-implimentazzjoni malajr u l-adozzjoni aktar mifruxa ta’ AI affidabbli madwar l-Ewropa. F’dan il-kuntest:

-l-ewwel sejħiet (2021-2022) se jiffokaw fuq dawn is-setturi identifikati: il-manifattura, is-saħħa, is-settur agroalimentari, il-komunitajiet intelliġenti u l-AI fl-edge. Il-baġit stmat għal kull settur se jkun madwar EUR 20-75 miljun;

-u fl-2021 u fl-2022 se jintgħażel in-network ta’ 210 EDIHs minn fost ir-reġjuni kollha tal-Ewropa. Fir-rigward tal-AI, huma previsti l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:

-tal-anqas EDIH wieħed f’kull Stat Membru b’għarfien espert dwar l-AI. In-network ta’ EDIHs se jaqsam l-aqwa prattiki u se joħloq kollaborazzjoni effettiva bejn l-EDIHs (skont ir-rakkomandazzjonijiet tan-Network tad-DIHs tal-AI) biex jingħata l-aqwa appoġġ lill-SMEs u lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku kullimkien fl-Ewropa; u

-in-network ta’ EDIHs se jaħdem mill-qrib mal-pjattaforma tal-AI on-demand 106 , mat-TEFs, u mal-ispazji tad-data, u se jippromwovi l-użu ta’ dawn l-infrastrutturi fost l-SMEs kullimkien fl-Ewropa. Dan se jagħti spinta lit-tixrid tar-riżorsi u se jħalli lill-kumpaniji jesperimentaw bl-AI;

-tikkonsolida l-pjattaforma tal-AI on-demand fl-2021 u ’l quddiem bħala sett ta’ sett ċentrali Ewropej ta’ riżorsi tal-AI meħtieġa għall-użi mill-industrija u s-settur pubbliku biex tkun tista’:

-issir is-suq Ewropew ewlieni għar-riżorsi tal-AI; tipprovdi aċċess faċli u sempliċi għall-għodod tal-AI 107 , li mbagħad jitqassmu lokalment mill-EDIHs jew jintużaw direttament mill-industrija tal-utenti (speċjalment l-SMEs) jew mis-settur pubbliku; u

-tikkollabora ma’ inizjattivi nazzjonali u Ewropej rilevanti biex issir is-sett ta’ riżorsi ċentrali tal-AI fl-Ewropa għal kull min jeħtieġ għarfien espert, teknoloġija, servizzi u software tal-AI.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri:

-jimpenjaw sehem ugwali ta’ finanzjament għall-proġetti tat-TEFs 108 magħżulin mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti;

-jiddefinixxu prijoritajiet ġodda rilevanti għal TEFs addizzjonali lil hinn mis-setturi attwali tas-settur agroalimentari, tal-manifattura, tal-kura tas-saħħa u tal-komunitajiet intelliġenti. Fost is-setturi ġodda possibbli hemm pereżempju l-mobbiltà, l-amministrazzjoni pubblika jew it-tranżizzjoni ekoloġika;

-jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet li joffru l-RRF u l-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni, biex jiffinanzjaw aktar (E)DIHs u TEFs u l-innovazzjoni titqarreb lejn is-suq; u

-jappoġġaw il-ħolqien ta’ swieq tal-AI lokali, reġjonali u/jew nazzjonali 109 għall-interazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattika; u jiffaċilitaw l-espansjoni lil hinn mill-fruntieri permezz tal-pjattaforma Ewropea tal-AI on-demand (sett ta’ għodod u suq ċentrali tal-AI), EDIHs, u Startup Europe.

7.Finanzjament u espansjoni ta’ ideat u ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-AI

Din it-taqsima tiffoka fuq miżuri ta’ appoġġ, b’enfasi speċifika fuq in-negozji ġodda, in-negozji li qed jespandu, u intrapriżi żgħar u medji oħra, li jiżviluppaw teknoloġiji tal-AI. InvestEU u l-RRF joffru riżorsi kruċjali biex jissaħħaħ l-użu tal-istrumenti finanzjarji.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Biex tappoġġa lin-negozji ġodda u l-SMEs fl-istadji bikrin tagħhom, u waqt l-espansjoni, il-Kummissjoni ppreżentat l-Iskema ta’ Investiment għall-AI/Blockchain u l-Programm ta’ Appoġġ tagħha 110 . Il-proġett pilota għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament tal-ekwità għal negozji ġodda innovattivi u b’riskju kbir li jaħdmu fuq l-AI u fuq il-blockchain u b’kopertura ġeografika wiesgħa fl-UE, inkluż fi swieq anqas żviluppati. Jipprovdi riżorsi għall-investimenti lil fondi ta’ kapital tar-riskju u għal koinvestimenti lil Banek Promozzjonali Nazzjonali fl-Istati Membri. B’allokazzjoni inizjali ta’ EUR 100 miljun mill-programm Orizzont 2020, hu stmat li b’kollox, il-volum ta’ investiment tal-fond jilħaq is-EUR 700 miljun 111 . Il-programm ta’ appoġġ dedikat se jopera bejn l-2020 u l-2022.

F’Diċembru 2020, il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (Grupp tal-BEI) nieda wkoll faċilità ġdida ta’ koinvestiment sa EUR 150 miljun biex jinvesti flimkien ma’ fondi appoġġati mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u jappoġġa t-tkabbir ta’ kumpaniji tal-AI madwar l-Ewropa 112 .

Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) jappoġġa lin-negozji ġodda tal-AI, fl-iżvilupp u l-espansjoni tat-teknoloġiji rivoluzzjonarji u tal-innovazzjonijiet trasformattivi fl-AI 113 . Mit-tnedija tal-fażi pilota 114 , l-EIC appoġġa bosta innovazzjonijiet fil-qasam tal-AI f’firxa wiesgħa ta’ oqsma xjentifiċi, minn teknoloġiji tax-xjenzi tal-ħajja, tal-ikel u l-agrikoltura, sa teknoloġiji tal-enerġija u favur l-ambjent. Għall-iżvilupp tal-innovazzjoni minn proġetti tar-riċerka, il-proġett pilota Pathfinder tal-EIC joffri għotjiet biex jippromwovi innovazzjoni kollaborattiva u interdixxiplinarja dwar teknoloġiji futuri radikalment ġodda u ispirati mix-xjenza. L-Aċċelleratur tal-EIC jappoġġa l-espansjoni ta’ negozji ġodda u d-dħul tagħhom fis-suq b’opportunitajiet ta’ finanzjament u servizzi ta’ ħeffa. L-appoġġ mill-EIC hu disponibbli għall-SMEs kollha b’ideat radikalment ġodda sostnuti bi pjan tan-negozju għat-tnedija ta’ soluzzjonijiet ta’ innovazzjoni kummerċjabbli u b’ambizzjonijiet ta’ espansjoni. Tul il-fażi pilota tiegħu (2018-2020), l-EIC ta EUR 160 miljun f’għotjiet u EUR 91 miljun b’investimenti diretti ta’ ekwità għal negozji ġodda u proġetti innovattivi fl-AI li jinvolvu riċerka diretta jew kollaterali dwar it-teknoloġiji tal-AI. Fl-2021, l-EIC se jkun provda aktar minn EUR 1 biljun f’għotjiet u f’ekwità għal negozji ġodda u SMEs b’enfasi fuq it-teknoloġija profonda.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) jappoġġa bosta inizjattivi li jixprunaw l-innovazzjoni fl-AI, li jħejju s-soċjetajiet tagħna għall-bidla li ġġib magħha l-AI, u li jedukaw lil ġenerazzjoni ġdida ta’ innovaturi fl-AI. Fl-2019 u fl-2020 alloka aktar minn EUR 22 miljun għall-attivitajiet tiegħu fl-AI. L-EIT Diġitali u l-EIT tas-Saħħa jimplimentaw il-biċċa l-kbira nett tal-proġetti relatati mal-AI. L-EIT tal-Komunità bħalissa tappoġġa 120 negozju ġdid Ewropew fi stadju bikri sa medju li jaħdmu fil-qasam tal-AI u diġà investiet aktar minn EUR 3 miljun f’dawn il-kumpaniji.

F’Jannar 2021, l-EIT u l-EIC ingħaqdu flimkien biex iħaffu l-appoġġ għan-negozji ġodda innovattivi ħafna, u biex jikkoordinaw l-isforzi ħalli jappoġġaw lin-nisa innovaturi u lill-innovaturi minn reġjuni inqas rappreżentati 115 . L-EIC u l-EIT għandhom ukoll l-għan li jaqsmu d-data u l-intelligence dwar in-negozji ġodda u l-SMEs innovattivi li jappoġġaw, inkluż il-kejl tal-impatti miksubin.

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri, se:

-timmira li ssaħħaħ l-appoġġ u l-finanzjament għall-proġett pilota u l-programm ta’ appoġġ għall-AI/Blockchain. Wara s-suċċess u l-attraenza tal-proġett pilota, il-programm InvestEU 2021-2027 se jkompli jipprovdi investimenti ta’ appoġġ 116 fl-AI/Blockchain permezz tal-Grupp tal-BEI u l-banek promozzjonali nazzjonali biex jiġu mobilizzati l-investimenti privati;

-timplimenta bis-sħiħ l-EIC permezz ta’ Orizzont Ewropa u tappoġġa l-innovazzjoni rivoluzzjonarja, b’enfasi fuq AI bil-bniedem fiċ-ċentru. Dan se jsir b’taħlita ta’ sejħiet ta’ finanzjament miftuħin u xprunati mill-isfidi. L-Isfida tal-Pathfinder tal-EIC għall-2021 se tiffoka fuq ir-riċerka dwar l-għarfien fl-AI filwaqt li l-Isfida tal-Aċċelleratur tal-EIC se trawwem teknoloġiji diġitali u tas-saħħa strateġiċi, inkluż l-AI medika. Barra minn hekk, se titnieda l-inizjattiva Women TechEU biex tappoġġa n-negozji ġodda tat-teknoloġija profonda stabbiliti u mmexxija min-nisa;

-bi Startup Europe u bir-Radar tal-Innovazzjoni, timmobilizza lil negozji ġodda tal-AI fiċ-ċentri nazzjonali u f’Orizzont Ewropa li jixtiequ jespandu, u li jissodisfaw id-domanda għal għarfien espert fl-AI mill-SMEs li jibdew jimplimentaw trasformazzjoni diġitali. L-EDIHs iffinanzjati b’Ewropa Diġitali se jintużaw biex jinħoloq suq u jiġu organizzati avvenimenti ta’ tlaqqigħ għall-provvista u s-sħubijiet tat-teknoloġija 117 ;

-tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni, għarfien espert u l-aqwa prattika bejn negozji ġodda tal-AI lokali, reġjonali u nazzjonali fil-livell Ewropew (li jinvolvu SMEs u negozji ġodda u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra) bil-PPP dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, l-EDIHs, il-pjattaforma tal-AI on-demand (sett ta’ għodod u suq ċentrali tal-AI) u Startup Europe 118 ; u

-tieħu miżuri biex tiffaċilita d-disponibbiltà ta’ data miftuħa u l-aċċess għad-data għall-SMEs.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jappoġġaw in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu tal-AI biex jaċċessaw il-finanzjament għat-tkabbir tagħhom, u jappoġġaw lill-SMEs fit-tranżizzjoni diġitali tagħhom biex jadottaw it-teknoloġiji tal-AI. Diment li jiġu ssodisfati l-objettivi u l-kundizzjonijiet tal-RRF, l-Istati Membri jistgħu jisfruttaw il-finanzjament tal-RRF biex jwettqu investiment fl-għamla ta’ strumenti finanzjarji (eż. garanziji, self, strumenti ta’ ekwità u ta’ kapital tar-riskju u l-istabbiliment ta’ mezzi apposta tal-investiment). L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu sa 4 % tal-allokazzjoni totali tagħhom tal-pjanijiet tal-irkupru u r-reżiljenza għall-kompartiment tagħhom ta’ InvestEU.

III.niżguraw AI li taħdem għan-nies u li tkun forza għall-ġid fis-soċjetà

Is-sistemi tal-AI kulma jmur qed jitħaddmu aktar fil-kura tas-saħħa, fil-biedja, fl-edukazzjoni, fl-impjiegi, fl-immaniġġar tal-infrastruttura, fl-enerġija, fit-trasport u l-loġistika, fl-ispazju, fis-servizzi pubbliċi, fis-sigurtà, fil-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, jistgħu jgħinu biex jissolvew problemi kumplessi għall-ġid pubbliku. L-iżvilupp u l-adozzjoni b’suċċess tal-AI jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività dinjija tal-UE 119 u joħolqu benefiċċji enormi għas-soċjetà tagħna u l-ambjent. Madankollu, xi użi tal-AI jistgħu wkoll jisfidaw id-drittijiet protetti bil-liġi tal-UE u jwasslu għal tħassib ġdid dwar is-sikurezza u s-sigurtà 120 , u jaffettwaw is-swieq tax-xogħol. Fil-White Paper tal-2020 dwar l-AI 121 , il-Kummissjoni ppreżentat l-approċċ Ewropew għall-AI imsejjes fuq ekosistema ta’ eċċellenza u fuq ekosistema ta’ fiduċja għall-AI 122 .

8.Inrawmu t-talent u ntejbu l-provvista tal-ħiliet meħtieġa biex tinkiseb ekosistema tal-AI ta’ suċċess

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Il-Pjan Ikkoordinat tal-2018 identifika d-diskrepanza sinifikanti u persistenti fil-ħiliet tal-ICT bħala sfida ewlenija għall-iżvilupp tal-AI fl-Ewropa. Bl-iżvilupp tas-suq tal-AI u bl-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI, jeħtieġ ikunu żgurati l-aċċessibbiltà u l-adozzjoni tal-prodotti u s-servizzi tal-AI. Għal dan il-għan, l-UE jenħtieġ tiffaċilita l-kisba ta’ ħiliet diversi fil-computing u żżid l-għarfien dwar l-AI fost iċ-ċittadini kollha. Biex tibqa’ kompetittiva madwar id-dinja, l-UE teħtieġ ukoll professjonisti minn sfondi diversi b’ħiliet speċjalizzati fl-AI, bħall-immudellar tad-data, l-arkitettura u s-semantika biex tibqa’ f’pożizzjoni b’saħħitha fir-riċerka dwar l-AI u tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-AI. Anki l-ħiliet mhux tekniċi fl-AI huma importanti. Jeħtieġ jitjiebu l-ħiliet tal-computing u tal-AI ta’ kulħadd biex tkun evitata l-polarizzazzjoni tas-suq tax-xogħol u żieda possibbli fl-inugwaljanza fil-pajjiżi u bejniethom.

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-2020 dwar l-intrapriżi Ewropej jissuġġerixxu li wieħed mill-ostakli ewlenin li jaffaċċjaw il-kumpaniji Ewropej meta jadottaw it-teknoloġiji tal-AI hu d-disponibbiltà ta’ impjegati b’ħiliet adegwati fl-AI 123 . Bl-istess mod, l-analiżi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali, l-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-AI fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, il-programmi tat-tagħlim tul il-ħajja u l-ħiliet speċjalizzati fl-AI huma meħtieġa biex kulħadd ikun imħejji għat-trasformazzjonijiet xprunati mill-AI, biex l-UE jibqa’ jkollha pożizzjoni soda fir-riċerka fl-AI u biex jibqa’ jsir kontribut għall-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi tal-AI 124 .

Kull Stat Membru li adottaw strateġiji nazzjonali tal-AI, integraw id-dimensjoni tal-ħiliet fl-istrateġiji tagħhom kif jissuġġerixxi l-Pjan Ikkoordinat tal-2018 125 . Il-miżuri proposti fl-istrateġiji nazzjonali jinkludu, pereżempju, riformi fis-sistemi tal-edukazzjoni formali biex jiddaħħal jew jissaħħaħ it-tagħlim pedamentali tal-ħsieb, komputazzjonali, tal-computing u tal-AI fl-iskejjel primarja jew sekondarja, u għal inizjattivi ta’ adattament tal-politiki tat-tagħlim tul il-ħajja u tat-taħriġ mill-ġdid 126 . F’dan il-kuntest, l-RRF tiftaħ ukoll bibien ta’ opportunitajiet bla preċedent li jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali, inkluż fl-AI, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni (formali u informali) u tat-taħriġ, bħala element importanti biex tintlaħaq il-mira diġitali ta’ 20 %. Bħala parti mill-objettivi għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali fil-livelli kollha hu kundizzjoni biex ikun żgurat li l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jieħdu sehem fis-soċjetà u jibbenefikaw mit-trasformazzjoni diġitali. Għalhekk, fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli tal-2021 127 , il-Kummissjoni tipproponi inizjattiva ewlenija ta’ Taħriġ mill-Ġdid u Titjib fil-Ħiliet biex tħeġġeġ l-investimenti u r-riformi li l-Istati Membri jistgħu jwettqu biex itejbu l-ħiliet diġitali, inkluż l-AI u t-taħriġ edukattiv u vokazzjonali ta’ kull età.

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-Edukazzjoni Diġitali għall-perjodu 2021-2027. Dan il-pjan ta’ azzjoni jintegra azzjonijiet speċifiċi għat-titjib tal-ħiliet fl-AI fil-kuntest usa’ tal-promozzjoni tal-ħiliet diġitali 128 . Il-Kummissjoni appoġġat ukoll il-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar 129 , moviment immexxi minn voluntiera li jwassal il-ħsieb komputazzjonali, l-ikkowdjar, ir-robotika, in-navigar bil-hardware, ix-xjenza tal-kompjuter, l-AI u l-ħiliet diġitali għand l-akbar għadd ta’ persuni possibbli 130 . Fi tmiem l-2020, biex tappoġġa l-Istati Membri fl-isforz tagħhom biex iżidu l-offerta edukattiva speċjalizzata fl-AI, il-Kummissjoni tat għotjiet lil erba’ networks universitarji, SMEs u ċentri ta’ eċċellenza fl-AI biex joħolqu programmi eċċellenti fil-livell ta’ Masters fl-AI, għal total ta’ EUR 6,5 miljun. Jenħtieġ li n-networks magħżula, bl-appoġġ tal-finanzjament tal-UE, ifasslu b’mod konġunt u jipprovdu programmi ta’ kwalità kbira u prattiċi fil-livell ta’ Masters fi Stati Membri differenti, b’enfasi speċifika fuq AI bil-bniedem fiċ-ċentru, fuq l-applikazzjoni tal-AI għall-amministrazzjoni pubblika u fuq l-AI għall-kura tas-saħħa 131 . Il-programmi kollha jenħtieġ jinkludu wkoll korsijiet dwar l-etika tal-AI u parti mill-kontenut jenħtieġ ikun disponibbli online fuq il-pjattaforma għall-ħiliet u l-impjiegi diġitali tradotta bil-lingwi kollha tal-UE 132 .

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni se:

-Bħala parti mill-azzjonijiet ippjanati fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027:

-tappoġġa appredistati fl-oqsma diġitali, li jestendu l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni għal studenti tal-edukazzjoni vokazzjonali u għall-persunal tat-tagħlim, minbarra l-istudenti universitarji, b’enfasi akbar fuq il-ħiliet fl-AI u b’attenzjoni partikolari għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; u

-tiżviluppa linji gwida dwar l-etika fl-AI u l-użu tad-data fil-proċessi tat-tagħlim għall-edukaturi, u l-appoġġ għall-attivitajiet relatati tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ Orizzont Ewropa. Din l-Azzjoni se tibni fuq il-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-AI skont il-linji gwida dwar l-etika 133 . Mal-linji gwida se jinhemeż programm tat-taħriġ għar-riċerkaturi u l-istudenti dwar l-aspetti etiċi tal-AI u se jinkludu mira ta’ 45 % ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fl-attivitajiet tat-taħriġ;

-tappoġġa l-iżvilupp ta’ informazzjoni ġdida dwar il-ħiliet, skont l-Aġenda għall-Ħiliet ta’ Lulju 2020, inkluż fil-livell reġjonali u settorjali. B’mod speċifiku, filwaqt li tibni fuq ħidmet is-Cedefop (il-proġett Skills-OVATE 134 ) u tuża t-teknoloġija tal-AI biex twettaq analiżi tal-Big Data abbażi ta’ skrejpjar ta’ avviżi tax-xogħol biex tikseb informazzjoni fil-ħin reali dwar id-domanda attwali u emerġenti għall-ħiliet. F’dan il-kuntest, trid tinħoloq għodda online permanenti biex tippubblika informazzjoni fil-ħin reali li l-partijiet ikkonċernati interessati kollha jkunu jistgħu jużaw;

-tappoġġa inizjattivi li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ edukazzjoni għolja speċjalizzati fl-AI fl-UE 135 ;

-permezz tal-programm Ewropa Diġitali, tappoġġa miżuri inkluż it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi edukattivi speċjalizzati, ta’ moduli u ta’ korsijiet qosra tat-taħriġ f’oqsma ta’ kapaċità ewlenija, anki għall-professjonisti f’setturi differenti biex isiru profiċjenti fl-użu tat-teknoloġiji diġitali. Is-sejħa għall-programmi speċjalizzati titnieda fi Q1/2 2021 u l-korsijiet qosra tat-taħriġ fi Q1 2022. L-opportunitajiet u l-għodod kollha disponibbli għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali se jitqiegħdu fuq il-Pjattaforma għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali;

-permezz tal-programm Orizzont Ewropa, tappoġġa Networks ta’ ċentri ta’ eċċellenza fl-AI (bħala parti miċ-ċentru fanal tal-AI) 136 . Fost kompiti oħrajn, iċ-ċentri:

-jesploraw alternattivi biex jitħares it-talent permezz ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-industrija u mal-awtoritajiet pubbliċi; u

-jiżviluppaw programmi fil-livell ta’ dottorat u moduli tal-AI li jistgħu jiġu integrati fi programmi ta’ Masters li mhumiex fl-ICT;

-tiffinanzja networks ta’ dottorati, boroż ta’ studju postdottorat, u proġetti kollaborattivi ta’ skambju tal-persunal fl-AI bl-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. Is-sejħiet għal Boroż ta’ Studju Individwali u għal Networks Innovattivi tat-Taħriġ (imsejħa Boroż ta’ Studju Postdottorat u Networks tad-Dottorati) huma ppjanati fi Q2 2021. Is-sejħiet għall-Iskambji tal-Persunal tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni (imsejħa Skambji tal-Persunal) u COFUND huma ppjanati fi Q4 2022 137 ; u

-tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz ta’ Orizzont Ewropa, inkluż fil-proġetti relatati mal-AI. L-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni hi rekwiżit b’mod awtomatiku fil-programm kollu. Mill-2022, se jiddaħħal kriterju ġdid ta’ eliġibbiltà biex jinkiseb aċċess għall-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa. Il-korpi pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja jeħtieġ ikollhom pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-proġetti kollha ffinanzjati minn Orizzont Ewropa 138 .

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jorqmu u jimplimentaw id-dimensjoni tal-ħiliet fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar l-AI, b’kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, eż. biex:

-jippromwovu l-iżvilupp tal-ħsieb komputazzjonali tal-istudenti u l-edukaturi fl-edukazzjoni formali, informali u mhux formali fil-livelli kollha u jappoġġaw inizjattivi apposta li jħeġġu liż-żgħażagħ jagħżlu karriera fis-suġġetti tal-AI u fl-oqsma relatati, bħar-robotika;

-joħolqu programmi ta’ interazzjoni għall-għalliema dwar l-inklużjoni tal-AI fl-iskejjel, kemm fil-ħiliet tal-ICT u anki minn perspettiva usa’;

-iżidu d-disponibbiltà tat-taħriġ fl-AI, anki billi jiffinanzjaw moduli tal-AI fil-programmi ta’ Masters fix-xjenzi umanistiċi u soċjali, fl-attivitajiet tat-tagħlim tul il-ħajja, fit-taħriġ tal-ġudikatura, tal-avukati u tal-uffiċjali pubbliċi, u fit-taħriġ mill-ġdid ta’ persuni minn sfondi mhux tekniċi dwar l-elementi bażiċi tal-AI u dwar l-implikazzjonijiet tagħha għall-qasam tax-xogħol tagħhom; u

-jittestjaw, jivvalutaw u, jekk jirnexxu, jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji edukattivi tal-AI fl-edukazzjoni primarja u sekondarja biex jiffaċilitaw ir-rekwiżiti tat-tagħlim individwali (eż. tutoraġġ konjittiv ibbażat fuq l-AI);

-jiskambjaw l-aqwa prattiki dwar kif l-AI tiġi integrata fl-edukazzjoni ġenerali u fi programmi speċjalizzati oħra (bħall-kura tas-saħħa, il-liġi, ix-xjenzi soċjali, in-negozju) 139 , u dwar il-promozzjoni ta’ għarfien wiesa’ u speċjalizzat dwar l-AI fit-tagħlim tul il-ħajja;

-jieħdu miżuri u jiskambjaw l-aqwa prattiki biex iżidu l-inklużjoni u d-diversità, jiġifieri biex jiffaċilitaw timijiet tal-AI bbilanċjati u jattiraw talent fl-edukazzjoni dwar l-AI, speċjalment fl-istudji postgradwatorji, u fit-taħriġ, u fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-AI; u

-jisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunità unika tal-RRF biex jiffinanzjaw inizjattivi ambizzjużi ta’ titjib fil-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid kif imsemmijin aktar qabel.

9.Niżviluppaw qafas ta’ politika li jiżgura l-fiduċja fis-sistemi tal-AI

Il-fiduċja hi essenzjali biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI. L-approċċ Ewropew dwar l-AI, kif propost fil-White Paper tal-2020 dwar l-AI “għandu l-għan li jippromwovi l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa fil-qasam tal-AI u li jappoġġa l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ AI etika u affidabbli fl-ekonomija kollha tal-UE. L-AI jenħtieġ taħdem għan-nies u tkun forza għall-ġid fis-soċjetà” 140 . Minħabba l-impatti soċjali u ambjentali ewlenin tat-teknoloġiji tal-AI, fost il-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-approċċ Ewropew hemm approċċ bil-bniedem fiċ-ċentru għall-iżvilupp u l-użu tagħhom, il-protezzjoni tal-valuri u tad-drittijiet fundamentali tal-UE bħan-nondiskriminazzjoni, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u l-użu sostenibbli u effiċjenti tar-riżorsi.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

Il-Kummissjoni għamlet sforz konsiderevoli biex timmobilizza l-għarfien espert 141 , filwaqt li kkonsultat lil firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati (inkluż sħab soċjali, organizzazzjonijiet nongovernattivi, l-industrija, il-komunità akkademika, awtoritajiet reġjonali u l-Istati Membri) 142 u tiżviluppa azzjonijiet ta’ politika biex tiffaċilita l-fiduċja fl-AI.

B’mod speċifiku, l-azzjonijiet li jixprunaw il-fiduċja ffokaw fuq kwistjonijiet relatati mal-etika, is-sikurezza, id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, ir-responsabbiltà, il-qafas regolatorju, l-innovazzjoni, il-kompetizzjoni 143 , u l-proprjetà intellettwali (IP).

Filwaqt li ffokat fuq kwistjonijiet fundamentali tal-etika u tat-teknoloġiji tal-AI, il-Kummissjoni stabbiliet u ffaċilitat il-ħidma tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-AI (HLEG dwar l-AI) 144 . Il-Grupp kiseb żewġ riżultati ewlenin: Linji Gwida dwar l-Etika għall-Intelliġenza Artifiċjali 145 u Lista ta’ Valutazzjoni għal AI affidabbli (ALTAI) 146 . Il-Linji Gwida dwar l-Etika identifikaw il-prinċipji u r-rekwiżiti ewlenin għal AI Affidabbli 147 u l-Lista ta’ Valutazzjoni pprovdiet qafas operazzjonali biex tappoġġa l-applikazzjoni ta’ linji gwida dwar l-etika mill-iżviluppaturi u mill-utenti tal-AI. Il-ħidma tal-HLEG dwar l-AI tat bidu għal dibattiti importanti dwar il-viżjoni u l-approċċ Ewropej għall-politika dwar l-AI, u kkontribwiet għall-iżvilupp ta’ qafas regolatorju dwar l-AI 148 .

Fi Frar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat White Paper dwar l-AI u Rapport dwar l-implikazzjonijiet tal-AI, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika fuq is-sikurezza u r-responsabbiltà. Il-White Paper u r-rapport iddeskrivew il-viżjoni strateġika u l-proposta għall-qafas regolatorju possibbli tal-UE dwar l-AI. Fejn jidħol ir-Regolament tal-UE, il-Kummissjoni pproponiet li tiffoka fuq tliet kwistjonijiet interrelatati: l-iżvilupp tal-qafas regolatorju orizzontali dwar l-AI li jiffoka fuq kwistjonijiet relatati mas-sikurezza u d-drittijiet fundamentali, fuq kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-AI, u fuq ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti dwar is-sikurezza meta meħtieġ. 149 Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni indika li l-Kummissjoni beħsiebha tipproponi dawk l-azzjonijiet leġiżlattivi fl-2021.

Fis-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta’ Sigurtà adottaw l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali 150 li tistabbilixxi kif l-UE se tħares lin-nies, lin-negozji u lill-istituzzjonijiet tagħha mit-theddid ċibernetiku, u kif se tavvanza l-kooperazzjoni internazzjonali u kif se tmexxi fis-salvagwardja ta’ internet dinji u miftuħ. Barra minn hekk, biex tindirizza r-riskji speċifiċi taċ-ċibersigurtà relatati mal-AI, l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) stabbiliet Grupp ta’ Esperti Ad Hoc multidixxiplinari dwar suġġetti taċ-ċibersigurtà relatati mal-AI.

Fil-pjan ta’ azzjoni tagħha dwar il-Proprjetà Intellettwali (IP), il-Kummissjoni ħarġet fid-dieher uħud mill-isfidi li joħolqu s-sistemi tal-AI fejn jidħlu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali 151 . L-evidenza disponibbli tissuġġerixxi li l-qafas tal-proprjetà intellettwali tal-UE hu ġeneralment xieraq biex jindirizza l-isfidi li joħolqu l-eżiti assistiti mill-AI. Iżda għad hemm lok għal titjib u aktar armonizzazzjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-proprjetà intellettwali jipproponi azzjoni fuq ċerti kwistjonijiet, b’mod partikolari bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati u bi ġbir ta’ evidenza li tinforma t-tfassil tal-politika.

Id-dibattiti dwar kwistjonijiet ta’ fiduċja u ta’ regolamentazzjoni ffokaw, fost l-oħrajn, fuq il-kwistjoni tal-innovazzjoni, jiġifieri kif titfassal ir-regolamentazzjoni pubblika li tiffaċilita u ma trażżanx l-innovazzjoni u, b’hekk, issaħħaħ il-kompetittività Ewropea. Għaldaqstant, biex tiżviluppa approċċ regolatorju dinamiku, il-Kummissjoni kkonsultat b’mod wiesa’ kemm dwar l-għażla tal-forma u anki dwar il-kontenut tal-qafas regolatorju 152 . It-tagħlimiet ewlenin minn dan huma li l-approċċ tal-UE jenħtieġ ikollu l-bniedem fiċ-ċentru, u jkun bbażat fuq ir-riskju, proporzjonat u dinamiku. Mod partikolari kif jinħolqu ambjenti regolatorji li jwasslu għall-innovazzjoni, bħalma ssuġġerew bosta partijiet ikkonċernati, hu dak tas-sandboxes regolatorji. Essenzjalment, is-sandboxes regolatorji jipprovdu faċilità ta’ esperimentazzjoni għar-regolamentazzjoni pubblika, u jippermettu evalwazzjoni aktar malajr tal-impatt tal-intervent pubbliku. Ir-rispons li waslilha l-Kummissjoni jindika appoġġ mifrux għas-sandboxes regolatorji, b’għadd diġà stabbiliti fl-Istati Membri u ħafna oħrajn li qed jiġu kkunsidrati f’diversi setturi.

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni se:

-Tipproponi azzjoni leġiżlattiva dwar qafas orizzontali għall-AI fl-2021, filwaqt li tiffoka fuq il-kwistjonijiet tas-sikurezza u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, li huma speċifiċi għat-teknoloġiji tal-AI.

-Il-qafas propost jipprovdi definizzjoni tal-AI; hu bbażat fuq ir-riskju (jiġifieri jiddefinixxi x’inhi AI b’riskju kbir) u jistabbilixxi rekwiżiti obbligatorji għal sistemi tal-AI b’riskju kbir. Jipproponi wkoll mekkaniżmu ta’ governanza li jkopri l-valutazzjonijiet tal-konformità ex ante u anki s-sistema ta’ konformità u ta’ infurzar ex post. Barra mill-kategorija ta’ riskju kbir, il-fornituri kollha tas-sistemi tal-AI huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni eżistenti u għar-rekwiżiti tat-trasparenza u, barra minn hekk, jistgħu jagħżlu li jissottoskrivu għal skemi volontarji, nonvinkolanti u awtoregolatorji, bħal kodiċijiet tal-kondotta;

-tipproponi fl-2022 miżuri tal-UE li jadattaw il-qafas ta’ responsabbiltà għall-isfidi ta’ teknoloġiji ġodda, inkluż l-AI, biex ikun żgurat li l-vittmi li jġarrbu dannu għal ħajjithom, saħħithom jew il-proprjetà tagħhom minħabba teknoloġiji ġodda, ikollhom aċċess għall-istess kumpens bħall-vittmi ta’ teknoloġiji oħra. Dan jista’ jinkludi reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà tal-Prodotti 153 , u proposta leġiżlattiva dwar ir-responsabbiltà għal ċerti sistemi tal-AI. Kwalunkwe dispożizzjoni ġdida jew emendata tal-leġiżlazzjoni eżistenti se tqis leġiżlazzjoni eżistenti oħra tal-UE, u l-qafas orizzontali propost għall-AI;

-tipproponi fl-2021 u ’l quddiem kif meħtieġ reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti dwar is-sikurezza, inkluż: adattamenti mmirati tad-Direttiva dwar il-Makkinarju 154 , id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, id-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju u l-leġiżlazzjoni armonizzata dwar il-prodotti li ssegwi r-regoli orizzontali tal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid 155 . Kwalunkwe dispożizzjoni ġdida jew emendata tal-leġiżlazzjoni eżistenti se tqis il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

-tkompli tikkoopera mill-qrib u tinvolvi b’mod attiv lil spettru wiesa’ ta’ partijiet ikkonċernati biex tippromwovi l-ALTAI f’kuntesti settorjali u f’oqsma speċifiċi ta’ applikazzjoni u ta’ implimentazzjoni. Azzjonijiet ulterjuri jistgħu jiffokaw fuq, pereżempju, l-istabbiliment ta’ metriċi u metodi biex jiġi vvalutat u monitorjat l-impatt tas-sistemi tal-AI fuq il-benesseri ambjentali u soċjetali, fuq l-inklużjoni u fuq id-diversità, kif ukoll miżuri li jiżguraw AI affidabbli fl-akkwist pubbliku. Il-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali jistgħu jiffinanzjaw mekkaniżmi li jappoġġaw inizjattivi bħal dawn, u li l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw aktar bl-RRF;

-torganizza fl-2021 djalogi tal-partijiet ikkonċernati mal-industrija u ma’ partijiet ikkonċernati oħra dwar il-proprjetà intellettwali u teknoloġiji ġodda;

-tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-aġenziji tal-UE u ma’ entitajiet rilevanti oħra tal-UE li jaħdmu fuq l-AI 156 ;

-tikkollabora mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istabbiliment tal-istandards, bi mmappjar tal-attivitajiet u tar-rekwiżiti eżistenti tal-istandardizzazzjoni li jirriżultaw mill-qafas regolatorju propost; u

-tesplora l-istabbiliment ta’ Ċentri nazzjonali, reġjonali jew settorjali tal-Operazzjoni tas-Sigurtà kif deskritt fl-istrateġija l-ġdida taċ-ċibersigurtà tal-UE, potenzjalment bħala proġett multinazzjonali 157 . Dawn iċ-ċentri, li jaħdmu bl-AI biex itejbu l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet malizzjużi u jitgħallmu b’mod dinamiku dwar ix-xenarju tat-theddid li jinbidel kontinwament, se joħolqu “tarka taċ-ċibersigurtà” għall-UE, li kapaċi jidentifikaw sinjali ta’ attakk ċibernetiku minn kmieni biżżejjed u jippermettu t-teħid ta’ azzjoni proattiva, għal tħejjija u rispons konġunti aħjar għar-riskju fil-livell nazzjonali u tal-UE.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se:

-jikkooperaw u jikkoordinaw l-isforzi biex jiżguraw l-implimentazzjoni fil-ħin u bla xkiel tal-qafas legali tal-UE għall-AI. Fost l-azzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu ddefiniti u jitnedew f’konformità mal-leġiżlazzjoni adottata jista’ jkun hemm, pereżempju, inizjattivi għal bini ta’ kapaċitajiet għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u għall-korpi notifikati responsabbli għall-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante ta’ ċerti sistemi tal-AI b’riskju kbir, filwaqt li jiżviluppaw dokumenti gwida u għodod; b’mod tentattiv, dawk l-attivitajiet huma ppjanati għall-2022 u wara;

-ikomplu jimpenjaw ruħhom ukoll mill-2021 u wara mal-organizzazzjonijiet Ewropejtal-istandardizzazzjoni u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex jiżguraw l-adozzjoni fil-ħin tal-istandards armonizzati meħtieġa għall-operazzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti u tal-obbligi previsti fil-qafas legali. L-iżvilupp ta’ dawn l-istandards addizzjonali jista’ jkun ibbażat, pereżempju, fuq talbiet ta’ standardizzazzjoni maħruġin mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; u

-fl-2021-2022, janalizzaw il-fattibbiltà tal-użu tat-TEFs, tal-EDIHs u tal-pjattaforma tal-AI on-demand biex l-entitajiet nazzjonali diġà stabbiliti jiġu megħjuna fil-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tat-teknoloġiji tal-AI.

10.Nippromwovu l-viżjoni tal-UE għal AI sostenibbli u affidabbli madwar id-dinja

L-affermazzjoni tat-tmexxija dinjija tal-Ewropa u l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ AI bil-bniedem fiċ-ċentru, sostenibbli, sigura, inklużiva u affidabbli se jkomplu jibnu fuq l-azzjonijiet meħudin mill-Pjan Ikkoordinat tal-2018. F’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għal multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli u kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Kumpass Diġitali għall-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali”, id-dimensjoni internazzjonali hi aktar essenzjali minn qatt qabel. L-implikazzjonijiet tat-teknoloġiji diġitali ġodda bħall-AI jegħlbu l-fruntieri u jeħtieġ jiġu indirizzati fil-livell dinji 158 .

L-UE se tippromwovi regoli u standards dinjin ambizzjużi, inkluż it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi tal-istess fehma u mal-komunità usa’ ta’ diversi partijiet ikkonċernati u bl-ispirtu ta’ Tim Ewropa biex jiġi propost approċċ għall-AI li jkollu l-bniedem fiċ-ċentru u li jkun bbażat fuq ir-regoli. Biex ikun effettiv, l-approċċ tal-UE se jkompli jkun ibbażat fuq approċċ proattiv f’diversi entitajiet internazzjonali biex tinbena l-aktar koalizzjoni soda possibbli ta’ pajjiżi bl-istess eżiġenzi ta’ lqugħ regolatorju u governanza demokratika li huma ta’ ġid għas-soċjetajiet tagħna. Fl-istess ħin, l-UE se tinvolvi lil sħab oħra u tfittex bażi komuni abbażi ta’ kwistjoni bi kwistjoni, biex tindirizza l-firxa vasta ta’ opportunitajiet u sfidi relatati mal-AI.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

L-entitajiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-NU (UNESCO), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Kunsill tal-Ewropa, il-G7 u l-G20 qed jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mal-AI 159 . L-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u l-Istitut tal-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi (IEEE) huma involuti f’diversi attivitajiet ta’ standardizzazzjoni fil-qasam. Il-Pjan Ikkoordinat tal-2018 enfasizza li l-iżvilupp tal-AI kien se jibbenefika mill-kooperazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari ma’ pajjiżi avvanzati li jinsabu fuq quddiem nett fir-R&I u fl-investimenti fl-AI, u saħaq fuq il-merti tal-iżvilupp ta’ standards internazzjonali biex jiġu ffaċilitati l-użu u l-aċċettazzjoni tal-AI. Il-kooperazzjoni tal-UE ma’ entitajiet internazzjonali wriet ukoll li hi effettiva fl-identifikazzjoni tar-riskji u tal-użi malizzjużi assoċjati mal-AI 160 .

L-UE tipparteċipa b’mod attiv fid-djalogu dinji u tippromwovi viżjoni Ewropea ta’ AI affidabbli fil-livell dinji, pereżempju:

-L-UE hi membru fundatur tas-Sħubija Globali l-ġdida dwar l-AI (GPAI) imnedija f’Lulju 2020, b’rappreżentanza soda fl-erba’ gruppi ta’ ħidma dwar: il-governanza tad-data, l-AI responsabbli (inkluż sottogrupp dwar ir-rispons għall-pandemija), il-futur tax-xogħol; u l-kummerċjalizzazzjoni u l-innovazzjoni 161 .

-L-UE tikkontribwixxi ferm ukoll għall-ħidma tal-OECD dwar l-AI, bl-involviment tagħha fil-grupp ta’ esperti ONE-AI 162 u bil-kollaborazzjoni tal-AI Watch dwar il-ġbir u l-pubblikazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali dwar l-AI 163 .

-F’Settembru 2020, il-Kummissjoni nediet proġett kbir ta’ strument ta’ politika barranija biex tinvolvi ruħha ma’ sħab internazzjonali dwar kwistjonijiet regolatorji u etiċi u tippromwovi l-iżvilupp responsabbli ta’ AI affidabbli fil-livell dinji.

-Bir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Użu Doppju 164 , l-UE se tkun tista’ tistabbilixxi regoli ġodda li jippermettu aktar responsabbiltà u trasparenza fil-kummerċ tal-oġġetti b’użu doppju, li jgħinu biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda użu ħażin tal-AI mill-Ewropa.

-L-UE twettaq djalogi strutturati bilaterali, fost l-oħrajn, mal-Kanada u mal-Ġappun. Kumitat konġunt bejn l-UE u l-Ġappun dwar l-AI kellu l-ewwel laqgħa tiegħu f’Novembru 2020 u matulha ġew diskussi alternattivi għal kooperazzjoni msaħħa mal-Kanada dwar l-AI. Bdiet ukoll ħidma fuq taskforce konġunta dwar l-AI mal-Indja u hemm pjanijiet biex jinbdew diskussjonijiet mal-Awstralja u Singapore.

-Id-djalogu mal-Istati Uniti dwar l-iżvilupp u t-tnedija ta’ AI affidabbli għadu għaddej. Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli stabbilew b’mod konġunt l-ambizzjonijiet tagħhom għal aġenda trans-Atlantika ġdida u progressiva, li tinkludi kwistjonijiet diġitali u kwistjonijiet oħra relatati mat-teknoloġija. Il-Kummissjoni qed tipproponi b’mod partikolari t-twaqqif ta’ Kunsill tal-Kummerċ u tat-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti. B’mod konkret, il-Kummissjoni se taħdem għal Ftehim dwar l-AI mal-Istati Uniti 165 . Jeżistu diversi modi biex tissokta d-diskussjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Uniti (eż. id-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni) 166 u diversi istituzzjonijiet/gruppi ta’ riflessjoni 167 .

-L-UE tkompli tappoġġa lill-entitajiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni fil-ħidma tagħhom biex jiddefinixxu standards komuni għall-governanza dinjija tal-AI. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kommessa b’mod attiv li twettaq diskussjonijiet kontinwi ma’ organizzazzjonijiet ewlenin tal-istandardizzazzjoni, bħall-ISO u l-IEEE, biex tiskambja l-aqwa prattiki u tippromwovi l-viżjoni tagħha għall-iżvilupp u t-tnedija responsabbli tal-AI madwar id-dinja.

-Il-Kummissjoni pparteċipat ukoll fil-konsultazzjoni pubblika tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar l-AI u l-proprjetà intellettwali 168 u qed tieħu sehem b’mod attiv fid-diskussjonijiet tad-WIPO.

Prospetti għall-ġejjieni

L-UE se żżid l-isforzi bilaterali u multilaterali tagħha biex tappoġġa l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ekwi dinjin għal użu affidabbli u etiku tal-AI, filwaqt li tibni b’mod partikolari fuq kooperazzjoni trans-Atlantika soda u b’koalizzjoni usa’ ta’ sħab tal-istess fehma.

Il-Kummissjoni se:

-tkompli tipparteċipa f’diskussjonijiet internazzjonali, multilaterali u bilaterali dwar AI affidabbli, filwaqt tiffaċilita u tappoġġa dawk id-diskussjonijiet b’approċċ miftuħ ibbażat fuq il-valuri u tippromwovi l-approċċ tal-UE għall-AI fix-xena dinjija, jiġifieri b’kooperazzjoni regolatorja, komunikazzjoni strateġika u diplomazija pubblika;

-trawwem il-ħolqien ta’ standards dinjin tal-AI b’kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali u tkompli tipparteċipa fil-ħidma tad-WIPO dwar id-drittijiet tal-AI u tal-proprjetà intellettwali; u

-tintensifika l-isforzi fi skambji bilaterali ma’ pajjiżi terzi bi djalogi strutturati u inizjattivi konġunti dwar l-AI. Dan se jinkludi proġetti konġunti bħall-proġett tal-AI bejn l-UE u l-Ġappun iffinanzjat mill-UE permezz ta’ Orizzont 2020 għal manifattura intelliġenti 169 .

L-Istati Membri u l-UE se:

-ikomplu l-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni internazzjonali tagħhom dwar l-AI u jiżguraw li l-Ewropa tibgħat messaġġi konsistenti lid-dinja dwar AI affidabbli. Barra minn hekk, l-Unjoni se tibqa’ tikkontribwixxi bl-għarfien espert u bil-mezzi finanzjarji dedikati tagħha biex tankra l-AI b’mod aktar profond fid-diplomazija u fil-politika tal-iżvilupp b’enfasi partikolari fuq il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u fuq l-Afrika; u

-jiffaċilitaw skambji ma’ atturi dinjin dwar l-aqwa prattiki għall-valutazzjoni, l-ittestjar u r-regolamentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-AI.

IV.Nibnu tmexxija strateġika f’setturi b’impatt qawwi 

Minbarra l-azzjonijiet orizzontali, ir-rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat jipproponi seba’ oqsma ta’ azzjoni settorjali. Biex jallinja l-azzjonijiet konġunti dwar l-AI aktar mill-qrib mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-miżuri tal-UE bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19, ir-rieżami jipproponi azzjonijiet dwar l-ambjent u s-saħħa. Dawn l-allinjament u t-tisħiħ tal-azzjonijiet konġunti huma meħtieġa biex jikkontribwixxu għall-bidliet sistemiċi u l-impenn tal-UE biex “l-ekonomija ssir aktar ekoloġika”. Ċerti għodod u applikazzjonijiet tal-AI, bħat-tewmin diġitali tad-Dinja, se jkunu indispensabbli biex l-UE tilħaq l-objettivi tagħha f’termini ta’ newtralità klimatika, konsum ġeneralment aktar baxx tar-riżorsi, effiċjenza akbar, u UE aktar sostenibbli f’konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u mal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli (SDGs).

Fil-ġlieda kontra l-COVID-19, l-AI uriet il-versatilità tagħha, eż. billi kkontribwiet għall-analiżijiet ta’ skens tat-tomografija kompjuterizzata (CT) biex jiġu identifikati sinjali bikrija ta’ infezzjoni, u għall-iżvilupp tal-vaċċini 170 . Il-pandemija enfasizzat ukoll l-importanza ta’ modi ġodda ta’ ħidma li jistgħu jsiru b’mod diġitali, u saħqet fuq is-sinifikat tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għall-benefiċċju tal-ekonomija u tal-pubbliku inġenerali. 171 Għal allinjament mal-iżviluppi tas-suq u l-azzjonijiet li għaddejjin fl-Istati Membri, ir-rieżami jipproponi wkoll azzjonijiet konġunti dwar ir-robotika, is-settur pubbliku, il-mobbiltà, l-affarijiet interni u l-agrikoltura.

11.Inħaddmu l-AI għall-klima u l-ambjent

Raġunijiet għal azzjonijiet konġunti:

L-UE għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’tal-anqas 55 % sal-2030 u li tkun newtrali għall-klima sal-2050 172 . L-iżvilupp u l-adozzjoni mifruxa ta’ soluzzjonijiet tal-AI li ma jagħmlux ħsara lill-klima u l-ambjent għandhom potenzjal kbir li jgħinu biex jintlaħqu dawn il-miri ambizzjużi. Dan ġie enfasizzat fil-konklużjonijiet riċenti tal-Kunsill Ambjent li saħaq fuq ir-rwol tal-AI biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 173 . Il-konklużjonijiet ħarġu fid-dieher l-importanza li ssir enfasi fuq l-impatti ambjentali negattivi diretti u indiretti potenzjali tal-AI, ħeġġew lill-Istati Membri jaqsmu l-esperjenzi u t-tagħlimiet, u talbu lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi u standards dwar l-impatt negattiv tad-diġitalizzazzjoni. F’Marzu 2021, 24 Stat Membru, in-Norveġja u l-Iżlanda ffirmaw dikjarazzjoni biex jħaffu l-użu tat-teknoloġiji diġitali ekoloġiċi għall-benefiċċju tal-ambjent, jiġifieri billi jħeġġu l-iżvilupp u l-użu ta’ algoritmi effiċjenti fl-użu tal-enerġija 174 .

Minbarra t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-AI tista’ tgħin ukoll biex it-tranżizzjoni nadifa ssir aktar affordabbli, aċċettabbli u ċirkolari. L-ottimizzazzjoni tal-konnettività man-networks tal-enerġija, tat-trasport u tal-komunikazzjoni u l-indirizzar tal-problemi klimatiċi u ambjentali, inkluż l-immaniġġjar u l-użu mill-ġdid tal-iskart, il-plastik li jintuża darba biss, it-tnaqqis tar-riżorsi naturali, it-tniġġis tal-ilma u tal-arja, l-adattament għat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità 175 . F’dan il-kuntest, it-teknoloġiji tal-AI jistgħu primarjament jappoġġaw il-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku b’erba’ modi ewlenin:

-it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, eż. billi l-proċessi tal-produzzjoni jsiru aktar effiċjenti u anqas intensivi fir-riżorsi u fl-enerġija;

-l-istabbiliment, l-integrazzjoni u l-ġestjoni aħjar tas-sistema tal-enerġija u l-għoti tas-setgħa lin-negozji, lill-awtoritajiet pubbliċi u liċ-ċittadini biex jagħmlu l-aktar għażliet enerġetiċi sostenibbli u effiċjenti;

-id-dekarbonizzazzjoni tal-bini, tal-agrikoltura u tal-manifattura; u ġestjoni aktar effiċjenti tal-flussi tat-trasport fil-modi kollha: bit-triq, bil-ferrovija u bl-ajru, u b’hekk titnaqqas il-konġestjoni, teħfief l-intermodalità, u bħala kontribut għat-tnedija ta’ vetturi elettriċi awtonomi fit-trasport pubbliku u privat; u

-l-abilitazzjoni ta’ soluzzjonijiet kompletament ġodda li ma kinux possibbli b’teknoloġiji oħra.

L-AI taqdi rwol importanti fil-ġenerazzjoni ta’ data, informazzjoni u għarfien rilevanti għall-politika biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku b’mod effettiv u effiċjenti u biex ikunu jistgħu jsiru interventi mfasslin apposta. Is-settur pubbliku jenħtieġ ikaxkar bl-eżempju fejn jidħlu l-iżvilupp u d-domanda ta’ AI sostenibbli 176 . Is-soluzzjonijiet urbani mħaddma bl-AI huma wieħed mill-eżempju kif il-bliet u l-komunitajiet jistgħu jibbenefikaw mill-AI biex jilħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi. Filwaqt li l-AI għandha potenzjal kbir li tiffaċilita l-kisba tal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE, it-teknoloġija nnifisha għandha impronta ambjentali sinifikanti, speċjalment mil-lat ta’ konsum tal-enerġija. Għalhekk hemm bżonn issir iżjed valutazzjoni u jittieħdu aktar azzjonijiet biex ikun żgurat li l-impatt ambjentali nett tal-AI ikun pożittiv.

Prospetti għall-ġejjieni

Biex l-AI tikkontribwixxi għall-klima u l-ambjent, il-Kummissjoni se:

-tħaffef ir-riċerka u l-iżvilupp li jiffokaw fuq il-kontribut tal-AI għall-produzzjoni sostenibbli u għas-setturi ewlenin tal-applikazzjonijiet permezz tal-programm Orizzont Ewropa:

-tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fl-AI għall-produzzjoni mingħajr difetti, mingħajr skart, mingħajr emissjonijiet u għal manifattura intelliġenti fl-2021;

-tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni f’soluzzjonijiet tal-biedja intelliġenti bbażati fuq l-AI b’enfasi fuq it-titjib fl-effiċjenza, fuq applikazzjonijiet imfasslin apposta, u fuq tnaqqis fl-inputs u fl-emissjonijiet fl-2021;

-tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-AI għall-monitoraġġ tal-kwalità u tad-disponibbiltà tal-ilma; u

-tgħin lill-SMEs jimplimentaw soluzzjonijiet sostenibbli għall-AI fil-manifattura bl-inizjattiva Innovazzjoni għas-Sostenibbiltà fil-Manifattura fl-SMEs (I4MS2), li se tiffinanzja lill-SMEs li lesti jwettqu esperimenti finalizzati għall-introduzzjoni ta’ teknoloġija ġdida fin-negozju tagħhom, u li se tibda fl-2022;

-tappoġġa r-riċerka għal AI aktar ekoloġika, filwaqt li tindirizza l-konsum tal-enerġija tat-teknoloġiji tal-AI permezz tal-programm Orizzont Ewropa:

-tkompli tappoġġa r-riċerka fuq AI effiċjenti biex jiġu żviluppati mudelli aktar ħfief, anqas intensivi fid-data u li jikkonsmaw anqas enerġija, bi proġetti li jibdew fl-2022; u

-is-Sħubija Ewropea KDT istituzzjonalizzata, li se titnieda fl-2021, se tiżviluppa teknoloġiji li jippermettu l-migrazzjoni ta’ ħafna applikazzjonijiet tal-AI minn pjattaformi li jeħtieġu ħafna enerġija lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli fit-tarf tan-network, inkluż il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ proċessuri b’konsum baxx tal-enerġija għall-applikazzjonijiet tal-AI;

-tiżgura li d-dimensjoni ambjentali tiġi inkluża fl-azzjonijiet ta’ Ewropa Diġitali li jfittxu li jagħmlu l-applikazzjonijiet tal-AI disponibbli b’mod wiesa’ għall-utenti potenzjali madwar l-Ewropa:

-bi proġetti li jibdew fl-2022, tappoġġa t-TEFs għall-applikazzjonijiet tal-AI fil-qasam ta’ komunitajiet intelliġenti u ekoloġiċi, il-manifattura, l-enerġija u l-ikel agrikolu, filwaqt li tikkontribwixxi direttament għas-sostenibbiltà ambjentali f’dawn is-setturi, u l-applikazzjonijiet tal-AI fit-tarf tan-network; u

-tiffaċilita l-implimentazzjoni mifruxa tal-kompetenzi fl-AI permezz tan-network tal-EDIHs, li se jilħaq ukoll lill-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, u b’hekk ikunu jistgħu jesperimentaw bl-AI għas-sostenibbiltà;

-toħloq spazju tad-data għal komunitajiet newtrali għall-klima u intelliġenti u tivvalidah bi proġetti pilota li jiffokaw fuq oqsma ta’ azzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (is-sejħa ssir fi Q2 2021 u r-riżultati jkunu disponibbli fi Q3 2022); 

-tiżviluppa pjan direzzjonali għal spazju komuni tad-data tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex jinħataf il-potenzjal ewlieni tad-data għal sostenibbiltà u adattament għat-tibdil fil-klima (sejħa fi Q2 2021) 177 ;

-tiżviluppa simulazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja u appoġġata bl-AI tal-pjaneta bl-inizjattiva Destinazzjoni d-Dinja 178 biex timmonitorja u tissimula l-attività naturali u umana, u tiżviluppa u tittestja xenarji li jippermettu żvilupp aktar sostenibbli u reżiljenza għall-klima 179 . L-iżvilupp jibda fi Q3 2021 u l-ewwel fażi titlesta sa tmiem l-2023;

-issaħħaħ id-djalogu settorjali dwar AI ekoloġika mal-mexxejja eżekuttivi tal-kumpaniji Ewropej u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra li huma attivi f’setturi differenti tal-ekonomija biex jiġu identifikati azzjonijiet speċifiċi meħtieġa f’kull settur għall-implimentazzjoni sostenibbli tal-AI b’benefiċċji għall-ekonomija, għas-soċjetà u għall-ambjent. L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw is-setturi industrijali se jikkontribwixxu għall-eżerċizzju 180 ;

-tesplora modi effettivi biex tiddefinixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tidentifika u tkejjel l-impatt ambjentali negattiv u pożittiv tal-AI, filwaqt li tibni wkoll fuq il-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni dwar l-infrastruttura effiċjenti fir-riżorsi u fl-enerġija u sostenibbli għall-ħżin u l-ipproċessar tad-data 181 , il-komunikazzjoni elettronika, u l-isforzi usa’ preċedenti f’dan il-qasam 182 . Dan jista’ jseħħ, fost l-oħrajn, bit-twaqqif ta’ taskforce li tivvaluta wkoll il-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ punteġġ ambjentali fil-kriterji għall-evalwazzjoni tas-sistemi tal-AI (eż. fil-kuntest tal-akkwist pubbliku); u

-tinkludi l-kwistjonijiet ambjentali fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali tagħha dwar l-AI. Filwaqt li l-AI tista’ taqdi rwol ġmielu biex jiġu indirizzati l-isfidi fuq skala planetarja bħat-tibdil fil-klima u t-tniġġis tal-mikroplastiks, din teħtieġ koordinazzjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u possibbilment kollaborazzjoni diretta mal-pajjiżi tal-istess fehma.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jaqsmu r-riżultati tal-isforzi nazzjonali dwar AI ekoloġika u l-azzjonijiet klimatiċi, jaqsmu l-aqwa prattiki ma’ Stati Membri oħra u, mill-esperjenzi tagħhom jissuġġerixxu proġetti, sforzi ta’ sensibilizzazzjoni u azzjonijiet transfruntieri li jistgħu jitwettqu fil-livell Ewropew;

-jaqsmu għarfien espert u talent disponibbli lokalment permezz tan-network tal-EDIHs li jistgħu jappoġġaw l-attivitajiet tat-taħriġ u tal-kondiviżjoni tal-għarfien;

-jappoġġaw l-inklużjoni ta’ komponent dwar AI ekoloġika fil-kurrikuli universitarji u tal-edukazzjoni ogħla tal-AI u f’korsijiet u fi programmi oħra ta’ taħriġ fl-AI; u

-jaħdmu mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u settorjali tal-ICT u oħra, inkluż entitajiet tal-istandardizzazzjoni biex jiddefinixxu linji gwida għall-implimentazzjoni u metodoloġiji ta’ valutazzjoni standardizzati biex jappoġġaw AI ekoloġika f’oqsma bħall-grilji intelliġenti, il-biedja ta’ preċiżjoni, u l-bliet u l-komunitajiet intelliġenti u sostenibbli.

12.Nużaw il-ġenerazzjoni li jmiss tal-AI biex intejbu s-saħħa

Raġunijiet għal azzjonijiet konġunti:

Fix-xenarju dinji, l-UE tinsab fuq quddiem fejn tidħol l-applikazzjoni tal-AI fis-saħħa u fil-kura tas-saħħa 183 . F’dan il-qasam saru ħafna żviluppi malajr minħabba d-disponibbiltà dejjem akbar ta’ data dwar is-saħħa, u minħabba avvanzi bla preċedent fl-AI. It-teknoloġiji tal-AI jistgħu, pereżempju, itaffu l-piż minn fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa, itejbu l-flussi tax-xogħol fl-isptarijiet, jottimizzaw l-assenjar tar-riżorsi umani u ta’ riżorsi oħra, itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-provi kliniċi, u jappoġġaw l-iskoperta ta’ mediċini ġodda. Is-sistemi tal-AI jistgħu jappoġġaw ukoll lill-bnedmin fid-deċiżjonijiet kliniċi u fl-għażliet tat-trattament 184 , itejbu l-analiżi tal-immaġnijiet tas-saħħa, id-data tal-laboratorju jew istoloġika, l-eżattezza dijanjostika, u l-aċċess għall-kura tas-saħħa 185 , u b’hekk jipprovdu ġid sinifikanti għas-soċjetà. L-importanza soċjali u ekonomika tal-applikazzjonijiet tal-AI fil-politika tas-saħħa hi rikonoxxuta u enfasizzata ferm fil-livell tal-politika tal-UE 186 .

Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet issaħħaħ l-importanza tal-AI għas-saħħa u l-kura, u serviet ta’ tagħlima għall-UE u l-Istati Membri dwar l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni f’dan il-qasam. 187  L-AI kienet assi ewlieni fir-rispons għall-pandemija. Il-Kummissjoni investiet fost l-oħrajn fl-iżvilupp malajr ta’ għodod għall-analiżi tat-tomografija kompjuterizzata (CT) tas-sider bl-AI, esperimenti tas-supercomputing biex jiġu identifikati terapiji ġodda għall-COVID-19, u d-dispaċċ ta’ robots ta’ diżinfezzjoni bl-UV biex jiġi indirizzat it-tixrid tal-coronavirus 188 .

Id-disponibbiltà ta’ data dwar is-saħħa ta’ kwalità għolja u l-possibbiltà li tintuża, tiġi kkombinata u tintuża mill-ġdid data minn diversi sorsi f’konformità mal-acquis tal-UE, inkluż il-GDPR u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni, huma prerekwiżiti essenzjali għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tas-sistemi tal-AI 189 . Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet 190 u fl-2020 ħadet azzjonijiet preparatorji biex jinħoloq spazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa (EHDS) 191 . Bħalissa l-Kummissjoni qed taħdem fuq proposta legali dwar l-EHDS 192 . Se tittieħed azzjoni biex: jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-governanza, is-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, il-kwalità, l-infrastrutturi u l-interoperabbiltà tad-data, is-saħħa diġitali u l-AI, ħalli jkun żgurat il-fluss liberu sigur tad-data dwar is-saħħa u tiġi promossa l-adozzjoni tas-saħħa diġitali u tal-AI fis-saħħa. Il-perkorsi tal-ħidma jinkludu l-istabbiliment ta’ qafas legali u ta’ governanza xieraq għall-EHDS, l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura madwar l-UE għall-iskambju u l-aċċess għad-data dwar is-saħħa għal finijiet ta’ riċerka, tfassil tal-politika u regolatorji, għall-estensjoni tal-infrastruttura eżistenti għall-iskambju tad-data dwar is-saħħa għall-għoti tal-kura tas-saħħa (MyHealth@EU), għal titjib tal-kwalità tad-data fis-settur tas-saħħa, u għall-bini tal-kapaċitajiet. L-ispazju tad-data se jħeġġeġ l-espansjoni u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali tas-saħħa, inkluż l-AI, fil-kura tas-saħħa u b’hekk jipprovdi benefiċċji konkreti lill-pazjenti. L-EHDS se jappoġġa t-taħriġ u l-ittestjar tal-algoritmi tal-AI.

Fil-25 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa 193 . L-istrateġija hi pilastru ewlieni tal-viżjoni tal-Kummissjoni biex tinbena Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar soda 194 u biex jitrawwem l-aċċess tal-pazjenti għal mediċini innovattivi u affordabbli 195 .

Il-Kummissjoni tappoġġa l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri permezz tal-azzjoni konġunta dwar l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa, li bdiet formalment fil-bidu tal-2021. Tappoġġa l-investimenti nazzjonali bi strumenti ta’ finanzjament bħall-Fond Soċjali Ewropew+, InvestEU u l-RRF. L-azzjonijiet fil-livell Ewropew huma jew se jiġu appoġġati permezz tal-programm EU4Health, Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jikkooperaw flimkien biex jimplimentaw il-Pjan tal-Ewropa kontra l-Kanċer 196 . Dawn jinkludi għadd ta’ azzjonijiet fejn l-AI se tkun strumentali biex tissaħħaħ il-kura tal-kanċer, inkluż l-iżvilupp ta’ bażi tad-data komuni tal-immaġnijiet tas-saħħa bl-aktar forom komuni ta’ kanċer biex jittejbu d-dijanjożi u t-trattament assistiti mill-AI. Biex tappoġġa din l-inizjattiva, fl-2019, il-Kummissjoni nediet sejħa għal proposti ta’ Orizzont 2020 b’allokazzjoni ta’ EUR 35 miljun biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ analiżi tal-immaġnijiet tas-saħħa għad dijanjożi u trattament tal-kanċer ibbażati fuq l-AI 197 .

Il-Kummissjoni tqis ukoll l-avvanzi fl-AI rigward l-apparati mediċi, l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, il-farmaċewtiċi u biex ittejjeb il-bażi tal-evidenza għad-deċiżjonijiet ħalli jiġi identifikat il-potenzjal u jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tesplora l-introduzzjoni tal-AI fil-prattika klinika ta’ kuljum u f’ambjenti differenti tal-kura tas-saħħa biex jiġi identifikat ukoll il-potenzjal u jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti. Hemm bżonn parametri referenzjarji u eżempji tajbin għall-ġbir tad-data u għall-iżvilupp u l-ittestjar tas-sistemi tal-AI li jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza f’konformità mal-GDPR u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se:

-tipproponi azzjoni leġiżlattiva dwar spazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa. Din l-azzjoni leġiżlattiva se tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni orizzontali proposta dwar l-AI u jkollha l-għan tappoġġa t-taħriġ u l-ittestjar tal-algoritmi tal-AI, u l-ħidma tar-regolaturi biex jevalwaw l-AI użata fis-saħħa (Q4 2021) 198 ;

-tappoġġa proġetti kollaborattivi li jlaqqgħu flimkien lill-partijiet ikkonċernati biex imexxu ’l quddiem l-użu tal-computing ta’ prestazzjoni għolja u tal-AI flimkien mad-data tal-UE dwar is-saħħa għal innovazzjoni farmaċewtika, kif previst fl-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, COM (it-tnedija tal-proġetti 2021-2022);

-tevalwa u tirrevedi l-leġiżlazzjoni farmaċewtika ġenerali biex tkun adattata għall-prodotti avvanzati, għall-iżviluppi xjentifiċi (eż. ġenomika jew mediċina personalizzata) u għat-trasformazzjoni teknoloġika, inkluż l-AI (eż. analitika tad-data u għodod diġitali) u tipprovdi inċentivi mfasslin apposta għall-innovazzjoni, kif previst fl-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa (2022) 199 ;

-tistabbilixxi TEFs fis-Saħħa għat-teknoloġiji tal-AI u tar-robotika sal-2022 permezz tal-programm Ewropa Diġitali, bl-oqsma ta’ fokus possibbli li jinkludu l-COVID-19, il-kanċer, il-pedjatrija, it-teknoloġiji tal-għajxien attiv u assistit, l-appoġġ għas-sikurezza tal-pazjenti, u l-effiċjenza tal-proċessi;

-tieħu azzjonijiet biex twessa’ l-kopertura ġeografika u l-iskambju transfruntier tal-informazzjoni dwar is-saħħa, permezz ta’ MyHealth@EU, inkluż is-sommarji tal-pazjenti, il-preskrizzjonijiet elettroniċi, l-immaġnijiet, ir-riżultati tal-laboratorju u l-ittri tal-ħruġ mill-isptar, u azzjonijiet li jappoġġaw l-użu mill-ġdid tad-data dwar is-saħħa għal riċerka, tfassil tal-politika u attivitajiet regolatorji. Dawk l-azzjonijiet se jiġu ffinanzjati permezz tal-programmi EU4Health 200 , DEP u Orizzont Ewropa biex sal-2025 ikun żgurat li:

-iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jaqsmu d-data tagħhom dwar is-saħħa mal-fornituri u l-awtoritajiet tal-kura tas-saħħa tal-għażla tagħhom;

-tiġi stabbilita infrastruttura madwar l-UE kollha tal-EHDS għall-aċċessar tad-data dwar is-saħħa għal riċerka u tfassil tal-politika. L-AI se tkun parti importanti mill-EHDS u se tippermetti l-analitika tad-data, filwaqt li tappoġġa u taċċellera r-riċerka;

-tkompli tappoġġa l-implimentazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġu konnessi u esplorati bażijiet tad-data Ewropej, pereżempju ta’ immaġnijiet mediċi, ta’ tipi differenti ta’ kanċer, u biex jiġu ingranati teknoloġiji tal-AI biex jiġu sfruttati repożitorji ta’ immaġnijiet tal-kanċer ta’ kwalità għolja;

-tiffaċilita l-użu ta’ teknoloġiji tal-AI, bi qbil sħiħ mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, il-prinċipji etiċi u r-regoli tal-kompetizzjoni ħalli jiġi identifikat għarfien ġdid u jiġu appoġġati r-riċerka klinika u t-teħid tad-deċiżjonijiet fl-inizjattiva “1+ million genomes”. Din l-inizjattiva tibni fuq id-dikjarazzjoni “1+ million genomes” tal-Istati Membri u għandha l-għan li tagħmel tal-anqas miljun ġenoma aċċessibbli għar-riċerka fl-UE;

-tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ applikazzjonijiet tat-“tewmin diġitali fis-saħħa u fil-kura”, fejn it-teknoloġiji tal-AI se jaqdu rwol ċentrali, bil-promozzjoni ta’ sistema tal-UE funzjonali u inklużiva; u

-tinvesti fl-iżvilupp u l-validazzjoni klinika ta’ sistemi robusti, ġusti u affidabbli mħaddma bl-AI għat-trattament u għall-kura, permezz ta’ Orizzont Ewropa, inkluż il-prevenzjoni personalizzata u t-tbassir tar-riskju tal-mard, b’enfasi partikolari fuq il-prestazzjoni, is-sikurezza, is-sigurtà, l-ispjegabbiltà, l-għoti ta’ rispons u appoġġ għall-prevenzjoni tal-frodi tal-kura tas-saħħa, l-użibbiltà u l-effettività/kosteffettività tas-soluzzjonijiet tal-AI, u fuq l-użu/l-użu mill-ġdid ta’ data mhux strutturata dwar is-saħħa.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jieħdu azzjonijiet biex iżidu l-kwalità u l-interoperabbiltà semantika tad-data dwar is-saħħa, li huma fundamentali għall-iżvilupp u l-użu tal-AI;

-jiżviluppaw azzjonijiet u jappoġġaw inizjattivi biex iżidu l-fehim u l-aċċettazzjoni mill-professjonisti mediċi tat-teknoloġija diġitali biex titħaffef l-adozzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-AI fil-qasam mediku;

-jimplimentaw rakkomandazzjonijiet li jippromwovu t-titjib tal-ħiliet fis-saħħa elettronika tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa u jaqblu dwar indikaturi komuni Ewropej tal-kwalità għal edukazzjoni medika kontinwa;

-javvanzaw l-inizjattiva “1+ million genomes” possibbilment bil-pjanijiet nazzjonali tal-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, inkluż bħala proġett multinazzjonali;

-jappoġġaw investimenti fl-użu sekondarju tad-data dwar is-saħħa, inkluż għall-AI, bl-użu, pereżempju, ta’ finanzjament tal-RRF;

-jieħdu azzjoni biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta’ sistemi innovattivi bbażati fuq l-AI (eż. tagħlim awtomatiku, sistemi awtonomi, aġenti ta’ konverżazzjoni, Big Data, robotika) f’faċilitajiet tas-saħħa u tal-kura bħall-isptarijiet u d-djar tal-kura, u b’mod partikolari meta d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa tkun ġiet deskritta fil-pjanijiet nazzjonali tal-irkupru u r-reżiljenza;

-jappoġġaw EDIHs speċjalizzati fit-teknoloġiji mediċi u s-saħħa elettronika biex jgħinu lis-sistemi tas-saħħa reġjonali/nazzjonali u lill-industrija fl-isforzi tar-riċerka tagħhom ħalli jipprovdu trattamenti aħjar u avvanzi fil-ġlieda kontra l-coronavirus; u

-jaħdmu ma’ entitajiet nazzjonali, reġjonali u internazzjonali tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu u jistabbilixxu standards komuni, inkluż dwar kwistjonijiet bħas-sigurtà, is-sikurezza, il-privatezza, l-interoperabbiltà, fi sforz biex jiġu aġġornati l-istandards eżistenti għall-AI għas-saħħa.

13.Biex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem: Strateġija għar-Robotika fid-dinja tal-AI

Raġunijiet għal azzjonijiet konġunti:

Ir-robotika mħaddma bl-AI hi faċilitatur ewlieni għall-produttività, il-kompetittività, ir-reżiljenza u l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE filwaqt li tippreserva ekonomija miftuħa fid-dinja tad-diġitalizzazzjoni. 201 Ir-robotika qed tavvanza malajr ħafna u r-robots abilitati bl-AI qed jintużaw dejjem aktar b’impatt sinifikanti f’ħafna setturi ewlenin, bħall-kura tas-saħħa, l-ikel agrikolu, l-ispezzjoni u l-manutenzjoni, il-loġistika, l-ispazju, il-kostruzzjoni, il-manifattura, eċċ. L-adozzjoni ta’ robotika bbażata fuq l-AI se tixpruna żviluppi fl-industrija tar-robotika tal-UE u twessa’ l-firxa tal-attivitajiet li fihom joperaw ir-robots, u b’hekk iżżid il-kollaborazzjoni bejn il-bniedem u r-robots 202 .

L-impatt tal-COVID-19 fuq l-ekonomija dinjija wera l-ħtieġa ta’ ktajjen tal-provvista aktar reżiljenti. L-awtomatizzazzjoni tar-robotika għandha l-potenzjal li ġġib lura xi produzzjoni fl-Ewropa u li żżid l-awtonomija tagħha fi ktajjen ta’ valur kritiċi. Ir-robotika mistennija tappoġġja dejjem aktar lill-ħaddiema b’diversi modi u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol. L-isfidi demografiċi fl-Ewropa se jżidu l-ħtieġa tar-robots u l-awtomatizzazzjoni 203 , b’mod speċjali fis-settur tas-servizzi (l-aktar il-kura tas-saħħa u l-għajxien indipendenti tal-anzjani).

Fil-qosor, ir-robotika mistennija ġġib benefiċċji kbar għas-soċjetà, l-ekonomija, l-ambjent u l-pubbliku inġenerali.

Dan l-iżvilupp se joħloq għadd ta’ sfidi. Ix-xenarju li qed jinbidel tad-dinja tax-xogħol jenfasizza l-ħtieġa li jitfasslu metodi ġodda ta’ ħidma u li jiġi żviluppat taħriġ xieraq fil-ħiliet u fil-kompetenzi għax-xogħol flimkien mar-robots, u li jinftiehmu l-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tagħhom. Jekk jibqgħu mhux indirizzati, dawn il-fatturi jimminaw il-fiduċja fit-teknoloġija robotika u l-aċċettazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib l-impatti fuq is-soċjetà, fuq l-impjiegi u fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol fid-dawl tal-iżvilupp u tal-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI.

Min-naħa l-oħra, l-ispeċifiċità tar-robotika hi marbuta ma’ interazzjoni fiżika man-nies u mal-ambjent. Ir-robots se jkunu dejjem aktar awtonomi u jinteraġixxu mal-bnedmin, kemm jekk ikunu robots kumpanni fuq lant tax-xogħol li joħorġu minn xi gaġġa, u anki jekk ikunu robots li jipprovdu servizzi. Dan iġib mistoqsijiet dwar is-sikurezza: il-qrubija għall-bnedmin u l-interazzjoni magħhom jeħtieġu standards għoljin ħafna ta’ sikurezza biex ikunu evitati inċidenti u korrimenti. Iġib ukoll kwistjonijiet rigward l-iżgurar tal-aċċessibbiltà u tal-inklużività tal-persuni b’diżabbiltà. Ir-robots qed isiru wkoll dejjem aktar konnessi ma’ xulxin u ma’ tipi oħra ta’ apparati, u jipproċessaw aktar data, u dan joħloq riskji potenzjali għall-privatezza u ċ-ċibersigurtà. Dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jisħqu fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat l-ittestjar, kif ippjanat fil-Faċilitajiet futuri tal-Ittestjar u tal-Esperimentazzjoni, u li jiġu indirizzati kwistjonijiet bħaċ-ċertifikazzjoni u l-konformità mal-qafas regolatorju, eż. b’sandboxes regolatorji.

Għaldaqstant, ir-robotika hi qasam ta’ politika b’potenzjal kbir ta’ impatt ekonomiku u soċjali, inkluż fl-oqsma ewlenin biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-Ewropa.

L-Ewropa tinsab f’pożizzjoni tajba biex tilħaq il-potenzjal sħiħ u biex tindirizza l-isfidi. L-Ewropa għandha industrija tar-robotika u komunità tar-riċerka mill-aqwa: tospita ħafna manifatturi tar-robots, li jipproduċu madwar kwart tar-robots industrijali u tar-robots tas-servizz kollha. F’xi oqsma tar-robotika tas-servizzi professjonali, bħar-robots tal-ħlib, il-manifatturi Ewropej jiddominaw is-suq. L-Ewropa tinsab fuq quddiem ukoll fir-riċerka dwar ir-robotika, u l-impatti ta’ dan joħorħu fid-dieher f’diversi każijiet tal-użu fis-setturi ewlenin (eż. il-kura tas-saħħa, l-agrikoltura, l-ispezzjoni, il-baħar, il-manifattura). L-iżviluppi fir-robotika industrijali u tas-servizzi qed jikkonverġu u jsaħħu lil xulxin. Dan jagħti opportunità unika lill-iżviluppaturi Ewropej biex isaħħu l-kapaċitajiet u l-prospetti tas-suq tagħhom.

Madankollu, biex tinżamm u tiġi kkonsolidata l-pożizzjoni soda tal-Ewropa u biex jiġu sfruttati bis-sħiħ l-assi tagħha, hemm bżonn investimenti intellettwali u finanzjarji, u kollaborazzjoni bejn firxa wiesgħa ta’ atturi pubbliċi u privati. Barra minn hekk, l-azzjoni tal-Ewropa dwar ir-robotika trid tikkapitalizza fuq l-aħħar żviluppi fl-AI biex tindirizza l-innovazzjoni u l-istandardizzazzjoni, kwistjonijiet ta’ fiduċja, in-nuqqas ta’ ħiliet u l-impatt fuq l-impjiegi u fuq l-ambjent, ħalli tippermetti t-tnedija ta’ soluzzjonijiet sikuri, siguri u affidabbli tar-robotika.

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni se:

-timplimenta azzjonijiet fil-kuntest ta’ dan il-Pjan Ikkoordinat biex tiżgura li l-Ewropa tibqa’ xprun dinji fir-robotika,. L-azzjoni tinkludi elementi ta’ riċerka, innovazzjoni u implimentazzjoni 204 , u aspetti importanti relatati mas-sikurezza u s-sigurtà, mal-ittestjar u l-validazzjoni, ma’ kwistjonijiet soċjoekonomiċi, mal-ħiliet u l-kompetenzi, u mal-fiduċja u l-etika. Tibni fuq u tkompli tiżviluppa l-approċċ strateġiku mħaddem f’inizjattivi passati u eżistenti, speċjalment is-Sħubija Pubblika Privata fir-Robotika permezz ta’ Orizzont 2020 u s-Sħubija Ewropea l-ġdida koprogrammata fl-AI, id-Data u r-Robotika permezz ta’ Orizzont Ewropa;

-filwaqt li tibni fuq informazzjoni minn strutturi eżistenti u fuq inizjattivi ta’ politika rilevanti oħra fil-livell tal-UE u nazzjonali 205 , u biex tikkumplimentahom aktar meta jkun meħtieġ, tevalwa u, jekk tqis xieraq, tiżviluppa osservatorju speċjalizzat tal-politika tar-robotika biex timmonitorja u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija tar-robotika, fil-kejl tal-progress u fl-appoġġ tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni;

-mill-2021, twettaq rieżami tal-ostakli regolatorji possibbli u tappoġġa ċ-ċertifikazzjoni li se tippermetti l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet tar-robotika;

-tittestja l-prestazzjoni u s-sikurezza mistennija tar-robots imħaddma bl-AI permezz ta’ TEFs dedikati tal-ogħla klassi fid-dinja taħt il-programm Ewropa Diġitali, li għandhom jinbnew mill-2022 ’il quddiem. It-TEFs jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni f’dan il-qasam;

-tappoġġa aktar l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tar-robotika u mill-2022 l-implimentazzjoni tagħhom b’TEFs li jikkontribwixxu għall-Patt Ekoloġiku, filwaqt li tiffoka wkoll fuq sfidi soċjetali oħrajn bħas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem;

-tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fir-robotika fl-Ewropa bis-Sħubija Ewropea koprogrammata fl-AI, fid-Data u fir-Robotika, filwaqt li tibni fuq is-suċċessi tal-passat bis-sħubijiet preċedenti 206 . Din is-sħubija pubblika-privata, li se tibda fit-Tieni Trimestru tal-2021, se jkollha wkoll enfasi speċifika fuq l-istandardizzazzjoni biex trawwem il-kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fl-ekosistema tar-robotika;

-tingrana n-network dedikat tagħha ta’ EDIHs biex tappoġġa s-settur Ewropew tar-robotika u l-partijiet ikkonċernati, u biex tagħti spinta lill-adozzjoni; 

-tinkludi r-robotika fost is-suġġetti fil-mira tal-istrateġija ambizzjuża għal ħiliet diġitali avvanzati taħt il-programm Ewropa Diġitali, jiġifieri billi tappoġġa programmi jew moduli speċjalizzati tal-edukazzjoni dwar ir-robotika, kollokamenti f’impjiegi u korsijiet ta’ taħriġ dwar ir-robotika fuq terminu qasir, li jibdew fl-2022;

-tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni lejn il-ġenerazzjoni li jmiss tar-robotika mħaddma bl-AI bi proġetti ta’ Orizzont Ewropa, li jibdew fl-2022. L-inizjattivi jenħtieġu li jiffukaw, fost affarijiet oħrajn, fuq kif ir-robots jistgħu jsiru aktar kollaborattivi u jingħataw “fehim” aħjar tad-dinja, u b’hekk jiġu żgurati s-sikurezza, l-effiċjenza enerġetika u r-robustezza, eż. biex joperaw f’kundizzjonijiet fiżiċi estremi; u

-tappoġġa l-iskambju ta’ għarfien, ta’ prattika u ta’ esperjenza fir-robotika, eż. għal każijiet ta’ użu f’setturi speċifiċi jew għal tipi speċifiċi ta’ robots (vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord, eċċ.).

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se:

-jaħdmu flimkien biex janalizzaw l-inizjattivi rilevanti tal-AI u tar-robotika fil-livelli tal-UE u f’dawk nazzjonali, filwaqt li jidentifikaw lakuni, prijoritajiet u metrika ta’ politika possibbli;

-jaħdmu ma’ entitajiet tal-istandardizzazzjoni nazzjonali, reġjonali u internazzjonali biex jiddefinixxu standards komuni, inkluż dwar kwistjonijiet bħas-sikurezza, is-sigurtà, l-interoperabbiltà, is-sistemi b’diversi aġenti jew l-awtonomija kondiviża u flessibbli, fi sforz biex jiġu aġġornati l-istandards eżistenti għar-robotika intelliġenti; u

-jippromwovu r-robotika fl-edukazzjoni għall-gruppi ta’ età, ta’ ġeneru u soċjali kollha, biex jitqajmu kuxjenza u fiduċja, inkluż l-użu tar-robotika bħala għodda biex jiġu appoġġati l-apprendiment u t-taħriġ, f’konformità mal-inizjattivi fit-taqsima tal-ħiliet u tat-talent.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali ta’ investiment għar-robotika fi ħdan l-istrateġiji tal-AI rispettivi tagħhom, filwaqt li jibnu fuq l-istrateġija Ewropea u b’parteċipazzjoni b’saħħitha tal-partijiet ikkonċernati nazzjonali, b’enfasi fuq ir-riċerka u fuq l-innovazzjoni kif ukoll jagħmlu użu mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jappoġġaw it-tranżizzjoni diġitali.

14.Nagħmlu s-settur pubbliku pijunier fl-użu tal-AI

Din it-taqsima tiffoka fuq miżuri li jappoġġaw l-użu tat-teknoloġiji tal-AI fis-settur pubbliku.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin

L-applikazzjonijiet tal-AI jistgħu jikkontribwixxu għal servizzi pubbliċi aħjar, eż. billi jtejbu l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-gvern, jippermettu kapaċitajiet analitiċi aktar intelliġenti jew itejbu l-effiċjenza fl-oqsma kollha tas-settur pubbliku u jappoġġaw proċessi demokratiċi 207 . L-użu tas-sistemi tal-AI jista’ jġib benefiċċji fl-attivitajiet ewlenin kollha tas-settur pubbliku. Permezz tal-adozzjoni bikrija tal-AI, is-settur pubbliku jista’ jkun dak li jidħol l-ewwel għall-adozzjoni ta’ AI li tkun sigura, affidabbli u sostenibbli 208 .

biex l-adozzjoni aktar profonda u usa’ tal-AI ssir realtà, is-settur pubbliku tal-Ewropa jenħtieġ li jkollu aċċess għal finanzjament adegwat u jkun mgħammar, kwalifikat u mogħti s-setgħa li jwettaq xiri u adozzjoni strateġiċi u sostenibbli ta’ sistemi bbażati fuq l-AI. L-RRF tipprovdi opportunità mingħajr preċedent biex jitħaffef l-użu tal-AI fl-amministrazzjoni pubblika madwar l-Ewropa permezz tal-inizjattiva emblematika tagħha ta’ Modernizzazzjoni li għandha l-għan li tagħti spinta lill-investimenti u lir-riformi fid-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika.

L-akkwist pubbliku huwa kruċjali fl-adozzjoni tal-AI fis-settur pubbliku. Jista’ jgħin ukoll biex jiġu stimolati d-domanda u l-offerta ta’ teknoloġiji affidabbli u siguri tal-AI fl-Ewropa. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tiżviluppa programm Adotta l-AI 209 biex tappoġġa l-akkwist pubbliku tas-sistemi tal-AI u tgħin fit-trasformazzjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku stess. Il-programm għandu l-għan li jgħin lis-settur pubbliku tal-Ewropa juża l-kapaċità tal-akkwist kollettiv b’saħħitha tiegħu biex jaġixxi bħala katalizzatur u jistimola d-domanda għal AI affidabbli. Is-settur pubbliku jista’ jwitti t-triq lejn l-iżvilupp, ix-xiri u l-implimentazzjoni ta’ applikazzjonijiet tal-AI affidabbli u ċċentrati fuq il-bniedem, pereżempju, billi juża l-akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi jew billi jmexxi l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda lejn il-ħtiġijiet tiegħu permezz ta’ prattiki ta’ akkwist prekummerċjali.

Kważi l-istrateġiji nazzjonali kollha tal-Istati Membri dwar l-AI jinkludu azzjonijiet li jistimolaw l-użu tal-AI fis-servizzi pubbliċi 210 . Bħalissa, aktar minn nofs is-soluzzjonijiet tal-AI li qed jintużaw jipprovdu tibdiliet inkrementali jew tekniċi fil-proċessi tas-settur pubbliku 211 . L-Istati Membri u l-Kummissjoni bdew jinvolvu ruħhom fit-tagħlim bejn il-pari u fl-iskambju madwar l-UE tal-aħjar prattiki dwar l-AI tas-settur pubbliku 212 .

L-akkwisti pubbliċi transfruntieri kollaborattivi jew l-akkwisti prekummerċjali ta’ soluzzjonijiet innovattivi tal-AI għandhom il-potenzjal jisfruttaw is-sinerġiji, u jiksbu massa kritika akbar biex iwasslu s-soluzzjonijiet tal-AI fis-suq tas-settur pubbliku madwar l-Ewropa. Hemm opportunità għal azzjoni Ewropea kondiviża fl-akkwist, fl-adozzjoni għall-użu u fl-espansjoni tas-soluzzjonijiet tal-AI fost l-Istati Membri.

Pereżempju, f’Novembru 2018 tnieda l-portal imħaddem bl-AI tat-traduzzjoni elettronika tal-Kummissjoni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri 213 . Sentejn wara, 6 600 impjegat taċ-ċivil mill-Istati Membri qed jużaw il-portal web tat-traduzzjoni elettronika. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbu aċċess dirett għas-servizz web, li bħalissa jintuża minn madwar 50 amministrazzjoni, inkluż il-Portal Nazzjonali Żvediż tad-Data, il-Kamra tad-Deputati Taljana jew l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali 214 . Il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll b’azzjonijiet relatati mal-AI, pereżempju fl-ISA² 215 , fosthom bi proġett pilota li jindirizza l-użu tat-tagħlim awtomatiku għal rieżami/klassifikazzjoni tad-dokumenti fl-amministrazzjonijiet 216 . Fost inizjattivi oħrajn kien hemm, pereżempju, analiżi tal-użu tal-AI fil-qasam tal-ġustizzja 217 u l-organizzazzjoni ta’ webinars prattiċi tal-AI dwar l-użu tal-applikazzjonijiet tal-AI f’dak il-qasam 218 .

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni se:

-tniedi fl-2021 il-programm Adotta l-AI, kif tħabbar fil-White Paper, biex tappoġġa l-akkwist pubbliku tas-sistemi tal-AI u tgħin fit-trasformazzjoni tal-proċessi tal-akkwist pubbliku stess 219 ; b’mod partikolari:

-djalogi settorjali miftuħin u trasparenti li jgħinu biex jinbena pont bejn l-akkwirenti pubbliċi (li jridu jkunu jafu liema soluzzjonijiet huma disponibbli biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom) u l-industrija Ewropea (li trid tipprovdi prodotti/servizzi lill-amministrazzjonijiet pubbliċi u li jeħtieġ tkun taf aktar dwar il-pjanijiet tagħhom) 220 ;

-dan se jiġi organizzat fuq skala Ewropea, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitgħallmu minn xulxin. L-EDIHs se jintużaw biex jippromwovu djalogu fost l-atturi tal-industrija madwar l-Ewropa kollha 221 . Għalhekk, il-programm se jistimola l-investiment mill-industrija fl-AI u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u ta’ applikazzjonijiet ġodda tal-AI;

-tfassal fl-2021 spazju tad-data dwar l-akkwist pubbliku 222 li se jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn is-swieq tal-akkwist pubbliku fl-UE 223 . Għodda futura tal-IT se tiffaċilita l-użu ta’ metodi tal-AI biex tiġi analizzata d-data dwar l-akkwist pubbliku. Biex titjieb il-governanza tal-akkwist pubbliku hu kruċjali li d-data disponibbli u l-għodod tal-analiżi jiġu aġġornati u jkunu avvanzati; u

-tkompli tiffaċilita t-tagħlim bejn il-pari u l-ġbir tal-informazzjoni tal-Istati Membri dwar linji gwida u l-implimentazzjoni tal-AI fis-servizzi pubbliċi, abbażi tal-aqwa prattiki u ta’ analiżi tal-potenzjal tal-użu mill-ġdid tas-sistemi u tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq l-AI, filwaqt li tidentifika opportunitajiet għal kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti minn diversi setturi 224 .

Bl-appoġġ tal-Istati Membri, il-Kummissjoni se:

-tiffinanzja inizjattivi, bil-programm Ewropa Diġitali, għall-adozzjoni tal-AI mill-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livell lokali, b’tisħiħ tal-kapaċità Ewropea għall-implimentazzjoni u l-espansjoni tat-Tewmin Diġitali Lokali Mħaddma bl-AI 225 (is-sejħa fi Q4 2021, il-proġett jibda fi Q3 2022);

-tappoġġa lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż lill-bliet u lil-komunitajiet biex jinħolqu reġistri tal-algoritmi tal-AI li jżidu l-fiduċja taċ-ċittadini, u tħeġġeġ l-użu ta’ katalogi tal-applikazzjonijiet abilitati bl-AI għall-amministrazzjonijiet biex tiżdied l-adozzjoni tal-AI mis-settur pubbliku, pereżempju bil-pjattaforma tal-AI on-demand (sejħa fi Q4 2021, il-proġett jibda fi Q3 2022); u

-tkompli tappoġġa lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż lill-bliet u lill-komunitajiet fl-akkwist ta’ AI affidabbli billi tiżviluppa sett ta’ kapaċitajiet minimi għall-algoritmi li jridu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-kuntratti (eż. MIM tal-AI Ġusta) 226 permezz tal-moviment Living-in.EU 227 u b’mezzi oħra. Il-kapaċitajiet minimi jistgħu jinkludu APIs għal-iżvelar tal-livelli tat-teħid tad-deċiżjonijiet awtomatizzat.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tal-RRF billi jinkludu miżuri fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza li jiffokaw (pereżempju) fuq il-bini tal-kapaċitajiet biex jiġu sfruttati l-vantaġġi tal-analitika predittiva u l-AI fit-tfassil tal-politika u fl-għoti tas-servizzi pubbliċi. Ir-riformi u l-investimenti proposti f’dan il-komponent jippromwovu l-Inizjattiva ewlenija “Modernise” tal-RRF li tiffoka fuq id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni u tas-servizzi pubbliċi, inkluż tas-sistemi ġudizzjarji u tal-kura tas-saħħa. Jistgħu jirriflettu wkoll l-objettivi tal-Inizjattiva ewlenija “Reskill and upskill” tal-RRF, billi jipprovdu ħiliet u kompetenzi ġodda lill-impjegati u l-maniġers taċ-ċivil, b’mod partikolari rigward it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u t-tisħiħ tal-innovazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika.

15.Napplikaw l-AI għall-infurzar tal-liġi, l-migrazzjoni u l-ażil

Raġunijiet għal azzjonijiet konġunti:

Is-sistemi tal-AI, jekk ikunu mfasslin u jintużaw f’konformità mal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali, jistgħu jsiru teknoloġija ċentrali li tappoġġa (iżda mhux tieħu post) 228 l-awtoritajiet tal-affarijiet interni u jsaħħu s-sigurtà. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ ikunu jistgħu jaġixxu f’ambjent tal-kriminalità li qed jinbidel u jevolvi malajr biex itejbu l-protezzjoni u s-sikurezza tal-persuni kollha 229 . L-AI tista’ ttejjeb ukoll iċ-ċibersigurtà, pereżempju billi tgħin fl-intelligence dwar it-theddid, bir-rikonoxximent ta’ xejriet skont l-esperjenza tal-passat, billi tnaqqas il-ħin tar-rispons għall-inċidenti u tiffaċilita l-konformità mal-aqwa prattiki tas-sigurtà.

L-Istati Membri qed jużaw dejjem aktar is-sistemi tal-AI fil-qasam tal-affarijiet interni 230 għax instabu utli ħafna biex jissaħħaħ l-ordni pubbliku, biex għinu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet preċiżi, u jiġġieldu l-kriminalità u t-terroriżmu 231 . Kooperazzjoni aktar b’saħħitha fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tal-AI fil-qasam tal-affarijiet interni hi essenzjali. Billi jingħaqdu flimkien, u f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u awtoritajiet oħra jistgħu jindirizzaw b’mod aktar effettiv l-isfidi l-ġodda ppreżentati minn ħemel ta’ data, attività kriminali dejjem aktar sofistikata u kumplessa, u użu tal-AI mill-organizzazzjonijiet kriminali, b’mod partikolari fiċ-ċiberkriminalità 232 , kif ukoll ir-rekwiżiti dejjem akbar għal proċeduri bla xkiel, rapidi u faċli għall-utenti. Għaldaqstant, l-Istati Membri tennew bħala waħda mill-prijoritajiet politiċi u enfasizzaw bħala stadju importanti li jappoġġaw il-funzjonament tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jużaw it-teknoloġiji tal-AI fil-ħidma ta’ kuljum tagħhom, soġġetti għal salvagwardji ċari 233 . L-Istati Membri talbu lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien ta’ akkomunament ta’ talent dwar l-AI u tiffaċilita l-iżvilupp ta’ opportunitajiet tat-taħriġ fil-litteriżmu u fil-ħiliet diġitali għall-infurzar tal-liġi 234 .

Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni adottat aġenda tal-UE kontra t-terroriżmu 235 li tenfasizza l-impatt profond tal-AI fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jirrispondu għat-theddid terroristiku skont id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Fl-2020 ukoll, l-Istati Membri u l-UE stabbilew iċ-ċentru tal-innovazzjoni tal-UE għas-sigurtà interna li jiffoka wkoll fuq l-għodod tal-AI 236 biex iservi bħala network kollaborattiv. Il-Kummissjoni adottat ukoll proposta dwar il-mandat imsaħħaħ tal-Europol biex l-Aġenzija tkun tista’ tindirizza t-theddid emerġenti, u b’hekk tkun tista’ tikkoopera b’mod effettiv mal-partijiet privati u ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-innovazzjoni 237 . Il-Europol jenħtieġ jaqdi rwol ewlieni f’dawn li ġejjin: (1) l-assistenza lill-Istati Membri biex jiżviluppaw soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda abbażi tal-AI, li jkunu ta’ benefiċċju għall-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni u (2) il-promozzjoni ta’ AI etika, affidabbli u bil-bniedem fiċ-ċentru soġġetta għal salvagwardji sodi mil-lat ta’ sigurtà, sikurezza u drittijiet fundamentali 238 . Fl-14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Strateġija ġdida tal-UE biex tindirizza l-Kriminalità Organizzata, li għandha l-għan li tiżgura rispons modern għall-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż l-użu tal-AI fl-investigazzjonijiet kriminali, pereżempju għal analiżi ta’ kwantitajiet kbar ta’ data jew investigazzjonijiet tad-darknet 239 .

Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi fil-qasam tal-affarijiet interni, inkluż il-kapaċità tar-rispons għal reati mwettqa jew iffaċilitati bl-użu tat-teknoloġiji tal-AI, il-Kummissjoni żviluppat perkorsi tal-ħidma speċifiċi għas-settur b’rabta mal-infurzar tal-liġi, l-migrazzjoni u l-ażil. 240 L-isforzi ta’ koordinazzjoni tal-UE f’dan il-qasam ta’ politika jiffokaw fuq żieda fl-effiċjenza tal-awtoritajiet kompetenti b’akkomunament tar-riżorsi u tal-għarfien espert, bi skambji tal-aqwa prattiki u b’aġġustament tal-qafas legali, meta meħtieġ. Dan iservi wkoll l-objettiv li t-teknoloġiji abilitati bl-AI ikunu konformi għalkollox mal-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt, u d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, inkluż in-nondiskriminazzjoni u l-protezzjoni tad-data. Dawn l-isforzi se jikkontribwixxu wkoll għall-istabbiliment ta’ ekosistema ta’ fiduċja.

Prospetti għall-ġejjieni

Biex ittejjeb it-trasparenza, l-ispjegabbiltà u l-fiduċja pubblika, il-Kummissjoni se:

-tniedi sejħa għal spazju Ewropew komuni dedikat għad-data dwar is-sigurtà għall-infurzar tal-liġi skont il-programm Ewropa Diġitali 241 (Q1 2022). Dan ikun spazju tad-data individwali li jaqa’ taħt l-ispazji Komuni Ewropej tad-data usa’ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kif tħabbar fl-Istrateġija Ewropea għad-Data;

-fl-2021 tivvaluta l-fattibbiltà ta’ qafas għall-ġestjoni tad-data u tax-xjenza tad-data fil-livell tal-UE għall-infurzar tal-liġi; biex jittejbu t-trasparenza u l-ispjegabbiltà tal-analiżi tad-data xprunata mill-AI 242 ;

-fi Q1 2021 tiffinanzja l-proġett tal-Istitut Interreġjonali tan-NU ta’ Riċerka dwar il-Kriminalità u l-Ġustizzja, biex jiġi żviluppat sett ta’ għodod dinjin għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi biex jitrawwem l-użu affidabbli, legali u responsabbli tal-AI għall-infurzar tal-liġi (kif deskritt fil-programm ta’ ħidma emendat tal-2020 tal-Fond għas-Sigurtà Interna);

-tkompli tniedi “provi tal-kunċett” fl-2021 għal każijiet tal-użu konkreti tal-AI fil-qasam tal-kontrolli regolari fuq il-fruntieri, il-migrazzjoni u l-pulizija 243 ;

-fl-2021 tniedi proġett pilota għal sistema Ewropea unika ta’ previżjonijiet tal-migrazzjoni imsejsa fuq l-eżitu tal-istudju dwar il-fattibbiltà ta’ għodda ta’ previżjonijiet u twissija bikrija għal migrazzjoni bbażata fuq it-teknoloġija tal-AI 244 ; u

-tkompli tiffinanzja r-riċerka u l-innovazzjoni dwar l-AI għall-applikazzjoni u l-bażi tal-għarfien għall-infurzar tal-liġi, l-migrazzjoni u l-ażil li huma bbażati fl-Ewropa u li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-UE.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-UE se:

-jaħdmu flimkien fil-kuntest taċ-ċentru tal-innovazzjoni tal-UE għas-sigurtà interna;

-jikkooperaw fuq l-applikazzjonijiet tal-AI bħala faċilitatur utli ta’ appoġġ u titjib tal-effettività tal-proċeduri tal-ażil; u

-jieħdu azzjonijiet biex jappoġġaw l-infurzar tal-liġi ambjentali u jiġġieldu l-kriminalità ambjentali bl-għajnuna tat-teknoloġiji tal-AI. 245

16. Bl-AI, il-mobbiltà ssir aktar intelliġenti, sikura u aktar sostenibbli

Raġunijiet għal azzjonijiet konġunti:

L-AI u l-awtomatizzazzjoni u huma ta’ importanza kbira għall-mobbiltà tal-futur. Huma jistgħu jgħinu biex jittejbu l-effiċjenza u s-sikurezza tat-trasport, jiġu ottimizzati l-użu tal-kapaċità u l-flussi tat-traffiku, u jiffaċilitaw l-interoperabbiltà tat-teknoloġija u tal-lingwi. L-AI tista’ tottimizza l-ktajjen tat-trasport multimodali u tippermetti t-tħaddim ta’ vetturi awtomatizzati. B’disponibbiltà dejjem akbar tad-data u bl-għodod assistiti bl-AI għall-analiżi, l-AI se tiffaċilita servizzi ġodda, aktar sikuri, aktar inklużivi, sostenibbli, u aktar effiċjenti għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u servizzi tal-mobbiltà. biex ikunu żgurati servizzi tat-trasport u tal-mobbiltà tassew inklużivi, is-settijiet tad-data użati biex jitħarrġu l-algoritmi tal-AI jridu jkunu rappreżentattivi u bilanċjati biex ikunu evitati riżultati mhux maħsuba u diskriminazzjoni potenzjali ta’ ċerti utenti tat-trasport.

F’Kunsill informali fid-29 ta’ Ottubru 2020, il-Ministri tat-trasport tal-UE enfasizzaw l-importanza ta’ kooperazzjoni proattiva mal-istituzzjonijiet tal-UE u li jingħaqdu l-forzi “biex jiġi żgurat li l-Ewropa tisfrutta l-opportunitajiet inerenti fir-rivoluzzjoni diġitali għal mobbiltà valida għall-futur, għal ekonomija b’saħħitha b’impjiegi siguri u attraenti, u għal futur newtrali għall-klima li jsostni l-għajxien” 246 .

F’Diċembru 2020, il-Kummissjoni adottat l-istrateġija tagħha għal mobbiltà sostenibbli u intelliġenti 247 , li tipprovdi (fost affarijiet oħra) għall-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali tal-AI għall-mobbiltà 248 , u għall-iżvilupp ta’ spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, kif tħabbar fl-Istrateġija Ewropea għad-Data tagħha ppubblikata fi Frar 2020.

It-teknoloġiji tal-AI iħallu impatt fuq il-modi kollha tat-trasport u l-UE diġà żviluppat inizjattivi 249 biex tisfrutta l-potenzjal tagħha:

-fis-settur tal-avjazzjoni, fi Frar 2020, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) ippubblikat pjan direzzjonali tal-AI. Il-Eurocontrol u l-Kummissjoni Ewropea, u firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet sħab stabbilew Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew tal-Avjazzjoni dwar l-AI (l-HLG dwar l-EAAI) li f’Marzu 2020 ippubblika Pjan ta’ Azzjoni FLY AI 250 . Barra minn hekk, l-EASA tmexxi proġett “Data4Safety” li jistabbilixxi akkomunament kbir tad-data li jista’ jappoġġa l-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza fil-livell Ewropew 251 ;

-fis-settur ferrovjarju, l-Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R) bħalissa qed taħdem fuq id-definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet awtomatiċi tal-operat tal-ferroviji, inkluż l-użu tal-AI, il-gradi 3 u 4 tal-awtomatizzazzjoni. Barra minn hekk, l-użu tal-AI diġà hu kkunsidrat fil-kuntest tal-Programmi ta’ Innovazzjoni tal-qafas tal-S2R għall-ferroviji tal-passiġġieri u anki għall-ferroviji tal-merkanzija 252 . L-użu tal-AI se jkun inkorporat dejjem aktar fis-suċċessur tal-S2R, għax id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni se jkunu abilitaturi importanti tat-trasformazzjoni ferrovjarja permezz ta’ approċċ ta’ sistema;

-fis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni, l-Eżekuzzjoni tal-Ġestjoni tal-Kurituri abilitata permezz tas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS COMEX) hi proġett multibenefiċjarju ffinanzjat mill-FNE 253 . Ħafna minn dawn is-servizzi (tal-informazzjoni) tal-Kurituri bbażati fuq l-RIS jużaw algoritmi bbażati fuq il-Big Data u l-AI għal kalkolu tar-rotot ottimali, tad-densitajiet tat-traffiku u tal-ħinijiet stmati tal-wasla; u

-fis-settur tat-trasport bit-triq, il-ħidma tal-Pjattaforma għall-Mobbiltà Kooperattiva, Konnessa u Awtomatizzata (CCAM) u tas-Sħubija Ewropea li ġejja CCAM jikkunsidraw l-AI u l-kwistjonijiet etiċi speċifiċi b’rabta mal-mobbiltà mingħajr sewwieqa. Ir-rapport mill-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea – L-etika b’rabta mal-vetturi konnessi u awtomatizzati – jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza fit-toroq, il-privatezza, il-ġustizzja, l-ispjegabbiltà u r-responsabbiltà 254   255 .

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-Istati Membri, se:

-tiżviluppa fl-2021 pjan direzzjonali tal-AI għall-mobbiltà, kif tħabbar fl-istrateġija għal mobbiltà sostenibbli u intelliġenti;

-tiżviluppa mill-2021 u ’l quddiem azzjonijiet u tipprovdi finanzjament biex tappoġġa d-disponibbiltà tad-data, it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data, u l-kondiviżjoni tad-data fl-ispazji tad-data permezz tal-programm Orizzont Ewropa, il-programm Ewropa Diġitali u l-Federazzjoni Ewropea tal-Cloud. Id-disponibbiltà u l-integrità tad-data huma essenzjali għall-iżvilupp ta’ algoritmi tal-AI affidabbli li jistgħu jtejbu s-sikurezza tat-trasport u jottimizzaw il-flussi tat-traffiku;

-tikkollabora u tiffaċilita l-azzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni, il-proċeduri xierqa tal-approvazzjoni, u l-interoperabbiltà fis-suq uniku, biex tħeġġeġ l-implimentazzjoni malajr tal-funzjonijiet awtomatizzati; dan jixpruna wkoll il-kompetittività internazzjonali;

-tikkunsidra miżuri biex titħaffef l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tal-AI fis-setturi tat-trasport u tal-mobbiltà tal-Ewropa. B’mod partikolari għat-teknoloġiji u s-sistemi tas-CCAM, is-Sħubija Ewropea koprogrammata CCAM, li se tfittex sinerġiji mas-Sħubija Ewropea koprogrammata dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, u tħejji għal adozzjoni fuq skala kbira. Miżuri oħra jistgħu jesploraw rekwiżiti awtomobilistiċi speċifiċi dwar is-sikurezza u s-sigurtà funzjonali; tadotta miżuri li tiffaċilita l-fiduċja u l-aċċettazzjoni soċjali tas-CCAM billi jittejbu t-trasparenza, is-sikurezza u l-esplorazzjoni tat-teknoloġija;

-fl-2021 tistabbilixxi atti ta’ implimentazzjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-vetturi awtomatizzati u għall-vetturi awtomatizzati għalkollox, inkluż kwistjonijiet ta’ sikurezza marbutin mal-użu tal-AI u taċ-ċibersigurtà 256 ; u

-fl-2021, tipproponi regoli ġodda dwar l-aċċess għad-data fil-vettura, li jiggarantixxu aċċess ġust u effettiv għad-data dwar il-vetturi mill-fornituri tas-servizzi tal-mobbiltà.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jippromwovu b’mod attiv l-iżvilupp u l-ittestjar tat-teknoloġiji tal-AI f’funzjonijiet awtomatizzati għall-modi kollha tat-trasport, bl-għajnuna tas-sħubijiet Ewropej rilevanti;

-janalizzaw u jiffaċilitaw it-tnedija ta’ soluzzjonijiet affidabbli tal-AI fil-modi kollha tat-trasport li jistgħu jtejbu l-effiċjenza bl-għajnuna ta’ servizzi tal-mobbiltà awtomatizzata u operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija biex jonqos il-piż fuq l-ambjent;

-jaqsmu t-tagħlimiet meħudin mill-proġetti ta’ R&I u mill-proġetti pilota biex joħolqu bażi komuni Ewropea tal-għarfien;

-jivvalutaw il-potenzjal tal-awtomatizzazzjoni tal-vetturi għat-trasport urban u jappoġġaw il-bliet fit-tranżizzjoni tagħhom filwaqt li jikkunsidraw mill-ġdid is-sistemi tal-mobbiltà, li jinkludu s-servizzi tat-trasport pubbliku, il-manutenzjoni tal-infrastruttura, il-loġistika, in-nollijiet u r-regolamentazzjoni; u

-jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tal-RRF, pereżempju f’konformità mal-azzjonijiet deskritti fl-eżempju ta’ komponent dwar “Mobbiltà urbana nadifa, intelliġenti u ġusta 257 . Dan il-komponent eżempju jappoġġa l-Inizjattiva Ewlenija Ewropea “Recharge & refuel” u jippromwovi teknoloġiji nodfa li jibqgħu validi għall-ġejjieni biex jitħaffef l-użu tat-trasport sostenibbli, aċċessibbli u intelliġenti, tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’livell baxx ta’ emissjonijiet, l-istazzjonijiet tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, u ta’ trasport pubbliku aktar b’saħħtu u aktar estensiv. Dan il-komponent eżempju hu relatat ukoll ma’ provvisti suffiċjenti tal-elettriku u tal-idroġenu rinnovabbli, b’rabta mal-Inizjattiva Ewlenija Ewropea “Power Up”. Il-miżuri f’dan it-tip ta’ komponent jistgħu, pereżempju, jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tat-trasport, li permezz tagħha jkunu jistgħu jinħolqu negozji u servizzi innovattivi relatati mal-mobbiltà, fosthom l-ippjanar tal-kapaċità u s-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku. Il-mobbiltà intelliġenti se tibbenefika minn, iżda se tikkontribwixxi wkoll għat-tnedija tal-5G, l-iżvilupp tal-AI, il-blockchain, u teknoloġiji diġitali oħra.

17.Nappoġġaw l-AI għal agrikoltura sostenibbli

Raġunijiet għal azzjonijiet konġunti:

Is-settur agrikolu tal-UE hu wieħed mill-produtturi ewlenin tal-ikel fid-dinja, garanti tas-sigurtà u tal-kwalità tal-ikel, u jikkrea miljuni ta’ impjiegi għall-Ewropej. L-AI u teknoloġiji diġitali oħra għandhom il-potenzjal li jżidu l-effiċjenza tal-azjendi agrikoli u li jtejbu s-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali.

Is-soluzzjonijiet u r-robots imħaddma bl-AI jistgħu jappoġġaw lill-bdiewa, pereżempju, fil-produzzjoni tal-bhejjem u jiżguraw it-trattament xieraq tal-annimali 258 , it-tnissil 259 , il-ħsad tal-għelejjel 260 jew it-tneħħija tal-ħaxix ħażin 261 , u jnaqqsu ferm l-użu ta’ inputs bħal fertilizzanti, pestiċidi jew l-ilma tat-tisqija 262 , u b’hekk joħolqu benefiċċji ekonomiċi u soċjetali sinifikanti 263 . Id-disponibbiltà tad-data, kemm dik iġġenerata mid-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tal-agrikoltura, u anki d-data mill-osservazzjoni tad-dinja jew id-data dwar il-klima, hi abilitant importanti għall-ħeffa u għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-AI. Hu stmat li l-valuri ekonomiċi tas-suq tal-biedja ta’ preċiżjoni abilitat bl-AI se jikbru u jilħqu l-EUR 11,8 biljun sal-2025 globalment 264 .

Fl-2019, il-Kummissjoni ħadmet mal-Istati Membri fuq dikjarazzjoni biex tippromwovi approċċ komprensiv għad-diġitalizzazzjoni u għal agrikoltura intelliġenti u sostenibbli, inkluż bil-faċilitazzjoni tal-użu tal-AI. Din id-dikjarazzjoni ta’ kooperazzjoni, iffirmata minn 25 pajjiż Ewropew, tinvolvi impenn biex jiġi ffaċilitat l-użu tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-AI, fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali 265 .

Bħala parti mill-aġenda tal-Patt Ekoloġiku, f’Mejju 2020 il-Kummissjoni ppreżentat l-istrateġija “Mill-għalqa sal-platt” 266 . Din għandha l-għan li tiffaċilita l-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u tranżizzjoni tal-ktajjen alimentari fl-Ewropa li huma ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, għall-produtturi, għall-klima u għall-ambjent. L-użu tal-AI u tal-biedja intelliġenti jista’ jiffaċilita din it-tranżizzjoni billi jippermetti, pereżempju, il-ġestjoni sostenibbli u effiċjenti tar-riżorsi, fosthom tal-ilma, il-ħamrija, il-bijodiversità u l-enerġija.

Fl-2014-2020, il-Kummissjoni kkofinanzjat proġetti tar-riċerka ta’ Orizzont 2020 li jiswew qrib il-EUR 175 miljun għal diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura. Il-proġetti ffokaw pereżempju fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi bl-użu ta’ teknoloġiji diġitali bħall-AI, ir-robotika u l-IoT.

Prospetti għall-ġejjieni

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se:

-tistabbilixxi TEFs għall-AI għas-settur agroalimentari skont il-programm Ewropa Diġitali, b’enfasi partikolari fuq il-biedja intelliġenti, eż. biex jitjiebu l-kosteffettività u s-sostenibbiltà ambjentali;

-tippromwovi l-agrikoltura bħala wieħed mill-oqsma koperti mill-inizjattiva tal-EDIH biex tappoġġa l-interazzjonijiet bejn l-atturi rilevanti, inkluż l-Istati Membri, il-partijiet ikkonċernati agrikoli u l-atturi fis-sistema Ewropea tal-AI;

-timplimenta spazju komuni Ewropew tad-data dwar l-agrikoltura biex tappoġġa l-akkomunament u l-kondiviżjoni affidabbli tad-data 267 fl-2023-2024. Bl-ispazju tad-data, il-parteċipanti jkunu jistgħu jikkondividu d-data agrikola. Dan mistenni jippermetti lis-settur agrikolu jtejjeb il-prestazzjoni u l-kompetittività tas-sostenibbiltà tiegħu bi pproċessar u analiżi ta’ data tal-produzzjoni u data oħra, li jippermettu applikazzjoni preċiża u mfassla apposta tal-approċċi tal-produzzjoni fil-livell tal-azjendi agrikoli. Barra minn hekk, se jqis l-esperjenza tal-Kodiċi tal-Kondotta mmexxi mill-partijiet ikkonċernati dwar il-kondiviżjoni tad-data agrikola 268 ;

-tistabbilixxi u tikkontribwixxi b’mod attiv għal Sħubija Ewropea koprogrammata dwar l-Agrikoltura tad-Data 269 permezz ta’ Orizzont Ewropa fl-2023-2024. Is-sħubija għandha l-għan li tippromwovi l-użu tal-AI, ta’ teknoloġiji diġitali oħra, u tad-data ġeospazjali u ta’ osservazzjoni ambjentali oħra. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti mill-agrikoltura, mir-riċerka u mill-industrija, inkluż il-programm Copernicus u l-komunità tal-osservazzjoni tad-dinja, se jkunu involuti mill-qrib; u

-tappoġġa proġetti tar-R&I permezz ta’ Orizzont Ewropa li jgħaqqdu t-teknoloġiji tal-AI u tar-robotika mal-użu tagħhom fl-agrikoltura, fil-forestrija, fl-iżvilupp rurali u fil-bijoekonomija, filwaqt li jimmassimizzaw l-użu tad-data mill-infrastrutturi spazjali tal-UE bħal Copernicus.

L-Istati Membri huma mħeġġin:

-jieħdu vantaġġ sħiħ tal-finanzjament tal-RRF għad-diġitalizzazzjoni tas-settur agroalimentari, kif previst fil-pjanijiet nazzjonali, pereżempju biex jistabbilixxu TEFs u EDIHs addizzjonali dwar l-AI u r-robotika fl-ikel agrikolu, minbarra dawk diġà ppjanati fil-programm Ewropa Diġitali;

-jieħdu rwol attiv fis-sħubija Agrikoltura tad-Data u;

-jikkunsidraw li jiffinanzjaw proġetti nazzjonali tar-R&I li jgħaqqdu t-teknoloġiji tal-AI u tar-robotika mal-użu tagħhom fl-agrikoltura, fil-forestrija, fl-iżvilupp rurali u fil-bijoekonomija.



Konklużjonijiet:

L-objettivi tal-Pjan Ikkoordinat tal-2018 għadhom rilevanti u d-direzzjoni ġenerali stabbilita fil-Pjan Ikkoordinat uriet li hija dik it-tajba bħala kontribut għall-ambizzjoni “biex l-Ewropa ssir wieħed mill-aqwa reġjuni fid-dinja għall-iżvilupp u għall-użu ta’ IA mill-aktar avvanzata, etika u sigura, [u] li tħeġġeġ approċċ bil-bniedem fiċ-ċentru fil-kuntest globali” 270 . L-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni kkonfermaw li l-azzjonijiet konġunti u l-kooperazzjoni strutturata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni huma ċ-ċavetta għall-kompetittività u għat-tmexxija dinjija tal-UE fl-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI.

Il-passi li jmiss jenħtieġ jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet konġunti u fuq it-tneħħija tal-frammentazzjoni bejn il-programmi ta’ finanzjament, l-inizjattivi u l-azzjonijiet meħudin fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri. Biex tiġi ffaċilitata din l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni se tassisti biex jittieħdu, u hija stess tieħu l-miżuri deskritti f’dan ir-rieżami. Se tipprovdi gwida prattika u azzjonabbli, tiżgura l-kooperazzjoni u tipprovdi oqfsa u mezzi finanzjarji bi programmi ta’ finanzjament tal-UE, bħal Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali. L-Istati Membri għandhom ukoll opportunità unika bl-RRF biex jisfruttaw bl-aħjar mod l-AI fid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija tagħhom u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom.

B’mod speċifiku, il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, se timmonitorja mill-qrib u se ssegwi l-progress li jkun qed isir fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet konġunti miftiehma fil-Pjan Ikkoordinat. Din il-ħidma ta’ monitoraġġ u segwitu jenħtieġ tkun strutturata, titfassal tajjeb u tipprovdi mekkaniżmu dinamiku għall-ġbir u l-analiżi tal-progress miksub. L-Istati Membri mistednin jappoġġaw lill-Kummissjoni f’dan l-isforz u jikkollaboraw mill-qrib billi jipprovdu aġġornamenti, analiżi u rapporti regolari dwar l-azzjonijiet meħudin u l-progress miksub. Jenħtieġ jikkondividu l-aqwa prattiki u jipproponu azzjonijiet li jistgħu jkomplu jtejbu s-sinerġiji. Tali djalogu strutturali u aġli hu meħtieġ biex ikun żgurat li l-azzjonijiet konġunti proposti fil-Pjan Ikkoordinat iwasslu għas-sinerġiji u l-valur miżjud maħsubin.

Ir-rieżami tal-Pjan Ikkoordinat u l-rispons miksub mingħand il-partijiet ikkonċernati jissuġġerixxu li hemm potenzjal ulterjuri għal azzjoni biex titrawwem kooperazzjoni msaħħa u jiġu kkoordinati prijoritajiet u inizjattivi komuni fl-AI. Għaldaqstant, il-Pjan Ikkoordinat ippropona azzjonijiet li jnaqqsu l-frammentazzjoni bejn l-istrumenti ta’ finanzjament differenti, bejn l-azzjonijiet meħudin fil-livell nazzjonali u tal-UE, bejn il-komunitajiet tar-riċerka nfushom u bejn il-komunitajiet tar-riċerka u l-industrija. Fost affarijiet oħra, tali frammentazzjoni tiġġenera informazzjoni bla bżonn u kostijiet tat-tranżazzjonijiet, redditu aktar baxx fuq l-investimenti, ħela tar-riżorsi u fl-aħħar nett twassal għal telf ta’ opportunitajiet għan-negozji tal-UE. F’konsultazzjoni mal-pubbliku ġenerali, mas-sħab soċjali, mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi, mal-industrija, mal-komunità akkademika u mal-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali, il-Kummissjoni se tivvaluta kontinwament kif tista’ tkompli tonqos il-frammentazzjoni.

Bħala konklużjoni, dan ir-rieżami tal-2021 jibni fuq il-kollaborazzjoni soda li hemm bejn l-UE u l-Istati Membri, u fuq it-tagħlimiet mill-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-Pjan Ikkoordinat. Jippreżenta azzjonijiet ewlenin li permezz tagħhom tkun tista’ tkompli tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-UE. Għalhekk, il-pjan rivedut hu opportunità utli biex jissaħħu l-kompetittività, il-kapaċità tal-innovazzjoni u l-użu responsabbli tal-AI fl-UE. L-iżvilupp u l-adozzjoni malajr ta’ AI innovattiva fl-UE jistgħu jikkontribwixxu biex tinstab soluzzjoni għal sfidi ewlenin tas-soċjetà u jitħaffu t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi fi żmien meta x-xenarju dinji tal-AI qed jevolvi malajr.

Appendiċi 1 - Skeda taż-żmien – azzjonijiet ewlenin

Rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat dwar l-AI – Azzjonijiet Proposti Ewlenin għall-
Kummissjoni Ewropea u għall-Kummissjoni Ewropea mal-Istati Membri

Objettivi

Mobilizzazzjoni tar-riżorsi

 

Ħolqien ta’ kundizzjonijiet abilitanti

 

 

Tiswir tal-iżvilupp

 

 

 

Avvanz tal-pożizzjoni dinjija tal-UE

 

 

 

 

2021

2022

2023

2024

2025+

I.

NOĦOLQU KUNDIZZJONIJIET ABILITANTI GĦALL-IŻVILUPP U L-ADOZZJONI TAL-AI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

adozzjoni ta’ proposta għal Att dwar id-Data u ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-użu mill-ġdid ta’ settijiet tad-data ta’ valur għoli tas-settur pubbliku

 

x

 

 

 

 

 

 

 

2

stabbiliment ta’ Alleanzi Ewropej għad-data industrijali, għall-edge u għall-cloud, u għall-mikroelettronika u għall-proċessuri

x

 

x

x

It-Tieni Trimestru

 

 

 

 

3

tnedija ta’ sejħiet biex jinbnew spazji Ewropej tad-data u l-federazzjoni Ewropea tal-cloud permezz tad-DEP, il-FNE2 u HE

x

x

 

 

x

x

 

 

 

4

tnedija ta’ Alleanza Industrijali dwar il-Mikroelettronika

x

 

 

x

 

 

 

 

 

5

tnedija ta’ sejħiet permezz tal-KDT JU u tad-DEP b’appoġġ tal-iżvilupp ta’ komponenti elettroniċi għall-AI

x

 

x

x

x

 

 

 

 

6

aktar tisħiħ tal-qafas ta’ kooperazzjoni bl-Alleanza dwar l-AI, organizzazzjoni ta’ Assemblej annwali dwar l-AI

 

 

x

 

 

 

 

 

 

7

żvilupp u titjib tal-ħidma tal-Grupp tal-Istati Membri dwar l-AI u d-DEI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

II.

NAGĦMLU L-UE POST XIERAQ TA’ EĊĊELLENZA MIL-LABORATORJU SAS-SUQ

 

 

 

 

 

8

stabbiliment ta’ sħubija Ewropea koprogrammata dwar l-AI, id-Data u r-Robotika

x

x

x

x

It-Tieni Trimestru

 

 

 

 

9

stabbiliment ta’ Ċentru Fanal tal-AI għall-Ewropa

 

x

x

x

 

 

X

 

 

10

tnedija ta’ sejħiet relatati mal-AI permezz ta’ HE

 

 

 

 

x

 

 

 

 

11

tnedija ta’ sejħiet għat-TEFs permezz tad-DEP

x

 

x

 

x

 

 

 

 

12

stabbiliment tan-network tal-EDIHs

x

 

x

 

x

x

 

 

 

13

stabbiliment tal-pjattaforma tal-AI on-demand bħala s-sett ta’ għodod ċentrali u Ewropew tal-AI

x

x

x

 

 

x

 

 

 

III.

NIŻGURAW AI LI TAĦDEM GĦAN-NIES U LI TKUN FORZA GĦALL-ĠID FIS-SOĊJETÀ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

żvilupp ta’ linji gwida etiċi dwar l-użu tal-AI u tad-Data taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali

 

x

x

 

 

x

X

 

 

15

tnedija b’sejħiet tad-DEP għal azzjonijiet, programmi u moduli dwar il-ħiliet għall-AI

 

 

x

 

x

x

 

 

 

16

finanzjament ta’ azzjonijiet u proġetti dwar l-AI permezz tal-programm Marie Skłodowska-Curie

 

x

x

 

x

 

 

 

 

17

proposta ta’ azzjoni leġiżlattiva dwar qafas orizzontali dwar AI affidabbli

 

x

x

x

It-Tieni Trimestru

 

 

 

 

18

proposta ta’ adattamenti għall-qafas tar-responsabbiltà tal-UE u nazzjonali

 

x

x

x

x

 

 

 

 

19

proposta ta’ reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-sikurezza

 

x

x

x

 

 

 

 

 

20

iffaċilitar ta’ djalogi internazzjonali dwar AI affidabbli u sostenibbli

 

 

 

x

 

 

 

 

 

21

trawwim tal-istabbiliment ta’ standards dinjin tal-AI, inkluż żvilupp ta’ rekwiżiti tal-AI mal-Organizzazzjonijiet ta’ Standardizzazzjoni Ewropej

 

x

 

x

 

 

 

 

 

IV.

NIBNU TMEXXIJA STRATEĠIKA F’SETTURI B’IMPATT QAWWI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inħaddmu l-AI għall-klima u l-ambjent

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

tnedija ta’ sejħiet permezz ta’ HE għal żvilupp ta’ soluzzjonijiet sostenibbli tal-AI

 

 

 

 

 

x

 

 

 

23

żvilupp ta’ pjan direzzjonali għal spazju tad-data komuni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

x

 

 

 

It-Tieni Trimestru

 

 

 

 

24

żvilupp ta’ simulazzjoni diġitali tal-pjaneta sostnuta bl-AI permezz tal-inizjattiva Destinazzjoni d-Dinja

x

 

 

x

It-Tielet Trimestru

 

 

 

 

25

esplorazzjoni tal-KPI għal identifikazzjoni u kejl tal-impatt ambjentali negattiv tal-AI

 

 

x

 

 

 

 

 

 

 

Nużaw il-ġenerazzjoni li jmiss tal-AI biex intejbu s-saħħa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

26

stabbiliment ta’ infrastruttura għal interkonnessjoni bejn il-bażijiet tad-data Ewropej ta’ immaġnijiet mediċi ta’ kwalità għolja

x

 

 

 

 

x

 

 

 

27

stabbiliment ta’ Spazju Ewropew tad-Data dwar is-saħħa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

28

tnedija ta’ sejħiet permezz ta’ HE għal soluzzjonijiet imħaddma bl-AI xprunati mid-domanda għal ħtiġijiet kliniċi

 

 

x

 

x

 

 

 

 

 

Biex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem: Strateġija għar-Robotika fid-dinja tal-AI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

29

tnedija ta’ sejħiet fir-robotika permezz tad-DEP u HE għall-ġenerazzjoni li jmiss tar-robotika mħaddma bl-AI

x

x

x

x

 

x

 

 

 

30

stabbiliment ta’ osservatorju tal-politika dwar ir-robotika b’appoġġ tal-istrateġija dwar ir-robotika

 

 

x

 

 

x

 

 

 

31

rieżami tal-ostakli regolatorji

 

x

 

 

x

x

 

 

 

 

Is-settur pubbliku jsir pijunier fl-użu tal-AI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

32

tfassil ta’ Spazju tad-Data dwar l-Akkwist Pubbliku

x

x

x

 

x

 

 

 

 

33

tnedija tal-programm Adotta l-AI għas-settur pubbliku

 

 

x

 

x

 

 

 

 

34

tnedija tal-implimentazzjoni u tal-espansjoni tat-Tewmin Diġitali Urbani mħaddma bl-AI

 

 

x

 

Ir-Raba’ Trimestru

 

 

 

 

 

Napplikaw l-AI għall-infurzar tal-liġi, l-migrazzjoni u l-ażil

 

 

 

 

 

 

 

 

 

35

stabbiliment ta’ Spazju komuni Ewropew tad-Data dwar is-Sigurtà għall-infurzar tal-liġi

x

x

x

x

 

L-Ewwel Trimestru

 

 

 

36

finanzjament tal-proġett ICJRI tan-NU għall-iżvilupp ta’ sett ta’ għodod dinjin għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi

 

 

x

x

L-Ewwel Trimestru

 

 

 

 

 

Nagħmlu l-mobbiltà aktar sikura u inqas niġġiesa bl-AI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

37

proposta ta’ pjan direzzjonali tal-AI għall-mobbiltà

 

x

 

 

x

 

 

 

 

38

stabbiliment ta’ Sħubija Ewropea kofinanzjata CCAM

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

Nappoġġaw l-AI għal agrikoltura sostenibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

39

stabbiliment ta’ Sħubija Pubblika Privata Ewropea dwar l-“Agrikoltura tad-Data

x

x

 

 

 

 

x

x

 

40

stabbiliment ta’ spazju tad-data agrikola

x

x

 

 

 

 

x

x

 

x

data tal-bidu, l-ewwel sejħa jew it-tnedija ta’ programm issir tul is-sena mmarkata

Irreferi għall-kapitli tal-Pjan Ikkoordinat għad-dettalji kollha dwar l-azzjonijiet ippjanati

It-Tieni Trimestru

data tal-bidu, l-ewwel sejħa jew it-tnedija ta’ programm issir tul it-trimestru mmarkat

HE = il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa

 

Azzjoni kontinwa

DEP = il-programm ta’ finanzjament tal-Ewropa Diġitali għat-teknoloġiji diġitali

 

L-ebda azzjoni prevista


271 Appendiċi 2Analiżi tal-istrateġiji nazzjonali and investments in AI

1.Ħarsa ġenerali lejn l-istrateġiji nazzjonali 

Tabella 1
Strateġiji nazzjonali tal-AI tal-Istati Membri tal-UE u tan-Norveġja
(sad-data tal-adozzjoni inizjali)

Sors: AI Watch – Il-Kummissjoni Ewropea 272 .

B’kollox hemm 19-il Stat Membru (l-aktar riċenti Spanja u l-Polonja, f’Diċembru 2020), flimkien man-Norveġja li adottaw xi strateġiji. Xi Stati Membri (eż. il-Finlandja, Ċipru u l-Ġermanja) diġà aġġornaw u rieżaminaw l-istrateġiji inizjali tagħhom 273 .

L-istrateġiji nazzjonali dwar l-AI u l-politiki ta’ appoġġ ivarjaw mil-lat ta’ approċċ strateġiku, livell tad-dettall tal-azzjonijiet proposti, u fokus settorjali.

L-Istati Membri ħaddmu approċċi differenti għall-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar l-AI, u dawn ivarjaw minn strateġija ġenerali ta’ livell politiku għoli li tkopri bosta inizjattivi ta’ politika differenti, sa strateġiji operazzjonali b’azzjonijiet konkreti u pakkett baġitarju allokat.

Pereżempju, l-aġġornament tal-2020 tal-istrateġija tal-Ġermanja dwar l-AI jirreaġixxi għal żviluppi ġodda fil-qasam tal-AI, jiffoka l-inizjattivi tiegħu fuq ħames oqsma ta’ azzjoni u jżid 87 miżura li l-gvern federali beħsiebu jimplimenta sal-2022. Bħala parti mill-pakkett Ġermaniż tal-irkupru mill-COVID-19, il-gvern federali Ġermaniż żied l-impenn finanzjarju tiegħu għall-AI b’EUR 2 biljun għal EUR 5 biljun sal-2025 274 . L-istrateġija tal-Estonja tagħti ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-miżuri ta’ politika eżistenti u proposti, flimkien mal-objettivi, l-iskadenzi u l-istimi baġitarji tagħhom. L-istrateġija ta’ Spanja tipproponi 30 miżura f’sitt oqsma ta’ azzjoni, inkluż finanzjament sostanzjali għall-kumpaniji fil-forma ta’ għajnuna u kapital tar-riskju pubbliku privat. L-istrateġija tipprevedi wkoll programm tal-AI Ekoloġika biex irawwem l-iżvilupp ta’ algoritmi effiċjenti u jkunu jistgħu jintużaw għall-problemi ambjentali.

Xi Stati Membri inkludew miżuri biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-AI bħala parti minn strateġiji oħra tad-diġitalizzazzjoni. Pereżempju, il-Kunċett Bulgaru għall-Iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali hu bbażat fuq dokument strateġiku nazzjonali msejjaħ “Trasformazzjoni Diġitali tal-Bulgarija (2020-2030)” approvat f’Lulju 2020 u jqis il-miżuri dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-AI previsti f’xi strateġiji settorjali. L-istrateġija nazzjonali Belġjana li qed tinħema tinkludi taħlita tat-tliet strateġiji reġjonali (f’konformità mad-distribuzzjoni intra-Belġjana tal-kompetenzi) bl-enfasi u bil-prijoritajiet tagħhom stess u bl-enfasi u bil-prijoritajiet federali.

Il-politiki nazzjonali jvarjaw ukoll fejn jidħlu s-setturi prijoritarji għall-azzjoni. Xi Stati Membri (eż. Malta u s-Slovakkja) ħadu approċċ orizzontali u ma identifikawx setturi prijoritarji speċifiċi. Oħrajn iffokaw fuq is-setturi ekonomiċi b’potenzjal kbir ta’ tkabbir jew li jagħtu vantaġġ kompetittiv, eż. Franza u l-Italja elenkaw miżuri f’firxa wiesgħa ta’ setturi elaborati sew ta’ importanza għall-ekonomiji tagħhom. L-aktar setturi koperti b’mod komuni fl-istrateġiji nazzjonali tal-AI huma l-manifattura, il-kura tas-saħħa, l-agrikoltura, l-amministrazzjoni pubblika, it-trasport, il-loġistika, l-edukazzjoni u l-enerġija. Minbarra s-setturi ewlenin tal-applikazzjoni tal-AI, għadd ta’ Stati Membri ppjanaw azzjonijiet, pereżempju, fis-settur marittimu (Ċipru), fit-tbassir tat-temp (il-Ġermanja), fl-arti u fil-kultura (l-Italja), fil-bijodiversità (il-Portugall), fil-ġustizzja (il-Latvja), u fil-moda (Spanja). Uħud jagħmlu speċifika ħafna fuq l-implimentazzjoni tal-AI billi jagħtu prijorità lil settur partikolari, eż. l-enerġija (il-Litwanja) jew l-ilma (in-Netherlands).

2.Prospetti għall-ġejjieni – azzjonijiet nazzjonali li jmiss

L-Awstrija tistenna li tippubblika l-istrateġija tagħha sa tmiem Q2 2021, soġġetta għall-koordinazzjoni politika finali. L-istrateġija tiddefinixxi l-kundizzjonijiet qafas għal użu prosperu, responsabbli u sikur tal-AI fl-oqsma kollha tal-ħajja f’konformità mar-rekwiżiti Ewropej għal AI affidabbli. L-objettivi tal-istrateġija Awstrijaka huma fformulati b’koordinazzjoni mill-qrib u bi ftehim komprensiv mal-fondazzjonijiet, l-objettivi u l-azzjoni konġunta dwar l-AI tal-Unjoni Ewropea. L-oqsma prijoritarji ewlenin se jinkludu qafas regolatorju (etiku, legali), is-sikurezza u s-sigurtà tal-AI, id-definizzjoni tal-istandards, l-infrastruttura tal-AI, l-użu u l-kondiviżjoni tad-data, il-kundizzjonijiet għar-R&Ż&I, it-trasferiment u l-adozzjoni tal-AI, il-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u d-djalogu tas-soċjetà kummerċjali u l-ħolqien ta’ sensibilizzazzjoni, u l-AI fis-settur pubbliku.

Il-Belġju: fil-perjodu bejn l-2017 u l-2019 ġew adottati u tnedew tliet strateġiji reġjonali u programmi tal-AI. F’Ġunju 2020, l-entitajiet Belġjani kollha approvaw rapport biex jitfassal pjan ta’ azzjoni nazzjonali komuni għall-AI. L-adozzjoni ta’ dan il-pjan hi prijorità għall-gvern federali u għalehkk se jsiru diskussjonijiet f’din id-direzzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha. L-għan hu li jinħoloq qafas politiku koerenti li jista’ jippromwovi sinerġiji bejn l-oqsma ta’ politika u l-entitajiet kompetenti differenti. 

Il-Bulgarija: il-Kunsill tal-Ministri adotta d-dokument strateġiku nazzjonali (il-Kunċett Bulgaru għall-Iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali sal-2030) f’Diċembru 2020.

Il-Kroazja ħejjiet abbozz ta’ Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali għall-perjodu 2021-2025. Il-grupp ta’ ħidma abbozza l-pjan nazzjonali u se jiffinalizza d-dokument billi jelabora miżuri konkreti, li mistennijin jitlestew sa tmiem l-2021. Waqt l-abbozzar tal-pjan bazzjonali, tqiesu l-linji gwida tad-dokumenti strateġiċi ewlenin fil-livell tal-UE: il-Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.

Iċ-Ċekja se tkun qed taġġorna l-istrateġija nazzjonali dwar l-AI f’konformità mal-Pjan Ikkoordinat il-ġdid.

Id-Danimarka bħalissa qed tikkunsidra l-aħjar mod kif tindirizza u, jekk ikun meħtieġ, tirrevedi l-istrateġija nazzjonali eżistenti dwar l-AI mill-2019.

L-istrateġija tal-Estonja se tintemm f’Lulju 2021. L-Estonja se tirrieżaminaha u taġġornaha fl-2021. Qabżet l-aspettattivi u l-Estonja tara adozzjoni u użu wiesa’ tal-AI – b’aktar minn 50 każ tal-użu tal-AI adottat mis-settur pubbliku. Biż-żieda fl-għadd ta’ każijiet tal-użu tal-AI, il-kompetenza/ħiliet relatati mal-AI tjiebu ġmielhom. Iżda għad hemm kwistjonijiet leġiżlattivi li jeħtieġ jiġu indirizzati u li ssir ħidma fuqhom, pereżempju t-tneħħija ta’ normi skaduti biex ikunu jistgħu jiġu awtomatizzati l-proċedimenti amministrattivi.

Il-Finlandja nediet programm nazzjonali aġġornat dwar l-AI f’Novembru 2020. Il-programm tal-AI 4.0 jippromwovi l-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-AI u ta’ teknoloġiji diġitali oħra fil-kumpaniji, speċjalment l-SMEs b’enfasi speċjali fuq l-industrija.

Fl-2018, Franza nediet l-ewwel fażi tal-istrateġija nazzjonali Franċiża fl-AI, b’baġit ta’ EUR 800 miljun għal 3 snin, xeħtet enfasi qawwija (1/3 tal-infiq) fuq it-tisħiħ tar-riċerka, bil-ħolqien ta’ istituti interdixxiplinarji 3IA, bil-finanzjament addizzjonali ta’ 180 PhD u bil-ftuħ ta’ faċilità tas-supercomputing fuq skala peta. It-tieni fażi ta’ din l-istrateġija (2021-2022) tistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin dwar l-iżvilupp ta’ AI inkorporata u ta’ AI affidabbli f’sistemi kritiċi biex tissaħħaħ il-bażi industrijali nazzjonali filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika tal-kumpaniji bis-saħħa tal-AI. L-edukazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid fl-AI se jkunu direzzjoni importanti wkoll.

Il-Ġermanja aġġornat l-istrateġija tagħha f’Diċembru 2020. Ir-rieżami jikseb bilanċ interim, juri żviluppi rilevanti fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, u jistabbilixxi miżuri konkreti li jridu jiġu implimentati sal-2022. Ir-rapport ta’ aġġornament jiffoka fuq l-oqsma ta’ azzjoni li ġejjin: ir-riċerka, l-għarfien u l-għarfien espert, it-trasferiment u l-applikazzjoni, il-qafas regolatorju u s-soċjetà. Barra minn hekk, inizjattivi ġodda se jiffokaw fuq is-sostenibbiltà, il-ħarsien tal-ambjent/klima, il-kontroll tal-pandemija u l-kooperazzjoni internazzjonali/Ewropea.

Il-Greċja għamlet progress fil-finalizzazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-AI u tistma li se tlestiha sal-aħħar ta’ April 2021. Il-Ministeru Elleniku tal-Governanza Diġitali (MDG) hu s-sid u l-koordinatur tal-istrateġija. Iż-żmien ġie adattat minħabba s-sitwazzjoni tal-lockdown tal-COVID-19 u jaħbat tajjeb mar-riforma tal-gvern Grieg minn Jannar 2021.

L-istrateġija tal-Ungerija għall-AI ġiet ippubblikata f’Settembru 2020 u hi bbażata fuq il-kontribut tal-organizzazzjonijiet membri tal-Koalizzjoni Ungeriża għall-AI. L-istrateġija għandha l-għan ta’ approċċ komprensiv fil-katina tal-valur tal-AI, bħall-iżvilupp tal-ekonomija tad-data Ungeriża, l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa, l-edukazzjoni mifruxa u l-attivitajiet ta’ taħriġ, l-inċentivar tal-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-AI (fid-dominju privat u pubbliku), u ambjent regolatorju li jsib bilanċ bejn is-sikurezza u l-innovazzjoni. L-eżekuzzjoni tal-għanijiet settorjali hi bbażata fuq kooperazzjoni multilaterali bejn l-atturi rilevanti, jiġifieri fl-agrikoltura, fit-trasport, fis-saħħa u fl-amministrazzjoni pubblika.

L-Irlanda tistenna li tippubblika l-istrateġija tagħha fi Q2 2021, diment li tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji. L-oqsma ta’ prijorità ewlenin jinkludu: l-opportunitajiet soċjetali u l-isfidi tal-AI; l-ixprunar tal-adozzjoni tal-AI mill-intrapriża Irlandiża; l-użu tal-AI mis-settur pubbliku; ekosistema soda għal innovazzjoni fl-AI; l-edukazzjoni, il-ħiliet u t-talent fl-AI; infrastruttura tad-data, diġitali u tat-telekomunikazzjoni ta’ appoġġ, u l-qafas ta’ governanza u regolatrju (inkluż id-drittijiet tal-bniedem, l-etika u l-istandards).

Il-Latvja qed timplimenta l-istrateġija tagħha li ġiet ippubblikata fi Frar 2020. L-inizjattivi ewlenin ippjanati bħalissa huma d-diġitalizzazzjoni b’enfasi fuq l-AI, iż-żieda ta’ pari ta’ lingwi ġodda fis-sistemi tat-traduzzjoni awtomatika, it-titjib tal-ħiliet fil-qasam tal-ipproċessar tal-lingwi naturali, għodod analitiċi tat-tagħlim awtomatiku għal investigazzjonijiet kriminali u l-iżvilupp ta’ mudell ta’ servizzi proattivi bbażati fuq l-AI għaċ-ċittadini.

Il-Litwanja bħalissa qed tikkunsidra rieżami u, jekk ikun meħtieġ, aġġornament tal-istrateġija nazzjonali eżistenti dwar l-AI mill-2019. Qed jiġu ppjanati miżuri ta’ investiment biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ riżorsi lingwistiċi għall-użu fl-AI, u skemi ta’ appoġġ għal negozji ġodda fl-AI u għal negozji li jwettqu trasformazzjonijiet fl-AI.

F’Novembru 2019, il-Lussemburgu nieda sejħa għal proġetti biex il-Ministeri jissottomettu ideat għal inizjattivi bbażati fuq l-AI li jgħinuhom jottimizzaw jew jespandu s-servizzi tagħhom. Is-sejħa attirat b’kollox 14-il proġett minn seba’ amministrazzjonijiet differenti: sitt timijiet rebbieħa rċivew fondi biex jibdew il-proġett tagħhom, u ngħataw gwida dwar l-akkwist, id-disinn u l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi. Wara 6 sa 9 xhur ta’ żvilupp, se jintalbu prova sħiħa tal-kunċett u dimo biex jgħinu jiġi ddeterminat jekk il-proġett jenħtieġx jissokta. Barra minn hekk, tim ta’ esperti legali dwar id-data u t-teknoloġija evalwa u għen lill-finalisti. Din l-esperjenza tagħti valur fit-tul lill-amministrazzjoni pubblika tal-Lussemburgu. It-tieni sejħa tnediet fil-bidu tal-2021. Barra minn hekk, il-kors “Elements of AI” wasal uffiċjalment fil-Lussemburgu. Element importanti ieħor tal-istrateġija kien it-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-AI fl-aħħar tal-2020, u r-riżultati se jiġu ppreżentati fl-aħħar ta’ April 2021.

In-Netherlands qed timplimenta l-azzjonijiet tal-pjan ta’ azzjoni strateġiku nazzjonali dwar l-AI. Imbagħad fi Q2 2021 se jsir aġġornament ġenerali tal-istrateġija nazzjonali għad-diġitalizzazzjoni (u l-AI). L-enfasi se tkun fuq ir-rekwiżiti għal AI bil-bniedem fiċ-ċentru, għal ekosistema vivaċi tar-riċerka u l-innovazzjoni (sħubija pubblika privata), għal kapital uman, għal kooperazzjoni internazzjonali, għall-implimentazzjoni (SMEs) u għall-applikazzjonijiet: l-użu mis-settur pubbliku, l-industrija intelliġenti u l-AI għall-isfidi tas-soċjetà: is-saħħa, it-tranżizzjoni enerġetika, l-agrikoltura, il-mobbiltà.

F’Diċembru 2020, il-Polonja adottat “Politika għall-Iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali fil-Polonja mill-2020”. Din tiffoka fuq l-azzjonijiet dwar is-soċjetà, l-edukazzjoni, ix-xjenza, in-negozju, l-affarijiet pubbliċi u r-relazzjonijiet internazzjonali li hemm fil-missjoni strateġika li tħares id-dinjità tal-bniedem u li tappoġġa kundizzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta fir-rivalità dinjija. Il-Polonja timplimenta l-qafas etiku ta’ AI Affidabbli u tniedi mekkaniżmu ta’ ekosistema Pollakka tal-AI li tiffjorixxi f’dimensjonijiet etiċi, legali, teknikoperazzjonali u internazzjonali. Il-Polonja stabbiliet iċ-ċentru ta’ governanza kkoordinata ospitat mill-Prim Ministru li jaġixxi bħala l-Ministru tal-Affarijiet Diġitali. Dan jikkonsisti f’Taskforce għall-Infurzar tal-Politika dwar l-AI, f’Kumitat Ad Hoc tax-Xjenza tal-AI, f’Osservatorju tas-Suq tax-Xogħol tal-AI, f’Osservatorju tal-Politika Internazzjonali tal-AI, f’Taskforce Legali u f’Kumitat tal-Ministeri tad-Diġitalizzazzjoni.

Ir-Rumanija bdiet diversi sforzi biex tabbozza u twettaq il-qafas ta’ politika nazzjonali dwar l-AI. Fl-2020, ir-Rumanija nediet proġett b’fondi tal-UE dwar il-ħolqien ta’ qafas nazzjonali fil-qasam tal-AI għall-perjodu 2021-2027. Il-qafas tal-AI se jinkludi aspetti bħall-iżvilupp tal-edukazzjoni u tal-ħiliet fl-AI, iż-żieda fir-R&Ż u fl-innovazzjoni tal-AI, kemm fl-oqsma akkademiċi u anki fl-oqsma industrijali, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-AI, l-adozzjoni ta’ parametri etiċi tal-AI u tal-protezzjoni tad-data fil-livell tal-aqwa prattiki u t-trikkib tal-prijoritajiet taċ-ċibersigurtà ta’ dawn il-pilastri. Dan l-isforz se jinvolvi għarfien espert mill-gvern, mis-settur akkademiku u mis-settur privat, se jkun appoġġat minn servizzi ta’ konsulenza teknoloġika u legali, u se jirriżulta fil-qafas strateġiku nazzjonali għall-AI. L-objettiv se jiġi implimentat tul l-2021 u l-2022.

Is-Slovakkja se taġġorna l-miżuri tal-AI tagħha ppubblikati fil-pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Pjan Ikkoordinat rivedut.

Is-Slovenja waslet fl-istadju finali tal-adozzjoni tal-programm nazzjonali għall-AI 2020-2025 li għandu l-għan ixerred l-għarfien tar-riċerka dwar l-AI miġbur f’aktar minn 40 sena ta’ attivitajiet nazzjonali tar-riċerka dwar l-AI, fi prodotti u f’servizzi innovattivi ġodda f’sitt oqsma ta’ prijorità, b’mira lejn iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-innovazzjoni u l-bini ta’ ekosistema nazzjonali vibranti li tiżgura sensibilizzazzjoni, sett ta’ ħiliet u fiduċja xierqa tal-pubbliku fl-AI. Il-programm nazzjonali għall-AI għandu għaxar għanijiet strateġiċi li jinkludu azzjonijiet konkreti biex dawn jintlaħqu. Dawn jinkludu appoġġ dirett għar-riċerka, għall-innovazzjoni u għall-implimentazzjoni; appoġġ għall-iżvilupp ta’ ekosistema vibranti għall-innovazzjoni u għall-adozzjoni tal-AI; l-iżgurar ta’ ħiliet diġitali xierqa; regolamentazzjoni effettiva; il-fiduċja pubblika; u l-kooperazzjoni internazzjonali xierqa.

L-Istrateġija Nazzjonali 2021-2023 ta’ Spanja dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, datata Diċembru 2020, taspira li l-AI tikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-istat soċjali tagħha, filwaqt li tipprovdi wkoll data u l-assi meħtieġa biex tagħti spinta lill-innovazzjoni u lill-iżvilupp teknoloġiku. L-Istrateġija tipprevedi approċċ komprensiv li se jħejji s-soċjetà għar-rivoluzzjoni tal-AI bil-ħiliet adegwati u b’qafas affidabbli, u tagħti lill-komunità tar-riċerka biex tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi li finalment jiġu adottati mill-ktajjen tal-valur, inkluż mill-SMEs. Bħala element ewlieni tal-istrateġija, is-sostenibbiltà hi appoġġata bi programm għal AI Ekoloġika, li jimmira lejn l-effiċjenza tal-algoritmi u l-użu tagħhom għall-problemi ambjentali.

L-Iżvezja qed taħdem fuq strateġija ta’ aċċess sigur għal data miftuħa u għall-użu tad-data bħala riżorsa strateġika, b’rabta mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, u abbażi tal-premessa li d-data hi prerekwiżit bażiku biex ikun jista’ jintuża l-potenzjal tal-AI u ta’ innovazzjonijiet diġitali oħra. L-istrateġija se tiġi ppubblikata fl-2021 u hi kumpliment importanti għall-istrateġija nazzjonali tal-AI li ġiet ippubblikata qabel.

In-Norveġja ppubblikat l-istrateġija tagħha f’Jannar 2020. L-istrateġija tindirizza suġġetti importanti għall-AI bħad-data u l-ġestjoni tad-data, ir-riżorsi lingwistiċi, l-infrastruttura għall-komunikazzjoni u l-computing, ir-riċerka u l-edukazzjoni ogħla, il-ħiliet, u l-innovazzjoni xprunata mill-AI fis-settur pubbliku u privat. L-istrateġija tistabbilixxi l-prinċipji etiċi għall-iżvilupp u l-użu ta’ AI affidabbli fin-Norveġja. L-istrateġija ntlaqgħet tajjeb, u l-gvern qed jaħdem biex jagħti segwitu għall-ħafna inizjattivi ta’ politika tal-istrateġija. Stadju importanti minnhom kien it-tnedija ta’ sandbox regolatorja għall-AI mal-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data f’Diċembru 2020. Id-data u l-aċċess għad-data kienu wkoll prijorità, u l-White Paper tal-gvern dwar l-ekonomija mmexxija mid-data ġiet ippreżentata lill-parlament f’Marzu 2021.

L-Iżvizzera m’għandhiex strateġija ddedikata għall-AI. Madankollu, xi aspetti tal-applikazzjoni tal-AI huma indirizzati fl-istrateġija l-ġdida “Żvizzera Diġitali” ta’ Settembru 2020. Barra minn hekk, il-gvern Żvizzeru adotta linji gwida speċifiċi għall-AI f’Novembru 2020, li nħasbu biex jipprovdu qafas ta’ orjentazzjoni ġenerali lill-amministrazzjoni federali u lill-aġenziji fdati b’kompiti amministrattivi, u biex jiżguraw politika koerenti dwar l-AI. Hu ppjanat li jsiru evalwazzjoni regolari tal-applikazzjoni u aktar żvilupp ta’ dawn il-linji gwida.

3.Investimenti tal-Istati Membri fl-AI

Ħafna strateġiji nazzjonali dwar l-AI jipprovdu stimi tal-investimenti meħtieġa jew jallokaw baġit dettaljat għal azzjonijiet konkreti. In-numri jvarjaw ħafna u hu diffiċli li jitqabblu, għax ġew ipppreżentati skont skedi taż-żmien u b’kopertura differenti. Dawn li ġejjin jagħtu xi indikazzjonijiet tal-ordni ta’ qies tal-finanzjament allokat:

-Il-gvern Ġermaniż inizjalment alloka EUR 3 biljun għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ġermaniża fl-2019-2025; issa dawn żdiedu għal EUR 5 biljun.

-Il-gvern Franċiż se jalloka EUR 1,5 biljun għall-iżvilupp tal-AI sa tmiem l-2022.

-Id-Danimarka allokat DKK 200 miljun (c. EUR 27 miljun) għal fond ta’ investiment għall-ittestjar, l-espansjoni u t-tħeġġiġ tal-adozzjoni tal-AI fis-settur pubbliku, b’enfasi partikolari fuq il-kura tas-saħħa, fuq l-amministrazzjoni pubblika u fuq it-tranżizzjoni ekoloġika.

-Spanja warrbet EUR 600 miljun għall-perjodu 2021-2023 u tistenna li timmobilizza EUR 3,3 biljun f’investiment privat. Għas-sena 2021, ġew ibbaġitjati EUR 330 miljun.

-Fl-2020, l-aġenzija tal-innovazzjoni tal-Iżvezja Vinnova ffinanzjat SEK 675 miljun (ċ. EUR 67,5 miljun) għall-proġetti tal-AI. Is-somma totali għall-proġetti tal-AI li Vinnova għenet tiffinanzja kienet SEK 1,350 biljun (ċ. EUR 135 miljun); il-50 % ġew minn finanzjament privat jew minn programmi nazzjonali oħra. Fil-baġit nazzjonali għall-innovazzjoni u r-riċerka sal-2024, tal-anqas SEK 550 miljun (ċ. EUR 55 miljun) ġew assenjati għar-riċerka u l-innovazzjoni fit-teknoloġiji diġitali u fl-AI u għall-użu u l-impatt tagħha fuq is-soċjetà.

-F’anness, l-istrateġija Olandiża ssemmi li l-baġit governattiv annwali għall-innovazzjoni u r-riċerka fl-AI hu stmat EUR 45 miljun fis-sena. Fl-2019, dan il-baġit kien EUR 64 miljun. Fl-2020, in-Netherlands iffinanzjaw EUR 23,5 miljun addizzjonali għas-Sħubija Pubblika Privata tal-Koalizzjoni Olandiża tal-AI. F’April 2021 ingħata programm ta’ investiment biex jiġu massimizzati l-possibbiltajiet tal-AI għall-ekonomija u s-soċjetà Olandiżi billi b’investimenti addizzjonali sa EUR 276 miljun fis-snin li ġejjin.

-Il-gvern Finlandiż jipprovdi fondi ta’ investiment għal diversi politiki ewlenin, eż. alloka EUR 100 miljun tul 4 snin għall-programm “Negozju tal-AI”. Iċ-Ċentru Finlandiż għall-Intelliġenza Artifiċjali (FCAI) ingħata EUR 8,3 miljun f’finanzjament ewlieni bejn l-2019 u l-2022.

-biex timplimenta l-objettivi strateġiċi tal-AI, fl-abbozz tal-Programm nazzjonali tagħha għall-AI sal-2025, is-Slovenja qed tippjana investiment ta’ EUR 110 miljun f’finanzjament pubbliku.

-Mill-adozzjoni tal-Istrateġija nazzjonali għall-AI fl-2019, kien hemm diversi proġetti appoġġati mill-Aġenzija Teknoloġika tar-Repubblika Ċeka, mill-Fondazzjoni Ċeka tax-Xjenza (riżorsi baġitarji nazzjonali), u l-bqija, li b’kollox ilaħħqu l-EUR 120 miljun.

(1)      Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (COM(2018) 795 final).
(2)      L-approċċ Ewropew għall-AI, inkluż il-valuri li skonthom l-UE beħsiebha tavvanza l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-AI, hu stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa (COM(2018) 237 final) u fil-White Paper tal-Kummissjoni White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020) 65 final).
(3)       Dikjarazzjoni ta’ Kooperazzjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ffirmata mill-Istati Membri kollha u min-Norveġja, April 2018.
(4)      Kull kapitlu ta’ dan id-dokument jibda b’ħarsa ġenerali konċiża lejn l-azzjonijiet u d-dokumenti ta’ programmazzjoni adottati fil-livell tal-UE wara l-adozzjoni tal-Pjan Ikkoordinat tal-2018.
(5)      Hemm ukoll strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE bħall-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni li jistgħu jibbenefikaw mill-iżvilupp u l-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI. Il-Kummissjoni lesta tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex tgħinhom jirrieżaminaw u jaġġornaw l-istrateġiji nazzjonali, bl-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku. Ara r-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(6)      L-RRF hi l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat mill-baġit tal-UE. Se tagħti appoġġ finanzjarju frontloaded lill-Istati Membri f’self u għotjiet bla preċedent ta’ EUR 672,5 biljun għas-snin inizjali kruċjali tal-irkupru, u filwaqt 20 % ta’ dan il-finanzjament hu propost għal “mira diġitali”. Il-“mira tan-nefqa diġitali”, li tikkorrispondi għal EUR 134 biljun fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-RRF, tista’ tkun rivoluzzjoni fit-tkattir tal-investimenti, eż. biex jinbnew infrastrutturi tad-data, tal-cloud u tal-computing, għal aktar eċċellenza fir-riċerka, biex jiġu appoġġati l-innovazzjoni, l-ittestjar u l-esperimentazzjoni, u biex jiżdied l-użu tagħha mill-amministrazzjoni pubblika u min-negozji.
(7)      Eż. fl-ipproċessar tal-lingwi naturali (wieħed mill-aktar oqsma li qed javvanzaw malajr fl-AI), l-akbar mudelli żdiedu b’fattur ta’ aktar minn 1 500 (l-għadd ta’ parametri żdied minn 100 miljun fl-2018 għal 175 biljun fl-2020; stateof.ai 2020 ) Avvanzi fit-teknoloġiji tal-AI jaffettwaw il-katina tal-provvista diġitali kollha. Qed jinħolqu u jitqiegħdu fis-suq komponenti ġodda (eż. unitajiet imtejba tal-ipproċessar tal-grafika u ċipep newromorfiċi), kunċetti ġodda tal-computing (edge computing u computing xprunat mid-data), infrastruttura ġdida tad-data u applikazzjonijiet ġodda.
(8)      Madwar id-dinja, l-għadd ta’ negozji li jużaw l-AI kiber b’270 % fl-aħħar 4 snin, filwaqt li fl-aħħar sena ttripla. Gartner, L-Istħarriġ Gartner juri li 37 fil-mija tal-organizzazzjoni ħaddmu l-AI f’għamla jew oħra , 2019.
(9)      Ara, eż., is-Servizz tar-Riċerka Parlamentari Ewropew, Id-dividend ta’ żewġ triljun euro tal-Ewropa: Immappjar tal-Kost tan-Non-Ewropa, 2019-24 . Qafas Ewropew riċenti ta’ valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew dwar aspetti etiċi tal-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika u l-AI jissuġġerixxi li qafas komuni tal-UE dwar l-etika fl-AI waħdu (meta mqabbel ma’ azzjonijiet individwali mill-Istati Membri) għandu l-potenzjal li jiġġenera EUR 294,9 biljun f’PDG addizzjonali u 4,6 miljun impjieg addizzjonali sal-2030 (Evas, T, is-Servizz tar-Riċerka Parlamentari Ewropew, 2020).
(10)       White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020) 65 final).
(11)      It-teknoloġiji tal-AI qed iħallu impatt dejjem akbar fuq is-setturi ekonomiċi kollha. Dan ir-rieżami tal-Pjan Ikkoordinat tal-2021 tipproponi sitt oqsma ta’ politika għal azzjonijiet konġunti ffokati. L-għażla tal-oqsma ta’ politika hi bbażata fuq l-analiżi tal-istrateġiji nazzjonali għall-AI, konsultazzjonijiet bilaterali, suġġerimenti tal-Istati Membri u evidenza disponibbli dwar l-adozzjoni tal-AI u l-iżviluppi tas-suq. Reviżjonijiet ulterjuri tal-Pjan Ikkoordinat se jikkunsidraw il-ħtieġa li jiżdiedu aktar oqsma għal azzjonijiet konġunti, jekk ikunu meħtieġa.
(12)      Il-Kummissjoni impenjat ruħha li lill-Istati Membri tipproponilhom reviżjoni tal-Pjan Ikkoordinat fil-White Paper tal-2020 White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (COM(2020) 65 final) u fil- Pjan Ikkoordinat tal-2018 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (COM(2018) 795 final).
(13)      L-azzjonijiet kollha jridu jkunu konformi bis-sħiħ mar-regoli tal-UE dwar il-liġi tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari l-għajnuna mill-Istat.
(14)      Dan it-tħeġġiġ deher ukoll fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Frar 2019; (il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Konklużjonijiet dwar il-pjan ikkoordinat dwar l-intelliġenza artifiċjali , 6177/19, il-11 ta’ Frar 2019).
(15)      Ara l-Appendiċi 1 ta’ dan id-dokument u r-rapport “AI Watch” li jmiss tal-JRC dwar l-istrateġiji nazzjonali tal-AI (2021).
(16)      Ara t-taqsima li jmiss “ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet meħudin” hawn taħt għal deskrizzjoni ta’ AI Watch.
(17)      Appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex jiġu megħjuna jirrieżaminaw u jaġġornaw l-istrateġiji nazzjonali jista’ jinkiseb bl-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku kif previst fir-Regolament (UE) 2021/240.
(18)      Ara wkoll it-tieni qasam ta’ azzjoni dwar il-PPPs u l-eċċellenza fir-riċerka.
(19)

     Din it-taqsima tkopri l-azzjonijiet ewlenin. Il-Kummissjoni organizzat ukoll bosta sessjonijiet ta’ ħidma tekniċi dwar l-AI ma’ esperti minn diversi gruppi ta’ partijiet ikkonċernati. Ir-riżultati tas-sessjonijiet ta’ ħidma mbagħad, pereżempju, ġew diskussi f’aktar dettall waqt konferenza online dwar l-ekosistemi ta’ eċċellenza u ta’ fiduċja f’Ottubru 2020.

(20)      Paġna web informattiva tal- Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (Novembru 2020).
(21)       Linji gwida etiċi għal AI affidabbli (2019) . Il-Linji Gwida ressqu sett ta’ seba’ rekwiżiti ewlenin li s-sistemi tal-AI jenħtieġ jissodisfaw biex jitqiesu affidabbli. Lista ta’ valutazzjoni speċifika bil-għan li tgħin fil-verifika tal-applikazzjoni ta’ kull wieħed mir-rekwiżiti ewlenin: (1) l-inizjattiva u s-sorveljanza umana; (2) ir-robustezza teknika u s-sikurezza; (3) il-privatezza u l-governanza tad-data; (4) it-trasparenza; (5) id-diversità, in-nondiskriminazzjoni u l-ekwità; (6) il-benesseri soċjetali u ambjentali u (7) l-akkontabbiltà.
(22)       Rakkomandazzjonijiet ta’ politika u investiment għal AI affidabbli (2020).
(23)      F’Lulju 2020, wara konsultazzjoni u ttestjar estensivi ma’ kumpaniji u partijiet ikkonċernati oħra, il-grupp ippubblika Lista ta’ valutazzjoni għal intelliġenza artifiċjali affidabbli (ALTAI) għal awtovalutazzjoni (2020). Din l-għodda ta’ awtovalutazzjoni ssarraf il-prinċipji tal-AI tal-UE f’lista ta’ kontroll li tiggwida lill-iżviluppaturi u lill-implimentaturi tal-AI.
(24)       Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Impatt tat-Trasformazzjoni Diġitali fuq is-Swieq tax-Xogħol tal-UE (April 2019).
(25)       Ir-responsabbiltà tal-intelliġenza artifiċjali u ta’ teknoloġiji diġitali emerġenti oħrajn , ir-rapport finali (2019).
(26)       L-etika fejn jidħlu l-vetturi konnessi u awtomatizzati , rapport ta’ esperti indipendenti (Ġunju 2020).
(27)      Il- Grupp Ewropew ta’ Livell Għoli dwar l-AI fil-qasam tal-avjazzjoni .
(28)      Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020) 789 final).
(29)

     Il-grupp ta’ esperti dwar l-AI fil-qasam tal-affarijiet interni (stabbilit fl-2020) jiżgura djalogu u skambju regolari ta’ fehmiet fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati ta’ Schengen.

(30)       Il- Grupp ta’ Esperti Ad Hoc multidixxiplinari dwar iċ-ċibersigurtà , tal- Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) kopra suġġetti relatati mal-AI . Ir-rapport L-Isfidi taċ-Ċibersigurtà tal-AI: Xenarju ta’ Theddid għall-Intelliġenza Artifiċjali ppubblikat f’Diċembru 2020 enfasizza l-ħtieġa li jkunu żgurati sistemi tal-AI kontra r-riskji esterni għaċ-ċibersigurtà u l-użu ħażin u l-opportunitajiet dejjem akbar għall-użu tal-AI b’appoġġ taċ-ċibersigurtà. L-istrateġija riċenti intitolata L-istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali (JOIN(2020) 18 final) enfasizzat li x-xenarju ta’ theddid attwali hu aggravat b’tensjonijiet ġeopolitiċi fuq il-kontroll ta’ teknoloġiji b’saħħithom u strateġiċi bħall-AI.
(31)      L- AI Watch (immexxi miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni) ħadem b’koordinazzjoni mal-Istati Membri; fl-2019 twaqqaf grupp ta’ tmexxija magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, li jiltaqa’ darbtejn fis-sena.
(32)

     Eż. dwar l-istrateġiji nazzjonali tal-AI, l-AI u s-saħħa, l-użu u l-impatt tal-AI fis-servizzi pubbliċi, il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tal-AI, id-definizzjoni operazzjonali tal-AI, il-kronoloġija storika tal-AI u l-analiżi tax-xenarju dinji tal-AI, inkluż dashboard interattiv ta’ indikaturi.

(33)      Ir-rapporti u l-analiżijiet kollha tal-AI Watch huma pubbliċi u miftuħin għar-reazzjonijiet il- portal web ta’ AI Watch . Għal ħarsa ġenerali tal-attivitajiet tal-AI Watch, ara r- rapport tal-attività tiegħu għall-2019 . 
(34)      Għal aktar informazzjoni dwar il-pjattaforma IPSO, ara l-paġna web għall- azzjoni . Issa din il-pjattaforma telenka 43 każ speċifiku ta’ użu tal-AI għas-servizzi pubbliċi fl-Ewropa.
(35)      Il- proġett ATI għandu l-għan li janalizza u jimmonitorja sistematikament l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati mill-industrija madwar l-UE. Lil dawk li jfasslu l-politika, lir-rappreżentanti tal-industrija u lill-akkademiċi jipprovdilhom: data statistika dwar il-ħolqien u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati; rapporti analitiċi dwar ix-xejriet teknoloġiċi, informazzjoni intwittiva settorjali u prodotti; analiżijiet tal-miżuri ta’ politika u tal-għodod ta’ politika relatati mal-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati; analiżijiet tax-xejriet teknoloġiċi f’ekonomiji kompetituri; u aċċess għaċ-ċentri tat-teknoloġija u għal ċentri tal-innovazzjoni fil-pajjiżi tal-UE.
(36)

     Il-Kummissjoni Ewropea, il-paġna web informattiva dwar l-istħarriġ tal-intrapriża Ewropea dwar l-użu tat-teknoloġiji bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali , (Lulju 2020). L-istħarriġ hu l-ewwel ħarsa ġenerali kwantitattiva tal-UE kollha dwar l-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-AI fost in-negozji Ewropej. Hu strument importanti li jimmonitorja l-adozzjoni tal-AI fl-Istati Membri u jivvaluta l-isfidi f’aktar dettall li jiffaċċjaw l-intrapriżi, għall-organizzazzjoni interna tagħhom u esternament.

(37)      Il-Eurostat, ir-riżultati ppubblikati fil-21 ta’ Jannar 2020, sett tad-data ISOC_EB_AI.
(38)      Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport sommarju tas-sejbiet (2020), il-kontributi kollha tal-konsultazzjoni pubblika jinsabu fuq din il- paġna web .
(39)      Ara t-taqsima, Insaħħu l-iskambji u l-kollaborazzjoni permezz tal-Grupp tal-Istati Membri dwar l-AI u d-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea, aktar ’il quddiem.
(40)      Dan il- forum online għandu aktar minn 4 000 membru minn fost l-akkademja, in-negozji u l-industrija, is-soċjetà ċivili, iċ-ċittadini tal-UE u dawk li jfasslu l-politika. Pereżempju, il-membri tal-Alleanza dwar l-AI taw rispons dettaljat għal- linji gwida tal-HLEG dwar l-etika għal AI affidabbli .
(41)      Għal ħarsa ġenerali lejn l-Alleanza dwar l-AI, ara l-Kummissjoni Ewropea, L-Alleanza Ewropea dwar l-AI (paġna web informattiva, 2020).
(42)      L-ewwel assemblea tal-Alleanza dwar l-AI ġabret 500 membru flimkien biex jagħtu rispons fuq it-tfassil ta’ politika tal-Kummissjoni dwar l-AI. It-tieni assemblea laqqgħet aktar minn 1 900 parteċipant biex jiddiskutu s-sejbiet ewlenin tal-konsultazzjoni pubblika fuq il-White Paper dwar l-AI u l-perspettivi futuri fit-tiswir ta’ approċċ Ewropew ta’ eċċellenza u ta’ fiduċja. Is-sessjonijiet ta’ ħidma li saru fl-avveniment koprew bosta suġġetti, fosthom l-identifikazzjoni bijometrika, l-AI u r-responsabbiltà, ir-rekwiżiti għal AI affidabbli, il-valutazzjoni tal-konformità tal-AI, l-istandards u l-applikazzjonijiet tal-AI b’riskju kbir.
(43)      Il-modulu tal-AI ġie inkluż fil-kwestjonarju tal-2021 u d-data se tkun disponibbli f’Jannar 2022.
(44)      Bħall- Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) u l-Kumpass Diġitali 2030, u l-isforzi ta’ monitoraġġ konnessi introdotti fil-Komunikazzjoni Il-Kumpass Diġitali għall-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali (Marzu 2021).
(45)      Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti Atti Leġiżlattivi tal-Unjoni, COM(2021) 206.
(46)      Il- grupp iltaqa’ darbtejn fis-sena. Il-grupp Sherpa li appoġġah iltaqa’ kull xahrejn jew kull tliet xhur.
(47)      Tul l-avvanz tal-oqsma ta’ azzjoni fil-pjan, il-grupp se jikkumplimenta l-approċċ orizzontali bi gruppi tematiċi u b’sessjonijiet ta’ ħidma tematiċi/settorjali.
(48)      Ara pereżempju l- inizjattiva Ġermaniża ta’ Ċentru Diġitali .
(49)      Ara eżempju l- Koalizzjoni għall-AI tan-Netherlands u l-Koalizzjoni għall-AI tal-Ungerija .
(50)      L-attivitajiet relatati mad-data permezz ta’ Orizzont Ewropa se jsiru b’kollaborazzjoni mas-Sħubija Ewropea koprogrammata dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, ara l-Kapitlu 4. B’mod partikolari, hemm għadd ta’ suġġetti li jkopru r-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda għall-kondiviżjoni tad-data fl-ispazji komuni Ewropej tad-data.
(51)      Ara pereżempju r- rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt u l-istudju ta’ appoġġ mehmuż mal-proposta għal Regolament dwar il-governanza tad-data (Novembru 2020).
(52)      F’Ottubru 2020, biex tiżdied il-kooperazzjoni u jingħaqdu l-forzi għal impenn favur il-cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss, 27 Stat Membru tal-UE ffirmaw Dikjarazzjoni biex tinbena cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss għan-negozji u għas-settur pubbliku tal-UE .
(53)      Il-Kummissjoni Ewropea, Strateġija Ewropea għad-data , (COM(2020) 66 final).
(54)      Għal aktar dettalji ara l-Kummissjoni Ewropea, L-esperti jistqarru li d-data miżmuma privatament u disponibbli fl-Unjpni Ewropea jeħtieġ tintuża aħjar u iżjed (paġna web informattiva, Ġunju 2020).
(55)      Għal aktar dettalji ara l-Kummissjoni Ewropea, Laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti fil-Kondiviżjoni tad-Data bejn in-negozji u l-gvern (paġna web informattiva, Settembru 2020).
(56)      Il-Kummissjoni Ewropea, Proposta għal Regolament dwar il-governanza Ewropea tad-data (COM(2020) 767 final).
(57)      Biex tappoġġa l-kondiviżjoni tad-data B2B, il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll il-ħolqien ta’ spazji tad-data settorjali permezz tal-programm Ewropa Diġitali, li b’mekkaniżmi tekniċi u ta’ governanza jaqsmu d-data bejn in-negozji, ir-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi.
(58)      Pereżempju fl-2021, il-Kummissjoni se tadotta l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa li se jikkumplimenta l-Att dwar il-Governanza tad-Data b’regoli speċifiċi għall-użu tad-data fis-settur tas-saħħa.
(59)      Ara l- programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni 2021 (p. 4) u l-Anness tiegħu (il-punt 6).
(60)      Abbażi tad- Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56). Ara wkoll il-Kapitlu 14 dwar l-AI għas-settur pubbliku.
(61)      Ara pereżempju informazzjoni dwar GAAI-X : proġett ta’ Infrastruttura tad-Data Federata għall-Ewropa , u d-Dikjarazzjoni ta’ Ottubru 2020 biex tinbena cloud tal-ġenerazzjoni li jmiss għan-negozji u għas-settur pubbliku tal-UE .
(62)      Il-Kummissjoni Ewropea, Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020) 66 final).
(63)      Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tniedi spazji komuni Ewropej tad-data addizzjonali f’setturi oħra.
(64)      Eżempji ta’ komponent tar-riformi u tal-investimenti – “Scale-up”
(65)      L-ammont ta’ data li jiġġeneraw il-korpi pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini mistenni jimmultiplika b’ħames darbiet bejn l-2018 u l-2025.
(66)      Anki l-qawwa komputazzjonali qed tiżdied b’mod esponenzjali. Għal AI dejjem aktar sofistikata neħtieġu hardware b’aktar qawwa komputazzjonali. Kompitu wieħed tat-tagħlim awtomatiku jaf ikun jeħtieġ il-qawwa ta’ eluf ta’ kompjuters. L-aċċelleraturi maħsuba għat-tagħlim awtomatiku, bħall-unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika (GPUs), għamlu din l-implimentazzjoni possibbli.
(67)       Peress li bdew jintużaw aċċelleraturi apposta għat-tagħlim awtomatiku, l-AI qed tirdoppja l-prestazzjoni kull tlieta jew erba’ xhur, l-aktar bis-saħħa ta’ ottimizzazzjoni tal-hardware.
(68)      B’mod partikolari fl-applikazzjonijiet edge tal-AI (meta titqies iż-żieda fl-apparati konnessi fil-post tal-użu), huwa essenzjali ferm li tinkiseb l-akbar effiċjenza fl-enerġija għax ħafna mill-funzjonijiet tal-AI jridu jiġu implimentati fil-hardware minflok fis-software.
(69)      F’dan il-qasam tar-riċerka, pereżempju, għadd ta’ teknoloġiji ġodda ispirati mill-moħħ tal-bniedem, bħall-computing newromorfiku, għandhom il-potenzjal jiksbu effiċjenza enerġetika rivoluzzjonarja.
(70)      Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna web tal- RRF tal-Kummissjoni .
(71)      Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Annwali għal Tkabbir Sostenibbli tal-2021 (COM(2020) 575 final).
(72)       L-Istati Membri jingħaqdu flimkien għal inizjattiva Ewropea dwar it-teknoloġiji tal-proċessuri u tas-semikondutturi .  
(73)      “AI għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija” ( A4DI ).
(74)      “L-iżvilupp tat-teknoloġija tal-proċess u tal-pjattaformi tal-hardware għall-computing newromorfiku” ( TEMPO ).
(75)      “AI għal apparati u teknoloġiji ġodda fl-edge” ( ANDANTE ).
(76)      Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna web tal- ECSEL JU .
(77)      Ara “ Dikjarazzjoni konġunta dwar it-teknoloġiji tal-proċessuri u tas-semikondutturi ”.
(78)      Għall-KDT, ara wkoll il-prospetti għall-ġejjieni fir-raba’ kapitlu
(79)      Is-sħubijiet bdew jitħaddmu l-ewwel darba fl-2002 bħala parti miż-Żona Ewropea tar-Riċerka biex tingħeleb il-frammentazzjoni tal-isforz tar-riċerka. Dawn huma ffinanzjati permezz ta’ Orizzont 2020 u, mill-2021 ’l hawn, permezz ta’ Orizzont Ewropa.
(80)       Il- BDVA hi assoċjazzjoni tal-komunità Ewropea tal-Big Data li tinkludi organizzazzjonijiet u kumpaniji Ewropej ewlenin tar-R&I, inklui fornituri tad-data, utenti u analisti. Il-PPP ġiet implimentata bejn l-2016 u l-2020 b’sejħiet għal proposti mill-parti tat-Tmexxija Industrijali ta’ Orizzont 2020.
(81)      L- objettiv ta’ SPARC kien li tiżgura impenn fit-tul għal investiment f’ dan il-qasam biex jiġi żviluppat pjan direzzjonali komuni għar-robotika fl-Ewropa u biex jiġu identifikati l-mezzi li bihom jista’ jitwettaq dan il-pjan direzzjonali b’appoġġ pubbliku. L-inizjattiva kienet tinkludi azzjonijiet li jkopru ċ-ċiklu kollu tal-innovazzjoni, mir-riċerka sal-analiżi tar-riċerka u l-iżvilupp immexxijin mill-industrija sal-ittestjar ta’ teknoloġiji robotiċi innovattivi u l-pilotaġġ tagħhom f’ambjenti reali.
(82)      Il-computing fuq skala eksa jirreferi għall-kapaċità li jitwettqu biljun (kwintiljun) operazzjoni fis-sekonda.
(83)      Is-cPPP tal-HPC ġabret flimkien lill-fornituri u lill-utenti tat-teknoloġija permezz tal-Assoċjazzjoni ETP4HPC u ċ-ċentri ta’ eċċellenza (CoE) għall-applikazzjonijiet tal-computing . Is-cPPP iffokat fuq it-teknoloġiji u fuq l-użu u l-applikazzjonijiet tal- istrateġija Ewropea dwar l-HPC , flimkien mat-taħriġ, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet. Il-Kummissjoni Ewropea, Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew , COM(2020) 569 final.
(84)       L-Impriża Konġunta ECSEL .
(85)       Photonics 21 .
(86)       Pjan direzzjonali għall-fabbriki tal-futur , L-Assoċjazzjoni Ewropea għar-Riċerka dwar il-Fabbriki tal-Futur (paġna web informattiva, Jannar 2021).
(87)      Sħubijiet koprogrammati u istituzzjonalizzati mibdija tul Orizzont Ewropa, ara l-paġna web informattiva dwar is- Sħubijiet Ewropej f’Orizzont Ewropa .
(88)      Sħubija koprogrammata, ara l-paġna web tas- Sħubija Ewropea dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, id-Data u r-Robotika .
(89)      Il-proposta tas-Sħubija, fost affarijiet oħra, tenfasizza l-importanza tal-involviment tas-sħab soċjali f’din is-Sħubija Pubblika Privata.
(90)      Il-viżjoni, l-għanijiet ġenerali, il-prijoritajiet tekniċi/mhux tekniċi ewlenin, l-oqsma ta’ investiment u l-pjan direzzjonali għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-implimentazzjoni tal-PPP huma stabbiliti f’ aġenda strateġika għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-implimentazzjoni li se tiggwida l-attivitajiet tagħha mill-2021 ’il quddiem. Il-memorandum ta’ qbil għall-bidu tal-attivitajiet tal-PPP mistenni jiġi ffirmat f’April 2021.
(91)      Il-proċessi tal-immaġnijiet fotoniċi huma dawk li jagħmlu l-AI kapaċi “tara”. It-teknoloġiji fotoniċi użati fl-AI jinkludu sistemi ta’ sensuri fotoniċi u pproċessar tal-immaġnijiet, eż. rikonoxximent b’latenza baxxa, b’affidabbiltà għolja għar-robots/sistemi awtonomi u pjattaformi ta’ kameras intelliġenti bi pproċessar inkorporat tal-immaġnijiet; għal aktar dettall, ara s- Sħubija Ewropea dwar il-Fotonika (abbozz ta’ proposta, is-26 ta’ Mejju 2020).
(92)      Għal ħarsa ġenerali lejn il-PPPs kollha ppjanati tul Orizzont Ewropa, ara l-Kummissjoni Ewropea, Koerenza u sinerġiji ta’ sħubijiet Ewropej kandidati permezz ta’ Orizzont Ewropa (Ottubru 2020). Hemm 10 PPPs ippjanati fir-raggruppament 4 (“diġitali, industrija u spazju”).
(93)      Bħala wieħed mill-membri privati fl- Impriża Konġunta EuroHPC u sieħeb ewlieni fis-Sħubija Ewropea dwar l-AI, id-Data u r-Robotika, il-BDVA se tikkontribwixxi ferm għall-allinjament tal-istrateġiji u tal-pjanijiet direzzjonali dwar l-HPC, il-Big Data u l-AI fl-Ewropa. Is-Sħubija se tkompli tikkollabora u tistinka biex tiżviluppa rabtiet aktar mill-qrib ma’ Sħubijiet Ewropej oħra ta’ importanza strateġika rilevanti, eż. dwar il-KDT, Made in Europe, il-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (CCAM), u l-Alleanza għall-Innovazzjoni fl-IoT.
(94)      Id-dimensjoni internazzjonali jkopriha l-Kapitlu 7. L-analiżi TES tar-rapport AI Watch dwar is-sistema tal-AI madwar id-dinja fl-2009-2018 toħroġ fid-dieher bl-aktar mod ċar l-ambjent tar-riċerka sod fl-AI tal-Ewropa, u l-UE hi l-mexxejja dinjija fost diversi atturi tar-riċerka li huma fuq quddiem fil-qasam tal-AI. Ir-rapport li jmiss, li jkopri l-perjodu 2009-2020, jidentifika l-UE bħala r-reġjun bl-aktar atturi tar-riċerka strateġika fin-network ta’ kollaborazzjonijiet ta’ privattivi u pubblikazzjonijiet.
(95)      Stima bbażata fuq data sa Settembru 2020.
(96)      Dawn in-networks għandhom l-għan li javvanzaw ir-riċerka, u li jkomplu jgħaqqdu l-komunità akkademika diversa tal-AI fl-Ewropa u jrawmu talent ġdid. Se jitħaddmu għal 3 snin (għajr għal wieħed li se jdum 4 snin). Din il-ħidma tibni fuq l-appoġġ qawwi tal-UE għar-riċerka ffinanzjat minn Orizzont 2020 u mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka.
(97)      Għad-dettalji, ara s-siti web tal-proġetti ta’ AI4Media , ELISE , Humaine-AI-net , TAILOR u VISION (CSA).
(98)      Għal aktar dettalji, ara r-raggruppament 4 ta’ Orizzont Ewropa: (“AI, data u robotika fuq il-post tax-xogħol”).
(99)      Għala aktar dettalji, ara l-BDVA, Titnieda l-SRIDA għall-PPP dwar l-AI, id-Data u r-Robotika , (paġna web informattiva, 2020).
(100)      17 % biss tal-SMEs irnexxielhom jintegraw it-teknoloġiji diġitali, meta mqabbla ma’ 54 % tal-kumpaniji l-kbar. ( Il-grupp ta’ ħidma 1 tad-DIH. Rapport mil-laqgħa tal-grupp ta’ ħidma dwar l-aċċess għall-finanzi , Marzu 2018).
(101)      Il-faċilitajiet tal-ittestjar u l-esperimentazzjoni se jagħtu appoġġ lill-SMEs biex jiffaċilitaw aċċess ugwali.
(102)      Id-DIHs huma punti uniċi ta’ servizz li jgħinu lill-kumpaniji biex isiru aktar kompetittivi fejn jidħlu l-proċessi tan-negozju/tal-produzzjoni, il-prodotti jew s-servizzi tagħhom bl-użu tat-teknoloġiji diġitali.
(103)      Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea: inizjattiva ambizzjuża li s-suċċess tagħha jiddependi mill-impenn kontinwu tal-UE, tal-gvernijiet u tan-negozji , Rapport Speċjali 19 (2020).
(104)      Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali permezz tal-programm Ewropa Diġitali (it-22 ta’ Ottubru 2020).
(105)      L-EDIHs se jikkollaboraw mill-qrib man-Network Enterprise Europe, mal-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti, ma’ Startup Europe, u ma’ atturi rilevanti oħra. Ara l- Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali (COM(2020) 103 final).
(106)      Il-proġett AI4EU iffinanzjat minn Orizzont 2020 u mniedi fl-2019 qed jiżviluppa l-ewwel pjattaforma Ewropea tal-AI on-demand. L-attivitajiet futuri tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma u r-rabtiet mat-TEFs u l-EDIHs huma previsti permezz ta’ Ewropa Diġitali.
(107)      Eż. algoritmi, oqfsa tas-software, għodod tal-iżvilupp, komponenti, moduli, data, riżorsi tal-computing, funzjonijiet ta’ prototipar.
(108)      Dan hu konformi mal-prinċipji ta’ kofinanzjament fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018) 434 final – 2018/0227 (COD); il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali għadha pendenti wara ftehim fil-15 ta’ Diċembru 2020).
(109)      Jistgħu jintużaw il-fondi tal-RRF/ERPP u/jew nazzjonali biex titwaqqaf pjattaforma diġitali reġjonali u/jew nazzjonali li tlaqqa’ flimkien lil esperti fl-AI, fornituri ta’ soluzzjonijiet u kumpaniji (inkluż SMEs u negozji ġodda). It-taqsima li jmiss tiddeskrivi kif l-iżviluppaturi tal-AI jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-programm InvestEU jew minn strutturi ta’ finanzjament eżistenti oħra.
(110)       Flimkien mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u mal- Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) .
(111)       L-ewwel sitt fondi għall-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġija tal-Blockchain bl-appoġġ ta’ InnovFin ilaħħqu s-EUR 700 miljun (Ottubru 2020).
(112)      Dan l-istrument ta’ finanzjament jappoġġa lill-kumpaniji attivi fis-settur tal-AI u fit-teknoloġiji li jikkumplimentaw direttament l-AI, bħall-blockchain, l-Internet tal-Oġġetti u r-robotika. Għal aktar informazzjoni, ara l-Bank Ewropew tal-Investiment, Il-Grupp tal-BEi jipprovdi EUR 150 miljun biex jappoġġa lill-kumpaniji tal-AI (2020).
(113)      Il-maġġoranza tal-finanzjament tal-EIC hu bbażat fuq approċċ minn isfel għal fuq, imfassal biex jippermetti appoġġ għat-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet li jinvolvu oqsma xjentifiċi, teknoloġiċi, settorjali u ta’ applikazzjoni differenti jew li jirrappreżentaw mudelli xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda.
(114)      B’kollox, il-proġett pilota tal-Aċċelleratour tal-EIC kellu baġit ta’ aktar minn EUR 1,3 biljun għall-2019 u l-2020. Ara l-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni , paġna web informattiva.
(115)       EIC - EIT: Working closer together for Europe’s innovators (Jannar 2021).
(116)      Il-linji gwida dwar l-investiment ta’ InvestEU jinkludu l-AI bħala prijorità ta’ investiment diġitali, fit-taqsima dwar l-investiment strateġiku fl-infrastruttura kritika.
(117)      L-ewwel avveniment bħal dan se jiġi organizzat f’Assemblea Diġitali mill-Presidenza Portugiża (l-ewwel nofs tal-2021).
(118)      L-inizjattiva EU Startup Nation Standard hi mmirata għall-politiki tal-Istati Membri li jiftħu l-bibien għan-negozji ġodda biex jimirħu fl-Ewropa.
(119)      Skont McKinsey ( Shaping the digital transformation in Europe , 2020), il-kontribut addizzjonali kumulattiv tal-PDG tat-teknoloġiji diġitali ġodda inkluż l-AI jista’ jammonta għal EUR 2,2 triljun fl-UE sal-2030 (żieda ta’ 14,1 % mill-2017). PwC ( Sizing the prize: What’s the real value of AI for your business and how can you capitalise? , 2017) tikkalkola żieda kważi identika fit-tbassir fil-livell dinji (USD 15,7 triljun).
(120)      Għal rieżami, ara pereżempju l-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża mal-proposta dwar Approċċ Ewropew għall-AI (pubblikazzjoni futura).
(121)       White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020) 65 final).
(122)      L-“ekosistema ta’ fiduċja” tiffoka fuq miżuri li jiżguraw li l-AI tiġi żviluppata b’mod etiku; l-“ekosistema ta’ eċċellenza” tiffoka fuq miżuri li jippromwovu l-investiment responsabbli, l-innovazzjoni u l-implimentazzjoni tal-AI. Biex ittejjeb l-“ekosistema ta’ fiduċja”, il-Kummissjoni, flimkien ma’ dan ir-rieżami tal-Pjan Ikkoordinat dwar l-AI, qed tippreżenta Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) u li jemenda ċerti Atti Leġiżlattivi tal-Unjoni, COM (2021)206.
(123)      Il-Kummissjoni Ewropea, Stħarriġ tal-intrapriża Ewropea dwar l-użu tat-teknoloġiji bbażati fuq l-AI (Lulju 2020). Ostaklu ewlieni li ġie rrapportat minn 45 % tar-rispondenti hu n-nuqqas ta’ ħiliet fost il-persunal eżistenti, filwaqt li 57 % stqarrew diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid bil-ħiliet meħtieġa. Skont l-istimi tal- industrija , il-popolazzjoni Ewropea ta’ esperti fl-AI tista’ tiżdied b’aktar mid-doppju jekk jinfetħu opportunitajiet ġodda u speċifiċi tat-tagħlim, LinkedIn 2020.
(124)      Craglia (Ed.) L-AI minn perspettiva Ewropea , rapport ta’ “Science for Policy” tal-JRC, 2018.
(125)      Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet akkademiċi tal-Istati Membri wessgħu l-opportunitajiet tagħhom ta’ edukazzjoni speċjalizzata fl-AI fil-livell terzjarju. Pereżempju, l-għadd ta’ korsijiet ta’ Masters speċjalizzati fl-AI żdied b’10 % mill-2018 għall-2019. Issa qed jiġu offruti madwar 260 kors bħal dawn. Għall-analiżi ara, eż. Righi, R., et.al. Academic Offer of Advanced Digital Skills in 2019-20. International Comparison. Focus on Artificial Intelligence, High Performance Computing, Cybersecurity and Data Science , Rapport tekniku tal-JRC , 2020.
(126)      Għall-analiżi ara, eż. Righi, R., et.al. Academic Offer of Advanced Digital Skills in 2019-20. International Comparison. Focus on Artificial Intelligence, High Performance Computing, Cybersecurity and Data Science, Rapport tekniku tal-JRC , 2020.
(127)      Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni dwar L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli tal-2021 (COM(2020) 575 final). L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jappella għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għal opportunitajiet indaqs għal kulħadd fil-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan hu partikolarment rilevanti, pereżempju, fejn jidħlu l-iżvilupp u t-titjib tal-ħiliet diġitali u fl-AI għan-nisa u l-bniet.
(128)      B’mod partikolari, il-pjan jinkludi għadd ta’ attivitajiet ta’ appoġġ li fost l-oħrajn jenħtieġ jiffaċilitaw indirettament l-iżvilupp tal-ħiliet fl-AI, inkluż azzjonijiet biex: titjieb il-konnessjoni tal-internet b’veloċità għolja għall-edukazzjoni, tiżdied il-kapaċità diġitali tal-iskejjel u tkun appoġġata l-innovazzjoni bl-użu ta’ teknoloġiji emerġenti bħall-AI għal proċess aħjar tat-tagħlim, titjib fit-tagħlim tal-informatika u tal-ħsieb komputazzjonali fl-edukazzjoni bi twessigħ tal-proġetti li rnexxew, bħall-Apprendistati tal-Opportunitajiet Diġitali li jappoġġaw esperjenzi transfruntieri għall-istudenti ħalli jtejbu l-ħiliet diġitali tagħhom fuq il-lant tax-xogħol. Fil-verżjoni pilota tagħha, l-iskema laħqet 16 000 student f’sentejn.
(129)       Il-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar hi inizjattiva fil-livell taċ-ċittadini bil-għan li twassal l-ikkowdjar u l-litteriżmu diġitali għand kulħadd b’mod attraenti (2021). Għall-għalliema li għadhom jibdew, hemm disponibbli wkoll tutorials u pjanijiet ta’ lezzjonijiet dwar l-esperimentazzjoni u r-robotika.
(130)

      Il-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar ; sa tmiem l-2020, aktar minn 14-il miljun żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem fil-Ġimgħa tal-Ikkowdjar, kważi nofshom bniet. Fl-2021, il-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar se tipprovdi kors online miftuħ, massiv (MOOC) u mingħajr ħlas dwar temi bażiċi tal-AI għall-iskejjel u l-għalliema. Hemm disponibbli wkoll tutorials u pjanijiet ta’ lezzjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-AI fil-klassi.

(131)      Il-Kummissjoni Ewropea, Universitajiet, SMEs u riċerkaturi jingħaqdu biex jipprovdu korsijiet ġodda ta’ Masters fl-AI , 2021.
(132)      L-inizjattiva se tkun appoġġata mill-FNE biex tiġi implimentata fl-2021.
(133)      Ara t-Taqsima 1.2 dwar il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali.
(134)      Ara Skills-OVATE: Skills Online Vacancy Analysis Tool for Europe .  
(135)      Pereżempju wieħed mis-suġġeriment li hemm fid-Dokument ta’ Ħidma tal-JRC tal-2021 (pubblikazzjoni futura) biex jeħfief ir-rikonoxximent reċiproku hu l-iżvilupp ta’ tikketta tal-UE għall-programmi ta’ Masters li jkopru l-kontenut meħtieġ tal-AI biex ikunu jistgħu jitqiesu bħala “Masters tal-UE fl-AI”.
(136)       Towards a vibrant European network of AI excellence (Ottubru 2020).
(137)      Fil-passat (2014-2020), il-Boroż ta’ Studju Individwali u l-Iskambji tal-Persunal tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni tal-MSCA attiraw l-iżjed proġetti relatati mal-AI (384 u 76 rispettivament), segwiti min-Networks tat-Taħriġ Innovattiv (102) u minn COFUND (12). Għal ħarsa ġenerali u għal aktar diskussjoni dwar il-proġetti tal-AI ffinanzjati bl-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie ta’ Orizzont 2020, ara, eż., l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, Rapport ta’ Laqgħat u Messaġġi Ewlenin għal Kunsiderazzjoni Politika Laqgħa tal-Grupp dwar l-AI, 2020.
(138)      Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni, ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2020) 628 final). Ara wkoll Il-Kummissjoni Ewropea, L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri bħala Impenn Imsaħħaħ ta’ Orizzont Ewropa , Frar 2021.
(139)      3 % biss tal-korsijiet kollha ta’ Masters fin-negozju jinkludu moduli dwar l-AI ( Opportunitajiet akkademiċi ta’ ħiliet diġitali avvanzati fl-2019-2020 , JRC).
(140)      Ara aktar qabel f’p. 24.
(141)      Ara t-Taqsima 1.2.
(142)

     Il-proposti tal-Kummissjoni fil-White Paper tal-2020 dwar l-AI taw bidu għal konsultazzjoni pubblika estensiva dwar l-iżvilupp ta’ ekosistemi ta’ eċċellenza u ta’ fiduċja fl-AI fl-Ewropa.

(143)      L-Istati Membri ġew ikkonsultati wkoll dwar l-ostakli potenzjali għall-iżvilupp fl-AI li jikkawżaw ir-regoli tal-kompetizzjoni u dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-riżultati ma wrewx li r-regoli joħolqu ostakli.
(144)      Ara t-Taqsima 1.2.
(145)      Il-Kummissjoni approvat il-linji gwida fil- Komunikazzjoni dwar Nibnu l-Fiduċja fl-Intelliġenza Artifiċjali bil-Bniedem fiċ-Ċentru (COM(2019) 168 final) .
(146)      Il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-AI, Lista ta’ Valutazzjoni għal Intelliġenza Artifiċjali Affidabbli għal awtovalutazzjoni, 2020.
(147)      Dawn segwew il-pubblikazzjoni ta’ Diċembru 2018 tal-ewwel abbozz tal-linji gwida, li dwaru waslu aktar minn 500 kumment waqt konsultazzjoni miftuħa. Fuq l-HLEG dwar l-AI, ara l- Linji Gwida tal-Etika għal AI affidabbli , (2019).
(148)      Barra minn hekk, il-ħidma tal-JRC iffokat fuq AI affidabbli u fuq l-impatt tal-AI fuq aspetti ta’ studji dwar l-imġiba tal-bniedem, fosthom l-impatt okkupazzjonali tal-AI, ir-robots soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, id-diversità fl-AI, fost l-oħrajn. HUMAINT. Nifhmu l-impatt tal-AI fuq l-imġiba tal-bniedem .
(149)      Pereżempju, il-White Paper dwar l-AI indikat li l-Kummissjoni qed teżamina sfidi speċifiċi għall-AI fis-settur tal-kura tas-saħħa.
(150)      JOIN(2020) 18 final.
(151)

     Il-Kummissjoni Ewropea, il-Komunikazzjoni dwar “Nagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal innovattiv tal-UE. Pjan ta’ azzjoni għall-proprjetà intellettwali b’appoġġ għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE. Ara, pereżempju, M. Iglesias, et.al., “Intellectual property and artificial intelligence – a literature review”, rapport tal-JRC (2019) li jiddiskuti l-implikazzjonijiet possibbli tal-użu tal-AI fil-qafas legali tal-proprjetà intellettwali. Ara wkoll “Copyright and new technologies: copyright data management and artificial intelligence” (SMART 2019/0038) u “Trends and development in AI: challenges to the IPR framework” (SMART 2018/0052). Dan tal-aħħar jippreżenta l-qagħda attwali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u tal-liġi dwar il-privattivi għal kreazzjonijiet assistiti mill-AI, u se jittieħed bħala l-punt tat-tluq għal elaborazzjoni u diskussjoni f’aktar dettall dwar l-alternattivi u s-soluzzjonijiet ta’ politika. Ara wkoll l-istudju dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali fil-kuntest tal-ekonomija tad-data (GRO/SME/20/F/206).

(152)      Sezzjoni minnhom tal-konsultazzjoni pubblika fuq il-White Paper dwar l-AI, u l-konsultazzjonijiet li wasslu għall-Valutazzjoni tal-Impatt biex tiġi appoġġata l-proposta għal qafas regolatorju ffokaw speċifikament fuq din il-kwistjoni.
(153)      Ara l-Evalwazzjoni SWD(2018) 157 final tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, mehmuża mar-Rapport COM(2018) 246 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva; Ara wkoll ir-Rapport COM(2020) 64 dwar l-implikazzjonijiet għas-sikurezza u għar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika.
(154)      Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti ta’ makkinarji, COM(2021) 202.
(155)      Il-Kummissjoni beħsiebha tadotta proposta għar-reviżjoni tad-DSĠP fi Q2 2021. Barra minn hekk, l-atti delegati mistennija jiġu adottati dalwaqt mill-Kummissjoni skont id-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju 2014/53/UE biex jiddaħħlu fis-seħħ ċerti rekwiżiti ġodda dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, iċ-ċibersigurtà u l-ħsara għan-network, u kontra l-frodi.
(156)      Pereżempju, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) tista’ taġġorna x-xenarju tat-theddid għall-AI fid-dawl tal-iżvilupp teknoloġiku u ta’ sfidi ġodda.
(157)       L-istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali (JOIN(2020) 18 final).
(158)      Il-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għall-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli (Frar 2021).
(159)      Eż. il- prinċipji tal-OECD dwar l-AI adottati mill-pajjiżi membri tal-OECD fir- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-OECD dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (OECD/LEGAL/0449) f’Mejju 2019, id- Djalogu dwar l-AI tal-Presidenza Sawdija tal-G20 fit-Task Force dwar l-Ekonomija Diġitali (DETF), biex jgħinu fl-avvanz tal- prinċipji tal-G20 dwar l-AI (2019), l- abbozz tar-Rakkomandazzjoni dwar l-Etika fl-AI tal-UNESCO, u s- Summit tal-ITU dwar AI għall-Ġid Dinji , il-pjattaforma ewlenija, orjentata lejn l-azzjoni, dinjija u inklużiva tan-NU dwar l-AI.
(160)       Użi malizzjużi u abbużi tal-intelliġenza artifiċjali , rapport konġunt tal-Europol, tal-UNICRI u ta’ Trend Micro (2021).
(161)      Plonck, A., The Global Partnership on AI takes off – at the OECD , id-9 ta’ Lulju 2020.
(162)      OECD, In-Network ta’ Esperti tal-OECD dwar l-AI (ONE AI) , paġna web informattiva (2020).
(163)      Ara l-Kummissjoni Ewropea: Il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD jikkollaboraw fuq il-monitoraġġ u l-analiżi dinjin tal-iżviluppi tal-AI , paġna web informattiva, (Frar 2020).
(164)      Ara l-Artikolu 5, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 26(2) tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew P9_TC1-COD(2016) 295 dwar il-ftehim proviżorju milħuq f’Novembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-test finali tar-Regolament (riformulat) tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju. Il-Kunsill mistenni jaqbel mar-Regolament aġġornat tul April 2021, qabel ma jidħol fis-seħħ (90 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu).
(165)      JOIN(2020) 22 final.
(166)      Il-Kummissjoni Ewropea, Dikjrazzjoni Konġunta dwar is-17-il Djalogu tas-Soċjetà tal-Informazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti , paġna web informattiva, (Lulju 2020).
(167)      Dan jinkludi diskussjonijiet dwar l-AI fil-livell ta’ ħidma u ta’ livell għoli mal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti , kontribut għall- proċess ta’ djalogu trans-Atlantiku tas-CEPS/Brookings u kontribut għal avvenimenti sponsorjati mill-German Marshall Fund dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni bijometrika u r-rikonoxximent tal-wiċċ.
(168)      WIPO, WIPO tniedi konsultazzjoni pubblika fuq l-AI u l-politika tal-proprjetà intellettwali , paġna web informattiva (it-13 ta’ Diċembru 2019).
(169)      Għal aktar dettalji dwar dan il-proġett, ara l-Kummissjoni Ewropea: Insaħħu l-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-għarfien bejn l-UE u l-Ġappun għal Innovazzjoni xprunati mill-AI fil-manifattura . Paġna web informattiva, 2020.
(170)      Għal aktar dettalji, ara, pereżempju, l-inizjattiva Imaging COVID-19 AI . Din hi proġett multiċentru Ewropew biex tittejjeb it-tomografija kompjuterizzata (CT) fid-dijanjożi tal-COVID-19 billi tintuża teknoloġija tal-AI ta’ tagħlim profond għal individwazzjoni u klassifikazzjoni awtomatizzati tal-COVID-19 fuq l-iskens tas-CT, u għal valutazzjoni tas-severità tal-marda fil-pazjenti billi jiġi kkwantifikat l-involviment tal-pulmun. Il-proġett hu appoġġat mis-Soċjetà Ewopea tal-Informativa tal-Immaġnar Mediku (EuSoMII).
(171)      Ara pereżempju, De Nigris S. et.al, AI u t-trasformazzjoni diġitali: l-ewwel tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19 , rapport ta’ “Science for Policy” tal-JRC, 2020.
(172)      Il-Kummissjoni Ewropea, il-Patt Ekoloġiku Ewropew COM(2019) 640 final, Diċembru 2019.
(173)      Il-Kunsill Ambjent tas-17 ta’ Diċembru 2020 indirizza l-isfida soċjetali doppja tat-trasformazzjoni diġitali u tat-tranżizzjoni ekoloġika fid- Diġitalizzazzjoni għall-Benefiċċju tal-Ambjent – Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2020 u, jiġifieri, indirizza l-impatti ambjentali negattivi diretti u indiretti potenzjali tal-AI, l-importanza li l-Istati Membri jaqsmu l-esperjenzi u t-tagħlimiet mill-kuntest tal-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-AI għall-ambjent.
(174)      Dikjarazzjoni Ministerjali, Trasformazzjoni ekoloġika u diġitali għall-UE , Marzu 2021.
(175)      Ara pereżempju l-Kummissjoni Ewropea, Soluzzjonijiet diġitali għal tniġġis żero biex tissokta d-diskussjoni dwar soluzzjonijiet ibbażati fuq l-AI f’kunfigurazzjonijiet differenti, inkluż il-manifattura u l-agrikoltura, biex tintlaħaq l-ambizzjoni ta’ “tniġġis żero” (pubblikazzjoni mistennija fir-rebbiegħa 2021).
(176)      Dwar l-AI fis-settur pubbliku, ara l-Kapitlu 14.
(177)      Permezz tal-programm Ewropa Diġitali. Għal aktar dettalji dwar l-ispazji Ewropej tad-data, ara l-Kapitolu 2 u l-Kummissjoni Ewropea, Strateġija Ewropea għad-data , Frar 2020.
(178)      Destinazzjoni d-Dinja se tuża b’mod wiesa’ l-assi tad-data ta’ Copernicus ipprovduti mis-satelliti Sentinel u mill-prodotti tas-Servizzi ta’ Copernicus. Min-naħa tagħhom, is-soluzzjonijiet tal-AI żviluppati minn Destinazzjoni d-Dinja se jikkontribwixxu biex jitjieb il-programm Copernicus.
(179)      It-tewmin diġitali se jagħtu aċċess imfassal apposta lill-utenti esperti u mhux esperti għal informazzjoni, servizzi, mudelli, xenarji, tbassir u viżwalizzazzjonijiet ta’ kwalità għolja (eż. immudellar ta’ strateġiji u xenarji ta’ adattament għat-tibdil fil-klima għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri rigward avvenimenti estremi xprunati mit-temp u ġeofiżiċi). Pjattaforma federata ta’ mmudellar u simulazzjoni bbażata fuq il-cloud se tagħti aċċess għad-data, għal infrastruttura avvanzata tal-computing, għal software, għal applikazzjonijiet tal-AI u għal analitika. Ara l-paġna web informattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar Destinazzjoni d-Dinja (DestinE) .
(180)      Il-PPP dwar l-AI, id-Data u r-Robotika (ara l-Kapitlu 4) se tipprovdi wkoll kontribut biex jissaħħaħ id-djalogu settorjali dwar l-AI bħala parti mill-kontribut tagħha għall-Patt Ekoloġiku.
(181)      Ara l-Kummissjoni Ewropea, Akkwist pubbliku ekoloġiku u Kriterji għal akkwist pubbliku ekoloġiku għaċ-ċentri tad-data, kmamar tas-servers u servizzi cloud , paġni web informattivi, 2020.
(182)      Eż. attivitajiet tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni Standards internazzjoni għal futur vivaċi bl-AI , 2020.
(183)      Għal analiżi dettaljata, ara De Nigris S. et.al, L-adozzjoni tal-AI fis-saħħa u fil-kura tas-saħħa , 2020”, rapport tekniku tal-AI Watch tal-JRC, 2020.
(184)      L-AI tista’ tisfrutta informazzjoni intwittiva dwar id-data biex tappoġġa d-dijanjostika u t-trattamenti, iżda dejjem jenħtieġ ikun hemm tabib uman li jagħmel l-għażliet finali (is-sorveljanza umana).
(185)      Is-sistemi tal-AI jagħtu s-setgħa lill-pazjenti biex jimmonitorjaw is-saħħa tagħhom u jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa, anki f’żoni remoti jew b’nuqqas ta’ riżorsi. It-“tewmin diġitali” umani, (jiġifieri mudelli aġġornati u personalizzati li jirriflettu l-aspetti fil-mira tal-fiżjoloġija, tal-funzjoni, tal-imġiba, eċċ. ta’ bniedem) jistgħu jtejbu l-prevenzjoni, id-dijanjożi bikrija u t-trattament effettiv tal-mard.
(186)      Eż. fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża mad- Dikjarazzjoni ta’ Kooperazzjoni dwar l-AI (l-10 ta’ April 2018), il-White Paper dwar l-AI, il- Linji Gwida dwar l-Etika għal AI Affidabbli (it-8 ta’ April 2019) u l-Pjan Ikkoordinat tal-2018.
(187)

     L-għodod tal-AI jintużaw ukoll biex jittejbu s-sorveljanza u l-kura; għal ħarsa ġenerali lejn il-proġetti appoġġati mill-Kummissjoni ara t- teknoloġiji tas-saħħa diġitali li jindirizzaw il-pandemiji , paġna web informattiva (2020).

(188)      Is-sistemi tal-AI ġew sfruttati biex jindirizzaw diversi aspetti tal-pandemija, eż. il-proġett emblematiku Exscalate4CoV bil-għan li jħaffef l-iżvilupp ta’ terapiji ġodda għall-COVID-19. Ara l-paġna web tal-Kummissjoni dwar azzjonijiet bħala rispons għall-pandemija tal-coronavirus: data, AI u supercomputers .
(189)    Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(190)       Il-prijoritajiet tal-President tal-Kummissjoni von der Leyen għall-2019-2024 .
(191)      Għall-għanijiet u l-passi meħudin, ara l-paġna web informattiva tal-Kummissjoni dwar l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa .
(192)      Il-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni, Data u servizzi tas-saħħa diġitali – l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa , 2020.
(193)    Il-Kummissjoni Ewropea, Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa , 2020.
(194)    Il-pakkett tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa: COM(2020) 724, COM(2020) 725, COM(2020) 726, COM(2020) 727.
(195)      It-trasformazzjoni diġitali qed taffettwa l-iskoperta, l-iżvilupp, il-manifattura, il-ġenerazzjoni tal-evidenza, il-valutazzjoni, il-provvista u l-użu tal-mediċini. Dawn jinkludu sistemi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali għall-prevenzjoni, għad-dijanjożi, għal trattament aħjar, għall-monitoraġġ terapewtiku u għad-data għal mediċini personalizzati u għal applikazzjonijiet oħra tal-kura tas-saħħa.
(196)      https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_342
(197)      Fl-2020, minn din is-sejħa ntgħażlu u bdew erba’ proġetti ( ProCAncer-I , CHAIMELEON , EuCanImage u INCISIVE ) .
(198)      Għal aktar dettalji dwar l-inizjattiva ppjanata, ara Data u servizzi tas-saħħa diġitali – l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa , 2020.
(199)      Il-Kummissjoni Ewropea, Evalwazzjoni u reviżjoni tal-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-farmaċewtiċi , 2021.
(200)      EU4Health 2021-2027 – viżjoni għal Unjoni Ewropea aktar f’saħħitha.
(201)      Dwar il-kunċett ta’ awtonomija strateġika miftuħa, ara t-Taqsima 2.1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva”.
(202)      Ir-robotika se tappoġġa żieda fl-effiċjenza, fl-ottimizzazzjoni, fil-kwalità u fis-sostenibbiltà, kemm fl-industrija kif ukoll fis-servizzi. Ara Duch-Brown, N and Rossetti, F (2021) L-evoluzzjoni tas-sehem tar-robotika fis-suq tal-UE: data u metodoloġija. Rapport tekniku tal-JRC.
(203)      Is-sehem tal-popolazzjoni Ewropea li qabżet il-65 sena se jiżdied minn 20 % fl-2018 għal 31 % fl-2100. Għal aktar dettalji, ara l-paġna web informattiva tal- Eurostat .
(204)      Zillner, S., et.al. Strategic Research, Innovation and Deployment Agenda, AI, Data and Robotics Partnership . It-tielet edizzjoni, Settembru 2020. BDVA, euRobotics, ELLIS, EurAI u CLAIRE.
(205)      Il-Kummissjoni Ewropea, il-Komunikazzjoni, Pjan ta’ Azzjoni għas-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża, u spazjali (COM(2021) 70 final). Il-pjan ta’ azzjoni jipprevedi li l-Kummissjoni twaqqaf Osservatorju tat-Teknoloġiji Kritiċi fis-servizzi tagħha.
(206)      Ara l-Kapitlu 4.
(207)      L-AI tista’ tappoġġa proċessi demokratiċi, pereżempju, billi ttejjeb il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-analiżi tad-data jew il-parteċipazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini. Għal eżempji dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ara Savaget, P., Chiarini, T., u Evans, S, “Empowering political participation through artificial intelligence”. Science and Public Policy, 46(3), 2019.
(208)      Ara l-Kapitlu 9 għall-azzjoni tas-settur pubbliku dwar l-AI sostenibbli.
(209)      Kif propost fil- White Paper dwar l-AI .
(210)      Ir-rapport tal-JRC “AI Watch” dwar l-Istrateġiji nazzjonali tal-AI (pubblikazzjoni mistennija fl-2021).
(211)      Misuraca, G. u Van Noordt, C., “AI Watch” – L-AI fis-servizzi pubbliċi , rapport ta’ “Science for Policy” tal-JRC, 2020.
(212)      Proġett konġunt mal-JRC permezz tal-istudju ta’ AI Watch. L-istudju se jipproduċi wkoll ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ fl-Istati Membri u se jgħin fil-fehim tal-impatt u tal-valur miżjud b’appoġġ għall-għoti ta’ servizzi pubbliċi.
(213)      Għala aktar dettalji, ara l-għodda tal- eTranslation tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
(214)      F’Marzu 2020, il-portal web tqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-SMEs; minn fost l-utenti kollha, diġà hemm SMEs kważi daqs kemm hemm amministrazzjonijiet pubbliċi.
(215)      Ara l-paġna web ISA² tal-Kummissjoni Ewropea – Inwasslu teknoloġiji ġodda fis-settur pubbliku – Azzjonijiet relatati mal-AI fil-programm ISA² (Soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, għan-negozji u għaċ-ċittadini) (2018).
(216)      Ara l-Kummissjoni Ewropea, paġna web informattiva dwar l- azzjoni tas-servizzi pubbliċi innovattivi (2018).
(217)      Il-Kummissjoni Ewropea, Studju dwar l-użu tat-teknoloħiji innovattivi fil-qasam tal-ġustizzja , Settembru 2020.
(218)       Il- webinars huma organizzati skont il-Komunikazzjoni tat-2 ta’ Diċembru 2020 Diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (COM(2020) 710 final).
(219)      Ara l- White Paper dwar l-AI .
(220)      Il-programm Adotta l-AI se jibni pont bħal dan billi jorganizza avvenimenti u jipprovdi opportunitajiet li jlaqqgħu il-provvista u d-domanda flimkien. Bi strumenti bħal djalogi, hackathons u akkwisti prekummerċjali, il-fornituri se jkunu jistgħu jwieġbu aħjar it-talbiet għall-akkwist, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jifhmu aħjar is-suq u jfasslu akkwisti mmirati.
(221)      F’konformità mal-Artikolu 40 tad- Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku (2014/24/UE), l-akkwirenti pubbliċi se jippubblikaw avviżi ta’ informazzjoni minn qabel fuq il-portal Tenders Electronic Daily (TED) biex jinbdew konsultazzjonijiet preliminari tas-suq madwar l-UE, trasparenti u nondiskriminatorji.
(222)

     Ara l-Kummissjoni Ewropea, Strateġija Ewropea għad-data , (COM(2020) 66 final).

(223)      Data fil-livell tal-UE (avviżi ta’ aġġudikazzjoni tal-akkwist fuq TED) u s-settijiet tad-data miftuħa tal-Istati Membri.
(224)      L-eżitu mistenni tal- ħidma li għaddejja tal-AI Watch dwar l-adozzjoni tal-AI mis-settur pubbliku .  
(225)      Tewmin diġitali lokali huma rappreżentazzjoni virtwali tal-assi fiżiċi ta’ belt konnessi mad-data. Dawn it-tewmin diġitali jistgħu jiffokaw fuq avvenimenti estremi tat-temp, fuq l-ippjanar urban jew fuq il-ġestjoni tal-kriżijiet. Permezz tat-tagħlim awtomatiku, billi jinħolqu simulazzjonijiet, mudelli jew isir monitoraġġ fil-ħin reali, xi belt partikolari tkun tista’ topera b’mod aktar effiċjenti. Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport ta’ Sessjoni ta’ Ħidma: it-Tewmin Diġitali tal-bliet , 2020.
(226)      “Open and agile smart cities (OASC)”, MIM 5: Fair AI and Algorithms (2020).
(227)      “Join, boost, sustain— the European way of digital transformation in cities and communities”; għal aktar dettalji, ara l-paġna web informattiva tal- moviment Living-in.EU .
(228)      Meta wieħed iqis l-importanza tal-qasam ta’ politika u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-applikazzjonijiet tal-AI għall-infurzar tal-liġi, il-migrazzjoni u l-ażil qatt ma jintużaw biex “jittieħdu deċiżjonijiet” b’mod awtonomu. Is-sistemi tal-AI jintużaw biex jassistu, pereżempju, billi jipprovdu ħjiel għal investigazzjoni jew għal valutazzjoni f’kuntest partikolari, iżda d-deċiżjoni finali jeħodha dejjem il-bniedem.
(229)      Dwar l-użu tal-applikazzjonijiet tal-AI fil-qasam tal-affarijiet interni fl-Istati Membri, ara pereżempju ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, AI fis-servizzi pubbliċi , JRC (2020).
(230)

     Skont AI fis-servizzi pubbliċi tal-JRC (2020), 11-il Stat Membru diġà jużaw 25 applikazzjoni tal-AI fil-qasam tal-affarijiet interni. 

(231)      Eż. It-teknoloġiji tal-AI jintużaw għall-analitika tad-data; ir-realtà awmentata u virtwali biex tiġi mudellata s-sikurezza pubblika fl-avvenimenti tal-massa, għal identifikazzjoni awtomatizzata tat-theddid ċibernetiku, għal operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ bid-droni u bir-robotika, għal skrinjar tal-vjaġġaturi u għal faċilitazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-ażil (assistenti virtwali u programmi tat-traduzzjoni).
(232)      Rapport konġunt tal-Europol, tal-UNICRI u ta’ Trend Micro dwar “ Użi malizzjużi u abbużi tal-AI ippubblikat fid-19 ta’ Novembru (https://www.europol.europa.eu/publications-documents/malicious-uses-and-abuses-of-artificial-intelligence).
(233)      Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà Interna u s-Sħubija Ewropea tal-Pulizija (2020).
(234)      Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà Interna u s-Sħubija Ewropea tal-Pulizija (2020).
(235)      Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Aġenda kontra t-Terroriżmu għall-UE: Antiċipazzjoni, Prevenzjoni, Protezzjoni, Rispons (COM(2020) 795 final). Ara wkoll ir-rapport konġunt tal-Europol, tal-UNICRI u ta’ Trend Micro, Użu Malizzjużi u abbużi tal-AI , 2021.
(236)      Kif mitlub mill-Kunsill, iċ-Ċentru se jipprovdi primarjament mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-aġenziji tal-pulizija tal-UE (il-Europol), il-forzi tal-fruntieri (il-Frontex) u s-sistemi tal-IT tal-affarijiet interni (eu-LISA) u l-Kummissjoni. Il-president tal-Grupp ta’ Tmexxija se jkun rappreżentant ta’ Stat Membru nominat minn COSI għal 3 snin u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea (id-DĠ HOME). L-għan taċ-Ċentru hu li jappoġġa l-entitajiet parteċipanti fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-għarfien, u fit-twaqqif ta’ proġetti konġunti, u fit-tixrid ta’ sejbiet u soluzzjonijiet teknoloġiċi żviluppati, kif tħabbar fl-Istrateġija tal-UE għall-Unjoni tas-Sigurtà. Ara wkoll: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-5757-2020-INIT/en/pdf
(237)      Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (COM(2020) 796 final).
(238)      Il-proposta tal-Kummissjoni COM(2020) 796 final, il-premessa 38.
(239)      Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 (COM(2021)170 final
(240)      Is-segwitu ta’ “Migration 4.0: it-trasformazzjoni diġitali tal-ġestjoni tal-migrazzjoni”, imniedi waqt il-Presidenza Ġermaniża.
(241)      Din l-inizjattiva se tippermetti r-riċerka, l-iżvilupp, l-ittestjar, it-taħriġ u l-validazzjoni tal-algoritmi għal sistemi bbażati fuq l-AI għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà bbażati fuq diversi tipi differenti ta’ settijiet tad-data, inkluż settijiet tad-data psewdooperazzjonali u anonimizzati.
(242)      Din l-azzjoni tħabbret fis-17 ta’ Diċembru 2020 fil-grupp ta’ esperti dwar l-AI għall-affarijiet interni.
(243)      Din l-inizjattiva hi bbażata fuq ir-rapport Opportunitajiet u sfidi għall-użu tal-AI fil-kontroll tal-fruntieri, il-migrazzjoni u s-sigurtà (2020). Din l-azzjoni ħabbritha l-Kummissjoni fil-Forum dwar l-Interoperabbiltà fit-28 ta’ Ottubru 2020. L-ewwel prova tal-kunċett tnediet fid-19 ta’ Lulju 2020 u tlestiet f’Diċembru 2020. L-istudju indika applikazzjonijiet possibbli għall-AI, li wħud minnhom se jiġu pilotati fl-2021 bħala prova tal-kunċett.
(244)      Il-Kummissjoni Ewropea Studju ta’ fattibbiltà dwar għodda ta’ previżjonijiet u twissija bikrija għall-migrazzjoni abbażi tat-teknoloġija tal-AI , 2021.
(245)      Ara Diġitalizzazzjoni għall-Benefiċċju tal-Ambjent – Konklużjonijiet tal-Kunsill , is-17 ta’ Diċembru 2020, it-taqsima dwar l-AI biex isir progress fil-protezzjoni ambjentali; Dokumenti ta’ prattika tajba dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali , April 2020 dwar proġetti eżistenti tal-Istati Membri; u l-pubblikazzjoni ta’ CMS Legal AI għall-monitoraġġ ambjentali , Awwissu 2019.
(246)       Dikjarazzjoni ta’ Passau tad-29 ta’ Ottubru 2020 dwar “patt intelliġenti għall-mobbiltà: insawru l-mobbiltà tal-ġejjieni bid-diġitalizzazzjoni – sostenibbli, sikura, sigura u effiċjenti”. Id-Dikjarazzjoni fassluha l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u ffirmawha 30 pajjiż tal-UE u tal-EFTA.
(247)      Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni, Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM/2020/789 final).
(248)      Bħalissa, is-settur m’għandux pjan direzzjonali komprensiv biex ikun jista jisfrutta l-potenzjal kollu tal-AI (anke lil hinn mill-kwistjonijiet tad-data) u jindirizza l-isfidi relatati tat-trasport u tal-loġistika.
(249)      Ara l-Komunikazzjoni COM/2020/789 final.
(250)      Il-Eurocontrol: Fly AI Report - Demystifying and Accelerating AI in Aviation/ATM , Marzu 2020.
(251)      Id-data miġbura tinkludi: data dwar is-sikurezza tat-titjiriet, data dwar is-sorveljanza tal-avjazzjoni (kontroll tat-traffiku tal-ajru), data bbażata fuq it-temp u fuq l-ispazju għall-ipproċessar komuni u l-analiżi intelliġenti tad-data biex jiġu analizzati u jissaħħu s-sikurezza, is-sigurtà u l-prestazzjoni ambjentali u l-operazzjonijiet sikuri tal-avjazzjoni.
(252)      Ara l- R&I Programme tal-S2R dwar id-dettalji tal-Programmi ta’ Innovazzjoni. Speċifikament relatati mal-AI huma l-IP4 – Soluzzjonijiet tal-IT għal Servizzi Ferrovjarji Attraenti (eż. il-proġett My-Trac), l-IP3 – Infrastruttura (eż. il-manutenzjoni bbażata fuq il-kundizzjoni tal-infrastruttura u tar-robotika), l-IP2 – Ġestjoni tat-Traffiku (eż. il-prestazzjoni tal-kapaċità, ATO).
(253)      Il-proġett jinvolvi 13-il pajjiż u jkopri d-definizzjoni, l-ispeċifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-operat sostenibbli tas-servizzi tal-RIS tal-Kurituri.
(254)       Rapport finali (2020).
(255)      Anki studju tal-ENISA u taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka enfasizza l-importanza taċ-ċibersigurtà fl-aġġornar tat-teknoloġiji tal-AI fil-vetturi awtonomi u l-implikazzjonijiet potenzjali tagħha għas-sigurtà u s-sikurezza fit-toroq: l-ENISA, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Sfidi taċ-Ċibersigurtà fl-adozzjoni tal-AI fis-sewqan awtonomu, 2021.
(256)      Regoli ġodda dwar il-vetturi awtomatizzati, iċ-ċibersigurtà u l-aġġornamenti tas-software tal-vetturi se jsiru applikabbli bħala parti mil-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura u s-sorveljanza tas-suq mis-6 ta’ Lulju 2022.
(257)      Eżempju ta’ komponent tar-riformi u tal-investimenti – Mobbiltà urbana nadifa, intelliġenti u ġusta.
(258)      Ara, eż. il-proġett CYBELE ta’ Orizzont 2020 li jipproponi Analitika tal-Big Data skalabbli għall-agrikoltura u għat-trobbija tal-bhejjem ta’ preċiżjoni, u l-proġett IoF 2020 li jħaffef l-Internet tal-Oġġetti fis-settur agroalimentari.
(259)      Ara, eż. il-proġett GenTORE ta’ Orizzont 2020 li jipproponi għodod ta’ ġestjoni ġenomika biex jiġu ottimizzati r-reżiljenza u l-effiċjenza.
(260)      Ara, eż. il-proġett BACCHUS ta’ Orizzont 2020 li jipproponi sistema robotika intelliġenti għal ħsad awtomatizzat fl-agrikoltura.
(261)      Ara, eż. il-proġett ROMI ta’ Orizzont 2020 dwar il-biedja ta’ preċiżjoni li jesplora soluzzjonijiet li jnaqqsu b’25 % il-ħin li l-bdiewa jqattgħu biex ineħħu l-ħaxix ħażin mill-għelieqi tagħhom.
(262)      Ara, eż. il-proġett PATHEON ta’ Orizzont 2020 dwar il-biedja ta’ preċiżjoni fl-għelieqi tal-ġellewż.
(263)       Pjattaformi federanti: ngħinu lill-agrikoltura Ewropea ssir aktar ekoloġika, produttiva u kompetittiva , Settembru 2020.
(264)      Osservatorju Settorjali tal-Kummissjoni Ewropea (2020), Xejriet teknoloġiċi dwar industrija agroalimentari , Settembru 2020.
(265)      Dikjarazzjoni, Futur diġitali intelliġenti u sostenibbli għall-agrikoltura u ż-żoni rurali Ewropej, 2019; ara wkoll, eż. L-Istati Membri tal-UE jiġbdu ħabel wieħed fejn tidħol id-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura u ż-żoni rurali Ewropej , April 2019.
(266)      Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM(2020) 81 final).
(267)      Skont il-programm Ewropa Diġitali, il-Kummissjoni qed tippjana li tappoġġa l-użu ta’ teknoloġiji, proċessi u standards meħtieġa biex jitħaddem dan l-ispazju tad-data agrikola, li jinkludi data privata u pubblika (il-Kummissjoni Ewropea, Strateġija Ewropea għad-data COM(2020) 66 final).
(268)       Kodiċi tal-kondotta dwar il-kondiviżjoni tad-data agrikola bi ftehim kuntrattwali, COPA-COGECA u CEMA ( 2018).
(269)      Ara l-lista ta’ Kandidati għas-Sħubijiet Ewropej fl-ikel, fil-bijoekonomija, fir-riżorsi naturali, fl-agrikoltura u fl-ambjent proposta mill-Kummissjoni Ewropea.
(270)      Il-Kummissjoni Ewropea, Anness għall-Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, (COM(2018) 795 final), p. 1.
(271)      L-informazzjoni fit-taqsimiet 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi hi bbażata fuq il-kontribut tal-Istati Membri. It-taqsimiet 2 u 3 ikopru l-Istati Membri kollha li taw informazzjoni dwar it-talba tas-servizzi tal-Kummissjoni.
(272)      L-informazzjoni fit-tabella hi bbażata fuq il-kontribut tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali jew tas-sorsi pubbliċi miġburin fil-kuntest ta’ AI Watch . Minbarra l-Istati Membri tal-UE, din it-tabella tkopri wkoll in-Norveġja bħala pajjiż assoċjat. It-tabella ġiet aġġornata l-aħħar fl-14 ta’ April 2021.
(273)      Bl-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħha għall-AI, il-Finlandja aġġornat l-istrateġija tagħha fl-2020 billi nediet programm nazzjonali għall-AI (“AI 4.0”) f’Novembru 2020. Il-programm jippromwovi l-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-AI u ta’ teknoloġiji diġitali oħra fil-kumpaniji, speċjalment l-SMEs b’enfasi speċjali fuq l-industrija. L-aġġornament ta lista ta’ azzjonijiet ta’ politika konkreti u pjan ta’ implimentazzjoni għas-snin li ġejjin u ppreżenta viżjoni għall-AI sal-2025. Wara rieżami regolari tal-istrateġija nazzjonali tiegħu għall-AI, f’Ġunju 2020 Ċipru nieda sejħa għall-offerti tal-akkwist biex jinħoloq Pjan ta’ Azzjoni li jagħti dettalji dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-AI. Il-Ġermanja adottat l-aġġornament tal-istrateġija dwar l-AI f’Diċembru 2020.
(274)      L-istrateġija inizjali tal-2018 għall-AI warrbet EUR 3 biljun għall-investimenti fl-AI; il-verżjoni aġġornata wiegħdet li dawn jiżdiedu għal EUR 5 biljun sal-2025.
Top