This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020AT40433(02)
Summary of Commission Decision of 30 January 2020 relating to proceedings under Article 101 of the Treaty on the Functioning of the European Union and Article 53 of the Agreement on the European Economic Area (Case AT.40433 – Film merchandise) (notified under document C(2020) 359) (Only the English text is authentic) (Text with EEA relevance) 2020/C 133/08
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Il-Każ AT.40433 — Merkanzija ċinematografika) (notifikat bid-dokument C(2020) 359) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ZEE) 2020/C 133/08
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Il-Każ AT.40433 — Merkanzija ċinematografika) (notifikat bid-dokument C(2020) 359) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ZEE) 2020/C 133/08
C/2020/359
ĠU C 133, 24.4.2020, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/12 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-30 ta’ Jannar 2020
dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea
(Il-Każ AT.40433 — Merkanzija ċinematografika)
(notifikat bid-dokument C(2020) 359)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ZEE)
(2020/C 133/08)
Fit-30 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Comcast Corporation u lis-sussidjarji tagħha NBCUniversal LLC, Universal Studios Media LLC, Universal Studios Limited, DreamWorks Animation UK Limited, DreamWorks Animation LLC, DreamWorks Animation LLC u Universal Pictures (Shanghai) Trading Company Limited (minn hawn’ il quddiem “Universal”), talli kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”). |
(2) |
Fost l-oħrajn, Universal tilliċenzja d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tagħha, inklużi s-serje ta’ films magħrufa sew, il-Minions u Jurassic World — lil partijiet terzi għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ merkanzija tad-ditta. Bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-25 ta’ Settembru 2019, Universal ħadet sehem fi ksur uniku u kontinwu li kien jinvolvi l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ sensiela ta’ prattiki li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier attiv, passiv u online ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE tul territorji u gruppi ta’ konsumaturi. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Il-prodotti kkonċernati
(3) |
Id-deċiżjoni tirrigwarda l-attivitajiet ta’ Universal bħala liċenzjatur tal-proprjetà intellettwali tal-films tagħha stess. Universal tilliċenzja l-films tagħha lil impriżi oħra li jipproduċu u jqassmu diversi prodotti ta’ merkanzija inklużi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali liċenzjati mill-films ta’ Universal. Id-Deċiżjoni tikkonċerna prodotti ta’ natura varjata, pereżempju ħwejjeġ, ġugarelli, rigali u aċċessorji, spiss imsejħa prodotti ta’ merkanzija liċenzjata. Il-merkanzija liċenzjata ta’ Universal tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-film li tirreferi għalih il-proprjetà intellettwali. |
(4) |
Normalment, Universal tilliċenzja l-films proprjetarji tagħha direttament jew permezz ta’ aġent. Irrispettivament mis-sistema użata għall-għoti tal-liċenzji, il-ftehimiet mad-detentur tal-liċenzja tipikament jinkludu wkoll dispożizzjonijiet li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-prodotti li fuqhom jiġi applikat id-dritt ta’ proprjetà intellettwali liċenzjata. Elementi oħra preżenti b’mod konsistenti fil-ftehimiet ta’ liċenzjar ta’ merkanzija ta’ Universal jinkludu:
|
(5) |
Dawn il-ftehimiet ta’ liċenzjar relatati ma’ merkanzija u b’mod aktar wiesa’, ir-relazzjonijiet li huma mibnija fuq il-bażi ta’ dawn il-ftehimiet, huma l-punt fokali tad-deċiżjoni. |
2.2. Proċedura
(6) |
F’Settembru 2016, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lil Universal. |
(7) |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċeduri kontra Comcast Corporation u s-sussidjarji tagħha, fosthom NBCUniversal Media LLC. L-iskop tal-bidu tal-proċedimenti kien li jiġi investigat jekk Universal kellhiex fis-seħħ ftehimiet u/jew applikatx prattiki li jipprevjenu jew jirrestrinġu l-bejgħ ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. Fid-29 ta’ Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni oħra biex tibda proċedimenti f’konformità mal-Artikolu 2(1) tal-istess Regolament (KE) Nru 773/2004 kontra tmien sussidjarji oħra ta’ Comcast Corporation. |
(8) |
Fil-25 ta’ Settembru 2018 il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għal għarrieda fl-uffiċċji ta’ NBUniversal Media LLC f’Londra, ir-Renju Unit. |
(9) |
Fit-13 ta’ Novembru 2019, Universal ressqet offerta formali biex tikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (“is-sottomissjoni għal riżolviment”). |
(10) |
Fid-29 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Universal. Fis-16 ta’ Diċembru 2019, Universal ippreżentat ir-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet. |
(11) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-23 ta’ Jannar 2020. |
(12) |
L-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu dwar il-każ fl-24 ta’ Jannar 2020. |
(13) |
Il-Kummissjoni adottat din id-deċiżjoni fit-30 ta’ Jannar 2020. |
2.3. Sommarju tal-ksur
(14) |
Serje ta’ prattiki li jirrestrinġu l-bejgħ attiv u passiv ta’ merkanzija liċenzjata madwar it-territorji u l-gruppi ta’ klijenti ġew stabbiliti fin-negozju tal-merkanzija ta’ Universal. Dawn il-prattiki kienu jikkonċernaw kemm il-bejgħ offline kif ukoll il-bejgħ online ta’ prodotti ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. Id-deċiżjoni tkopri t-tipi ewlenin ta’ restrizzjonijiet li ġejjin:
|
(15) |
Bis-saħħa ta’ din is-sensiela ta’ prattiki, Universal irrestrinġiet il-kapaċità tad-detenturi ta’ liċenzja li jbigħu merkanzija liċenzjata b’mod transfruntiera u fost gruppi ta’ klijenti. Dan il-ksur uniku u kontinwu seta’ wassal għal tnaqqis fl-għażla disponibbli għall-konsumaturi u għal prezzijiet ogħla marbuta direttament ma’ livell ta’ kompetizzjoni aktar baxx. Min-natura tagħha stess din l-imġiba tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni bi skop skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. |
(16) |
Id-deċiżjoni ssib ukoll li l-imġiba ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni previsti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat u fl-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE. |
2.4. Destinatarji u durata
(17) |
Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Comcast Corporation, NBCUniversal LLC u NBCUniversal Media LLC bħala kumpaniji prinċipali, kif ukoll lil ċerti sussidjarji tagħhom involuti fin-negozju tal-merkanzija fiż-ŻEE: Universal Studios Licensing LLC, Universal Studios Limited, DreamWorks Animation UK Limited, DreamWorks Animation Publishing LLC, DreamWorks Animation LLC, DreamWorks Animation LLC u Universal Pictures (Shanghai) Trading Company Limited. |
(18) |
It-tul ta’ żmien tal-ksur huwa mifrux bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-25 ta’ Settembru 2019, data meta Universal bagħtet ittri li jinfurmaw lid-detenturi tal-liċenzji kollha tagħha li dawk ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ fil-ftehimiet tagħha ma baqgħux japplikaw fiż-ŻEE. |
2.5. Rimedji u multi
(19) |
Id-deċiżjoni tiżvela li Universal temmet il-ksur fil-25 ta’ Settembru 2019 u Universal hija ordnata żżomm lura minn kwalunkwe ftehim jew prattika miftiehma li jista’ jkollhom skop identiku jew simili jew effett identiku jew simili. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ksur sar intenzjonalment, u mill-inqas b’negliġenza, u li jeħtieġ li tiġi imposta multa. |
2.5.1. L-ammont bażiku tal-multa
(20) |
Sabiex tiġi kkalkulata l-multa, id-deċiżjoni tuża l-ammont ta’ royalties miġbura minn Universal waqt l-aħħar sena sħiħa tal-ksur (2018). Il-valur tal-bejgħ huwa bbażat fuq ir-royalties irċevuti minn Universal mid-detenturi ta’ liċenzja tagħha għall-bejgħ ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. Dawn ir-royalties jirrappreżentaw id-dħul ta’ Universal min-negozju tal-merkanzija liċenzjata tagħha u jitħallsu lil Universal bi skambju għall-użu tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali liċenzjata. |
(21) |
Min-natura tagħhom stess ir-restrizzjonijiet ta’ bejgħ barra mit-territorji allokati u gruppi ta’ konsumaturi jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Madankollu, ġeneralment ir-restrizzjonijiet vertikali jagħmlu anqas ħsara minn dawk orizzontali. Il-“perċentwal tal-gravità” ġie stabbilit għal 8 % tal-valur tal-bejgħ ta’ Universal. |
2.5.2. Ċirkustanzi aggravanti u mitiganti
(22) |
Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ. |
2.5.3. Deterrenza
(23) |
Il-Kummissjoni ma tapplikax multiplikatur ta’ deterrenza għaliex f’dan il-każ mhuwiex iġġustifikat. |
2.5.4. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
(24) |
Il-multa kkalkulata ma taqbiżx l-10 % tal-fatturat dinji ta’ Comcast Corporation. |
2.5.5. Tnaqqis tal-multa fid-dawl ta’ kooperazzjoni
(25) |
Bi skambju għall-kooperazzjoni ta’ Universal, id-deċiżjoni tagħti tnaqqis ta’ 30 % fuq il-multa skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi. Minn mindu impenjat ruħha għall-koooperazzjoni, Universal ikkooperat mal-Kummissjoni lil hinn mill-obbligu legali tagħha li tagħmel dan billi tirrikonoxxi l-ksur, kif ukoll billi tipprovdi evidenza addizzjonali lill-Kummissjoni, u b’hekk issaħħaħ sa ċertu punt il-kapaċità tagħha li tipprova l-ksur, u tneħħi ċerti drittijiet proċedurali li jirriżultaw f’effiċjenzi amministrattivi. |
3. KONKLUŻJONI
(26) |
Universal kisret l-Artikolu 101(1) tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu rigward il-merkanzija liċenzjata. Il-ksur kopra ż-Żona Ekonomika Ewropea kollha, u kkonsista fl-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ sensiela ta’ ftehimiet u prattiki bil-għan li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier ta’ merkanzija liċenzjata, kemm offline kif ukoll online. |
(27) |
L-ammont finali tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Universal skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għandu jkun EUR 1 4,3 27, 000. |
(28) |
Comcast Corporation, NBCUniversal LLC, NBCUniversal Media LLC u Universal Studios Licensing LLC għandhom jinżammu responsabbli għall-ammont totali ta’ din il-multa, filwaqt li Universal Studios Limited għandha tinżamm responsabbli biss għall-perjodu li jibda fis-6 ta’ Ġunju 2014, id-data tal-inkorporazzjoni tagħha, DreamWorks Animation UK Limited, DreamWorks Animation Publishing LLC, DreamWorks Animation LLC u DreamWorks Animation Licensing LLC għall-perjodu li jibda mill-22 ta’ Awwissu 2016, li fih ġew akkwistati minn Comcast Corporation u Universal Pictures (Shanghai) Trading Company Limited għall-perjodu li jibda mill-21 ta’ Ottubru 2016, li fih ġiet inkorporata. |
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).