IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.1.2020
COM(2020) 22 final
2020/0006(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020PC0022
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL establishing the Just Transition Fund
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
COM/2020/22 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.1.2020
COM(2020) 22 final
2020/0006(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jkopri l-perjodu 2021-2027 1 . Il-proposta kienet tirrifletti ż-żieda fl-ambizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-klima u pproponiet li 25 % tan-nefqa tkun fuq attivitajiet bħal dawn, li jammontaw għal EUR 320 biljun, li għandhom jiġu mobilizzati permezz tal-baġit tal-UE.
Aktar tard, fid-29 u fit-30 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat il-proposti leġiżlattivi tagħha li jirregolaw l-użu tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għall-istess perjodu. Wieħed mill-objettivi ewlenin li se jixprunaw l-investimenti tal-UE fl-2021-2027 se jkun “Ewropa aktar ħadra, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment aħdar u blu, ekonomija ċirkolari, adattament klimatiku u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji” 2 li jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, sehem sinifikanti mill-finanzjament ta’ koeżjoni se jiffoka fuq din il-prijorità. Se jkun essenzjali li dak is-sehem jiġi kkonfermat fil-proċess leġiżlattiv li jinsab għaddej.
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, fejn stabbilixxiet il-pjan direzzjonali tagħha lejn politika ġdida ta’ tkabbir għall-Ewropa. Il-politika ta’ tkabbir hija bbażata fuq objettivi klimatiċi u ambjentali ambizzjużi u fuq proċessi parteċipattivi li jlaqqgħu flimkien liċ-ċittadini, il-bliet u r-reġjuni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u favur il-protezzjoni ambjentali. F’konformità mal-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika tal-UE sal-2050 b’mod effettiv u ġust, il-Patt Ekoloġiku Ewropew ippropona Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, inkluż Fond għal Tranżizzjoni Ġusta biex ħadd ma jitħalla lura. Dawk l-aktar vulnerabbli huma l-aktar esposti għall-effetti ħżiena tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali. Fl-istess ħin, il-ġestjoni tat-tranżizzjoni se twassal għal bidliet strutturali sinifikanti. Iċ-ċittadini u l-ħaddiema se jiġu affettwati b’modi differenti u mhux l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet kollha se jibdew it-tranżizzjoni mill-istess punt tat-tluq jew għandhom l-istess kapaċità ta’ rispons.
Kif spjegat aktar fid-dettall fil-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa Sostenibbli 3 , il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jiffoka fuq dawk ir-reġjuni u s-setturi li huma l-aktar milquta mit-tranżizzjoni minħabba li jiddependu fuq il-fjuwils fossili, inklużi l-faħam, il-pit u x-shale bituminuż jew il-proċessi industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra. Xi setturi se jkunu qed inaqqsu, bi tnaqqis irriversibbli fl-output ekonomiku u fil-livelli tal-impjieg għall-attivitajiet ekonomiċi b’emissjonijiet għoljin ħafna ta’ gassijiet serra, jew abbażi tal-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils fossili, b’mod partikolari l-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż. Setturi oħra b’emissjonijiet għoljin ħafna ta’ gassijiet serra, li għalihom jistgħu jinstabu alternattivi teknoloġiċi għall-proċessi b’użu intensiv tal-karbonju sabiex iżommu l-output ekonomiku u jżidu l-impjiegi. B’mod ġenerali, l-infrastruttura tal-faħam hija preżenti f’108 reġjuni Ewropej u kważi 237 000 persuna huma impjegati f’attivitajiet relatati mal-faħam, filwaqt li kważi 10 000 persuna huma impjegati f’attivitajiet ta’ estrazzjoni tal-pit u madwar 6 000 huma impjegati fl-industrija tax-shale bituminuż. L-industrija tax-shale bituminuż teħtieġ attenzjoni partikolari minħabba l-emissjonijiet għoljin ħafna tad-diossidu tal-karbonju relatati ma’ dan il-fjuwil. Għadd kbir ta’ impjiegi indiretti addizzjonali jiddependu wkoll fuq il-katina tal-valur tal-fjuwils fossili u l-proċessi industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra.
Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jiżdied mal-kontribuzzjoni sostanzjali tal-baġit tal-UE permezz tal-istrumenti kollha direttament rilevanti għat-tranżizzjoni, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”).
Il-Mekkaniżmu se jkun jikkonsisti fi tliet pilastri: (1) Fond għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat taħt ġestjoni kondiviża, (2) skema ddedikata taħt InvestEU, u (3) faċilità ta’ self tas-settur pubbliku mal-Grupp tal-BEI biex jiġu mmobilizzati investimenti addizzjonali għar-reġjuni kkonċernati. il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jintuża’ primarjament għall-għotjiet; l-iskema ddedikata taħt InvestEU se tippopola l-investimenti privati, u s-sħubija mal-BEI se tiġġenera l-finanzjament pubbliku.
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jiffoka fuq id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji l-aktar milquta mit-tranżizzjoni klimatika u fuq it-taħriġ mill-ġdid u l-inklużjoni tal-ħaddiema tagħhom u dawk fihom li qed ifittxu impjieg. L-eliġibbiltà tal-investimenti taħt iż-żewġ pilasti l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun usa’ biex jappoġġaw attivitajiet relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija. L-iskema ddedikata taħt l-InvestEU se tkopri proġetti għall-infrastruttura tal-enerġija u t-trasport, inkluża l-infrastruttura tal-gass u t-tisħin distrettwali, kif ukoll il-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni. Skont il-faċilità ta’ self pubbliku mal-BEI, l-awtoritajiet pubbliċi se jkunu jistgħu jimplimentaw miżuri biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Il-proġetti se jvarjaw mill-infrastruttura tal-enerġija u t-trasport, san-netwerks ta’ tisħin distrettwali, u l-miżuri tal-effiċjenza klimatika inkluża r-rinnovazzjoni tal-bini.
Se jinfetħu riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali permezz ta’ qafas regolatorju konsistenti, b’mod partikolari regoli settorjali dwar l-għajnuna mill-Istat, li se joħolqu opportunitajiet biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ fondi nazzjonali għal proġetti konsistenti ma’ għanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta. L-appoġġ konsultattiv u l-assistenza teknika għar-reġjuni se jkunu wkoll parti integrali mill-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta.
Fid-dawl tal-aħħar xjenza disponibbli u tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-azzjoni klimatika globali, il-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2019 approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u laqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bil-proposta li jsir investiment ta’ EUR 100 biljun permezz tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta sabiex jgħin biex jinkisbu dawn l-objettivi. Ir-riżorsi tal-Mekkaniżmu inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jiġu pprovduti biex jappoġġaw l-impenji tal-Istati Membri biex sal-2050 jinkiseb l-objettiv ta’ Unjoni newtrali għall-klima.
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun għodda ewlenija ta’ sostenn għat-territorji l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u jevita li tiżdied id-disparità bejn ir-reġjuni. Għaldaqstant se jiġi stabbilit fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, li hija l-istrument ewlieni tal-politika tal-UE biex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u biex jiġi indirizzat it-tibdil strutturali fir-reġjuni tal-Ewropa – il-kondiviżjoni tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni fil-kuntest speċifiku tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Il-Fond se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati. Dan se jiżgura l-involviment fl-istrateġija ta’ tranżizzjoni u jipprovdi l-għodod u l-istrutturi għal qafas ta’ ġestjoni effiċjenti.
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jipprovdi sostenn lill-Istati Membri kollha. Id-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji tiegħu se tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri li jiffinanzjaw l-investimenti meħtieġa biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.
Il-metodu ta’ allokazzjoni se jqis għalhekk l-iskala tal-isfida tat-tranżizzjoni tar-reġjuni b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra (permezz tal-emissjonijiet CO2 industrijali korrispondenti), l-isfidi soċjali fid-dawl tat-telf potenzjali ta’ impjiegi fl-industrija, fl-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite u fil-produzzjoni tal-pit u x-shale bituminuż. Il-metodu se jqis ukoll il-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-Istati Membri u l-kapaċità ta’ investiment relatata.
L-Istati Membri se jissupplimentaw l-allokazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tagħhom mir-riżorsi li għandhom taħt il-FEŻR u l-FSE+ permezz ta’ mekkaniżmu ta’ trasferiment speċifiku u definittiv. L-Istati Membri se jipprovdu wkoll riżorsi nazzjonali biex jissupplimentaw ir-riżorsi tal-Unjoni. Il-livell ta’ kofinanzjament tal-Unjoni se jiġi stabbilit skont il-kategorija tar-reġjun fejn jinsabu t-territorji identifikati. Minħabba li t-trasferimenti tar-riżorsi mill-FEŻR u mill-FSE+ meħuda flimkien se jikkorrispondu għal tal-inqas darba u nofs (1,5) u mhux aktar minn tliet (3) darbiet l-allokazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u filwaqt li jitqies il-kofinanzjament nazzjonali il-kapaċità kumplessiva tal-finanzjament ta’ dan il-fond se taqbeż it-EUR 30 biljun u tista’ tilħaq il-EUR 50 biljun. Sabiex jiġi żgurat l-impatt kontinwu tal-politika ta’ koeżjoni bħala tali, l-ebda Stat Membru ma jeħtieġ jipprovdi aktar minn 20 % tal-allokazzjoni inizjali tiegħu tal-FEŻR u tal-FSE+ (ikkalkulat għal kull Fond) bħala sostenn komplementari ttrasferit lill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.
L-ipprogrammar tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
Il-proċess ta’ programmazzjoni, inkluża l-identifikazzjoni tat-territorji għall-intervent u l-azzjonijiet korrispondenti se jiġu miftiehma fi djalogu bejn il-Kummissjoni u kull Istat Membru. Dan se jitmexxa mill-proċess tas-Semestru Ewropew. Dawn it-territorji jridu jkunu dawk l-aktar milquta ħażin abbażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b’mod partikolari rigward l-ammont ta’ impjiegi li mistennija jintilfu u t-trasformazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni tal-faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta’ gassijiet serra.
Filwaqt li titqies l-analiżi tal-Kummissjoni f’dak l-eżerċizzju, l-Istati Membri se jħejju pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, li jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-proċess ta’ transizzjoni sal-2030, b’mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima u t-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u li jidentifikaw sussegwentement l-aktar territorji milquta, li jeħtieġ jirċievu sostenn. Għal kull wieħed minn dawn it-territorji, il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta se jistipulaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali u jagħtu dettalji dwar il-ħtiġijiet għad-diversifikazzjoni ekonomika, it-taħriġ mill-ġdid u r-riabilitazzjoni ambjentali kif xieraq.
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, is-sostenn li jingħata jrid jkun ikkonċentrat. Għalhekk it-territorji identifikati se jkunu jikkorrispondu għal reġjuni tal-livell NUTS 3 jew jistgħu jkunu partijiet minnha.
Is-sostenn mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun ibbażat fuq il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta u pprogrammat skont prijorità waħda jew aktar, jew fi programmi appoġġati wkoll mill-FEŻR, l-FSE+ jew il-Fond ta’ Koeżjoni jew fi programm apposta tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. Il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta se jkunu parti mill-programmi u se jiġu adottati mill-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni bħall-programm. L-appoġġ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun jiddependi mill-approvazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, li, b’mod partikolari, jeħtieġ li jinkludu deskrizzjoni tal-impenn tal-Istat Membru fir-rigward tal-proċess ta’ tranżizzjoni konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom u mal-għan tal-UE dwar in-newtralità klimatika sal-2050. Jeħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta jipprovdu wkoll ġustifikazzjoni għar-riżorsi komplementari ttrasferiti tal-FEŻR u l-FSE+ kif ukoll kwalunkwe sostenn għal investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs jekk ikun meħtieġ. L-approvazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta se tippermetti sostenn mhux biss mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, iżda wkoll mill-iskema ddedikata ta’ tranżizzjoni ġusta skont InvestEU (it-tieni pilastru tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta) u l-faċilità ta’ self tas-settur pubbliku, implimentata fi sħubija mal-BEI (it-tielet pilastru), li se tagħti appoġġ lill-investiment għat-territorji kkonċernati. Jeħtieġ li meta jkun meħtieġ il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta jiġu aġġornati u adottati mill-ġdid, l-aktar fil-każ ta’ aġġornament tal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima Bħalma jsir għall-programmi kollha tal-politika ta’ koeżjoni, il-programmi appoġġati mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkunu soġġetti għal rieżami ta’ nofs it-terminu. Fuq il-bażi tar-riżultati, ir-riżorsi tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jistgħu jiġu allokati mill-ġdid fl-Istat Membru fl-2025 bħala parti mir-rieżami ta’ nofs it-terminu. Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu se jipprovdi wkoll l-opportunità li jiġi allokat finanzjament għas-snin 2026 u 2027, li se jitqiegħed apparti fil-bidu tal-perjodu li jmiss.
It-territorji li jirċievu sostenn mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jibbenefikaw ukoll minn faċilità ta’ assistenza teknika apposta. L-għan ta’ din il-faċilità se jkun li jitfassal pakkett ta’ miżuri apposta fuq il-firxa kollha ta’ appoġġ disponibbli mill-Kummissjoni, mill-BEI u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra b’mod sempliċi u integrat. Diġà fl-2020, il-Kummissjoni se tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjijiet tal-pjanijiet territorjali tagħhom ta’ tranżizzjoni ġusta. Barra minn hekk, iċ-Ċentru ta’ Konsulenza InvestEU inkluż Jaspers (inizjattiva konġunta bejn il-Kummissjoni u l-BEI għall-iżvilupp ta’ proġetti taħt il-Fondi Strutturali) se jipprovdi appoġġ għat-tħejjija tar-riżerva ta’ proġetti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tistabbilixxi Pjattaforma ta’ Tranżizzjoni Ġusta sabiex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati biex b’hekk tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni.
Il-komplementarjetà mal-iskema ta’ tranżizzjoni ġusta InvestEU u l-faċilità ta’ self tas-settur pubbliku mal-BEI
Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jinkludi qafas ta’ governanza b’saħħtu iċċentrat fuq il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni.
F’dan il-kuntest l-appoġġ ipprovdut permezz tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun issupplimentat minn skema ta’ tranżizzjoni ġusta dedikata taħt l-InvestEU. Din se tappoġġa ambitu usa’ ta’ investimenti, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni permezz ta’ appoġġ għal attivitajiet b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, bħal investimenti rinnovabbli u skemi ta’ effiċjenza enerġetika. Din l-iskema se tkun tista’ wkoll tuża finanzjament għall-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport, inklużi l-infrastruttura tal-gass u t-tisħin distrettwali, iżda wkoll il-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni, id-diversifikazzjoni ekonomika tar-reġjuni u tal-infrastruttura soċjali. Barra minn hekk, faċilità ġdida ta’ self għas-settur pubbliku stabbilita flimkien mal-BEI se tipprovdi finanzjament issussidjat lill-awtoritajiet lokali għall-benefiċċju tar-reġjuni kkonċernati. Is-sostenn tal-UE jista’ jieħu l-forma fost l-oħrajn ta’ sussidju tar-rata ta’ interess jew sovvenzjoni ta’ investiment, iffinanzjati mill-baġit tal-UE, li se jkunu integrati ma’ self mogħti mill-BEI lill-awtoritajiet pubbliċi muniċipali, reġjonali u oħrajn.
Iż-żewġ pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jkollhom ambitu ġeografiku usa’ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta nnifsu, u sa jappoġġaw mhux biss l-investiment tal-proġetti fit-territorji ta’ tranżizzjoni, iżda wkoll dawk lil hinn minn dawk it-territorji, sakemm dawn il-proġetti jkunu essenzjali għat-tranżizzjoni fit-territorji ta’ tranżizzjoni ġusta.
Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, f’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata bil-paragrafu 1 tal-Artikolu 174 TFUE: “L-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B’mod partikolari, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti”.
Sabiex ikun previst it-twaqqif tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, jeħtieġ li l-proposta tiġi bbażata fuq l-Artikolu 175 TFUE, li jistieden espliċitament lill-Unjoni biex tappoġġa l-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 bl-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali, il-BEI u l-Istrumenti Finanzjarji eżistenti l-oħra.
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 175 TFUE jipprovdi wkoll li “jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra tal-Unjoni, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni”.
•Sussidjarjetà u proporzjonalità
F’konformità mal-Artikolu 4(2) TFUE, l-Unjoni għandha kompetenza kondiviża mal-Istati Membri fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll f’ċerti aspetti tal-politika soċjali. Hija għandha wkoll il-kompetenza li twettaq azzjonijiet biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kif ukoll tal-industrija (l-Artikolu 6 TFUE).
L-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta taħt ġestjoni kondiviża hija bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont il-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni tiddelega l-programmazzjoni strateġika u l-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE. Għaldaqstant l-azzjoni tal-Unjoni hija llimitata għal dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fit-Trattati.
Il-ġestjoni kondiviża għandha l-għan li tiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun viċin iċ-ċittadini u li l-azzjoni fil-livell tal-UE tkun ġustifikata fid-dawl tal-possibilitajiet u l-ispeċifiċitajiet fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-ġestjoni kondiviża tressaq lill-Ewropa aktar viċin iċ-ċittadini tagħha u tgħaqqad il-ħtiġijiet lokali mal-għanijiet Ewropej. Barra minn hekk, dan ikabbar l-involviment fl-objettivi tal-UE, peress li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkondividu s-setgħa u r-responsabbiltà tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jikkofinanzjaw il-programmi b’mod konġunt.
•Għażla tal-istrument
Il-politika ta’ koeżjoni hija l-qafas xieraq għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, peress li huwa l-politika ewlenija tal-UE li tindirizza l-bidliet strutturali fir-reġjuni tal-Ewropa. Hija tipprovdi appoġġ finanzjarju għal investimenti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma li jikkontribwixxu għall-impjiegi u t-tkabbir, bi sħubija mal-atturi fuq il-post.
Tipprevedi wkoll approċċ integrat ibbażat fuq il-post li jiżgura sinerġiji u koerenza bejn l-investimenti appoġġati mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u dawk appoġġati mill-programmi ta’ politika ta’ koeżjoni ġenerali. Dan se jaċċellera l-iżvilupp ekonomiku u r-rikonverżjoni tar-reġjuni kkonċernati.
Barra minn hekk, jiżgura l-involviment tal-Istati Membri u tar-reġjuni. Dan huwa kritiku fil-kuntest tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, li jeħtieġ li jkun ankrat fi strateġiji ta’ tranżizzjoni territorjali mfassla apposta, li jinkludu b’mod komprensiv l-għadd kbir ta’ sfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi li tiġġenera t-tranżizzjoni.
Taħt il-politika ta’ koeżjoni, l-aħjar strument huwa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja kif stipulat fl-Artikolu 175, il-paragrafu 3, tat-Trattat.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT
• Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
F’Mejju u Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat il-proposti tagħha għall-baġit fit-tul ta’ wara l-2020 u l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi u fondi. Bħala parti integrali minn dan il-proċess, il-Kummissjoni mexxiet sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li jkopru oqsma ewlenin ta’ nfiq biex tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha dwar kif tagħmel l-aħjar użu minn kull euro tal-baġit tal-UE.
Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-baġit fit-tul tal-UE fil-qasam tal-koeżjoni saret mill-10 ta’ Jannar 2018 sad-9 ta’ Marzu 2018 u rċeviet 4 395 tweġiba. Mir-rispondenti kollha, 85 % ikkunsidraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u ċirkolari, u kkonfermaw li l-protezzjoni ambjentali u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima huma sfida importanti. Madankollu, 42 % biss ta’ dawk li wieġbu qiesu li din l-isfida hija indirizzata b’mod adegwat mill-programmi/fondi attwali 4 .
Fil-kuntest tan-negozjati dwar il-baġit fit-tul għal wara l-2020, fir-rapport interim tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2018, il-Parlament Ewropew sejjaħ għall-introduzzjoni ta’ allokazzjoni speċifika (EUR 4,8 biljun) għal “Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija” ġdid biex jindirizza l-impatti soċjali, soċjoekonomiċi u ambjentali fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet li jintlaqtu ħażin mit-tranżizzjoni minħabba dipendenza fuq il-faħam u l-karbonju.
Din is-sejħa tenniha l-Kumitat tar-Reġjuni, li ħareġ opinjoni 5 dwar il-bidla strutturali soċjoekonomika fir-reġjuni karboniferi fl-Ewropa, li titlob għall-provvediment ta’ fondi addizzjonali biex jgħinu jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni karboniferi. L-opinjoni ssuġġeriet f’dan ir-rigward li jiġu allokati EUR 4,8 biljun għal “Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija” ġdid, imfassal biex itaffi l-impatt soċjali, soċjoekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni f’dawn ir-reġjuni.
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew enfasizza d-determinazzjoni tiegħu li l-UE tkompli tkun minn ta’ quddiem fi tranżizzjoni ekoloġika soċjalment ekwa u ġusta fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-Kunsill Ewropew approva wkoll, permezz tal-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2019, l-objettiv li tinkiseb UE newtrali għall-klima sal-2050, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Barra minn hekk, huwa approva l-prinċipju li jiġi pprovdut appoġġ imfassal apposta għar-reġjuni u s-setturi l-aktar milquta mit-tranżizzjoni permezz ta’ Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni 6 ġiet akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt 7 . Il-valutazzjoni tal-impatt ivvalidat is-sistema ta’ twettiq proposta għal dawn il-Fondi, li huma rregolati fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi 8 u li se jirregola wkoll l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ara l-Kapitolu 4).
Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat ukoll l-isfidi li jridu jiġu indirizzati mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u mill-politika ta’ koeżjoni. Hija kkonfermat il-ħtieġa, b’mod konsistenti mar-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, li jingħata appoġġ lil tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, permezz ta’ objettiv speċifiku ta’ politika u mekkaniżmu ta’ konċentrazzjoni tematika korrispondenti (ara l-Kapitoli 2.2 u 3.2).
Għalhekk l-objettiv tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta huwa ġustifikat, peress li għandu l-għan li jiggarantixxi tranżizzjoni ġusta tal-enerġija billi jtaffi l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali li timplika t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Għal dan il-għan, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jappoġġa t-trasformazzjoni tal-proċessi industrijali meħtieġa biex it-tranżizzjoni tal-enerġija tirnexxi, se jippromwovi d-diversifikazzjoni ekonomika tal-aktar territorji milquta, b’konsistenza mal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-ħtieġa li tiġi appoġġata t-trasformazzjoni industrijali intelliġenti (ara l-Kapitolu 2.2).
Id-distribuzzjoni mhux uniformi tal-effetti tat-tranżizzjoni tal-enerġija kienu indikati wkoll fil-valutazzjoni tal-impatt (ara l-kapitolu 3.3). B’mod partikolari, hija enfasizzat l-isfidi li jaffaċċaw ir-reġjuni l-aktar milquta minħabba d-dipendenza tagħhom fuq il-produzzjoni tal-fjuwil solidu u s-sehem għoli ta’ fjuwils solidi fit-taħlita tagħhom tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Din il-valutazzjoni tiġġustifika l-konċentrazzjoni proposta tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta fit-territorji l-aktar milquta ħażin u d-distribuzzjoni proposta tal-allokazzjonijiet nazzjonali.
L-elementi tal-analiżijiet u tal-valutazzjoni tal-impatt ta’ hawn fuq jappoġġaw l-objettivi u l-karatteristiċi ewlenin tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. Ma saritx valutazzjoni tal-impatt indipendenti, peress li kienet iddewwem l-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva bil-periklu li jintilef il-pass tan-negozjati li jinsabu għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.
•Tagħlimiet mill-implimentazzjoni ta’ inizjattivi ta’ tranżizzjoni magħżula
Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettiv tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jindirizzaw l-impatt tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u għalhekk jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-attivitajiet tal-estrazzjoni tal-fjuwil fossili solidu (il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż) iżda wkoll it-trasformazzjoni tal-proċessi industrijali intensivi fl-enerġija meħtieġa minn din it-tranżizzjoni, fir-rigward tal-impatti soċjali u ekonomiċi tagħhom, fit-territorji kkonċernati.
F’dan ir-rigward, diġà ttieħdu azzjonijiet fil-kuntest tal-inizjattivi tar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni u tal-azzjoni pilota għar-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali. Għalkemm il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jsegwi għanijiet usa’ u jipprovdi approċċ aktar integrat, se jislet ukoll tagħlimiet minn dawn l-inizjattivi u se jibni fuq il-metodi ta’ ħidma u l-istrutturi fejn rilevanti, għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.
L-ewwel nett, fil-kuntest tal-inizjattiva tar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni, il-politika ta’ koeżjoni qed tappoġġa t-tranżizzjoni f’21 reġjun pilota (minn Jannar 2020) b’ekonomiji li jiddependu ħafna fuq il-faħam. Il-bidliet strutturali huma indirizzati permezz ta’ approċċ olistiku li jinkludi d-dimensjonijiet ekonomiċi, industrijali, teknoloġiċi u soċjali tal-proċess ta’ trasformazzjoni, bl-involviment ta’ atturi lokali, inklużi s-sħab soċjali, l-industrija u organizzazzjonijiet mhux governattivi u fi sħubija mill-qrib magħhom.
Id-djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati u l-kondiviżjoni tal-għarfien urew li huma essenzjali biex jiġu żgurati l-progress kollettiv, it-trasparenza u l-mobilizzazzjoni tal-aktar mezzi effettivi biex jiġu indirizzati l-impatti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni.
L-appoġġ huwa ffukat fuq it-trasformazzjoni ekonomika f’konformità ma’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (eż. appoġġ lill-SMEs, inkubaturi imprenditorjali, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni tal-industrija u r-riċerkaturi), it-taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiema li tradizzjonalment huma impjegati f’setturi relatati mal-faħam u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u sorsi alternattivi tal-enerġija rinnovabbli.
Is-suċċess tal-inizjattiva jiddependi fuq l-involviment tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-atturi lokali kkonċernati, inklużi s-sħab soċjali. Dan huwa ingranat minn rekwiżiti nazzjonali ta’ kofinanzjament taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll l-involviment ta’ sħab fl-istrateġija tal-iżvilupp.
It-tieni, b’mod simili, biex ir-reġjuni tal-UE jiġu megħjuna jiġġestixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli b’livell baxx ta’ karbonju, u biex tiġi ġestita l-bidla industrijali kkawżata mit-tranżizzjoni dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima ġie offrut appoġġ speċifiku biex jagħti spinta lill-innovazzjoni, jitneħħew l-ostakli għall-investiment, u biex iċ-ċittadini jiġu mgħammra bil-ħiliet xierqa. L-azzjoni pilota għar-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali tipprovdi appoġġ mill-esperti tal-Kummissjoni kif ukoll assistenza teknika mill-FEŻR. Intgħażlu 12-il reġjun għas-sostenn tal-UE .
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-Kummissjoni tfittex li ssegwi l-prijoritajiet tagħha kif stabbiliti fil-linji gwida politiċi bħala parti mill-ambizzjoni usa’ għall-baġit tal-UE. F’dak il-kuntest il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ambizzjuż huwa prijorità. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta leġiżlattiva kmieni ħafna fil-mandat tagħha li hija komplementari mal-proposti eżistenti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss u tieħu prijorità. Il-proposta se tikkontribwixxi għan-negozjati dwar il-QFP li jmiss u mistennija li tiġi integrata fil-qafas ta’ qbil ġenerali dwar il-QFP li jmiss.
Ir-riżorsi baġitarji għall-JTF jeħtieġ li jkunu EUR 7,5 biljun (bi prezzijiet tal-2018) bil-possibbiltà li, jekk ikun xieraq, dan il-livell ta’ ambizzjoni jiżdied aktar tard.
5.ELEMENTI OĦRA
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-qafas legali jikkonsisti fi proposta apposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-emendi konsegwenzjali meħtieġa għall-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni biex il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jiġi inkorporat bħala Fond ġdid skont ir-Regolament, flimkien mal-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FSE+. It-twettiq u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkunu rregolati mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.
Il-proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tiffoka fuq il-karatteristiċi li ġejjin:
·jiġi stabbilit ir-ratione materiae tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta;
·tiġi stabbilita definizzjoni tal-objettiv speċifiku korrispondenti li għandu jintuża għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta taħt prijorità jew programm apposta fl-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta’ koeżjoni;
·jiġu stipulati l-kopertura ġeografika u l-metodoloġija dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għall-JTF;
·jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-JTF;
·jiġi speċifikat il-kontenut tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, inkluża l-ħtieġa li l-Istati Membri jidentifikaw dawk it-territorji li huma l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u fejn l-appoġġ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun ikkonċentrat;
·jiġi stabbilit qafas li jkejjel il-kisbiet tiegħu permezz ta’ indikaturi korrispondenti u mekkaniżmu biex jiġi aġġustat l-appoġġ f’każ li l-miri ma jintlaħqux.
2020/0006 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 9 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 10 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (“il-Patt Ekoloġiku Ewropew”) 11 u huwa parti mill-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli 12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u newtrali għall-klima, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti.
(2)It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u l-ekonomija ċirkolari tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ta’ politika l-aktar importanti għall-Unjoni. Fit-12 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta’ rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali u ekonomiku usa’ għal dawk ir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili - speċjalment il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż - jew fuq industriji b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra. Sitwazzjoni bħal din mhux biss toħloq ir-riskju ta’ tranżizzjoni b’pass varjabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll ta’ disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, li huwa ta’ detriment għall-objettivi ta’ koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.
(3)Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f’dan ir-rigward.
(4)Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jkun jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan ikun jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta’ tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi ma’ dawk soċjali fil-livell reġjonali.
(5)Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ust Transition Fund, “JTF”) li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta’ koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati. F’konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jeħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid].
(6)Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ se jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira.
(7)Jeħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta’ koeżjoni.
(8)It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra li se jiġu eliminati b’mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant il-JTF jeħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji jeħtieġ li tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.
(9)Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta’ kriterji oġġettivi.
(10)Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta’ investimenti li għalihom in-nefqa tista’ tiġi appoġġata mill-JTF. Jeħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b’rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Jeħtieġ li l-lista ta’ investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw l-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku. Jeħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija li hija newtrali għall-klima u ċirkolari. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta’ estrazzjoni ta’ dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jeħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra, jeħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u sal-2050 iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f’konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE 2030 u n-newtralità klimatika 13 , filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jeħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f’teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-konnettività, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha.
(11)Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini li huma l-jeħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema milquta, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta’ impjieg, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta’ opportunitajiet ġodda ta’impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(12)Sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jeħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f’kapital fiss jew f’assi immaterjali ta’ intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b’hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jeħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta’ impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta’ impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jeħtieġ li jitħallew isiru investimenti f’faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 u jekk jirriżultaw fil-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi. Kull investiment bħal dan jeħtieġ li jiġi ġġustifikat skont il-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta rilevanti. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta’ koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jeħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE u, b’mod partikolari, l-appoġġ għal investimenti produttivi minn intrapriżi għajr l-SMEs jeħtieġ li jkunu limitati għal intrapriżi li jinsabu f’żoni nnominati bħala żoni megħjuna għall-finijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE.
(13)Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jeħtieġ li jkun possibbli li jitħejja programm JTF awtonomu jew li jiġu pprogrammati riżorsi JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”) jew mill-Fond ta’ Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF għandhom jissaħħu b’finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE +. L-ammonti rispettivi ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE + jeħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta’ operazzjonijiet stipulati fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.
(14)Jeħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva ta’ proċess ta’ tranżizzjoni f’territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iħejju pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta’ tranżizzjoni, b’mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta’ Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati.
(15)Jeħtieġ li l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jeħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima, b’mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta’ faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta’ fjuwils fossili jew attivitajiet b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra. Jeħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b’mod preċiż u jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni tan-NUTS livell 3 jew ikunu partijiet minnha. Jeħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi u l-ħtiġijiet ta’ dawn it-territorji u jidentifikaw it-tip ta’ operazzjonijiet meħtieġa b’mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta’ attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni li jeħtieġ jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jeħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzji ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni jew il-JTF) li huma approvati mill-Kummissjoni.
(16)Sabiex tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-użu tar-riżorsi tal-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, tkun tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji f’każ ta’ insuffiċjenza serja tal-miri stabbiliti għall-objettiv speċifiku tal-JTF.
(17)Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-elementi li jinsabu fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultat. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 15 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri; dawn l-esperti sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(18)Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru f’konformità mal-Anness I.
(19)L-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu appoġġati territorji li jkunu qed jiffaċċjaw trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija newtrali għall-klima, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Ir-raġunijiet ewlenin f’dan ir-rigward huma, minn naħa waħda, id-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tat-territorji differenti u r-ritard ta’ dawk it-territorji li huma anqas favoriti, kif ukoll il-limitu fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tat-territorji u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa għal qafas ta’ implimentazzjoni koerenti li jkopri diversi fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni
1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, “JTF”) biex jipprovdi appoġġ lit-territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija tal-UE newtrali għall-klima sal-2050.
2.Huwa jistabbilixxi l-objettiv speċifiku tal-JTF, il-kopertura ġeografika u r-riżorsi tiegħu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tiegħu fir-rigward tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir imsemmija fil- [punt (a) tal-Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ipprogrammar u l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ.
Artikolu 2
L-objettiv speċifiku
F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4 (1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li “jippermetti lir-reġjuni u n-nies jindirizzaw l-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima”.
Artikolu 3
Il-kopertura ġeografika u r-riżorsi għall-JTF skont il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir
1.Il-JTF għandu jappoġġa l-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Istati Membri kollha.
2.Ir-riżorsi għall-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu ta’ EUR 7,5 biljun fil-prezzijiet tal-2018, li jistgħu jiżdiedu, skont il-każ, b’riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni, u b’riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli.
Għall-finijiet tal-ipprogrammar u l-inklużjoni sussegwenti tagħhom fil-baġit tal-Unjoni, l-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu indiċjati bir-rata ta’ 2 % fis-sena.
Mill-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu 0,35% għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
3.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jistipula t-tqassim annwali tar-riżorsi, inkluż ir-riżorsi kollha addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, skont l-Istat Membru f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I.
4.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi kollha addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, allokati lill-JTF fil-baġit tal-Unjoni jew li huma pprovduti minn riżorsi oħra ma għandhomx jeħtieġu appoġġ kumplimentari mill-FEŻR jew mill-FSE+.
Artikolu 4
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ
1.Il-JTF għandu jappoġġa biss attivitajiet li huma direttament marbuta mal-objettiv speċifiku tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 2 u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7.
2.F’konformità mal-paragrafu 1, il-JTF għandu jappoġġa esklussivament l-attivitajiet li ġejjin:
(a)investimenti produttivi fl-SMEs, inklużi negozji ġodda, li jwasslu għal diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi;
(b)investimenti fil-ħolqien ta’ ditti ġodda, inkluż permezz ta’ inkubaturi tan-negozju u servizzi ta’ konsulenza;
(c)investimenti f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni u t-trawwim ta’ trasferiment ta’ teknoloġiji avvanzati;
(d)investimenti fl-użu ta’ teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli, fi tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli;
(e)investimenti fid-diġitalizzazzjoni u l-konnettività diġitali;
(f)investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta’ siti, restawr ta’ art u proġetti ta’ adattament;
(g)investimenti fit-titjib tal-ekonomija ċirkolari, inkluż permezz tal-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;
(h)it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema;
(i)għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg;
(j)l-inklużjoni attiva ta’ min ikun qed ifittxu impjieg;
(k)assistenza teknika.
Barra minn hekk, il-JTF jista’ jappoġġa, f’żoni magħżula bħala żoni megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE, investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs, sakemm dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.
Il-JTF jista’ jappoġġa investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta’ tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.
Artikolu 5
L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ
Il-JTF ma għandux jgħin:
(a)id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;
(b)il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;
(c)impriżi f’diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 16 ;
(d)investiment relatat mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili;
(e)investiment fl-infrastruttura tal-broadband f’żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta’ kategorija ekwivalenti.
Artikolu 6
Il-programmazzjoni tar-riżorsi tal-JTF
1.Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta’ programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta’ programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta’ prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta’ programm.
Il-Kummissjoni għandha tapprova programm biss fejn l-identifikazzjoni tat-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta’ tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta rilevanti, tkun debitament iġġustifikata u l-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat.
2.Il-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri u r-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ ittrasferit lill-prijorità tal-JTF għandu jkun mill-inqas ugwali għal darba u nofs l-ammont ta’ sostenn mill-JTF għal dik il-prijorità iżda ma għandux jaqbeż tliet darbiet dak l-ammont.
Artikolu 7
Il-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta
1.L-Istati Membri għanhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet rilevanti tat-territorji kkonċernati, pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju wieħed effettwat jew aktar li jikkorrispondu għal-livell 3 tal-klassifika komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014 17 jew partijiet minnu, f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta’ impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta’ trasformazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni ta’ faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta’ gassijiet serra.
2.Pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż skeda ta’ żmien għall-passi ewlenin ta’ tranżizzjoni li jkunu konsistenti mal-aktar verżjoni reċenti tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima (“NECP”);
(b)ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta’ tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1;
(c)valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, li tidentifika l-għadd potenzjali ta’ impjiegi milquta u t-telf ta’ impjiegi, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta’ żvilupp li jridu jinkisbu sal-2030 marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta’ attivitajiet b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra f’dawn it-territorji;
(d)deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima;
(e)valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma’ strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra;
(f)deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ governanza li jikkonsistu fl-arranġamenti ta’ sħubija, il-miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni ppjanati u l-korpi responsabbli;
(g)deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni;
(h)fejn jingħata appoġġ lil investimenti produttivi lil intrapriżi li mhumiex SMEs, lista eżawrjenti ta’ dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ permezz ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment;
(i)fejn jingħata appoġġ lill-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, lista eżawrjenti ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jmorru ħafna taħt l-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi;
(j)is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ programmi u pilastri oħra tal-Unjoni tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati tal-iżvilupp.
3.It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lill-imsieħba rilevanti f’konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid].
4.Il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], mal-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti rilevanti, l-NECPs u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
Meta r-reviżjoni tal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tkun tirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, din ir-reviżjoni għandha titwettaq bħala parti mill-eżerċizzju ta’ rieżami ta’ terminu medju b’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) [RDK ġdid].
Artikolu 8
L-indikaturi
1.Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultat, kif stipulat fl-Anness III u, fejn debitament ġustifikat fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, l-indikaturi tal-output u tar-riżultat speċifiċi għal programm għandhom jiġu stabbiliti skont [il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1)], [il-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3)] u [l-punt (b) tal-Artikolu 37(2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid].
2.Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Il-miri ma għandhomx jiġu riveduti wara li t-talba għal emenda tal-programm ippreżentata skont l-Artikolu [14 (2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni.
3.Fejn prijorità JTF tappoġġa l-attivitajiet imsemmija fil-punti (h), (i) jew (j) tal-Artikolu 4(2), id-data tal-indikaturi għall-parteċipanti għandha tiġi trażmessa biss meta tkun disponibbli d-data kollha dwar dak il-parteċipant, meħtieġa f’konformità mal-Anness III.
4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 biex temenda l-Anness III sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-lista tal-indikaturi li għandhom jintużaw.
Artikolu 9
Il-korrezzjonijiet finanzjarji
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-eżami tar-rapport tal-prestazzjoni finali tal-programm, li ma nkisibx mill-inqas 65 % tal-mira stabbilita għal indikatur ta’ output jew riżultat wieħed jew aktar għar-riżorsi tal-JTF, hija tista’ tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu [98] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] billi tnaqqas is-sostenn mill-JTF għall-prijorità kkonċernata b’mod proporzjonali għall-kisbiet.
Artikolu 10
L-eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].
3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kull att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 11
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)
L-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika bil-kundizzjoni li jiġu approvati l-proposti tal-QFP
1.3.Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda:
X azzjoni ġdid
◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 18
◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ fużjoni jew direzzjoni mill-ġdid ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
It-tieni nofs tal-2020 - Adozzjoni tar-Regolament
B’seħħ mill-2020 - It-tħejjija ta’ pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta fl-Istati Membri
Matul l-2021 - L-adozzjoni tal-programm u l-bidu tal-implimentazzjoni
1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni’ huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri individwalment.
L-azzjoni tal-UE għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta hija ġġustifikata fuq il-bażi tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 174 TFUE li jgħid li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi gravi u permanenti.
It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn industriji b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra li se jiġu eliminati b’mod gradwali jew milquta b’mod sever mit-tranżizzjoni u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jadattaw bil-għan li jiksbu n-newtralità klimatika. Il-JTF jgħin biex tingħeleb l-isfida li toffri t-tranżizzjoni u jespandi l-kapaċità fiskali tal-Istati Membri biex iwettqu l-investimenti u l-azzjonijiet neċessarji.
1.4.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Diġà ttieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, taħt ir-reġjuni karboniferi f’inizjattivi ta’ tranżizzjoni u azzjoni pilota għar-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali biex jippromwovu t-tranżizzjoni tal-enerġija u l-klima. Għalkemm il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jfittex għanijiet akbar u jipprovdi approċċ aktar integrat, jistgħu jinsiltu tagħlimiet b’mod utli minn dawn l-inizjattivi għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-Fond.
L-ewwel nett, l-inizjattiva tar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni qed tappoġġa t-tranżizzjoni f’21reġjun pilota b’ekonomiji li huma dipendenti ħafna fuq il-faħam. Il-bidliet strutturali huma indirizzati permezz ta’ approċċ olistiku li jinkludi d-dimensjonijiet ekonomiċi, industrijali, teknoloġiċi u soċjali tal-proċess ta’ trasformazzjoni, bl-involviment tal-atturi lokali u fi sħubija mill-qrib magħhom.
L-appoġġ huwa ffukat fuq it-trasformazzjoni ekonomika f’konformità ma’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (eż. appoġġ lill-SMEs, inkubaturi imprenditorjali, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni tal-industrija u r-riċerkaturi), it-taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiema li tradizzjonalment huma impjegati f’setturi relatati mal-faħam u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u sorsi alternattivi tal-enerġija rinnovabbli.
Is-suċċess tal-inizjattiva jiddependi fuq l-involviment tal-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati. Dan huwa ingranat minn rekwiżiti nazzjonali ta’ kofinanzjament taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll l-involviment ta’ sħab fl-istrateġija tal-iżvilupp.
B’mod simili, biex ir-reġjuni tal-UE jiġu megħjuna jiġġestixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli b’livell baxx ta’ karbonju, ġie offrut appoġġ speċifiku biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, jitneħħew l-ostakli għall-investiment, u biex iċ-ċittadini jiġu mgħammra bil-ħiliet xierqa u biex tiġi ġestita l-bidla industrijali kkawżata mit-tranżizzjoni dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima. L-azzjoni pilota tipprovdi appoġġ minn esperti tal-Kummissjoni kif ukoll assistenza teknika mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Intgħażlu 12-il reġjun għas-sostenn tal-UE.
1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
It-twettiq u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jiġu rregolati mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li jirregola wkoll, fost l-oħrajn , il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew Plus. Għalhekk, il-komplementarjetà u s-sinerġiji ma’ dawn il-fondi se jkunu estremament b’saħħithom, inkluż permezz ta’ trasferimenti dedikati miż-żewġ fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun ukoll ikkoordinat mill-qrib ma’ pilastri oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Il-Fond huwa mistenni li jagħti riżultati fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ġdid Ewropew u tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa Sostenibbli. Se jkollu wkoll rabtiet b’saħħithom mal-inizjattivi taħt il-punt 1.4.3.
1.5.Durata u impatt finanzjarju
X durata limitata
–◻ fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–X L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-perjodu wara l-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.
◻ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-SSSS sal-SSSS,
–segwit minn tħaddim fuq skala sħiħa.
1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 19
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻ mill-aġenziji eżekuttivi
X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lil korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Is-sistema ta’ monitoraġġ u r-regoli ta’ rappurtar se jkunu rregolati mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) u se jkunu identiċi għal dawk applikabbli għas-seba’ fondi ta’ ġestjoni kondiviża l-oħra taħt l-RDK.
Ir-regoli tal-RDK jibnu fuq l-aħjar prattiki tal-perjodu 2014-2020 u se jkomplu jkunu bbażati fuq sistema ta’ ġestjoni kondiviża. Il-kumitati ta’ monitoraġġ stabbiliti għal kull programm se jingħataw rwol aktar prominenti fis-superviżjoni tal-prestazzjoni tal-programm u l-fatturi kollha li jinfluwenzaw l-implimentazzjoni. Għat-trasparenza, se jkun mitlub li d-dokumenti ppreżentati lill-kumitati ta’ monitoraġġ ikunu disponibbli pubblikament. Il-laqgħat annwali ta’ rieżami bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkomplementaw is-sistema. Se japplika r-rekwiżit għal rapport finali dwar il-prestazzjoni.
Id-definizzjoni ta’ indikaturi applikabbli b’mod komuni se tikkontribwixxi għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni ta’ monitoraġġ li tista’ tiġi aggregata fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-indikaturi huma stabbiliti separatament għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta iżda f’qafas koerenti mal-indikaturi proposti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
Id-data elettronika tippermetti t-taħlit ta’ simplifikazzjoni u trasparenza. Fil-perjodu 2014-2020, kien rekwiżit li tiġi stabbilita sistema ta’ skambju elettroniku ta’ data bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni kif ukoll bejn l-awtoritajiet differenti tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Ir-Regolament attwali jibni fuq dan u jiżviluppa aktar ċerti aspetti f’termini ta’ ġbir ta’ data. Id-data kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni inklużi r-riżultati u l-prestazzjoni tal-programmi issa se tiġi trażmessa b’mod elettroniku.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta
Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll se tkun irregolata mill-RDK u se tkun identika għal dawk applikabbli għas-seba’ fondi ta’ ġestjoni maqsuma l-oħra taħt l-RDK.
Minħabba r-riżultati pożittivi mir-rati ta’ żbalji mnaqqsa rrappurtati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (u l-inċertezza li tirriżulta mill-fatt li ma kienx hemm fis-seħħ ċiklu sħiħ ta’ implimentazzjoni tal-programmi, għalhekk ma jistgħux jinsiltu konklużjonijiet definittivi dwar l-aspetti kollha tagħha) huwa meħtieġ li jinżammu fis-seħħ il-prinċipji fundamentali eżistenti tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u r-regoli ta’ ġestjoni finanzjarja introdotti għall-perjodu 2014-2020.
Madankollu, huwa meħtieġ ukoll li jiġi rikonoxxut id-dewmien biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-2014-2020 u l-piż amministrattiv xi drabi mhux meħtieġ li introduċew uħud mir-rekwiżiti. Għalhekk qed jiġi propost li l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ diversi korpi fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jiġu stipulati b’mod aktar ċar, l-aktar fir-rigward tal-għażla ta’ operazzjonijiet u ta’ rekwiżiti li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.
Id-dettalji u r-regoli sekondarji kollha stabbiliti minn qabel fil-leġiżlazzjoni sekondarja huma inklużi fit-test leġiżlattiv biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà. Ma hemm l-ebda rekwiżit biex jitwettaq il-proċess ta’ deżinjazzjoni; id-dispożizzjonijiet jippromwovu r-riport tas-sistemi eżistenti. Qed jiġi propost livell ogħla ta’ simplifikazzjoni għal programmi b’sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li tiffunzjona tajjeb u bi prestazzjoni tajba. Ir-rekwiżiti huma ċċarati wkoll fir-rigward ta’ verifiki ta’ ġestjoni bbażati fuq ir-riskju, arranġamenti ta’ awditjar uniku, kif ukoll fil-qasam ta’ rekwiżiti minimi għal programmi iżgħar fejn jista’ jkun meħtieġ li jintużaw metodi ta’ teħid ta’ kampjuni mhux statistiċi.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i biex jiġu mmitigati
Il-bidliet u l-għażliet ta’ simplifikazzjoni kkunsidrati mill-proposta tal-Kummissjoni għal wara l-2020 jqisu d-diversi rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni għal wara l-2020, b’mod partikolari dawk li jitolbu li jiġi kkunsidrat mill-ġdid it-tfassil tal-mekkaniżmu eżekuttiv għall-Fondi (Rakkomandazzjoni 1 tal-awditu 2015/AUD/0195) filwaqt li jitqiesu s-suġġerimenti tal-Grupp ta’ Livell Għoli.
Rati għolja ta’ żbalji fil-passat kienu ta’ spiss marbuta ma’ nuqqas ta’ ċertezza legali u interpretazzjonijiet differenti tal-istess normi li jirregolaw, bħal fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Il-Kummissjoni tintroduċi diversi aspetti fil-proposta l-ġdida tal-RDK, bħal verifiki tal-ġestjoni bbażati fuq ir-riskju, strateġija tal-awditjar ibbażata fuq ir-riskju, regoli dwar il-ħtieġa proporzjonata għal kampjunar statistiku u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proporzjonalità tal-kontrolli u d-dipendenza fuq is-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.
L-Annessi dettaljati dwar l-aspetti rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għandhom l-għan li jipprovdu ċertezza legali mingħajr il-ħtieġa ta’ atti leġiżlattivi sekondarji sussegwenti jew noti ta’ gwida twal li normalment isegwu l-adozzjoni tal-RDK.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)
Il-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni attwali f’ġestjoni kondiviża huwa xi drabi kkritikat, inkluż mill-Qorti tal-Awdituri, għaliex huwa wisq kumpless u suxxettibbli għall-iżbalji bi spejjeż għoljin fil-livelli kollha ta’ kontroll. Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn l-elementi kritiċi kollha bir-reqqa bil-għan li ssib bilanċ tajjeb bejn ir-responsabbiltà, is-simplifikazzjoni u l-prestazzjoni.
Is-simplifikazzjoni ġiet introdotta biex ma jkunx hemm ir-riskju ta’ duplikazzjoni tal-kontrolli mwettqa fuq il-benefiċjarji fil-livelli differenti, u ta’ duplikazzjoni bejn il-funzjonijiet differenti tal-istruttura ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Pereżempju, għal wara l-2020, l-Awtoritajiet taċ-Ċertifikazzjoni (li bħalissa huma aktar minn 210) jeħtieġ li jiġu sostitwiti b’funzjoni kontabilistika li fil-futur ma tkunx tista’ tidduplika il-kontrolli. Barra minn hekk, qed tiġi proposta s-simplifikazzjoni tal-attivitajiet tal-awditjar billi jitnaqqas l-awditjar tal-operazzjonijiet li jsiru fil-livell tal-benefiċjarji. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar arranġamenti proporzjonati msaħħa huma tabilħaqq previsti, filwaqt li jitqies il-funzjonament effettiv fil-passat (rekord ta’ ħidma) tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll ta’ programm.
F’termini tal-livell ta’ assigurazzjoni fil-mira, fl-istadju tal-proposti leġiżlattivi l-għan hu li r-rata ta’ errur tinżamm taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Livell limitu ta’ materjalità differenti jista’ jiġi diskuss biss każ b’każ fid-dawl tad-dibattitu leġiżlattiv, speċjalment meta l-Awtorità Leġiżlattiva ma tapprovax (għalkollox) is-simplifikazzjonijiet tal-programm proposti u/jew tillimita l-kontrolli, u b’hekk tħalli konsegwenzi fuq ir-rata ta’ żball mistennija.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
Il-Kummissjoni tkompli tħares lejn it-tisħiħ ulterjuri tal-miżuri kollha stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet wara l-2020.
L-awtoritajiet ta’ ġestjoni se jkollhom jużaw miżuri u proċeduri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi, b’mod speċifiku billi jqisu r-riskji identifikati ta’ frodi.
Il-koeżjoni elettronika u s-sistemi interattivi tal-IT se jibqgħu rekwiżiti ewlenin għall-futur. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni se jkunu jistgħu jirriportaw l-irregolaritajiet u l-proċessi u s-sistemi ta’ prevenzjoni tal-frodi li jkunu daħħlu fis-seħħ.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i ta’ nfiq ġdid propost
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Type of
|
Kontribuzzjoni |
|||
Numru |
Diff/Mhux diff 20 . |
mill-pajjiżi tal-EFTA 21 |
mill-pajjiżi kandidati 22 |
minn pajjiżi terzi |
skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju |
|
03.Ir-riżorsi naturali u l-ambjent |
XX.XX Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) |
Differenzjata |
LE |
LE |
LE |
LE |
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta’ EUR fil-prezzijiet tal-2018 (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
03. |
Riżorsi naturali u ambjent |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Wara l-2027 |
TOTAL |
|||
XX.XX Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) |
Impenji |
(1) |
1,036.000 |
1,047.000 |
1,059.000 |
1,071.000 |
1,083.000 |
1,095.000 |
1,109.000 |
7,500.000 |
|
Pagamenti |
(2) |
43.051 |
48.460 |
436.016 |
539.405 |
944.231 |
1,221.051 |
1,194.277 |
3,073.509 |
7,500.000 |
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 23 |
Impenji = Pagamenti |
(3) |
|||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm |
Impenji |
1+3 |
1,036.000 |
1,047.000 |
1,059.000 |
1,071.000 |
1,083.000 |
1,095.000 |
1,109.000 |
7,500.000 |
|
Pagamenti |
=2+3 |
43.051 |
48.460 |
436.016 |
539.405 |
944.231 |
1,221.051 |
1,194.277 |
3,073.509 |
7,500.000 |
|
7 |
“Nefqa amministrattiva” |
Din it-taqsima jeħtieġ li timtela bl-użu tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva , li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Wara l-2027 |
TOTAL |
||
Riżorsi umani |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
23,100 |
||
Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
(Impenji totali = Pagamenti totali) |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
23,100 |
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Wara l-2027 |
TOTAL |
|||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
1,039.300 |
1,050.300 |
1,062.300 |
1,074.300 |
1,086.300 |
1,098.300 |
1,112.300 |
7,523.100 |
||
Pagamenti |
46.351 |
51.760 |
439.316 |
542.705 |
947.531 |
1,224.351 |
1,197.577 |
3,076.809 |
7,523.100 |
3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Snin |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
HEADING 7
|
||||||||
Riżorsi umani |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
23,100 |
Nefqa amministrattiva oħra |
||||||||
Subtotal HEADING 7
|
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
23,100 |
Outside HEADING 7
24
|
||||||||
Riżorsi umani |
||||||||
Other expenditure
|
||||||||
Subtotal
|
TOTAL |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
3,300 |
23,100 |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew skjerati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
– Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti ta’ ingaġġ full time
Snin |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) |
||||||||
Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni |
22 |
22 |
22 |
22 |
22 |
22 |
22 |
|
Delegazzjonijiet |
||||||||
Riċerka |
||||||||
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta’ ingaġġ Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED 25 Intestatura 7 |
||||||||
Iffinazjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali |
- fil-Kwartieri Ġenerali: |
|||||||
- fid-Delegazzjonijiet |
||||||||
Iffinanzjat mill-pakkett tal-programm 26 |
- fil-Kwartieri Ġenerali: |
|||||||
- fid-Delegazzjonijiet |
||||||||
Riċerka |
||||||||
Oħrajn (speċifika) |
||||||||
TOTAL |
22 |
22 |
22 |
22 |
22 |
22 |
22 |
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u aġenti temporanji |
·Li jikkontribwixxu għall-analiżi, in-negozjar, il-modifika u/jew it-tħejjija għal proposti ta’ approvazzjoni għal programmi u/jew proġetti fl-Istati Membri. ·Li jikkontribwixxu għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi/tal-proġetti approvati. ·Li jiżguraw il-konformità mar-regoli li jmexxu l-programmi. |
Persunal estern |
3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva:
–X ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–◻ tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Snin |
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
TOTAL |
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻ fuq ir-riżorsi proprji
–◻ fuq dħul ieħor
indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal linji tan-nefqa ◻
Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
Linja baġitarja tad-dħul: |
L-impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 27 |
||||||
2021 |
2022 |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
|
Artikolu …………. |
Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Kummenti oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kull informazzjoni oħra).
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.1.2020
COM(2020) 22 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
ANNESS I
Metodu ta’ allokazzjoni għar-riżorsi tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
Għal kull Stat Membru, il-pakkett finanzjarju jiġi ddeteminat b’konformità mal-passi li ġejjin:
(a) Il-kwota ta’ kull Stat Membru tiġi kkalkulata bħala s-somma ponderata tal-kwoti ddeterminati abbażi tal-kriterji li ġejjin, ponderati kif indikat:
(i) l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn impjanti industrijali fir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 fejn l-intensità tal-karbonju, definita bħala l-proporzjon bejn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn impjanti industrijali rrappurtati mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 u l-valur miżjud gross tal-industrija, tkun aktar mid-doppju tal-medja tal-UE-27. Jekk f’xi Stat Membru, dan il-livell ma jinqabeż f’ebda reġjun ta’ livell NUTS 2, jitqiesu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-impjanti industrijali fir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 bl-ogħla intensità ta’ karbonju (ponderazzjoni ta’ 49 %),
(ii) l-okkupazzjoni fis-setturi tal-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite (ponderazzjoni ta’ 25 %),
(iii) l-okkupazzjoni fl-industrija fir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 ikkunsidrati għall-finijiet tal-punt (i) (ponderazzjoni ta’ 25 %),
(iv) il-produzzjoni tal-pit (ponderazzjoni ta’ 0,95 %),
(v) il-produzzjoni tax-shale bituminuż (ponderazzjoni ta’ 0,05 %),
(b) l-allokazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (a) huma aġġustati biex jiġi żgurat li ebda Stat Membru ma jirċievi ammont li jaqbeż iż-EUR 2 biljuni. L-ammonti ta’ kull Stat Membru li jeċċedu ż-EUR 2 biljuni jerġgħu jitqassmu proporzjonalment lill-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha. Il-kwoti tal-Istati Membri huma għaldaqstant ikkalkulati mill-ġdid;
(c) Il-kwoti tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (b) huma aġġustati negattivament jew pożittivament b’koeffiċjent ta’ darba u nofs (1,5) tad-differenza li biha l-ING per capita ta’ dak l-Istat Membru (imkejjel f’paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist) għall-perjodu 2015-2017 jaqbeż jew jaqa’ taħt il-medja tal-ING per capita tal-Istati Membri tal-UE-27 (medja espressa bħala 100%);
Dan l-aġġustament ma japplikax għall-Istati Membri li għalihom l-allokazzjoni tkun ġiet limitata b’konformità mal-punt (b).
(d) l-allokazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (c) huma aġġustati biex jiżguraw li l-allokazzjoni aħħarija mill-JTF tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna per capita (imkejla abbażi tal-popolazzjoni kollha tal-Istat Membru) ta’ mill-inqas EUR 6 fuq il-perjodu kollu.
L-ammonti biex jiġi żgurat il-minimu tal-intensità tal-għajnuna jitnaqqsu proporzjonalment mill-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha, ħlief għal dawk li għalihom l-allokazzjoni tkun ġiet limitata b’konformità mal-punt (b).
L-allokazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta hija addizzjonali għall-allokazzjoni li tirriżulta mill-paragrafi minn 1 sa 16 tal-Anness XXII tal-[proposta dwar RDK ġdid] u mhijiex inkluża fil-bażi tal-allokazzjoni li għaliha jiġu applikati l-punti minn 10 sa 15 tal-Anness XXII tal-[proposta dwar RDK ġdid].
ANNESS II
Mudell għall-pjaniJIET territorjali ta’ tranżizzjoni ĠUSTA
1.Ħarsa ġenerali lejn il-proċess ta’ tranżizzjoni u l-identifikazzjoni tal-aktar territorji milquta b’mod negattiv fl-Istat Membru
Il-kaxxa tat-test [12000] |
Referenza: Artikolu 7(2)(a)
1.1. Deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni mistenni lejn ekonomija newtrali għall-klima, f’konformità mal-objettivi tal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima u pjanijiet oħra ta’ tranżizzjoni eżistenti bi skeda ta’ żmien għall-waqfien jew it-tnaqqis tal-attivitajiet bħall-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite jew il-produzzjoni tal-elettriku bil-faħam |
Referenza: Artikolu 7(2)(b)
1.2. L-identifikazzjoni tat-territorji li mistennija jkunu l-aktar milquta b’mod negattiv u ġustifikazzjoni ta’ din l-għażla bl-istima korrispondenti tal-impatti ekonomiċi u fuq l-impjiegi abbażi fuq id-deskrizzjoni tat-Taqsima 1.1 |
2.Valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni, għal kull territorju identifikat:
2.1. Valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u territorjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima
Referenza: Artikolu 7(2)(c)
Il-kaxxa tat-test [12000] |
L-identifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u s-setturi industrijali milquta, li tiddistingwi: - setturi li sejrin lura, li huma mistennija jieqfu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħhom relatati mat-tranżizzjoni, inkluża skeda ta’ żmien korrispondenti; - it-trasformazzjoni tas-setturi, li mistennija jgħaddu minn trasformazzjoni tal-attivitajiet, il-proċessi u l-outputs tagħhom. Għal kull wieħed miż-żewġ setturi: - it-telf mistenni ta’ impjiegi u l-ħtiġijiet ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid, filwaqt li jitqiesu l-previżjonijiet tal-ħiliet; - il-potenzjal ta’ diversifikazzjoni ekonomika u l-opportunitajiet ta’ żvilupp; |
2.2. Il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-iżvilupp sal-2030 bil-ħsieb li tinkiseb in-newtralità klimatika
Referenza: Artikolu 7(2)(d)
Il-kaxxa tat-test [6000] |
- Il-ħtiġijiet tal-iżvilupp li jindirizza l-isfidi tat-tranżizzjoni; - L-objettivi u r-riżultati mistennija permezz tal-implimentazzjoni tal-prijorità tal-JTF. |
2.3. Il-konsistenza ma’ strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra
Referenza: Artikolu 7(2)(e)
Il-kaxxa tat-test [6000] |
- Strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti; - Strateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament UE [RDK ġdid]; - Pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali jew nazzjonali oħra. |
2.4. Tipi ta’ operazzjonijiet previsti
Il-kaxxa tat-test [12000] |
Referenza: Artikolu 7(2)(g)
- tipi ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni klimatika; |
Referenza: Artikolu 7(2)(h)
Għandha timtela biss jekk jingħata sostenn lil investimenti produttivi minbarra l-SMEs: - lista eżawrjenti ta’ dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u għal kull waħda minnhom ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali sostenn permezz ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment |
Referenza: Artikolu 7(2)(i);
Għandha timtela biss jekk jingħata sostenn lil investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE: - lista eżawrjenti ta’ operazzjonijiet li għandhom jirċievu sostenn u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaslu sa taħt il-parametri referenzjarji rilevanti użati għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi |
Referenza: Artikolu 7(2)(j)
- is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-operazzjonijiet previsti ma’ programmi oħra taħt mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (sostenn għall-proċess ta’ tranżizzjoni), strumenti oħra ta’ finanzjament (il-Fond ta’ Modernizzazzjoni għan-Negozjar tal-Emissjonijiet) u l-pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (skema dedikata taħt InvestEU u il-faċilità ta’ self tas-settur pubbliku mal-Bank Ewropew tal-Investiment) biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ investiment identifikati |
2.5. Indikaturi ta’ output jew riżultati speċifiċi għal programm
Referenza: Artikolu 8(1)
Għandha timtela biss jekk ikunu previsti indikaturi speċifiċi għal programm: - ġustifikazzjoni għall-ħtieġa ta’ indikaturi speċifiċi għal programm ta’ output jew riżultati bbażati fuq it-tipi ta’ operazzjonijiet previsti |
Tabella 1. Indikaturi tal-output |
|||||
Objettiv speċifiku |
ID [5] |
Indikatur [255] |
Unità tal-kejl |
Stadju importanti (2024) |
Mira (2029) |
Tabella 2. Indikaturi tar-riżultati |
||||||||
Objettiv speċifiku |
ID [5] |
Indikatur [255] |
Unità tal-kejl |
Xenarju bażi jew valur referenzjarju |
Sena ta’ referenza |
Mira (2029) |
Sors tad-data [200] |
Kummenti (200) |
3.Mekkaniżmi ta’ governanza
Referenza: Artikolu 7(2)(f)
Il-kaxxa tat-test [5000] |
3.1. Sħubija
- Arranġamenti għall-involviment ta’ sħab fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta; - L-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika. |
3.2. Monitoraġġ u evalwazzjoni
- Miżuri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni ppjanati, inklużi indikaturi li jkejlu l-kapaċità tal-pjan li jilħaq l-objettivi tiegħu |
3.3. Korp/korpi ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ
Korp jew korpi responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan u r-rwol tagħhom |
ANNESS III
INDIKATURI komuni tal-output tal-POLITIKA REĠJONALI (“RCO”) u l-Indikaturi komuni tar-riżultat tal-POLITIKA REĠJONALI (“RCR”) għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
2
Outputs |
Riżultati |
RCO01 - Impriżi appoġġati (li minnhom mikro, żgħar, medji, kbar)
RCO 120 – L-impriżi b’appoġġ biex jiksbu t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE |
RCR01 - Impjiegi maħluqa f’entitajiet appoġġati
|
RCO 13 - Servizzi u prodotti diġitali żviluppati għall-impriżi
|
RCR 11 - Utenti ta’ servizzi u applikazzjonijiet diġitali pubbliċi ġodda
|
RCO 15 - Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa |
RCR 17 - Impriżi li jibqgħu jeżistu fis-suq wara tliet (3) snin
|
RCO 101 – SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet |
RCR 97 – Apprendistati appoġġati fl-SMEs RCR 98 - Persunal tal-SMEs li jikkompletaw Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali Kontinwat (CVET) (skont it-tip ta’ ħila: teknika, ġestjoni, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn) |
RCO 22 - Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali) |
RCR 31 - Produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)
|
RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart |
RCR 46 - Għadd ta’ nies servuti minn faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi żgħar ta’ mmaniġġar tal-iskart
|
RCO 38 - Daqs taż-żona ta’ art riabilitata appoġġata
|
RCR 50 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja RCR 52 - Art riabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, attivitajiet ekonomiċi jew tal-komunità |
RCO 200 - persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul, RCO 201 - persuni qiegħda fit-tul, RCO 202 - persuni inattivi, RCO 203 - persuni impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom, RCO 204 - persuni iżgħar minn 30 sena, RCO 205 - persuni akbar minn 54 sena, RCO 206 - persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2), RCO 207 - persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4), RCO 208 - persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED minn 5 sa 8), RCO 209 - numru totali ta’ parteċipanti 5 |
għall-parteċipanti 6 : RCR 200 - parteċipanti li qed ifittxu xogħol fi tmiem l-impjieg, RCR 201 - parteċipanti li qed jirċievu edukazzjoni jew taħriġ fi tmiem l-impjieg, RCR 202 - parteċipanti li kisbu kwalifika fi tmiem l-impjieg, RCR 203 - parteċipanti li sabu xogħol, inkluż xogħol għal rashom, fi tmiem l-impjieg. |
Id-data personali kollha għandha titqassam skont is-sess (maskil/femminil – mhux binarja). Meta ċerti riżultati ma jkunux possibbli, ma jkunx meħtieġ li d-data tinġabar u tiġi rrappurtata għal dawk l-indikaturi tar-riżultati. Meta d-data tinġabar mir-reġistri, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mad-definizzjonijiet maqbula b’mod komuni u jistgħu jużaw definizzjonijiet nazzjonali.