EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0139

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif ta’ Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-virus COVID-19

COM/2020/139 final

Brussell, 2.4.2020

COM(2020) 139 final

2020/0057(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar it-twaqqif ta’ Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-virus COVID-19


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-Unjoni Ewropea ilha taħdem bla heda, sa mill-ewwel każijiet ta’ kontaġju tal-COVID-19, biex tappoġġa lill-Istati Membri u liċ-ċittadini tagħhom biex jindirizzaw il-kriżi. Il-Kummissjoni attivat is-sistema tagħha ta' twissija ġenerali rapida “ARGUS” għall-koordinazzjoni tal-kriżi u l-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Kriżijiet jiltaqa’ regolarment biex jikkoordina l-azzjonijiet tad-dipartimenti u tas-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tal-aġenziji tal-UE. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll tim ta’ koordinazzjoni tar-rispons fil-livell politiku, magħmul mill-ħames Kummissarji responsabbli għall-aktar politiki affettwati. Wara l-vidjokonferenzi tal-mexxejja tal-UE dwar ir-rispons għat-tifqigħa COVID-19 fl-10, fis-17 u fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni qed tkompli żżid ir-rispons tagħha għat-tifqigħa tal-COVID-19, fuq kull lat. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Grupp tal-Euro għal “rispons ekonomiku koordinat għat-tifqigħa tal-COVID-19” fit-13 ta’ Marzu 2020. Fl-isfera ekonomika, il-Kummissjoni pproponiet Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) biex tuża l-Fondi Strutturali tal-UE b’mod flessibbli biex tirreaġixxi għall-ħtiġijiet li qed jitfaċċaw malajr fl-aktar setturi esposti, bħall-kura tas-saħħa, l-SMEs u s-swieq tax-xogħol, u tgħin lill-aktar territorji milquta fl-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom. Sadanittant din il-proposta ġiet adottata u daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu. Il-Kummissjoni adottat ukoll Qafas Temporanju għall-għajnuna mill-Istat sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-flessibbiltà sħiħa prevista skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw l-ekonomiji tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Kunsill biex jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jattivaw il-klawżola liberatorja ġenerali skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni japplikaw dik il-klawżola bħala parti mill-istrateġija tal-Unjoni biex tirreaġixxi malajr, b’mod sforzat u b’mod koordinat għall-pandemija tal-COVID-19.

Il-kriżi li naffaċċaw minħabba l-pandemija tal-COVID-19 għandha dimensjoni umana sinifikanti ħafna, kif ukoll impatt soċjoekonomiku negattiv maġġuri. Għalhekk huwa essenzjali li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jaġixxu b’mod deċiżiv u kollettiv, fi spirtu ta’ solidarjetà biex jillimitaw it-tixrid tal-virus u jgħinu lill-pazjenti, jegħlbu l-konsegwenzi ekonomiċi u jnaqqsu l-impatti soċjali negattivi. Bħala parti minn dak ir-rispons koordinat konġunt, il-proposta tal-Kummissjoni li testendi l-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (FSUE) biex jinkludi emerġenzi kbar tas-saħħa pubblika u biex jiddefinixxi operazzjonijiet speċifiċi eliġibbli għall-finanzjament ġiet adottata wkoll b’tali mod li tkattar is-solidarjetà tal-Unjoni fost l-Istati Membri meta jiġu biex jittrattaw is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tat-13 ta’ Marzu 2020, l-Unjoni tinsab ukoll lesta li tappoġġja lill-Istati Membri fejn possibbli biex itaffu l-impatt fuq l-impjiegi għall-individwi u s-setturi l-aktar milquta. L-istrument il-ġdid għal Appoġġ Temporanju biex itaffi r-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) propost lill-Kunsill huwa strument temporanju addizzjonali li jippermetti għajnuna finanzjarja tal-Unjoni sa EUR 100 biljun fil-forma ta’ self mill-Unjoni lill-Istati Membri affettwati. Ir-responsabbiltà kontinġenti li tirriżulta minn dak is-self mill-Unjoni se ssir kompatibbli mar-restrizzjonijiet tal-baġit tal-UE b’garanziji mill-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni, li jirrappreżentaw 25 % tas-self mogħti u pprovdut minn kull Stat Membru f’konformità mas-sehem rispettiv tiegħu fit-total tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-Unjoni. SURE se jkun assistenza finanzjarja addizzjonali, li tkun miżjuda ma’ miżuri nazzjonali u b’mod ulterjuri għall-appoġġ ta’ għotjiet regolari pprovdut għal skopijiet simili taħt il-Fond Soċjali Ewropew.

Jenħtieġ li l-istrument SURE jkun disponibbli għall-Istati Membri li jeħtieġu jimmobilizzaw mezzi finanzjarji sinifikanti biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fit-territorju tagħhom. L-istabbiliment ta’ SURE hija espressjoni tanġibbli oħra tas-solidarjetà tal-Unjoni, li biha l-Istati Membri jaqblu li jappoġġjaw lil xulxin permezz tal-Unjoni billi jagħmlu disponibbli riżorsi finanzjarji addizzjonali permezz ta’ self. L-istrument SURE se jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex jindirizzaw żidiet f’daqqa fin-nefqa pubblika għaż-żamma tal-impjiegi. B’mod speċifiku, l-istrument SURE se jaġixxi bħala t-tieni linja ta’ difiża, li tappoġġja skemi ta’ xogħol għal żmien qasir u miżuri simili, biex jgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u b’hekk l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom kontra r-riskju ta’ qgħad u t-telf ta’ introjtu. Skemi ta’ xogħol għal żmien qasir huma programmi pubbliċi li jippermettu li kumpaniji li jesperjenzaw diffikultajiet ekonomiċi jnaqqsu b’mod temporanju s-sigħat maħduma filwaqt li jipprovdu lill-impjegati tagħhom, b’appoġġ ta’ introjtu mill-Istat għas-sigħat mhux maħduma. Skemi simili jeżistu għal sostituzzjoni tal-introjtu għal dawk li jaħdmu għal rashom f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Il-kundizzjonijiet biex jiġi ddeterminat meta Stat Membru jkun jista’ jibbenefika minn appoġġ taħt dan l-istrument jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’referenza għaż-żieda qawwija f’daqqa fin-nefqa pubblika kurrenti u possibbilment dik ippjanata wkoll, għaż-żamma tal-impjiegi, ikkawżata mit-tifqigħa ta’ COVID-19 u jkunu relatati direttament mal-ħolqien jew mal-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili oħra meħuda b’reazzjoni għaliha.

SURE se jieħu l-forma ta’ skema ta’ self mirfud minn sistema ta’ garanziji mill-Istati Membri. Din is-sistema se tippermetti lill-Unjoni:

(1)tespandi l-volum ta’ self li jista’ jiġi pprovdut permezz tal-istrument SURE lill-Istati Membri li jitolbu assistenza finanzjarja taħt l-istrument;

(2)taċċerta ruħha li r-responsabbiltà kontinġenti għall-Unjoni li tirriżulta mill-istrument hija kompatibbli mar-restrizzjonijiet baġitarji tal-Unjoni.

Biex l-approċċ iservi l-għan maħsub, l-Istati Membri jridu jipprovdu garanziji kredibbli, irrevokabbli u eżerċitabbli lill-Unjoni f’konformità mal-ishma rispettivi fit-total tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. Is-sistema ta’ garanziji se tevita l-ħtieġa għal kontribuzzjonijiet minn qabel ta’ flus mill-Istati Membri filwaqt li tipprovdi t-tisħiħ tal-kreditu meħtieġ biex tiġi żgurata klassifikazzjoni ta’ kreditu għolja u jiġu protetti r-riżorsi tal-baġit tal-Unjoni.

Minbarra l-provvediment tal-garanziji tal-Istati Membri, jiddaħħlu salvagwardji oħra fil-qafas sabiex tiġi żgurata s-solidità finanzjarja tal-iskema:

·Approċċ rigoruż u konservattiv għal ġestjoni finanzjarja;

·Kostruzzjoni tal-portafoll ta’ self li jillimita r-riskju ta’ konċentrazzjoni, skopertura annwali u espożizzjoni eċċessiva għal Stati Membri individwali, filwaqt li jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti li jistgħu jingħataw lill-Istati Membri li huma l-aktar fil-bżonn; u

·Possibbiltajiet ta’ riportament tad-dejn.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta ġejja apparti strument ieħor tal-liġi tal-Unjoni li jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri f’każ ta’ emerġenza, jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) (“ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002”). Ir-Regolament (UE) 2020/461 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda dak l-istrument biex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex ikopri emerġenzi kbar ta’ saħħa pubblika u jiddefinixxi operazzjonijiet speċifiċi eliġibbli għall-finanzjament, ġie adottat fit-30 ta’ Marzu.

Filwaqt li l-FSUE huwa strument permanenti, SURE huwa ta’ natura temporanja. L-ambitu ġeografiku huwa differenti wkoll minħabba li SURE huwa limitat għall-Istati Membri u ma jestendix għal pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni. Il-kamp ta’ applikazzjoni tematiku taż-żewġ strumenti, madankollu, huwa konsistenti – l-indirizzar ta’ kriżijiet maġġuri li jirriżultaw minn theddid għas-saħħa pubblika, fejn il-FSUE jista’ jintuża fuq bażi permanenti, filwaqt li l-istrument SURE huwa limitat għall-każ partikolari tat-tifqigħa tal-COVID-19. Differenza oħra hija li l-FSUE huwa bbażat fuq l-għoti u jippermetti pagamenti bil-quddiem. L-istrument SURE huwa bbażat fuq is-self.

Il-mobilizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-istrument SURE tkun possibbli fuq proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jitlob l-appoġġ. Qabel ma l-Kunsill jagħti għajnuna finanzjarja taħt l-istrument SURE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta mal-Istat Membru kkonċernat biex tivvaluta l-firxa ta’ żieda qawwija f’daqqa (imwettqa jew mistennija) fin-nefqa pubblika fil-qasam tal-protezzjoni tal-impjiegi. Jenħtieġ li l-Istat Membru jipprovdi evidenza ta’ din iż-żieda qawwija f’daqqa fin-nefqa kurrenti u possibilment ippjanata wkoll meta jitlob appoġġ. Il-Kunsill jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tapprova l-assistenza finanzjarja, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan l-istrument ikunu sodisfatti. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru benefiċjarju se jikkonkludu ftehim ta’ implimentazzjoni. L-operazzjonijiet rilevanti meta tiġi eżaminata ż-żieda f’daqqa fin-nefqa jibqgħu limitati għal operazzjonijiet pubbliċi ta’ emerġenza fil-qasam tal-protezzjoni tal-impjiegi kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19. Is-self li jirriżulta se jgħin lill-Istati Membri jiffinanzjaw in-nefqa pubblika miżjuda tagħhom fil-qasam tal-iskemi ta’ xogħol għal żmien qasir u miżuri simili, biex jgħinhom jipproteġu l-impjiegi u b’hekk l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom kontra r-riskju tal-qgħad.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija parti minn firxa ta’ miżuri żviluppati b’reazzjoni għall-pandemija attwali tal-COVID-19 bħall-“Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus”, u tikkumplimenta strumenti oħra li jappoġġjaw l-impjiegi bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi/InvestEU. Hija tibni fuq teknika użata għall-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) fil-kriżi finanzjarja fl-imgħoddi mill-Unjoni biex tipprovdi assistenza finanzjarja fi żmien qasir mill-Unjoni lill-Istati Membri li jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet, jew li huma mhedda minn diffikultajiet ikkawżati minn avveniment eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tal-Istat Membru, u fuq il-qafas il-ġdid għall-ġestjoni ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti previsti fir-Regolament Finanzjarju tal-2018. Bl-użu ta’ għoti u teħid b’self f’dan il-każ partikolari tat-tifqigħa tal-COVID-19 għall-appoġġ tal-Istati Membri, dan l-istrument speċifiku jista’ b’mod partikolari jintuża mill-Istati Membri bħala t-tieni linja ta’ difiża biex jiġu ffinanzjati skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, biex jiġu protetti l-impjiegi u b’hekk l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom kontra r-riskju tal-qgħad.

Jenħtieġ li dan l-istrument temporanju jitqies bħala operazzjoni ta’ emerġenza ta’ Skema Ewropea ta’ Riassigurazzjoni tal-Qgħad fil-kuntest speċifiku tal-kriżi ta’ COVID-19, mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment sussegwenti possibbli ta’ strument permanenti skont bażi ġuridika differenti fit-TFUE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal dan l-istrument hija l-Artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Din hi bbażata kemm fuq il-paragrafu (1) kif ukoll il-paragrafu (2) tal-Artikolu 122 TFUE.

It-tifqigħa tal-COVID-19 hija avveniment f’daqqa u eċċezzjonali li jwassal għal impatt massiv u ta’ tfixkil fuq is-sistemi ekonomiċi tal-Istati Membri li jitolbu risposti kollettivi fi spirtu ta’ solidarjetà. Il-kostruzzjoni ta’ sistema ta’ garanzija bbażata fuq kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri lill-Unjoni biex tirfed l-assistenza finanzjarja skont l-istrument SURE hija bbażata fuq l-Artikolu 122(1) TFUE. Dan l-intervent ikun jirrifletti, fi spirtu ta’ solidarjetà, reazzjoni mill-Istati Membri b’miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika mingħajr preċedent li huma kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-iskema ta’ garanzija tkun ibbażata fuq l-istrument SURE dwar l-Artikolu 122(1) TFUE.

L-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-self huma bbażati fuq l-Artikolu 122(2) TFUE, li jippermetti lill-Kunsill jipprovdi assistenza finanzjarja temporanja u ad hoc tal-Unjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, lil Stat Membru li jsib ruħu f’diffikultajiet jew ikun mhedded serjament minn diffikultajiet serji kkawżati minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Din il-bażi legali għandha tirfed il-komponent ta’ self tal-istrument SURE.

L-Artikolu 122(2) TFUE ġie użat darba qabel. Matul il-kriżi finanzjarja, dan serva bħala l-bażi legali għall-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu Temporanju Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) biex jgħin lill-Istati Membri li jkunu tilfu l-aċċess għas-suq b’mod sħiħ jew b’mod parzjali minħabba l-kostijiet tas-self li ddeterjoraw f’daqqa. L-Unjoni użat dak l-istrument biex tipprovdi self lill-Irlanda, lill-Portugall u finanzjament tranżitorju għall-Greċja.

L-Artikolu 122(2) TFUE jista’ jintuża għal kull tip ta’ avveniment ta’ kriżi eċċezzjonali u mhuwiex limitat għal kriżijiet ta’ natura finanzjarja jew ta’ stabbiltà finanzjarja biss. Il-Kunsill għandu marġini wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta’ din il-bażi legali humiex sodisfatti. Dan huwa biċ-ċar il-każ għall-Istati Membri li huma l-aktar affettwati mit-theddida pubblika kbira għas-saħħa li toriġina mit-tifqigħa tal-COVID-19 kif ukoll mill-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta għandha l-għan li tappoġġja lill-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma’ taqlib ekonomiku serju minħabba l-avveniment eċċezzjonali tat-tifqigħa tal-COVID-19 sabiex tintwera solidarjetà Ewropea ma’ dawk l-Istati Membri li huma affettwati b’mod qawwi, billi tipprovdi assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ self temporanju. Bħala t-tieni linja ta’ difiża, tali assistenza finanzjarja tappoġġja ż-żieda fin-nefqa pubblika tal-gvernijiet fuq bażi temporanja fir-rigward tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili biex tgħinhom jipproteġu l-impjiegi u b’hekk lill-impjegati u lill-persuni li jaħdmu għal rashom kontra r-riskju ta’ qgħad u t-telf ta’ introjtu.

Tali appoġġ jgħin lill-popolazzjoni milquta, jikkontribwixxi għal ritorn rapidu lejn kundizzjonijiet ta’ għajxien normali fir-reġjuni affettwati u jtaffi l-impatt soċjali u ekonomiku dirett ikkawżat mill-kriżi attwali tal-COVID-19.

Proporzjonalità

Il-proposta tosserva l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tal-istrument.

Għażla tal-istrument

Dan l-att jieħu l-forma ta’ Regolament minħabba li l-att joħloq strument ġdid u speċifiku li jista’ jintuża minn kwalunkwe Stat Membru u għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Fl-imgħoddi ntuża Regolament tal-Kunsill għall-istabbiliment ta’ assistenza finanzjarja lill-Istati Membri skont l-Artikolu 122(2) TFUE fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja biex jiġu stabbiliti proċeduri u prattiki għat-tħejjija u l-valutazzjoni tat-talbiet tal-Istati Membri rilevanti, u biex din l-assistenza finanzjarja tiġi implimentata b’mod rapidu u effettiv. Dan jiżgura li deċiżjonijiet sussegwenti ta’ implimentazzjoni mill-Kunsill biex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri jseħħu taħt qafas xieraq u konsistenti. Regolament applikabbli għall-Istati Membri kollha huwa wkoll l-istrument legali l-aktar xieraq biex tiġi organizzata l-iskema ta’ garanzija sottostanti għas-self skont l-istrument SURE fid-dawl tal-fatt li huwa bbażat fuq kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri kollha.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza biex titħejja l-proposta u biex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-Kunsill, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tikkuntratta self fuq is-swieq finanzjarji bil-għan li tagħtih b’self lill-Istat Membru li jitlob assistenza finanzjarja taħt l-istrument SURE.

SURE se jieħu l-forma ta’ skema ta’ self sa EUR 100 biljun mirfuda minn sistema ta’ garanziji mill-Istati Membri. Din is-sistema se tippermetti lill-Unjoni:

(1)tespandi l-volum ta’ self li jista’ jiġi pprovdut permezz tal-istrument SURE lill-Istati Membri li jitolbu assistenza finanzjarja taħt l-istrument;

(2)taċċerta ruħha li r-responsabbiltà kontinġenti għall-Unjoni li tirriżulta mill-Istrument hija kompatibbli mar-restrizzjonijiet baġitarji tal-Unjoni.

Biex l-approċċ iservi l-għan maħsub, l-Istati Membri jridu jipprovdu garanziji kredibbli, irrevokabbli u eżerċitabbli lill-Unjoni f’konformità mas-sehem rispettiv tagħhom fit-total tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. Is-sistema ta’ garanziji se tevita l-ħtieġa għal kontribuzzjonijiet minn qabel ta’ flus (kapital imħallas) mill-Istati Membri filwaqt li tipprovdi t-tisħiħ tal-kreditu meħtieġ biex tiġi żgurata klassifikazzjoni ta’ kreditu għolja u jiġu protetti r-riżorsi tal-Unjoni.

Minbarra l-provvediment tal-garanziji tal-Istati Membri, jiddaħħlu salvagwardji oħra fil-qafas sabiex tiġi żgurata s-solidità finanzjarja tal-iskema:

·Approċċ rigoruż u konservattiv għal ġestjoni finanzjarja;

·Kostruzzjoni tal-portafoll ta’ self li jillimita r-riskju ta’ konċentrazzjoni, skopertura annwali u espożizzjoni eċċessiva għal Stati Membri individwali, filwaqt li jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti li jistgħu jingħataw lill-Istati Membri li huma l-aktar fil-bżonn; u

·Possibbiltajiet ta’ riportament tad-dejn.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill propost jipprevedi l-istabbiliment tal-Istrument Ewropew għal Appoġġ Temporanju biex itaffi r-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (SURE). Dan l-istrument ikun ad hoc u temporanju fid-dawl tal-bażi legali tiegħu. Din tipprovdi assistenza finanzjarja skont l-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju b’appoġġ għall-Istati Membri li jħabbtu wiċċhom ma’ taqlib ekonomiku f’daqqa kkawżat mill-okkorrenza eċċezzjonali tat-tifqigħa tal-COVID-19.

L-Artikolu 2 tar-Regolament propost jenfasizza n-natura komplimentari tal-istrument SURE. Jenħtieġ li jikkomplementa l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali u jkopri parti miż-żieda qawwija u f’daqqa fin-nefqa pubblika li huma jiffaċċjaw bħala riżultat tal-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-konsegwenzi negattivi diretti tal-kriżi ta’ COVID-19. L-użu tal-istrument SURE ma jipprevjenix l-applikazzjoni ta’ strumenti rilevanti oħra tal-UE li jittrattaw aspetti speċifiċi ta’ theddid kbir għas-saħħa pubblika u strument ta’ appoġġ finanzjarju, bħal pereżempju l-FSUE.

L-Artikolu 3 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-istrument. L-Istati Membri jistgħu jitolbu assistenza finanzjarja fejn in-nefqa pubblika attwali u possibbilment ippjanata tagħhom tkun żdiedet f’daqqa u b’mod qawwi fil-qasam tal-impjiegi minħabba r-reazzjonijiet nazzjonali għat-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li, b’mod partikolari, l-appoġġ taħt l-istrument SURE jappoġġja ż-żieda fil-piż finanzjarju tal-Istati Membri għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jgħinu fil-protezzjoni tal-impjiegi u b’hekk tal-impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom kontra r-riskji tal-qgħad u t-telf ta’ introjtu.

L-Artikolu 4 tar-Regolament propost jiddetermina l-ewwel nett li l-assistenza finanzjarja taħt l-istrument SURE propost ser tieħu l-forma ta’ self mogħti lill-Istat Membru kkonċernat. It-tieni, dan jipprovdi għall-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tkun tista’ tikkuntratta self fuq is-swieq finanzjarji bil-għan li ssellef lill-Istat Membru kkonċernat.

L-Artikolu 5 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni li jista’ jiġi pprovdut taħt l-istrument SURE. Dan jikkonċerna ammont sa EUR 100 biljun.

L-Artikolu 6 tar-Regolament propost jistabbilixxi l-proċedura għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja rapida lill-Istati Membri. Wara talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni tikkonsulta mal-Istat Membru kkonċernat biex tivverifika l-firxa taż-żieda fin-nefqa pubblika li hija direttament relatata mal-ħolqien jew l-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili b’mod partikolari għal dawk li jaħdmu għal rashom. Konsultazzjoni bħal din tgħin ukoll lill-Kummissjoni biex tevalwa kif xieraq it-termini tas-self. Jenħtieġ li jiġu ddeterminati elementi bħall-ammont, il-maturità medja massima, l-ipprezzar, il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-appoġġ u l-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni.

L-Artikoli 7 sa 10 tar-Regolament propost fihom ir-regoli proċedurali għall-iżborż u għall-implimentazzjoni tal-appoġġ permezz ta’ self skont l-istrument SURE. B’mod aktar speċifiku, dawn jittrattaw ir-regoli dwar l-iżborż, l-operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti, ir-regoli prudenzjali applikabbli għall-portafoll ta’ self skont l-istrument, u l-amministrazzjoni tas-self.

L-Artikolu 11 tar-Regolament propost jittratta dwar il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-istrument. Is-self lill-Istati Membri skont l-istrument se jkun sostnut minn sistema ta’ garanziji mill-Istati Membri impenjati lejn l-Unjoni fuq bażi volontarja. Din is-sistema se tippermetti lill-Unjoni tespandi l-volum tal-assistenza finanzjarja permezz ta’ self li jista’ jiġi pprovdut lill-Istati Membri skont l-istrument SURE. Jenħtieġ li l-garanziji magħmula lill-Unjoni jkunu irrevokabbli, inkondizzjonati u fuq talba u stabbiliti fi ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern.

L-Artikolu 12 tar-Regolament propost jistabbilixxi regola dwar id-disponibbiltà tal-istrument. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont l-istrument SURE se tkun disponibbli biss mill-mument li l-Istati Membri kollha jkunu taw il-garanziji tagħhom lill-Unjoni.

L-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament propost jistabbilixxu regoli dwar il-kontrolli u l-awditjar u r-rappurtar.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 15 tar-Regolament propost jagħmilha ċara li l-istrument mhux se japplika għar-Renju Unit peress li skont l-Artikolu 143(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 1 , ir-responsabbiltà tar-Renju Unit għas-sehem tiegħu tal-responsabbiltajiet kontinġenti tal-Unjoni hija limitata għal dawk ir-responsabbiltajiet kontinġenti li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji meħuda mill-Unjoni qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Kull obbligazzjoni kontinġenti tal-Unjoni li tirriżulta minn assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament tkun sussegwenti għad-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Renju Unit ma jipparteċipax fl-assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament.

2020/0057 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar it-twaqqif ta’ Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-virus COVID-19

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 122(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jippermetti lill-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kummissjoni u fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar miżuri xierqa biex iwieġbu għas-sitwazzjoni soċjoekonomika wara t-tifqigħa tal-COVID-19.

(2)L-Artikolu 122(2) TFUE jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex jagħti assistenza finanzjarja mill-Unjoni lil Stat Membru li jsib ruħu f’diffikultajiet jew ikun mhedded minn diffikultajiet qawwija kkawżati minn ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jkollux kontroll fuqhom.

(3)Is-Sindromu Respiratorju Akut Gravi Coronavirus 2 (SARS-CoV-2), li qed jikkawża l-marda tal-coronavirus, li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) semmietu COVID-19, huwa razza ġdida ta’ coronavirus li ma ġietx identifikata qabel fil-bniedem. It-tifqigħa globali ta’ dik il-marda qed tevolvi malajr u ġiet iddikjarata pandemija mid-WHO. Mill-bidu tat-tifqigħa fl-Unjoni sat-30 ta’ Marzu 2020, ġew irrapportati 334 396 każ u 22 209 każ ta’ mewt fl-Istati Membri.

(4)L-Istati Membri implimentaw miżuri straordinarji biex irażżnu t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-impatt tagħha. Il-probabbiltà ta’ trażmissjoni ulterjuri ta’ COVID-19 fl-Unjoni hija meqjusa bħala waħda għolja. Minbarra l-impatti fuq is-saħħa pubblika b’riżultati fatali sostanzjali, it-tifqigħat tal-COVID-19 kkawżaw impatt enormi u ta’ tfixkil fuq is-sistemi ekonomiċi tal-Istati Membri, ikkawżaw tfixkil fis-soċjetà u żiedu n-nefqa pubblika f’għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri.

(5)Dik is-sitwazzjoni eċċezzjonali, li tmur lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri u li immobilizzat parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol tagħhom, wasslet għal żieda qawwija f’daqqa fin-nefqa pubblika tal-Istati Membri fuq skemi ta’ xogħol għal żmien qasir għall-impjegati u miżuri simili b’mod partikolari għal dawk li jaħdmu għal rashom. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw iż-żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika sakemm it-tifqigħa tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq il-forza tax-xogħol tagħhom tkun taħt kontroll.

(6)Il-ħolqien ta’ strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex itaffi r-riskji ta’ qgħad f’emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (“SURE”) jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għall-kriżi fis-suq tax-xogħol b’mod koordinat, rapidu u effettiv u fi spirtu ta’ solidarjetà fost l-Istati Membri, biex b’hekk jittaffa l-impatt fuq l-impjiegi għall-individwi u l-aktar setturi ekonomiċi affettwati b’mod li jittaffew l-effetti diretti ta’ din is-sitwazzjoni eċċezzjonali fuq in-nefqa pubblika tal-Istati Membri.

(7)Skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 , assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri tista’ tieħu l-forma ta’ self. Dak is-self għandu jingħata lill-Istati Membri fejn it-tifqigħa tal-COVID-19 tkun wasslet għal żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa pubblika kurrenti u possibbilment ippjanata wkoll minħabba miżuri nazzjonali adottati mill-1 ta’ Frar 2020. Dik id-data tiżgura trattament ugwali għall-Istati Membri kollha u tippermetti l-kopertura taż-żidiet reali u possibbilment ippjanati tagħhom fl-infiq relatat mal-effetti fuq is-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri, irrispettivament minn meta seħħet it-tifqigħa tal-COVID-19 f’kull Stat Membru speċifiku. Il-miżuri nazzjonali adottati minn dik id-data jenħtieġ li jkunu direttament relatati mal-ħolqien jew l-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol b'ħinijiet iqsar u ma’ miżuri simili inkluż għal persuni li jaħdmu għal rashom. Skemi ta’ xogħol għal żmien qasir huma programmi pubbliċi li f’ċerti ċirkustanzi jippermettu lill-kumpaniji li jesperjenzaw diffikultajiet ekonomiċi li jnaqqsu b’mod temporanju s-sigħat maħduma mill-impjegati tagħhom, li jkunu pprovduti b’appoġġ ta’ dħul pubbliku għas-sigħat mhux maħduma. Skemi simili jeżistu għal sostituzzjoni tad-dħul għal dawk li jaħdmu għal rashom. L-Istat Membru li jitlob assistenza finanzjarja jenħtieġ li jipprovdi evidenza ta’ żieda f’daqqa u qawwija fin-nefqa kurrenti u possibbilment ippjanata wkoll għal skemi ta’ xogħol qosra jew miżuri simili.

(8)Sabiex l-Istati Membri affettwati jiġu pprovduti b’mezzi finanzjarji biżżejjed biex ikunu jistgħu jittrattaw mal-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq is-suq tax-xogħol tagħhom, l-attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self tal-Unjoni skont SURE jenħtieġ li jkunu kbar biżżejjed. Is-self maħruġ mill-Unjoni jenħtieġ għalhekk li jiġi ffinanzjat permezz ta’ rikors għas-swieq kapitali internazzjonali.

(9)It-tifqigħa tal-COVID-19 għandha impatt massiv u ta’ tfixkil fuq is-sistemi ekonomiċi ta’ kull Stat Membru. Għalhekk hemm bżonn ta’ kontribuzzjonijiet kollettivi mill-Istati Membri fil-forma ta’ garanziji li jappoġġjaw is-self mill-baġit tal-Unjoni. Dawk il-garanziji huma meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista’ tagħti self ta’ grad għoli biżżejjed lill-Istati Membri, lill-politiki tas-suq tax-xogħol li jinsabu taħt l-akbar pressjoni. Biex ikun żgurat li r-responsabbiltà kontinġenti li tirriżulta minn dak is-self mogħti mill-Unjoni taħt SURE tkun kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali applikabbli u mal-limiti massimi tar-riżorsi proprji, il-garanziji pprovduti mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u fuq talba, filwaqt li jenħtieġ li r-robustezza tas-sistema tkun imsaħħa b’salvagwardji addizzjonali.

(10)Jenħtieġ li s-salvagwardji addizzjonali biex tissaħħaħ is-saħħa tas-sistema jkunu jikkonsistu f’ġestjoni finanzjarja konservattiva, skopertura annwali massima, u diversifikazzjoni suffiċjenti tal-portafoll tas-self.

(11)Is-self mogħti skont dan l-istrument jikkostitwixxi assistenza finanzjarja fl-ambitu tal-Artikolu 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018. F’konformità mal-Artikolu 282(3), punt (g), tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018, l-Artikolu 220 ser japplika għas-self mogħti taħt dan l-istrument mid-data ta’ applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020. Madankollu, huwa xieraq li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018 japplikaw għall-operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti sa mill-bidu tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(12)Sabiex ir-responsabbiltà kontinġenti li tirriżulta minn selfiet maħruġa mill-Unjoni b’dan l-istrument tkun kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali applikabbli u mal-limiti massimi tar-riżorsi proprji, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli prudenzjali, inkluża l-possibbiltà ta’ riportament tas-self ikkuntrattat f’isem l-Unjoni.

(13)Fid-dawl tal-implikazzjonijiet finanzjarji partikolari tagħhom, id-deċiżjonijiet biex tingħata assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament jeħtieġu l-eżerċizzju ta’ setgħat ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu kkonferiti lill-Kunsill.

(14)L-Artikolu 143(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 3 jillimita r-responsabbiltà tar-Renju Unit għas-sehem tiegħu tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-Unjoni għal dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji meħuda mill-Unjoni qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Kull obbligazzjoni kontinġenti tal-Unjoni li tirriżulta minn assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament tkun sussegwenti għad-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Renju Unit ma jipparteċipax fl-assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament.

(15)Peress li l-istrument huwa ta’ natura temporanja u jindirizza t-tifqigħa tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina kull sitt xhur jekk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkawżaw it-tfixkil ekonomiku gravi fl-Istati Membri jkunux għadhom jeżistu.

(16)Minħabba l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-bżonn għal rispons urġenti għall-konsegwenzi tat-tifqigħa, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-twaqqif tal-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (“l-Istrument”)

1. B’dan qed jiġi stabbilit l-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE), minn hawn ’il quddiem magħruf bħala “l-Istrument”, biex jindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tiegħu.

2. Ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jippermettu lill-Unjoni tipprovdi assistenza finanzjarja lil Stat Membru li jkun qed jesperjenza tfixkil ekonomiku gravi, jew ikun mhedded serjament minn tali tfixkil, ikkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili bl-għan li jiġu protetti l-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom u b’hekk titnaqqas l-inċidenza tal-qgħad u t-telf tal-introjtu.

Artikolu 2

In-natura komplementari tal-Istrument

L-Istrument għandu jikkomplementa l-miżuri nazzjonali meħuda mill-Istati Membri affettwati billi jipprovdi assistenza finanzjarja biex jgħinhom ilaħħqu maż-żieda qawwija u f’daqqa fin-nefqa pubblika attwali jew possibbilment ukoll ippjanata maħsuba biex ittaffi l-effetti soċjali ekonomiċi u negattivi diretti tal-okkorrenza eċċezzjonali kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19.

Artikolu 3

Il-kundizzjonijiet għall-użu tal-Istrument

1.    Stat Membru jista’ jitlob l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni meta n-nefqa pubblika attwali jew possibbilment ukoll ippjanata tiegħu tiżdied b’mod qawwi u f’daqqa mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali relatati direttament ma’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili biex jiġu indirizzati l-effetti ekonomiċi u soċjali tal-okkorrenza eċċezzjonali kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19.

2. L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jużaw l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt dan l-Istrument b’appoġġ għal skemi nazzjonali li jappoġġaw xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili.

Artikolu 4

Il-forma tal-assistenza finanzjarja

L-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3 għandha tieħu l-forma ta’ self mogħti lill-Istat Membru kkonċernat. Għal dak il-għan, u skont deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tissellef mis-swieq kapitali jew mill-istituzzjonijiet finanzjarji f’isem l-Unjoni fl-aktar żmien xieraq sabiex tottimizza l-kost tal-finanzjament u tippreserva r-reputazzjoni tagħha bħala l-emittent tal-Unjoni fis-swieq.

Artikolu 5

L-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja

L-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja msemmi fl-Artikolu 3 ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000 000 000 għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 6

Il-proċedura biex tintalab assistenza finanzjarja

1.L-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3 għandha ssir disponibbli permezz ta’ deċiżjoni adottata mill-Kunsill permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni.

2.Qabel ma tippreżenta proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien żejjed mal-Istat Membru kkonċernat biex tivverifika ż-żieda qawwija u f’daqqa fin-nefqa attwali u possibbilment ukoll ippjanata relatata direttament ma’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili fl-Istat Membru li jitlob l-appoġġ, li jkunu marbuta mal-okkorrenza eċċezzjonali kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19. Għal dik il-fini, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi evidenza xierqa lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tivverifika t-twettiq tar-regoli prudenzjali msemmija fl-Artikolu 9.

3.Id-deċiżjoni li tagħmel disponibbli l-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3 għandu jkun fiha:

(a)l-ammont tas-self, il-maturità medja massima tiegħu, il-formula tal-ipprezzar tiegħu, l-għadd massimu ta’ ħlasijiet parzjali, il-perjodu ta’ disponibbiltà tiegħu u r-regoli dettaljati l-oħra meħtieġa għall-għoti tal-assistenza finanzjarja;

(b)valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, mill-Istat Membru;

(c)deskrizzjoni tal-iskema/i nazzjonali għal xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili li jistgħu jiġu ffinanzjati.

Artikolu 7
L-iżborż tas-self

L-iżborż tas-self imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandu jsir bi ħlasijiet parzjali.

Artikolu 8
Operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti

1.L-operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti msemmija fl-Artikolu 4 għandhom isiru bl-euro.

2.Il-karatteristiċi tas-self imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(3) għandhom jiġu miftiehma fi Ftehim tas-Self bejn l-Istat Membru benefiċjarju u l-Kummissjoni. Dak il-ftehim għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018.

3.Wara talba mill-Istat Membru benefiċjarju u meta ċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax fuq is-self, il-Kummissjoni tista’ tirrifinanzja s-self inizjali kollu jew parti minnu, jew tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti.

4.Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jinżamm infurmat bir-rifinanzjament jew bir-ristrutturar kif imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 9
Ir-regoli prudenzjali applikabbli għall-portafoll tas-self

1.Is-sehem tas-self mogħti lit-tliet Stati Membri li jirrappreżentaw l-akbar sehem ta’ self mogħti m’għandux jaqbeż is-60 % tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5.

2.L-ammonti dovuti mill-Unjoni f’sena partikolari ma għandhomx jaqbżu l-10 % tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5.

3.Meta Stat Membru jaqbeż ripagament, il-Kummissjoni tista’ tirrifinanzja s-self assoċjat ikkuntrattat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 10
L-amministrazzjoni tas-self

1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tas-self mal-BĊE.

2.L-Istat Membru benefiċjarju għandu jiftaħ kont speċjali mal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu għall-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja li jkun irċieva. Huwa għandu jittrasferixxi wkoll il-kapital u l-imgħax dovut taħt is-self f’kont tal-Unjoni mal-BĊE, għoxrin jum tax-xogħol tat-TARGET2 qabel id-data dovuta korrispondenti.

Artikolu 11
Kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ garanziji mill-Istati Membri

1.L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-Istrument billi jagħtu kontrogaranzija għar-riskju mġarrab mill-Unjoni.

2.Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għandhom jingħataw fil-forma ta’ garanziji irrevokabbli, inkondizzjonati u fuq talba.

Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim mal-Istat Membru kontribwenti dwar il-garanziji irrevokabbli, inkondizzjonati u fuq talba. Il-ftehim għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ħlas.

3.Is-sejħiet għall-garanziji pprovduti mill-Istati Membri għandhom isiru fuq bażi pari passu. Meta Stat Membru jonqos milli jonora sejħa fil-ħin, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tagħmel sejħiet addizzjonali fuq il-garanziji pprovduti minn Stati Membri oħrajn fuq bażi pari passu għall-ammonti kkontribwiti kumplessivi. L-Istati Membri għandhom jiġu rimborżati għal kontribuzzjonijiet addizzjonali bħal dawn mill-ammonti rkuprati.

4.Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018 għal dan l-Istrument.

Artikolu 12
Id-disponibbiltà tal-Istrument

1.L-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkun disponibbli biss wara li l-Istati Membri kollha jkunu kkontribwew għall-Istrument bil-kontribuzzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 11(1) għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 25 fil-mija tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5, sakemm l-ishma relattivi tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull Stat Membru tal-ammont kumplessiv tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jikkorrispondu mal-ishma relattivi tal-Istati Membri fl-Introjtu Nazzjonali Gross totali tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-kolonna (1) tat-Tabella 3 tal-Parti A “Introduzzjoni u finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni” tal-parti tad-dħul tal-baġit għall-2020 stabbilit fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2019 4 .

2.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill meta l-Istrument isir disponibbli.

Artikolu 13
Kontroll u awditjar

Il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 8(1) għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-kontrolli u l-awditjar kif meħtieġ mill-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE, Euratom ) 1046/2018.

Artikolu 14
Rapportar

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-użu tal-assistenza finanzjarja u l-kontinwazzjoni tal-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, lill-Kumitat tal-Impjiegi u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u sitt xhur oħra wara fil-kuntest tal-Artikolu 250 tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018.

Artikolu 15
Applikabbiltà

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għar-Renju Unit u fih. Ir-referenzi għall-Istati Membri f’dan ir-Regolament ma għandhomx jinftiehmu li jinkludu r-Renju Unit.

Artikolu 16
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 5  

Mhux applikabbli

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 6  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Mhux applikabbli.

Ir-Regolament propost huwa miżura ta’ emerġenza mressqa mill-Kummissjoni lill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi pprovduta assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Istati Membri fi spirtu ta’ solidarjetà sabiex jingħataw għajnuna biex jipproteġu l-impjiegi permezz ta’ appoġġ għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-impjegati u miżuri simili għal min jaħdem għal rasu wara t-tifqigħa tal-COVID-19.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru

Mhux applikabbli

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Mhux applikabbli

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-għan tal-istrument SURE propost huwa li jiġu stabbiliti r-regoli li jippermettu lill-Unjoni tipprovdi assistenza finanzjarja lil Stat Membru li jkun qed jesperjenza, jew ikun mhedded serjament minn, tfixkil ekonomiku gravi kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19 għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili bl-għan li jiġu protetti l-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom u b’hekk titnaqqas l-inċidenza tal-qgħad.

B’mod speċifiku, l-istrument SURE se jaġixxi bħala t-tieni linja ta’ difiża, li tappoġġa skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, biex tgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u b’hekk l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom mir-riskju ta’ qgħad. Il-kundizzjonijiet biex jiġi ddeterminat meta Stat Membru jkun jista’ jibbenefika minn appoġġ permezz ta’ dan l-istrument jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’referenza għaż-żieda qawwija u f’daqqa attwali jew possibbilment ukoll ippjanata fin-nefqa pubblika kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 u din tkun relatata direttament mal-ħolqien jew l-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili oħrajn meħuda b’reazzjoni għaliha.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Mhux applikabbli

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

L-istrument SURE propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 122(1) u (2) TFUE.

Din il-bażi ġuridika tippreskrivi li:

- jistgħu jittieħdu miżuri xierqa mill-Unjoni b’reazzjoni fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri għal sitwazzjoni ekonomika speċifika.

- l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata meta Stat Membru jiffaċċa diffikultajiet jew ikun mhedded minn diffikultajiet ikkawżati minn okkorrenza eċċezzjonali li ma jkollux kontroll fuqha iżda li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet.

Bħalissa, l-Istati Membri qed jiffaċċaw tfixkil ekonomiku gravi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 li għandha impatti soċjoekonomiċi negattivi qawwija fl-Istati Membri.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-proposta għandha l-għan li toffri appoġġ finanzjarju fi spirtu ta’ solidarjetà Ewropea ma’ dawk l-Istati Membri li jkunu affettwati b’mod qawwi. Assistenza finanzjarja ta’ dan it-tip tappoġġa, fuq bażi temporanja, żieda fin-nefqa pubblika tal-Istati Membri kif inhi permezz ta’ linji ta’ self għall-ħolqien jew l-estensjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili oħrajn. Din isservi ta’ difiża tat-tieni linja għall-Istati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma’ żieda fin-nefqa pubblika biex jippreservaw l-impjiegi tal-impjegati u ta’ min jaħdem għal rasu. Tali appoġġ mill-UE jgħin lill-popolazzjoni tal-Istati Membri affettwati, jikkontribwixxi għal ritorn rapidu lejn kundizzjonijiet ta’ għajxien normali fir-reġjuni milquta u jtaffi l-impatt soċjali u ekonomiku dirett ikkawżat minn din il-kriżi partikolari tal-COVID-19.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Meta l-Unjoni kienet iffaċċata bi kriżi finanzjarja gravi deċennju ilu, il-bażi ġuridika tal-Artikolu 122 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) wera li hemm valur miżjud fil-mobilizzazzjoni f’qasir żmien tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri ffaċċati b’diffikultajiet ikkawżati minn avveniment eċċezzjonali barra mill-kontroll tagħhom. L-Unjoni adottat fuq din il-bażi ġuridika r-Regolament (UE) Nru 407/2010 tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM). Dan l-istrument ipprovda assistenza finanzjarja mill-Unjoni lill-Portugall u lill-Irlanda u finanzjament tranżitorju lill-Greċja permezz ta’ self back-to-back. Il-bażi ġuridika u t-teknika madankollu mhumiex limitati għal avvenimenti ta’ kriżi finanzjarja biss iżda għal kwalunkwe okkorrenza eċċezzjonali barra mill-kontroll tal-Istati Membri u għalhekk tista’ tintuża wkoll f’dan l-avveniment partikolari tal-kriżi tat-tifqigħa tal-COVID-19.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-istrument SURE propost jikkomplementa l-“Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus”, il-proposta ta’ tkabbir tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u strumenti oħrajn li jappoġġaw l-impjiegi bħall-Fond Soċjali Ewropew u l-Invest EU.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 7

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

  Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Ir-Regolament propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 122 TFUE. Għalhekk, jista’ jkun biss ta’ natura temporanja. Madankollu, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali tat-tifqigħa tal-COVID-19, huwa impossibbli tgħid kemm se ddum din is-sitwazzjoni u għal kemm żmien se tiġġenera impatt ekonomiku fuq il-ħaddiema fl-Istati Membri.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-Regolament propost jipprevedi klawżola ta’ rapportar (l-Artikolu 14). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-użu tal-assistenza finanzjarja u l-kontinwazzjoni tal-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u lill-Kunsill, fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u meta jkun xieraq kull sena minn hemm ’il quddiem.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ir-Regolament propost jistabbilixxi regoli prudenzjali għall-ġestjoni tar-riskji relatati mal-portafoll tas-self (l-Artikoli 6 u 9)

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Ir-Regolament propost jistabbilixxi regoli ta’ kontroll u awditjar (l-Artikolu 13). Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-kontrolli u l-awditjar jkunu previsti fil-ftehim konkluż mal-Istat Membru benefiċjarju għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-istrument SURE. Japplikaw ir-regoli tal-Artikolu 220 tar-Regolament Finanzjarju.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff. 8

minn pajjiżi tal-EFTA 9

mill-pajjiżi kandidati 10

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1046/2018

[…][XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1046/2018

[…][XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

[Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi jintuża l-ispreadsheet dwar id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fis-CISNET għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

F’konformità mal-Artikolu 2(3) tal-proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 11 , l-ammonti meħtieġa għandhom jiġu mmobilizzati lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP

DĠ: <…….>

Sena
N 12

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

•Approprjazzjoni operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 13  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

Approprjazzjonijiet totali
għad-DĠ <…….>

Impenji

=1+1a +3

Pagamenti

=2+2a

+3






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet totali
taħt l-INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

-

Pagamenti

-

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet totali
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet totali
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 14

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet totali
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 15

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 16

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

X     Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 17

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi Umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 18
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi Umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X     Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

2

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 19

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")

1

1

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  20

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

3

3

2

2

DĠ BUDG huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Ħruġ ta’ titoli fis-swieq kapitali (analiżi tas-suq, prospett, reġistrazzjoni, relazzjoni tal-investituri), ġestjoni ta’ rikavati, żborżi u rimborżi

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X     Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X     Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 21

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1)    ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.
(2)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(3)    ĠU L 29, 2020 1 31, p. 7.
(4)    Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2020/227 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, (ĠU L 57, 27.02.2020. p.1.).
(5)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(6)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(7)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament (UE, Euratom) 1046/2018 jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(8)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(9)    L-EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(10)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(11)    COM/2018/322 final - 2018/0132.
(12)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(14)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(15)    L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(16)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…”
(17)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(18)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(19)    AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED= Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(20)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(21)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top