EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XG1030(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1585 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi 2020/C 366/05

OJ C 366, 30.10.2020, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/8


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1585 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

(2020/C 366/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1585 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 (3), kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 kif emendata mid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1585 u fir-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/1578 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/1755, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel it-2 ta' Lulju 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser jittieħed kont tagħha għall-fini tar-reviżjoni li jmiss mill-Kunsill, skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2015/1755, tal-lista ta' persuni deżinjati.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba' u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.

(2)  ĠU L 362, 30.10.2020, p. 27

(3)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 30.10.2020, p. 1


Top