EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0152R(01)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025

COM/2020/152 final/2

  The HTML format is unavailable in your User interface language.

Brussell, 26.6.2020

COM(2020) 152 final/2

CORRIGENDUM
This document corrects document COM(2020) 152 final of 5.3.2020.
Concerns the Maltese language version.
Throughout the Communication, the terms 'Gender Equality Strategy', 'gender', 'gender gap', 'gender equality policy', 'gender mainstreaming', 'mutual learning programme in gender equality' and 'gender-based violence' have been corrected.
The text shall read as follows:

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025


































LEJN EWROPA B’UGWALJANZA BEJN IL-ĠENERI

“Fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.”

L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

“Jenħtieġ li ma nżommux lura u li nkunu kburin dwar il-pożizzjoni li ninsabu fiha u fejn biħsiebna mmorru.”

- Il-President Ursula von der Leyen
Linji Gwida Politiċi

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija kompitu tal-Unjoni, fl-attivitajiet kollha tagħha meħtieġa mit-Trattati. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur fundamentali tal-UE 1 , dritt fundamentali u prinċipju ewlieni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 2 . Din hija riflessjoni ta’ min aħna. Din hija kundizzjoni essenzjali għal ekonomija Ewropea innovattiva, kompetittiva u li tirnexxi. Fin-negozju, fil-politika u fis-soċjetà b’mod ġenerali, nistgħu biss nilħqu l-potenzjal kollu tagħna jekk nużaw it-talent u d-diversità kollha li għandna. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri ġġib aktar impjiegi u produttività ogħla 3 – potenzjal li jenħtieġ li jiġi mwettaq hekk kif inħaddnu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u niffaċċjaw l-isfidi demografiċi tagħna.

L-Unjoni Ewropea hija mexxej globali fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri: 14 mill-20 pajjiż magħruf fid-dinja dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma Stati Membri tal-UE 4 . Bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni robusta u l-ġurisprudenza dwar it-trattament ugwali 5 , l-isforzi biex il-perspettiva tal-ġeneri 6 tiġi integrata f’oqsma ta’ politika differenti, u l-liġijiet biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi partikolari, l-UE għamlet progress sinifikanti fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin.

Madankollu, l-ebda Stat Membru ma kiseb l-ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri u l-progress huwa bil-mod. L-Istati Membri bħala medja kisbu 67,4 punteġġ minn 100 fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-UE tal-2019 7 , punteġġ li tjieb b’ 5,4 punti biss mill-2005.

Sfortunatament il-progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri la huwa inevitabbli u lanqas ma huwa irriversibbli. Jenħtieġ għalhekk li nagħtu spinta ġdida lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Filwaqt li d-differenza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni qed tagħlaq, id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi, fil-pagi, fil-kura, fil-poter u fil-pensjonijiet għadhom jeżistu. Hemm wisq nies li għadhom jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz ta’ diskors ta’ mibegħda sessista, u billi jimblokkaw l-azzjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-isterjotipi tal-ġeneri. Il-vjolenza u l-fastidju minħabba l-ġeneri għadhom sejrin f’livelli allarmanti. Il-moviment #MeToo wera l-firxa tas-sessiżmu u l-abbuż li n-nisa u l-bniet għadhom jiffaċċjaw. Fl-istess ħin, dan ta s-setgħa lin-nisa madwar id-dinja biex issa jiġu ’l quddiem u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jġibu l-każijiet tagħhom quddiem il-qorti.

Din l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tinkwadra l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tistabbilixxi l-objettivi tal-politika u l-azzjonijiet ewlenin għall-perjodu 2020-2025 8 . Din għandha l-għan li tikseb Ewropa b’ugwaljanza bejn il-ġeneri fejn il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, id-diskriminazzjoni sesswali u l-inugwaljanza strutturali bejn in-nisa u l-irġiel huma ħaġa tal-imgħoddi. Ewropa fejn in-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom 9 , huma ugwali. Fejn huma liberi li jsegwu l-mogħdija magħżula tagħhom fil-ħajja, fejn ikollhom opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxu, u fejn jistgħu jipparteċipaw u jmexxu bl-istess mod fis-soċjetà Ewropea tagħna.

L-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija se tkun ibbażata fuq l-approċċ doppju ta’ miżuri mmirati biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, flimkien ma’ integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri msaħħa. Il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri billi b’mod sistematiku tinkludi perspettiva ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istadji kollha tat-tfassil ta’ politika fl-oqsma interni u esterni kollha ta’ politika tal-UE. L-istrateġija se tiġi implimentata bl-użu tal-intersezzjonalità 10 - l-ikkombinar tal-ġeneru ma’ karatteristiċi personali jew identitajiet oħrau kif dawn l-intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni - bħala prinċipju trażversali.

F’din is-sena tal-2020, li timmarka l-25 anniversarju mill-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Beijing u l-Pjattaforma għal Azzjoni 11 - l-ewwel impenn universali u pjan ta’ azzjoni biex isir avvanz fl-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa - din l-istrateġija hija l-kontribut tal-UE biex tissawwar dinja aħjar għan-nisa u għall-irġiel, għall-bniet u għas-subien. Hija twettaq l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-ugwaljanza bejn is-sessi (SDG 5), u l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità trażversali tal-SDGs 12 kollha u dwar l-impenn tal-UE għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.

1.    Li tkun ħielsa mill-vjolenza u mill-isterjotipi

Kulħadd għandu jkun sikur fi djaru, fir-relazzjonijiet mill-qrib tagħhom, fil-postijiet tax-xogħol tagħhom, fi spazji pubbliċi, u online. In-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom, jenħtieġ li jkunu liberi li jesprimu l-ideat u l-emozzjonijiet tagħhom, u li jsegwu l-mogħdijiet edukattivi u professjonali magħżula minnhom mingħajr restrizzjonijiet ta’ normi ta’ ġeneru stereo tipiċi.

It-tmiem tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru

Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru – jew il-vjolenza li hija diretta kontra mara minħabba li hija mara jew li taffettwa lin-nisa b’mod sproporzjonat 13 – tibqa’ waħda mill-akbar sfidi tas-soċjetajiet tagħna u għandha għeruq profondi fl-inugwaljanza bejn il-ġeneri 14 . Il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, fil-forom kollha tagħha, għadha sottovalutata u injorata, kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE. L-UE se tagħmel dak kollu li tista’ biex tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, tappoġġa u tipproteġi l-vittmi ta’ tali reati, u żżomm lill-awturi ta’ reati responsabbli għall-imġiba abbużiva tagħhom.

Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika – il-“Konvenzjoni ta’ Istambul” – hija l-punt ta’ riferiment għal standards internazzjonali f’dan il-qasam. L-UE ffirmat il-Konvenzjoni fl-2017, u kkonkludiet li l-adeżjoni fl-UE hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni. Biex titħaffef il-konklużjoni tal-adeżjoni tal-UE, il-Parlament Ewropew talab fl-2019 opinjoni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar din il-kwistjoni 15 .

Jekk l-adeżjoni tal-UE fil-Konvenzjoni ta’ Istambul tibqa’ mblukkata, il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi fl-2021 miżuri fi ħdan il-limiti tal-kompetenza tal-UE biex jinkisbu l-istess objettivi bħall-Konvenzjoni ta’ Istambul.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippreżenta inizjattiva bil-għan li testendi l-oqsma tal-kriminalità fejn l-armonizzazzjoni hija possibbli għal forom speċifiċi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru f’konformità mal-Artikolu 83(1) TFUE, l-hekk imsejħa Eurocrimes.

Sa fejn dawn ikunu jaqgħu taħt il-Eurocrimes eżistenti fl-ambitu tal-Artikolu 83(1) TFUE, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri addizzjonali biex tipprevjeni u tiġġieled forom speċifiċi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż il-fastidju sesswali, l-abbuż tan-nisa u l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF).

Il-mutilazzjoni ġenitali femminili 16 , l-abort furzat u l-isterilizzazzjoni furzata, iż-żwieġ bikri u furzat, l-hekk imsejħa vjolenza abbażi tal-ġeneru u prattiki oħra dannużi kontra n-nisa u l-bniet huma forom ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u ta’ ksur serju tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal fl-UE u madwar id-dinja. Flimkien ma’ leġiżlazzjoni possibbli, l-UE se tippreżenta Rakkomandazzjoni dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki dannużi, inkluż il-ħtieġa għal miżuri preventivi u r-rikonoxximent tal-importanza tal-edukazzjoni. Ir-rakkomandazzjoni se tindirizza wkoll it-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi, il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ appoġġ, il-bini ta’ kapaċitajiet tal-professjonisti u l-aċċess għall-ġustizzja li jkun iċċentrat fuq il-vittmi.

Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Vittmi fl-2020, li se tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż il-vjolenza domestika b’mod li tibni fuq id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 17 .

In-nisa li għandhom problema ta’ saħħa jew diżabbiltà għandhom aktar probabbiltà li jesperjenzaw forom varji ta’ vjolenza 18 . Il-Kummissjoni se tiżviluppa u tiffinanzja miżuri 19 biex tindirizza l-abbuż, il-vjolenza kif ukoll l-isterilizzazzjoni furzata u l-abort furzat, bħall-bini ta’ kapaċità ta’ professjonisti u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet u l-aċċess għall-ġustizzja.

Il-prevenzjoni effettiva tal-vjolenza hija essenzjali. Dan jinvolvi l-edukazzjoni tas-subien u l-bniet minn età bikrija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u b’appoġġ għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet mhux vjolenti. Jenħtieġ ukoll approċċ multidixxiplinaru fost il-professjonisti u s-servizzi inklużi s-sistema tal-ġustizzja kriminali, servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, programmi ta’ riabilitazzjoni tal-awturi ta’ reat, u servizzi soċjali u tas-saħħa. L-indirizzar tal-vjolenza kontra n-nisa u l-ideoloġiji li jdgħajfu d-drittijiet tan-nisa jistgħu jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti u terroriżmu. Il-Kummissjoni se tniedi netwerk tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, li jlaqqa’ lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati biex jiskambjaw prattika tajba, u se tipprovdi finanzjament għat-taħriġ, għall-bini tal-kapaċità u għas-servizzi ta’ appoġġ. Il-prevenzjoni tal-vjolenza li tiffoka fuq l-irġiel, is-subien u l-aspetti tamaskulinità 20 għandha tkun ta’ importanza ċentrali.

Biex tindirizza l-vjolenza u l-fastidju f’kuntesti ta’ xogħol, il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol 21 , jimplimentaw ir-regoli eżistenti tal-UE 22 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-fastidju sesswali, u jqajmu l-kuxjenza tan-nies dwarhom. Bħala impjegatur, il-Kummissjoni se tadotta qafas legali komprensiv ġdid b’sett ta’ miżuri kemm preventivi kif ukoll reattivi kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol.

Il-vjolenza online fuq l-internet immirata lejn in-nisa saret pervażiva b’konsegwenzi speċifiċi u vizzjużi; dan mhuwiex aċċettabbli. Hija ostakolu għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika. Il-bullying, il-fastidju u l-abbuż fuq il-midja soċjali għandhom effetti estensivi fuq il-ħajja ta’ kuljum tan-nisa u tal-bniet. Il-Kummissjoni se tipproponi l-Att dwar is-Servizzi Diġitali 23 biex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-pjattaformi online fir-rigward tat-tixrid tal-kontenut mill-utent. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali se jiċċara x’miżuri huma mistennija mill-pjattaformi fl-indirizzar ta’ attivitajiet illegali online, filwaqt li jipproteġi d-drittijiet fundamentali. L-utenti jridu wkoll ikunu jistgħu jiġġieldu tipi oħra ta’ kontenut dannuż u abbużiv, li mhux dejjem jitqies bħala illegali iżda jista’ jkollu effetti devastanti. Sabiex titħares is-sikurezza tan-nisa online, il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ qafas ġdid għall-kooperazzjoni bejn il-pjattaformi tal-internet 24 .

In-nisa u l-bniet jiffurmaw il-maġġoranza l-kbira tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, kemm fl-UE kif ukoll barra mill-UE, u fil-biċċa l-kbira tagħhom jiġu traffikata għal skopijiet ta’ sfruttament sesswali. 25 L-UE tindirizza t-traffikar tal-bnedmin b’mod komprensiv permezz tal-koordinazzjoni fl-oqsma rilevanti kollha 26 . Il-ġlieda kontra l-impunità tal-utenti, dawk li jisfruttaw u dawk li jagħmlu profitt hija prijorità. It-tħassib tan-nisa u tal-bniet affettwati mit-traffikar għandu jkun fiċ-ċentru tal-iżvilupp tal-politika. Bħala parti mill-Unjoni tas-Sigurtà, il-Kummissjoni se tippreżenta strateġija ġdida tal-UE dwar il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin u strateġija tal-UE dwar ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.

L-UE teħtieġ data komprensiva, aġġornata u komparabbli għal politiki dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru biex tkun effettiva. Biex tinkiseb stampa sħiħa tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, id-data jenħtieġ li tkun diżaggregata permezz ta’ aspetti intersezzjonali rilevanti u indikaturi bħall-età, l-istatus ta’ diżabbiltà, l-istatus ta’ migrant u r-residenza rurali-urbana. Stħarriġ madwar l-UE, ikkordinat mill-Eurostat, se jipprovdi data dwar il-prevalenza u d-dinamika tal-vjolenza kontra n-nisa u forom oħra ta’ vjolenza interpersonali, b’riżultati ppreżentati fl-2023.

Li jiġu sfidati l-isterjotipi tal-ġeneri

L-isterjotipi tal-ġeneri huma l-kawża ewlenija tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri u jaffettwaw l-oqsma kollha tas-soċjetà 27 . L-aspettattivi sterjotipiċi bbażati fuq normi fissi għan-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien jillimitaw l-aspirazzjonijiet, l-għażliet u l-libertà tagħhom, u għalhekk jenħtieġ li jiġu żarmati. L-isterjotipi tal-ġeneri jikkontribwixxu ħafna għad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi. Spiss jiġu kkumbinati ma’ sterjotipi oħra bħal dawk ibbażati fuq l-oriġini tar-razza jew dik etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali u dan jista’ jsaħħaħ l-impatti negattivi tal-isterjotipi.

L-Intelliġenza Artifiċjali (IA) saret qasam ta’ importanza strateġika u xprunatur ewlieni tal-progress ekonomiku, għalhekk in-nisa għandhom ikunu parti mill-iżvilupp tagħha bħala riċerkaturi, programmaturi u utenti. Filwaqt li l-IA tista’ ġġib soluzzjonijiet għal ħafna sfidi tas-soċjetà, tirriskja li tintensifika l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. L-algoritmi u r-riskju ta’ tagħlim elettroniku relatat mar-ripetizzjoni, jekk mhux trasparenti u robusti biżżejjed, l-amplifikazzjoni jew il-kontribut ta’ preġudizzji relatati mal-ġeneru li l-programmaturi jistgħu ma jkunux konxji tagħhom jew li huma r-riżultat ta’ għażla ta’ data speċifika. Il-White Paper il-ġdida tal-Kummissjoni dwar l-IA tistabbilixxi l-approċċ Ewropew ibbażat fuq il-valuri tal-UE u d-drittijiet fundamentali, inklużi n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 28 . Il-programm qafas li jmiss għar-riċerka u għall-innovazzjoni, Orizzont Ewropa 29 , se jipprovdi wkoll ideat u soluzzjonijiet dwar l-indirizzar ta’ preġudizzji potenzjali relatati mal-ġeneri fl-IA, kif ukoll dwar it-tneħħija ta’ sterjotipi tal-ġeneru fid-dominji soċjali, ekonomiċi u kulturali kollha, u l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza imparzjali.

Il-midja u s-setturi kulturali għandhom vuċi konsiderevoli fit-tfassil tat-twemmin tan-nies, tal-valuri u tal-perċezzjoni tar-realtà, u b’hekk huma mezzi ewlenin biex jinbidlu l-attitudnijiet u jiġu sfidati l-isterjotipi 30 . Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa proġetti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri taħt il-programm Ewropa Kreattiva 31 , inkluż taħt il-Mużika Ċċaqlaq l-Ewropa, u se tippreżenta strateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-industrija awdjoviżiva bħala parti mis-subprogramm MEDIA li jmiss 32 , inkluż l-appoġġ finanzjarju, id-djalogu strutturat, il-mentoring u t-taħriġ għal produtturi tal-films, produtturi u kittieba nisa tal-iskritti.

Il-Kummissjoni se tniedi kampanja ta’ komunikazzjoni madwar l-UE kollha li tiġġieled kontra l-isterjotipi tal-ġeneri. Hija ser tindirizza l-isferi kollha tal-ħajja b’approċċ intersettorjali u tiffoka fuq l-involviment taż-żgħażagħ, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri.

Minbarra l-azzjonijiet tal-Kummissjoni elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni tappella:

-lill-Kunsill biex:

·tikkonkludi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istambul u tiġi żgurata ratifika rapida tal-UE.

-lill-Istati Membri biex:

·jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni ta’ Istambul;

·jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-ILO għall-ġlieda kontra l-vjolenza u l-fastidju fid-dinja tax-xogħol;

·jimplimentaw id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, id-Direttiva dwar l-abbuż sesswali tat-tfal 33 u liġi rilevanti oħra tal-UE li tipproteġi l-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru  34 ;

·jiġbru u jirrapportaw sistematikament data dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru; kif ukoll

·jappoġġjaw is-soċjetà ċivili u s-servizzi pubbliċi fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-istereotipizzazzjoni tal-ġeneru, inkluż bl-għajnuna tal-finanzjament tal-UE disponibbli taħt il-programm “ċittadini, ugwaljanza, drittijiet u valuri” (2021-2027).

2.    Suċċess f’ekonomija bbażata fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Ewropa għanja u soċjali tiddependi fuqna lkoll. In-nisa u l-irġiel fid-diversità kollha tagħhom jenħtieġ li jkollhom opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxu u jkunu ekonomikament indipendenti, jitħallsu b’mod ugwali għal xogħolhom ta’ valur ugwali, ikollhom aċċess ugwali għall-finanzjament u jirċievu pensjonijiet ġusti. In-nisa u l-irġiel jenħtieġ li jaqsmu b’mod ugwali r-responsabbiltajiet ta’ kura u dawk finanzjarji.

L-għeluq tad-differenzi bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol

Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha impatt qawwi u pożittiv fuq l-ekonomija, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qed tiċkien u nuqqas ta’ ħiliet. Dan jagħti wkoll is-setgħa lin-nisa biex isawru l-ħajja tagħhom stess, ikollhom rwol fil-ħajja pubblika u jkunu ekonomikament indipendenti.

Ir-rata tal-impjiegi tan-nisa fl-UE llum hija ogħla minn qatt qabel 35 , iżda ħafna nisa għadhom jesperjenzaw ostakli biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol 36 . Xi nisa huma strutturalment sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol 37 , li ta’ spiss jirriżulta mill-intersezzjoni tal-ġeneru b’kundizzjonijiet addizzjonali ta’ vulnerabbiltà jew emarġinazzjoni bħal appartenenza għal minorità etnika jew reliġjuża 38 jew jekk ikollhom sfond ta’ migranti.

It-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema huwa wieħed mill-modi kif jiġu indirizzati d-differenzi bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li ż-żewġ ġenituri jkunu iħossuhom responsabbli u intitolati għal dak li għandu x’jaqsam mal-kura tal-familja. Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata 39 tintroduċi standards minimi għal liv tal-familja u arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ħaddiema, u tippromwovi l-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet ta’ indukrar bejn il-ġenituri. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-Istati Membri jittrasponu 40 u jimplimentaw b’mod korrett din id-direttiva sabiex l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jiffjorixxu kemm personalment kif ukoll b’mod professjonali, u tistieden lill-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawn l-istandards minimi fir-reviżjoni tal-politiki tagħhom. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll soluzzjonijiet ta’ kwalità, pereżempju għall-indukrar tat-tfal, li jilħqu wkoll żoni anqas popolati fl-Ewropa. Fi ħdan l-amministrazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni se tippromwovi u tissorvelja l-użu ugwali tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli mill-impjegati kollha 41 .

L-isfidi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Istati Membri, b’mod partikolari s-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u d-dimensjonijiet tal-edukazzjoni tagħhom, se jkomplu jiġu mmonitorjati permezz tas-Semestru Ewropew 42 . Permezz tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, is-Semestru Ewropew jissorvelja wkoll dawn id-dimensjonijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 43 . Sa miċ-ċiklu tas-Semestru 2019-2020, ir-rapporti tal-pajjiżi tas-Semestru jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-SDGs, inkluż dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (SDG 5), u l-mod li bih il-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi jistgħu jgħinu fit-twettiq tagħhom.

Il-programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali jista’ jappoġġja lill-Istati Membri fl-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-amministrazzjoni pubblika, fl-ibbaġittjar tal-istat u fil-ġestjoni finanzjarja. Barra minn hekk, dan jista’ jikkontribwixxi għal riformi strutturali nazzjonali fl-Istati Membri biex tingħalaq id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u biex jiġi indirizzat il-proporzjon ogħla ta’ nisa fil-faqar, b’mod partikolari l-anzjani.

Jenħtieġ li l-politiki soċjali u ekonomiċi, it-tassazzjoni u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali ma jipperpetwawx inugwaljanzi strutturali bejn il-ġeneri bbażati fuq rwoli tal-ġeneri tradizzjonali fl-oqsma tal-ħajja tax-xogħol u dawk privati. Il-Kummissjoni se tiżviluppa gwida għall-Istati Membri dwar kif is-sistemi nazzjonali tat-taxxa u tal-benefiċċji jistgħu jħallu impatt fuq l-inċentivi jew id-diżinċentivi finanzjarji għat-tieni sors ta’ dħul.

L-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-suq tax-xogħol ifisser ukoll li tingħatalhom il-possibbiltà li jirnexxu bħala investituri u imprendituri 44 . Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE tappoġġa l-intraprenditorija tan-nisa, l-integrazzjoni (mill-ġdid) tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’setturi speċifiċi, tradizzjonalment maskili. Se jiġu żviluppati miżuri mmirati li jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-innovazzjoni taħt l-Orizzont Ewropa tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, inkluż proġett pilota għall-promozzjoni ta’ negozji ġodda mmexxija min-nisa u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju innovattivi fl-2020 45 . Il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll il-preżenza ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’fondi ta’ ekwità privata u f’fondi ta’ kapital ta’ riskju u f’fondi ta’ appoġġ fondi li jinvestu f’portafolli diversifikati skont il-ġeneru permezz tal-programm InvestEU biex isir investiment privat u pubbliku fl-Ewropa għal tkabbir aktar sostenibbli, inklużiv u innovattiv.

Il-kisba ta’ parteċipazzjoni ugwali fis-setturi differenti tal-ekonomija

Filwaqt li hemm aktar gradwati universitarji nisa fl-Ewropa milli gradwati rġiel, in-nisa għadhom sottorappreżentati fi professjonijiet bi ħlas ogħla 46 . Aktar nisa milli rġiel jaħdmu f’impjiegi u setturi b’pagi baxxi, u f’pożizzjonijiet aktar baxxi. 47 Normi soċjali u sterjotipi diskriminatorji dwar il-ħiliet tan-nisa u tal-irġiel, u s-sottovalutazzjoni tax-xogħol tan-nisa huma wħud mill-fatturi li jikkontribwixxu għal dan.



It-tranżizzjoni diġitali hija tal-akbar importanza f’dan il-kuntest. Bi trasformazzjoni rapida u diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-suq tax-xogħol, illum 90 % tal-impjiegi jeħtieġu ħiliet diġitali bażiċi 48 . In-nisa jirrappreżentaw biss 17 % tan-nies fl-istudji u l-karrieri fl-ICT 49 fl-UE 50 u 36 % biss tal-gradwati 51 STEM 52 , minkejja l-fatt li l-bniet imorru aħjar mis-subien fil-litteriżmu diġitali 53 . Dan id-distakk u dan il-paradoss se jiġu indirizzati fil-Pjan (aġġornat) ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u permezz tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ impenn dwar “in-Nisa fid-Dinja Diġitali” 54 . It-tabella ta’ valutazzjoni dwar in-“Nisa fid-Dinja Diġitali” se tintuża b’mod aktar sistematiku.

L-Aġenda Aġġornata tal-Ħiliet għall-Ewropa se tgħin tindirizza segregazzjoni orizzontali, sterjotipi u differenzi bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u fit-taħriġ. Il-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali se tappoġġa t-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fi professjonijiet tradizzjonalment iddominati mill-irġiel jew min-nisa u tindirizza l-isterjotipi tal-ġeneri. Il-Garanzija Imsaħħa għaż-Żgħażagħ se tindirizza wkoll speċifikament lin-nisa li mhumiex fl-edukazzjoni, f’impjieg jew f’taħriġ biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs.

Fil-Komunikazzjoni (li jmiss tal-Kummissjoni) dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri se titressaq bħala wieħed mill-elementi ewlenin. Il-qafas strateġiku mġedded għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-isport se jippromwovi l-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet fl-isport u l-attività fiżika u l-bilanċ bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija fi ħdan l-organizzazzjonijiet sportivi.

Indirizzar tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet

Il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali ilu minqux fit-Trattati mill-1957 u ġie mdaħħal fid-dritt tal-UE. Dan jiżgura li jkun hemm rimedji legali f’każ ta’ diskriminazzjoni. Madankollu, in-nisa għadhom jaqilgħu fil-medja inqas mill-irġiel 55 . Id-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi u fil-pagi akkumulati tul ħajjithom iwasslu għal differenza saħansitra usa’ fil-pensjonijiet u, konsegwentement, in-nisa anzjani qegħdin f’riskju akbar ta’ faqar mill-irġiel.

L-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi tirrikjedi li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin kollha tagħha, inkluż il-parteċipazzjoni aktar baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol, ix-xogħol inviżibbli u mhux imħallas, l-użu akbar tagħhom ta’ xogħol part-time 56 u l-waqfien fil-karriera, kif ukoll is-segregazzjoni vertikali u orizzontali bbażata fuq l-isterjotipi tal-ġeneri u d-diskriminazzjoni.

Meta tkun disponibbli informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, ikun aktar faċli li jiġu identifikati nuqqasijiet u diskriminazzjoni. Minħabba nuqqas ta’ trasparenza, ħafna nisa ma jafux jew ma jistgħux jagħtu prova li huma mhumiex imħallsa tajjeb. Il-Kummissjoni se tippreżenta miżuri vinkolanti dwar it-trasparenza fil-pagi sa tmiem l-2020.

Inizjattiva bħal din se ssaħħaħ id-drittijiet tal-impjegati biex jiksbu aktar informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, filwaqt li tista’ żżid piż amministrattiv għal min iħaddem. Biex jinstab il-bilanċ it-tajjeb għal azzjoni tal-UE bħal din, huwa tal-akbar importanza li jiġu kkonsultati l-imsieħba soċjali u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni bir-reqqa tal-qafas eżistenti dwar paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali 57 . Flimkien mal-adozzjoni ta’ din l-istrateġija, il-Kummissjoni qed tniedi proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u inklużiv 58 mal-pubbliku, mal-Istati Membri u mal-imsieħba soċjali. B’mod usa’, il-Kummissjoni se tniedi mill-ġdid id-diskussjoni mal-imsieħba soċjali dwar kif tista’ tittejjeb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fid-dinja tax-xogħol, inkluż fi ħdan l-istrutturi tagħhom, u tinkoraġġihom jintensifikaw l-isforzi fl-indirizzar tad-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi u fil-pagi.

Tnaqqis fil-qligħ, konċentrazzjoni ogħla f’xogħol part-time u diskrepanzi fil-karriera marbuta ma’ responsabbiltajiet ta’ kura tan-nisa jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għad-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet. Fl-edizzjoni tal-2021 tar-Rapport dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet, il-Kummissjoni, flimkien mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Kunsill, se tivvaluta kif ir-riskji u r-riżorsi huma kondiviżi fis-sistemi tal-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel. Biex tipproteġi d-drittijiet tal-pensjoni u tinkoraġġixxi qsim ugwali ta’ responsabbiltajiet ta’ kura bejn in-nisa u l-irġiel, il-Kummissjoni se tesplora mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati l-għoti ta’ krediti tal-pensjonijiet għal waqfiet fil-karriera relatati mal-kura fi skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali, kif rakkomandat mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-pensjonijiet 59 .

Intemmu d-differenza bejn il-ġeneri fil-qasam tal-kura

Illi persuna tirnexxi fix-xogħol filwaqt li timmaniġġja r-responsabbiltajiet ta’ kura fid-dar hija sfida, speċjalment għan-nisa. In-nisa ta’ spiss jallinjaw id-deċiżjoni tagħhom li jaħdmu, u kif jaħdmu, mar-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom u b’jekk u kif dawn id-doveri jkunu kondiviżi ma’ sieħeb. Din hija sfida partikolari għal ġenituri waħedhom, li ħafna minnhom huma nisa 60 , u għal persuni li jgħixu f’żoni rurali remoti li għalihom ħafna drabi hemm nuqqas ta’ soluzzjonijiet ta’ appoġġ. In-nisa għandhom ukoll piż sproporzjonat ta’ xogħol bla ħlas, li jikkostitwixxi sehem sinifikanti ta’ attività ekonomika. 61  

Huwa kruċjali li jkun hemm qsim ugwali ta’ responsabbiltajiet ta’ kura fid-dar, kif inhija d-disponibbiltà tal-kura tat-tfal, tal-kura soċjali u tas-servizzi domestiċi, b’ mod partikolari għall-ġenituri waħedhom 62 . Aċċess insuffiċjenti għal servizzi tal-kura formali ta’ kwalità u bi prezz raġonevoli huwa wieħed mill-muturi ewlenin tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol 63 . L-investiment fis-servizzi tal-kura huwa għalhekk importanti biex jappoġġja l-parteċipazzjoni tan-nisa f’xogħol imħallas u l-iżvilupp professjonali tagħhom. Għandu wkoll potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.

Il-miri ta’ Barċellona 64  għall-forniment ta’ arranġamenti ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal fil-biċċa l-kbira jintlaħqu, iżda xi Stati Membri għadhom lura b’mod sinifikanti. Għalhekk, il-Kummissjoni se tipproponi li tirrevedi l-miri ta’ Barċellona biex tiżgura aktar konverġenza ’l fuq fost l-Istati Membri tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Garanzija għat-Tfal fl-2021 se tiffoka fuq l-ostakli l-aktar sinifikanti li jipprevjenu lit-tfal milli jaċċessaw is-servizzi meħtieġa għall-benesseri u l-iżvilupp personali tagħhom, sabiex jiġi eliminat iċ-ċirku ta’ faqar u jitnaqqsu l-inugwaljanzi.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-ħidma tal-Istati Membri dwar it-titjib tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta’ servizzi ta’ kura ta’ kwalità għat-tfal u dipendenti oħra permezz ta’ investimenti mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm InvestEU u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Fi tmiem l-2020, il-Kummissjoni se tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għal Green Paper dwar it-Tixjiħ b’enfasi fuq il-kura fit-tul, il-pensjonijiet u t-tixjiħ attiv.

Minbarra l-azzjonijiet tal-Kummissjoni elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex:

·jittrasponu d-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u jimplimentaw kif suppost il-liġi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-liġi tax-xogħol 65 ;

·jagħtu segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2019 “L-eliminazzjoni tad-Diskrepanza fil-Pagi bejn is-Sessi: “Politiki u Miżuri Ewlenin”;

·jiżguraw investimenti adegwati fis-servizzi ta’ edukazzjoni, fis-servizzi ta’ kura bikrija tat-tfal u servizzi ta’ kura fit-tul inkluż permezz ta’ finanzjament disponibbli tal-UE; kif ukoll

·jimplimentaw id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ impenn dwar “in-Nisa fid-Dinja Diġitali”.

3.    Tmexxija b’mod ugwali fis-soċjetà

Il-kumpaniji, il-komunitajiet u l-pajjiżi jenħtieġ li jitmexxew kemm min-nisa kif ukoll mill-irġiel, fid-diversità kollha tagħhom. Kemm jekk int mara kif ukoll jekk int raġel ma għandux jinfluwenza l-karriera tiegħek.

Il-kisba ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u fil-politika

Għad hemm wisq ftit wisq nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija. Kemm fil-politika kif ukoll fl-aġenziji tal-gvern, fl-ogħla qrati jew fuq il-bordijiet tal-kumpaniji. Dan huwa l-każ anki jekk l-ugwaljanza bejn il-ġeneri teżisti fil-livelli aktar baxxi. Jekk l-ogħla pożizzjonijiet jinżammu esklużivament mill-irġiel għal żmien twil, dan jifforma l-mudell ta’ reklutaġġ għas-suċċessuri, xi kultant biss minħabba preġudizzju mhux konxju.

Il-fatt li jkunu rappreżentati kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel huwa kruċjali għal tmexxija b’suċċess. Hija meħtieġa tmexxija inklużiva u varjata biex jissolvew l-isfidi kumplessi li jiffaċċjaw dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet illum. Aktar inklużjoni u aktar diversità hija essenzjali biex jitressqu ideat ġodda u approċċi innovattivi li jservu aħjar lis-soċjetà tal-UE dinamika u li tiffjorixxi. Li ċ-ċittadini minn sfondi kollha jitħallew jipparteċipaw b’mod sinifikanti fis-soċjetà hija prekundizzjoni meħtieġa għal demokrazija li tiffunzjona tajjeb u twassal għal tfassil ta’ politika aktar effettiva 66 .

Firxa wiesgħa ta’ talenti u ħiliet jikkontribwixxu għal teħid aħjar ta’ deċiżjonijiet u governanza korporattiva, u jixprunaw it-tkabbir ekonomiku. 67  Minkejja li sar xi progress f’dawn l-aħħar snin, is-sottorappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fin-negozji u fl-industrija tal-Ewropa għadha tippersisti 68 . 

Biex tgħin biex jitkisser is-saqaf tal-ħġieġ, il-Kummissjoni se tinsisti għall-adozzjoni tal-proposta tal-2012 għal Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi 69 li tistabbilixxi l-mira ta’ minimu ta’ 40 % tal-membri mhux eżekuttivi tas-sess l-anqas irrappreżentat fuq il-bordijiet tal-kumpaniji 70 .

B’mod parallel, il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajbin li jindirizzaw il-bilanċ bejn il-ġeneri f’bordijiet eżekuttivi u pożizzjonijiet maniġerjali, li jieħdu l-eżempji ta’ proġetti nazzjonali jew reġjonali mmexxija minn gvernijiet, mis-soċjetà ċivili jew mis-settur privat. Il-Pjattaforma tal-UE ta’ Karti dwar id-Diversità 71 se sservi bħala pjattaforma għall-iskambju. Il-Kummissjoni se tkompli tikkoopera ma’ proġetti madwar l-UE bħall-Indiċi Ewropew tad-Diversità tal-Ġeneru 72 .

Opportunità ugwali fil-parteċipazzjoni hija essenzjali għal demokrazija rappreżentattiva fil-livelli kollha – Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-parteċipazzjoni tan-nisa bħala votanti u kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024, f’kollaborazzjoni mal-Parlament Ewropew, mal-parlamenti nazzjonali u mas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta’ finanzjament u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki. Il-partiti politiċi Ewropej li jitolbu finanzjament mill-UE huma mħeġġa jkunu trasparenti dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri tal-membri tal-partit politku tagħhom 73 .

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE ma jkunux eżenti milli jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija. Il-Kummissjoni se tmexxi bl-eżempju. Bis-saħħa tas-sejħa qawwija tal-President von der Leyen biex tinkiseb parità bejn il-ġeneri fil-Kulleġġ tal-Kummissarji, s’issa hija għandha l-ogħla numru ta’ Kummissarji nisa. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tilħaq bilanċ bejn il-ġeneri ta’ 50 % fil-livelli kollha tal-ġestjoni tagħha sa tmiem l-2024 74 . Il-miżuri ta’ appoġġ se jinkludu miri kwantitattivi għall-ħatriet u programmi ta’ żvilupp ta’ tmexxija tan-nisa 75 . Il-Kummissjoni se żżid ukoll l-isforzi biex jintlaħaq sehem akbar ta’ maniġers nisa fl-aġenziji tal-UE 76 , u se tiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-ġeneri fost il-kelliema u l-membri tal-bord tal-konferenzi li torganizza.

Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji aktar effettivi biex jiżdied in-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż permezz tal-Programm ta’ Apprendiment Reċiproku dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 77 . Il-Kummissjoni se xxerred ukoll data u analiżi tax-xejriet dwar ir-rappreżentanza tan-nisa u tal-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’kooperazzjoni mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE, European Institute for Gender Equality).

Minbarra l-azzjonijiet tal-Kummissjoni elenkati hawn fuq, il-Kummissjoni tappella:

-lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex:

·jadottaw il-proposta għal Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet korporattivi; u

·jadottaw miżuri biex itejbu l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-livelli kollha tal-maniġment tagħhom u f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija.

-lill-Istati Membri biex:

·jittrasponu u jimplimentaw id-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet korporattivi, ġaladarba tkun ġiet adottata; u

·jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji biex jiżdied in-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-politika u fit-tfassil tal-politika.

4.    Integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u tal-perspettiva intersezzjonali fil-politiki tal-UE

L-isfidi ewlenin li qed jaffettwaw l-UE llum – inklużi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-bidla demografika – kollha għandhom dimensjoni tal-ġeneru. L-inklużjoni ta’ perspettiva tal-ġeneru fil-politiki u fil-proċessi kollha tal-UE hija essenzjali biex jintlaħaq l-għan tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tiżgura li l-politiki u l-programmi jimmassimizzaw il-potenzjal tan-nisa u l-irġiel kollha, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom. L-għan huwa d-distribuzzjoni mill-ġdid tal-poter, tal-influwenza u tar-riżorsi b’mod ġust u ugwali bejn il-ġeneri, l-indirizzar tal-inugwaljanza, il-promozzjoni tal-ġustizzja u l-ħolqien ta’ opportunità.

Il-Kummissjoni se tintegra perspettiva ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-inizjattivi ewlenin kollha tal-Kummissjoni matul il-mandat attwali, iffaċilitat bil-ħatra tal-ewwel Kummissarju għall-Ugwaljanza, bħala portafoll awtonomu, u bil-ħolqien ta’ Task Force għall-Ugwaljanza 78 magħmula minn rappreżentanti tas-servizzi kollha tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. It-Task Force se tiżgura l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, fil-livell operazzjonali u tekniku.

Bħala eżempju, il-politiki li ġejjin taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħal pereżempju l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini jew l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għall-Klima, jistgħu jkollhom impatt fuq in-nisa b’mod differenti mill-irġiel 79 . Fir-rigward tat-tibdil fil-klima, ir-rwol tan-nisa żgħażagħ b’mod partikolari kien notevoli li rriżulta fi spinta għall-bidla. In-nisa u l-irġiel mhumiex affettwati bl-istess mod mill-politiki ekoloġiċi li jittrattaw it-tibdil fil-klima (hemm inqas possibbiltajiet għan-nisa bħala rifuġjati minħabba l-klima), jew it-tranżizzjoni nadifa (hemm aktar nisa fil-faqar enerġetiku), it-trasport ħieles mill-emissjonijiet (aktar nisa jużaw it-trasport pubbliku). Għalhekk, l-indirizzar tad-dimensjoni tal-ġeneru jista’ jkollu rwol ewlieni fl-ingranaġġ tal-potenzjal sħiħ ta’ dawn il-politiki.

Eżempju ieħor huwa dak tad-diġitalizzazzjoni, li se tbiddel b’mod fundamentali l-ħajja tagħna u dik ta’ wliedna. F’din it-tranżizzjoni, huwa kruċjali li n-nisa jgħinu biex jinbena dak il-futur u li ħafna aktar bniet minn attwalment jiksbu ħiliet fl-IT biex ikunu jistgħu jaqdu rwol fit-tiswir tad-dinja diġitali ta’ għada.

Fi kwistjonijiet ta’ saħħa, in-nisa u l-irġiel jesperjenzaw riskji għas-saħħa marbuta mal-ġeneru. Dimensjoni tal-ġeneru se tiġi integrata fil-Pjan Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer li se jitnieda fl-2020. Se jiġu ffaċilitati l-iskambji regolari ta’ prattiki tajbin bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar l-aspetti tas-saħħa tal-ġeneru, inkluż dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi.

L-Aġenda tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 se tiġi adottata fl-2020, u se tindirizza wkoll l-isfidi speċifiċi mal-ġeneru li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-bniet f’abbuż ta’ sustanza.

L-intersezzjonalità tal-ġeneru ma’ raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni se jiġu indirizzati fil-politiki kollha tal-UE. In-nisa huma grupp eteroġenju u jistgħu jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali abbażi ta’ diversi karatteristiċi personali. Pereżempju, mara migrant b’diżabbiltà tista’ tħabbat wiċċha ma’ diskriminazzjoni fuq tliet raġunijiet jew aktar. Jenħtieġ għalhekk li l-liġi, il-politiki tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom iwieġbu għall-ħtiġijiet u għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tan-nisa u tal-bniet fi gruppi differenti. Il-Pjan ta’ Azzjoni li jmiss dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni u l-oqfsa strateġiċi tal-UE dwar id-diżabbiltà, il-persuni LGBTI+, l-inklużjoni tar-Rom u d-drittijiet tat-tfal se jkunu marbuta ma’ din l-istrateġija u ma’ xulxin. Barra minn hekk, il-perspettiva intersezzjonali dejjem se tiggwida l-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

5.    Azzjonijiet ta’ finanzjament biex isir progress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) jiżguraw l-integrazzjoni ta’ dimensjoni tal-ġeneru fil-qafas finanzjarju kollu, u b’mod aktar speċifiku f’diversi strumenti ta’ finanzjament u ta’ garanzija baġitarja tal-UE, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-programm Ewropa Kreattiva, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Programm InvestEU. Il-finanzjament se jappoġġja azzjonijiet li jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jinvesti f’faċilitajiet ta’ kura, jappoġġja l-intraprenditorija tan-nisa, jiġġieled is-segregazzjoni skont il-ġeneru f’ċerti professjonijiet u jindirizza r-rappreżentanza żbilanċjata tal-bniet u tas-subien f’xi setturi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ.

Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni 80 propost jinkludi “kundizzjonijiet ta’ faċilitazzjoni” speċifiċi, li jirrikjedu li Stat Membru jkollu fis-seħħ qafas strateġiku nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prekundizzjoni biex isir użu mill-fondi meta jsir investiment fit-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol, tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jew l-infrastruttura tal-kura tat-tfal. “Kundizzjoni ta’ faċilitazzjoni” orizzontali oħra dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tinkludi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin tagħha u tapplika għall-investimenti kollha skont dan ir-Regolament.

Finanzjament iddedikat għal proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għall-istituzzjonijiet pubbliċi li jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi, inkluża l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, se jkun disponibbli permezz tal-Programm taċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lin-nisa u lill-bniet fil-qasam tal-ażil u tal-migrazzjoni. Permezz tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimmiraw azzjonijiet li jappoġġjaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa fil-proċedura tal-ażil, kif ukoll azzjonijiet li jappoġġjaw l-integrazzjoni tan-nisa fis-soċjetà l-ġdida. Barra minn hekk, il-fond se jippermetti li jissaħħu l-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, inklużi vittmi nisa ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru f’kuntesti tal-ażil u tal-migrazzjoni.

Fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni, il-Kummissjoni se tintroduċi miżuri ġodda biex tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’Orizzont Ewropa, bħall-possibbiltà li jkun meħtieġ pjan ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri mill-applikanti u inizjattiva biex jiżdied l-għadd ta’ negozji ġodda tat-teknoloġija mmexxija min-nisa. Il-finanzjament għar-riċerka intersezzjonali u dwar il-ġeneri se jkun disponibbli wkoll.

Se jkun hemm ukoll opportunitajiet ta’ finanzjament biex jiżdied l-għarfien intraprenditorjali tan-nisa u l-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet u biex isir investiment fl-iżvilupp tas-servizzi bażiċi f’żoni rurali skont il-Politika Agrikola Komuni. Bil-ħsieb li tingħata s-setgħa lin-nisa, hija ppjanata sejħa ġdida apposta għan-nisa fl-“ekonomija blu” 81 bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jmiss għall-2021-2027.

Strateġija ta’ Inklużjoni u Diversità għall-programm Erasmus+ tal-ġejjieni se tipprovdi gwida dwar kif il-programm jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fis-setturi kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport.

Il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli se tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-offerti pubbliċi.

F’konformità ma’ sejħiet ripetuti minn diversi Stati Membri u l-Parlament Ewropew 82 , il-Kummissjoni se tħares lejn l-impatt tal-ġeneri fuq l-attivitajiet tagħha u kif tkejjel in-nefqa relatata mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livell ta’ programm fil-QFP għall-2021-2027. L-eżitu tal-awditu li tnieda dan l-aħħar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE biex jippromwovi l-ugwaljanza se jikkontribwixxi għal dan il-proċess. Dan se jtejjeb l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-proċess tal-baġit tal-Kummissjoni, u jkompli jżid il-kontribuzzjoni magħmula mit-tfassil tal-politika u mill-allokazzjoni tar-riżorsi għall-għanijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

6.    Indirizzar tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fid-dinja kollha

L-inugwaljanza bejn il-ġeneri hija problema globali. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa huwa objettiv ewlieni tal-azzjoni esterna tal-UE. Huwa importanti li l-azzjonijiet interni u esterni tal-UE f’dan il-qasam ikunu koerenti u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. L-UE tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-sħubiji internazzjonali tagħha, fid-djalogi politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi terzi, fil-politika kummerċjali tal-UE kif ukoll fil-politiki tal-UE dwar il-viċinat u t-tkabbir, inkluż fil-kuntest tan-negozjati ta’ adeżjoni u l-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni. Barra minn hekk, azzjonijiet relatati mal-ġeneru huma inklużi fl-azzjonijiet tal-UE f’sitwazzjonijiet fraġli, ta’ kunflitt u ta’ emerġenza.

Il-pjan ta’ azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa f’relazzjonijiet esterni (2016-2020) (GAPII) 83 jiffoka fuq it-tmiem tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, il-promozzjoni tal-għoti tas-setgħa ekonomika u soċjali tan-nisa u l-iżgurar li jiġu ssodisfati d-drittijiet umani, politiċi u ċivili tagħhom. Bi tkomplija mal-kisbiet u mat-tagħlimiet meħuda, il-GAP III se jitnieda fl-2020, b’approċċ komprensiv, u se jkun koerenti mal-prijoritajiet ta’ din l-istrateġija permezz tal-integrazzjoni tal-elementi rilevanti kollha tagħha fl-azzjoni esterna tal-UE.

L-UE se tkompli tappoġġja d-drittijiet umani tan-nisa, se tiddefendi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, u l-isforzi biex titrażżan il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru madwar id-dinja, inkluż f’sitwazzjonijiet fraġli, ta’ kunflitt u ta’ emerġenza. L-UE nediet l-Inizjattiva Spotlight , programm globali konġunt bejn l-UE u n-NU b’allokazzjoni ġenerali tal-UE ta’ EUR 500 miljun biex tiġi eliminata kull forma ta’ vjolenza fuq in-nisa u l-bniet. L-UE se tniedi kampanja #Withher fl-2020, imfassla biex tisfida normi u sterjotipi tal-ġeneri dannużi, li jipperpetwaw il-vjolenza kontra n-nisa madwar id-dinja. L-UE se tadotta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020–2024) fl-2020. L-UE se tkompli wkoll timplimenta l-Approċċ Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà għall-perjodu 2019-2024 84 .

Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi attivament l-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-politika kummerċjali tagħha, inkluż permezz tal-impenn attiv tagħha dwar il-kwistjoni fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Se tkompli tiġbor data diżaggregata skont il-ġeneru, biex jiġi żgurat li aspetti tal-ġeneru li jkunu relatati mal-kummerċ jiġu indirizzati b’mod adegwat fil-ftehimiet kummerċjali u biex jiġi kkunsidrat l-impatt tal-ġeneru f’inizjattivi kummerċjali.

Fil-pajjiżi msieħba, l-UE se tagħmel użu mill-Pjan ta’ Investiment Estern biex tippromwovi l-intraprenditorija u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Pereżempju, il-Faċilità tal-Inklużjoni Finanzjarja għan-Nisa waħedha għandha l-għan li tipprovdi EUR 100 miljun għall-aċċess għall-finanzi min-nisa. L-Istrateġija tal-UE mal-Afrika fl-2020 se tiffoka wkoll fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa.

Fil-politiki esterni tal-UE, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tintuża fil-proċess baġitarju permezz tal-impenn li jiġi żgurat li 85 % tal-programmi l-ġodda kollha jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa 85 .



NAĦDMU FLIMKIEN GĦAL EWROPA LI TĦADDAN L-UGWALJANZA BEJN IL-ĠENERI

Il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni Ewropea hija responsabbiltà konġunta. Dan jeħtieġ l-għaqda u l-azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE kollha, fi sħubija mas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-imsieħba soċjali u s-settur privat.

Il-Parlament Ewropew 86 u l-Kunsill 87 urew l-impenn tagħhom għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’diversi riżoluzzjonijiet u konklużjonijiet li jsejħu lill-Kummissjoni biex tadotta Strateġija Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u biex issaħħaħ l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-oqsma kollha ta’ politika.

Filwaqt li jaħdmu flimkien, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jenħtieġ li japprofondixxu l-involviment tagħhom mas-soċjetà ċivili, inklużi l-movimenti u l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-gvernijiet, biex isir progress fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jkomplu jkunu mexxejja globali.

Il-Kummissjoni tappella wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex b’mod tempestiv imexxu ’l quddiem il-ħidma tagħhom dwar il-proposti eżistenti u futuri tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-possibbiltajiet offruti għall-appoġġ finanzjarju tal-UE u jiżguraw it-titjib fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

L-azzjonijiet ewlenin ippreżentati f’din l-istrateġija se jiġu aġġornati u ssupplimentati b’mod regolari. L-implimentazzjoni tagħhom se tiġi mmonitorjata, u l-progress se jiġi rrappurtat fuq bażi annwali. Dawn ir-rapporti se jservu bħala rendikont politiku annwali tal-progress li jkun sar. Minbarra eżempji ta’ prattika tajba fl-Istati Membri, ir-rapporti annwali se jinkludu wkoll data rilevanti, inkluż mill-Eurostat u mill-Eurofound, kif ukoll indikaturi biex jitkejjel il-progress, b’mod illi jittieħed kont tal-Indiċi annwali tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-EIGE. L-EIGE se tipprovdi wkoll data u riċerka biex jikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika bbażata fuq l-evidenza tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri.

Meta naħdmu flimkien, nistgħu nagħmlu progress reali sal-2025 fil-kisba ta’ Ewropa li fiha n-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien, fid-diversità kollha tagħhom, ikunu ugwali – li fiha jkunu ħielsa li jkomplu bil-perkors magħżul tagħhom fil-ħajja u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, li fiha jkollhom opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxu, u li fiha jkunu jistgħu jipparteċipaw bl-istess mod fis-soċjetà Ewropea tagħna.

(1)

Ara l-Artikoli 2 u 3(3) TUE, l-Artikoli 8, 10, 19 u 157 TFUE u l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

(2)

  https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/social-summit-european-pillar-social-rights-booklet_mt.pdf .

(3)

 Sal-2050, it-titjib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jwassal għal żieda fil-PDG per capita tal-UE minn 6,1 għal 9,6 %, li jammonta minn EUR 1,95 sa EUR 3,15 triljun: https://eige.europa.eu/gender-mainstreaming/policy-areas/economic-and-financial-affairs/economic-benefits-gender-equality .

(4)

Fir-rigward tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, skont l-Indiċi tal-Ġeneru tal-SDG 2019 EM2030:  https://data.em2030.org/em2030-sdg-gender-index/ .

(5)

L-UE adottat sitt Direttivi li jkopru l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, li jaħdmu għal rashom, fl-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi, fis-sigurtà soċjali, fit-tqala u fil-maternità u dwar il-liv relatat mal-familja u l-arranġamenti ta’ xogħol flessibbli għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw. Flimkien dawn progressivament stabbilixxew standard legali madwar l-Ewropa li jiżgura protezzjoni wiesgħa mid-diskriminazzjoni. Bosta kawżi li tressqu quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja komplew isaħħu l-prinċipju ta’ ugwaljanza u taw ġustizzja lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni.

(6)

“Ġeneru” għandha tfisser ir-rwoli, l-imġibiet, l-attivitajiet u l-attributi mibnija soċjalment li soċjetà partikolari tqis xierqa għan-nisa u għall-irġiel, ara l-Artikolu 3(c) tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika.

(7)

 Ara l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE, European Institute for Gender Equality) https://eige.europa.eu/gender-equality-index/2019 .  

(8)

B’segwitu għall-impenn strateġiku tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-2016-2019.

(9)

L-espressjoni “fid-diversità kollha tagħhom” tintuża f’din l-istrateġija biex tesprimi li, fejn jissemmew in-nisa jew l-irġiel, dawn huma kategoriji eteroġeni inkluż fir-rigward tas-sess l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi tas-sess tagħhom. Hija tafferma l-impenn li ħadd ma jitħalla barra u li tinkiseb Ewropa ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri għal kulħadd, irrispettivament mis-sess, mir-razza jew mill-oriġini etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, mid-diżabbiltà, mill-età jew mill-orjentazzjoni sesswali tagħhom.

(10)

L-EIGE jiddefinixxi “l-intersezzjonalità” bħala “għodda analitika għall-istudju, għall-fehim u għar-rispons għall-modi li bihom is-sess u l-ġeneru jikkoinċidu ma’ karatteristiċi personali/identitajiet oħra, u kif dawn l-intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni” (Ara: https://eige.europa.eu/thesaurus/terms/1263 ). Skont l-Artikolu 10 TFUE “fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali”.

(11)

  https://beijing20.unwomen.org/en/about .

(12)

  https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goalsen .

(13)

L-Artikolu 3(d) tal-Konvenzjoni ta’ Istambul

(14)

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), “Vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ madwar l-UE kollha”, 2014 – ara l-infografiċi.

(15)

Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE (Opinjoni 1/19).

(16)

Iċ-ċifri fl-infografika ġejjin minn studji reċenti mill-Aħħar Netwerk Ewropew dwar l-MĠF, ara: https://www.endfgm.eu/female-genital-mutilation/fgm-in-europe .

(17)

Id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità

(18)

Pereżempju, 34 % tan-nisa bi problema ta’ saħħa jew diżabbiltà esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali, meta mqabbla ma’ 19 % tan-nisa li m’għandhomx problema ta’ saħħa jew diżabbiltà. FRA, “Vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ madwar l-UE kollha”, 2014.

(19)

Li jiġi implimentat il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà għall-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 6 (Nisa b’Diżabbiltà) u 16 (Il-libertà mill-isfruttar, mill-vjolenza u mill-abbuż).

(20)

Skont l-EIGE, “maskulinità” tirreferi għal “kunċetti differenti fuq x’ifisser li tkun raġel, inklużi mudelli ta’ kondotta marbutin mal-post tar-raġel f’sett partikolari ta’ rwoli u relazzjonijiet tal-ġeneru”, ara: https://eige.europa.eu/thesaurus/terms/1285 .

(21)

ILO, Il-Konvenzjoni (Nru 190) u r-Rakkomandazzjoni (Nru 206) dwar il-Vjolenza u l-Fastidju.

(22)

Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid).

(23)

  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/new-eu-rules-e-commerce .

(24)

Abbażi tal-kooperazzjoni taħt il-Forum tal-UE dwar l-Internet, li wasslet għall-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online.

(25)

It-traffikar tal-bnedmin huwa rikonoxxut bħala vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW).

(26)

Dan joħroġ mid-Direttiva 2011/36/UE Kontra t-Traffikar dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu.

(27)

Ewrobarometru Speċjali 465, Ġunju 2017 – ara l-infografiki.

(28)

Il-Kummissjoni Ewropea, White paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja, COM (2020) 65 final: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/commission-white-paper-artificial-intelligence-feb2020_en.pdf .

(29)

  https://ec.europa.eu/info/horizon-europe-next-research-and-innovation-framework-programme_en .

(30)

Ara, pereżempju, “L-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-midja”, studju li sar għall-Kumitat FEMM dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-Parlament Ewropew, 2018.

(31)

  https://ec.europa.eu/programmes/creative-europe/node_en .

(32)

  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/media-sub-programme-creative-europe .

(33)

Id-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija.

(34)

B’mod partikolari, id-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, id-Direttiva 2011/99/UE dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni, ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti.

(35)

Eurostat, 2019, https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-datasets/product?code=sdg_05_30 u https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=lfsi_emp_a&lang=en  ara l-infografika.

(36)

  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/pdfscache/35409.pdf u wkoll FRA, “Nisa Rom f’disa’ Stati Membri tal-UE”, 2019 – ara l-infografika.

(37)

Eurostat, Stħarriġ Furzat tax-Xogħol, kalkoli magħmula abbażi ta’ lfsa_eegan2 — ara l-infografika.

(38)

Ara, pereżempju, l-ENAR, “Ir-Razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-Impjiegi fl-Ewropa 2013-2017”, 2017.

(39)

Id-Direttiva (UE) 2019/1158 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw.

(40)

Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għandha tiġi trasposta mill-Istati Membri sat-2 ta’ Awwissu 2022 (u sat-2 ta’ Awwissu 2024 fir-rigward tal-ħlas tal-aħħar ġimagħtejn tal-perjodu minimu ta’ xahrejn ta’ liv tal-ġenituri).

(41)

Għal miżuri eżistenti, ara r-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-2019, “Diversità u Ugwaljanza bejn il-Ġeneri” (dokument intern).

(42)

  https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/economic-and-fiscal-policy-coordination/eu-economic-governance-monitoring-prevention-correction/european-semester_mt .

(43)

Il-prinċipju 2 tal-Pilastru huwa dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, filwaqt li diversi prinċipji oħra jindirizzaw l-isfidi relatati mal-ġeneri, inklużi l-prinċipji dwar l-opportunitajiet indaqs (il-prinċipju 3), il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (il-prinċipju 9), il-kura tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal (il-prinċipju 11), id-dħul għall-anzjani u l-pensjonijiet (il-prinċipju 15) u l-kura fit-tul (il-prinċipju 18).

(44)

 International Finance Corporation, Moving toward gender balance in private equity and venture capital, 2019; Biegel, S., Hunt, S. M., Kuhlman, S., Project Sage 2.0 Tracking venture capital with a gender lens, 2019; u Atomico, State of European Tech 2019 Report, https://2019.stateofeuropeantech.com/chapter/state-european-tech-2019/article/executive-summary – ara l-infografiki.

(45)

  https://ec.europa.eu/research/eic/index.cfm .  

(46)

Rapport PISA tal-2019, http://www.oecd.org/pisa/PISA%202018%20Insights%20and%20Interpretations%20FINAL%20PDF.pdf ; Il-Kummissjoni Ewropea, “Women in the Digital Age –Final Report’,”, 2018; u r-“Gender Gap Report 2020” tal-Forum Ekonomiku Dinji – ara l-infografiki.

(47)

Eurostat, “A decomposition of the unadjusted gender pay gap using Structure of Earnings Survey data”, Dokument ta’ ħidma statistika, 2018.

(48)

Il-Kummissjoni Ewropea, “ICT for Work: Digital Skills in the Workplace” (ICT għax-Xogħol: Ħiliet Diġitali fil-Post tax-Xogħol), 2017.

(49)

It-Teknoloġija tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni.

(50)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/EDN-20180425-1 .

(51)

  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/9540ffa1-4478-11e9-a8ed-01aa75ed71a1/language-en .

(52)

Ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika.

(53)

2018 International Computer and Information Literacy Study (ICILS).

(54)

  https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/eu-countries-commit-boost-participation-women-digital .

(55)

Eurostat, 2018 fuq  https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/view/SDG_05_20?lang=en ; https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=ilc_pnp13&lang=en  u  https://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=ilc_pnp14&lang=en ara l-infografiki.

(56)

Waħda mir-raġunijiet hija l-fatt li bħala medja n-nisa jqattgħu inqas sigħat f’xogħol imħallas mill-irġiel: filwaqt li 8 % biss tal-irġiel fl-UE jaħdmu part-time, kważi terz tan-nisa madwar l-UE (31 %) jagħmlu dan - ara l-Eurostat, 2018, https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/DDN-20190621-1 .

(57)

Evalwazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti fid-Direttiva 2006/54/KE li timplimenta l-prinċipju tat-Trattat dwar “paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali”, SWD (2020) 50; Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2017-2019 dwar l-indirizzar tad-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa, COM(2020)101.

(58)

Għandha titnieda flimkien ma’ din l-istrateġija.

(59)

Rapport finali dwar il-grupp ta’ esperti f’livell għoli dwar il-pensjonijiet, Diċembru 2019,
https://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3589&Lang=MT .

(60)

Maldonado, L. C., & Nieuwenhuis, R., “Family policies and single parent poverty in 18 OECD countries (Politiki tal-familja u faqar ta’ ġenituri waħedhom fi 18-il pajjiż tal-OECD), 1978-2008”. Komunità, Xogħol u Familja, 18(4): 395–415.

(61)

  https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---cabinet/documents/publication/wcms_713376.pdf .

(62)

Eurofound, “Striking a balance (It-tiftix ta’ bilanċ): Reconciling work and life in the EU” (Ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja fl-UE), 2018 – ara l-infografiki.

(63)

Hoffmann, F., & Rodrigues, R., “Informal carers: who takes care of them?”, Sommarju tal-politika ta’ April 2010 Ċentru Ewropew għall-Politika u r-Riċerka dwar l-Assistenza Soċjali, Vjenna - ara l-infografiki.

(64)

  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/bcn_objectives-report2018_web_en.pdf .

(65)

Dan jinkludi d-Direttiva riformulata dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjieg u fix-xogħol, id-Direttivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f’dawk li jaħdmu għal rashom, fl-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, fis-sigurtà soċjali, fit-tqala u fil-maternità, fid-Direttiva dwar ix-xogħol part-time, fid-Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, fir-Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, u fir-Rakkomandazzjoni dwar il-korpi tal-ugwaljanza.

(66)

EIGE Gender Statistics Database, “National parliaments: Single/lower house”, 2019 – ara l-infografika.

(67)

ILO, “The business case for change”, 2019; McKinsey, “Women Matter report”, 2017; Catalyst, “Why Diversity and Inclusion Matter”, 2018; Rohini Anand, “Gender-Balanced Teams Linked to Better Business Performance: A Sodexo Study”, 2016.

(68)

Bażi tad-data tal-EIGE għall-istatistiki marbuta mal-ġeneru, “Women and men in decision-making” 2019 – ara l-infografika.

(69)

COM(2012)614 final.

(70)

Hemm riżultati pożittivi f’diversi pajjiżi li introduċew miżuri leġiżlattivi rilevanti, inkluż Franza, l-Italja, il-Belġju, il-Ġermanja u aktar reċentement l-Awstrija u l-Portugall. Ara

https://eige.europa.eu/publications/gender-equality-index-2019-report/more-gender-equality-corporate-boards-only-few-member-states .

(71)

  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/combatting-discrimination/tackling-discrimination/diversity-management/eu-platform-diversity-charters_en .

(72)

 Il-proġetti rilevanti jinkludu n-Nisa Ewropej fuq il-Bordijiet: https://europeanwomenonboards.eu/ .

(73)

Ir-Regolament 2018/673 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, il-premessa 6.

(74)

Fl-2019, 41 % tal-maniġers fil-Kummissjoni kienu nisa (minn 30 % fl-2014). Dan kien jinkludi 37 % tal-maniġers superjuri (minn 27 %) u 42 % tal-maniġers intermedji (minn 31 %).

(75)

Għall-miżuri eżistenti: Il-Kummissjoni Ewropea, “Diversity and Gender Equality Report 2019” (Rapport tal-2019 dwar id-Diversità u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri), Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.

(76)

Aktar minn tliet minn kull erba’ aġenziji bħalissa huma mmexxija mill-irġiel.

(77)

  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/gender-equality/who-we-work-gender-equality/mutual-learning-programme-gender-equality_en .

(78)

It-Task Force se tiffaċilita l-integrazzjoni tal-ugwaljanza fir-rigward ta’ sitt raġunijiet ta’ diskriminazzjoni: sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età u orjentazzjoni sesswali.

(79)

Fiż-żewġ każijiet, attenzjoni speċifika lejn l-anzjani (f’termini ta’ rinnovazzjonijiet sostenibbli futuri jew, għal politiki ta’ adattament tal-klima, miżuri matul perjodi ta’ sħana estrema biex itejbu l-idratazzjoni) se jkollhom, pereżempju, impatt pożittiv fuq in-nisa b’mod partikolari minħabba li huma jiffurmaw il-maġġoranza tal-popolazzjoni anzjana.

(80)

COM/2018/375 final.

(81)

  https://ec.europa.eu/jrc/en/news/how-big-eus-blue-economy-eu-report-potential-coasts-and-oceans-provide-sustainable-economic-growth .

(82)

  http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2014_2019/plmrep/COMMITTEES/FEMM/DV/2018/09-03/20180828DraftResolutionGenderBudgetingintheEUBudget-thewayforward_EN.pdf .

(83)

  https://europa.eu/capacity4dev/articles/eu-gender-action-plan-ii-how-eu-delegations-contribute-gender-equality-worldwide .

(84)

L-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS, Women, Peace and Security) huwa anness mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar id-WPS adottati fl-10 ta’ Diċembru 2018, (dokument tal-Kunsill 15086/18), https://www.consilium.europa.eu/media/37412/st15086-en18.pdf ,
u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) għall-perjodu 2019-2024, tal-4 ta’ Lulju 2019 SEAE (2019) 747,

https://www.consilium.europa.eu/register/en/content/out?&typ=ENTRY&i=ADV&DOC_ID=ST-11031-2019-INIT .

(85)

Il-kejl isir skont l-Indikatur ta’ Politika għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-OECD. B’mod speċifiku għall-għajnuna umanitarja, il-Kummissjoni tapplika l-punt ta’ riferiment umanitarju tagħha stess li jieħu kont tal-ġeneru u tal-età.

(86)

Ir-riżoluzzjonijiet reċenti tal-Parlament Ewropew dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jinkludu: Ir-riżoluzzjoni  2019/2870(RSP)  tal-Parlament Ewropew (RSP) tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi tal-irġiel u tan-nisa; Ir-riżoluzzjoni 2019/2855(RSP)  tal-Parlament Ewropew (RSP) tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istambul u miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2016/2249(INI) tal-14 ta’ Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014-2015.

(87)

Il-Konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jinkludu: Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2019 dwar ekonomiji ugwali bejn is-sessi fl-UE: It-triq ’il quddiem – analiżi ta’ 25 sena ta’ implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing; Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar L-Ekonomija tal-Benesseri; Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019 dwar it-Tnaqqis tad-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa: Politiki u Miżuri Ewlenin.

Top