EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XG0807(01)

Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi 2020/C 259/04

PUB/2020/612

OJ C 259, 7.8.2020, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 259/10


Avviż tal-Gvern tad-Danimarka skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi

(2020/C 259/04)

Skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (1), id-Danimarka permezz ta’ dan l-avviż tinnotifika l-impenn tagħha li żżomm ħażniet speċifiċi.

1.

Il-livell ta’ ħażniet speċifiċi li d-Danimarka timpenja ruħha li żżomm huwa ekwivalenti għal 30 jum tal-konsum medju ta’ kuljum.

2.

L-impenn għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sal-30 ta’ Ġunju 2021.

3.

Il-ħażniet speċifiċi se jkunu jikkonsistu fi prodotti li jagħmlu parti mill-kategoriji li ġejjin:

Petrol tal-magni

Żejt tal-gass/diżil

4.

Il-ħażniet se jkunu proprjetà tal-entità ċentrali tal-ħżin, Foreningen Danske Olieberedskabslagre (FDO), u se jinżammu minnha.


(1)  ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9.


Top