EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XC0602(07)
Information from the Commission concerning the non-application of certain provisions of Regulation (EU) 2020/698 by Slovakia COVID-19 outbreak
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 mis-Slovakkja It-tifqigħa tal-COVID-19
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 mis-Slovakkja It-tifqigħa tal-COVID-19
OJ C 182I , 2.6.2020, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 182/6 |
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 mis-Slovakkja
It-tifqigħa tal-COVID-19
(Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10))
(2020/C 182 I/06)
Notifika minn: is-Slovakkja
B’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2020/698, is-Slovakkja infurmat lill-Kummissjoni nhar id-29 ta’ Mejju 2020 li ddeċidiet li ma tapplikax ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698.
Dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 li s-Slovakkja ddeċidiet li mhix se tapplika:
— |
L-Artikolu 5(1) dwar il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
— |
L-Artikolu 5(2) dwar il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE. |
(1) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).