This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XC0602(03)
Information from the Commission concerning the non-application of certain provisions of Regulation (EU) 2020/698 by the Netherlands COVID-19 outbreak (Regulation (EU) 2020/698 of the European Parliament and of the Council of 25 May 2020 laying down specific and temporary measures in view of the COVID-19 outbreak concerning the renewal or extension of certain certificates, licences and authorisations and the postponement of certain periodic checks and periodic training in certain areas of transport legislation (OJ L 165, 27.5.2020, p. 10)) 2020/C 182 I/02
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 min-Netherlands It-tifqigħa tal-COVID-19 (Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10)) 2020/C 182 I/02

ĠU C 182I, 2.6.2020, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
2.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 182/2 |
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 min-Netherlands
It-tifqigħa tal-COVID-19
(Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10))
(2020/C 182 I/02)
Notifika minn: In-Netherlands
B’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2020/698, in-Netherlands infurmaw lill-Kummissjoni nhar it-28 ta’ Mejju 2020 li ddeċidew li ma japplikawx ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698.
Dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 li n-Netherlands ddeċidew li mhux se japplikaw:
|
— |
L-Artikolu 5(1) dwar il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
|
— |
L-Artikolu 5(2) dwar il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE. |
(1) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).