EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0605(10)

Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 mir-Rumanija It-tifqigħa tal-COVID-19 (Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10)) 2020/C 189/04

OJ C 189, 5.6.2020, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/4


Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 mir-Rumanija

It-tifqigħa tal-COVID-19

(Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10))

(2020/C 189/04)

Notifika minn: ir-Rumanija

B’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2020/698, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni nhar it-3 ta’ Ġunju 2020 li ddeċidiet li ma tapplikax ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698.

Dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 li r-Rumanija ddeċidiet li mhix se tapplika:

L-Artikolu 4(1) dwar l-ispezzjonijiet regolari tat-takografi fit-trasport bit-triq skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

L-Artikolu 4(2) dwar it-tiġdid tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014;

L-Artikolu 4(3) dwar is-sostituzzjoni tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014;

L-Artikolu 5(1) dwar il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

L-Artikolu 5(2) dwar il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE;

L-Artikolu 7(1) dwar il-validità tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

L-Artikolu 7(2) dwar il-validità tal-attestazzjoni tas-sewwieq skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009;

L-Artikolu 8(1) dwar il-validità tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).


Top