Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XX1128(02)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Lulju 2018 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40099 — Google Android Relatur: Iċ-Ċekja2019/C 402/06

C/2018/4761

ĠU C 402, 28.11.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Lulju 2018 rigward abbozz ta’ deċiżjoni

fil-Każ AT.40099 — Google Android

Relatur: Iċ-Ċekja

(2019/C 402/06)

(1)   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

(2)   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-dħul gross ta’ Google ġġenerat fuq apparat GMS permezz ta’ klikks fuq riklami fil-kuntest tat-tiftix meta l-utenti, li jinsabu fiż-ŻEE, jikklikkjaw fuq tali riklami, jenħtieġ li jitqiesu għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa.

(3)   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa stabbilita f’dan il-każ.

(4)   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li jiġi applikat ammont addizzjonali (“miżata tad-dħu l”) f’dan il-każ.

(5)   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

(6)   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa.

(7)   

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top