EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0602(02)

Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 minn Franza It-tifqigħa tal-COVID-19

OJ C 182I, 2.6.2020, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 182/1


Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 minn Franza

It-tifqigħa tal-COVID-19

(Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10))

(2020/C 182 I/01)

Notifika minn: Franza

B’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2020/698, Franza infurmat lill-Kummissjoni nhar it-28 ta’ Mejju 2020 li ddeċidiet li ma tapplikax ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698.

Dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 li Franza ddeċidiet li mhux se tapplika:

L-Artikolu 5(1) dwar il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

L-Artikolu 5(2) dwar il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE.


(1)  Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).


Top