This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019XC1227(01)
Publication of an application for approval of amendments, which are not minor, to a Product Specification pursuant to Article 50(2)(a) of Regulation (EU) No 1151/2012 of the European Parliament and of the Council on quality schemes for agricultural products and foodstuffs2019/C 434/10
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel2019/C 434/10
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel2019/C 434/10
C/2019/9247
ĠU C 434, 27.12.2019, p. 11–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/11 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2019/C 434/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Patata de Galici a” / “ Pataca de Galici a”
Nru tal-UE: PGI-ES-02300 – 10.3.2017
DOP ( ) IĠP (X)
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Il-Kunsill Regolatorju tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Patata de Galicia”
Indirizz: Finca devesa, s/n, 32630 Xinzo de Limia, Ourense
Indirizz elettroniku: patacadegalicia@patacadegalicia.es
Telefown: 0034 988,462,650
Il-grupp applikant għandu interess leġittimu li jitlob din l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bħala organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-IĠP, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Patata de Galicia” u l-Kunsill Regolatorju tagħha kif ukoll skont l-Artikolu 12 tal-liġi Nru 2/2005 tat-18 ta’ Frar 2005 għall-promozzjoni u għad-difiża tal-kwalità tal-ikel ta’ Galicia. Il-produtturi u l-pakkjaturi kollha tal-indikazzjoni ġeografika huma integrati f’dan il-grupp.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
☐ Isem il-prodott
☒ Deskrizzjoni tal-prodott
☒ Żona ġeografika
☒ Prova tal-oriġini
☒ Metodu ta’ kisba
☒ Rabta
☒ Tikkettar
☐ Oħrajn (speċifika).
4. Tip ta’ emenda/i
☒ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP/IĠP irreġistrata li m’għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
☐ Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP/IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti), li m’għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
5. Emendi
L-emendi ewlenin li huma proposti li jiġu inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jikkonsistu fl-introduzzjoni ta’ żewġ varjetajiet ġodda ta’ patata u fl-estensjoni taż-żona ġeografika. L-ewwel emenda tikkonċerna l-emenda tal-paragrafu dwar id-deskrizzjoni tal-prodott, u titlob il-ħtieġa li jiġu introdotti l-valuri tar-rendiment massimu għal kull ettaru għall-varjetajiet il-ġodda, u l-emenda formali fil-paragrafu dwar il-metodu ta’ kisba. Minħabba dawn iż-żewġ emendi huwa meħtieġ ukoll li jsiru l-emendi formali minuri fl-intestaturi dwar il-prova tal-oriġini u r-rabta.
Barra minn dan, iż-żieda tar-rendiment massimu għal kull ettaru tal-varjetà Kennebec, l-unika varjetà meqjusa s’issa fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP, ġiet emendata wkoll.
Barra minn hekk, għal dan il-għan, ir-rekwiżit taż-żrigħ fuq art li jiġbor il-kundizzjonijiet xierqa inbidel f’rakkomandazzjoni.
Fl-aħħar nett, il-paragrafu dwar it-tikkettar ġie emendat ukoll biex jinkludi l-logo ta’ identifikazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, li ilu jintuża minn meta ġie rreġistrat, u saħansitra qabel, meta l-prodott kien jibbenefika minn protezzjoni fil-livell ta’ Spanja biss. Dan jippermetti li tiġi rregolata l-possibbiltà li jintużaw l-isem u l-indikazzjoni ġeografika għall-prodotti li jiġu żviluppati mill-Patata de Galicia.
5.1. Ġustifikazzjoni tal-emendi
(a) Introduzzjoni tal-varjetà Agria
Din il-varjetà ilha tiġi kkultivata f’Galicia għal ħafna deċenji, speċjalment fil-muniċipalità ewlenija li tipproduċihom, A Limia. Din ma kinitx fl-ewwel Speċifikazzjoni tal-Prodott ta’ din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta minħabba li dak iż-żmien din kienet varjetà protetta, u dan m’għadux il-każ illum.
Il-karatteristiċi kemm tal-ħamrija kif ukoll tal-klima ta’ Galicia jagħtu lill-varjetà Agria kwalitajiet organalettiċi li jiddistingwuhom mill-patata tal-istess varjetà kkultivata f’żoni oħra ta’ produzzjoni, kif jixhdu ħafna sessjonijiet ta’ dewqan ma’ persuni mgħammdin li fihom ipparteċipaw esperti fl-analiżi sensorjali. Għal dan id-dewqan, il-patata li ġejja minn żoni differenti tħejjiet fi tliet modi differenti: mgħollija, moqlija (imqattgħa fi stikek) u fi krisps. F’dan id-dewqan kollu, il-varjetà Agria kkultivata f’Galicia rċeviet valutazzjoni komparattiva favorevoli ferm u punti għoljin, speċjalment meta l-patata kienet moqlija u b’mod partikolari fil-forma ta’ krisps, li jagħmilha l-aktar patata b’domanda għolja f’dan is-settur.
Din hija varjetà b’kontenut xott ta’ madwar 21 % u li l-kontenut ta’ zokkor riduċenti tagħha għadu taħt il-limitu li ġie stabbilit għal din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Bħall-varjetà Kennebec, l-Agria hija kkaratterizzata mill-qoxra fina u lixxa u mill-ftit tikek tagħha, li jagħmilha l-aktar patata b’domanda għolja għal finijiet kummerċjali.
Fir-rigward tal-karatteristiċi agronomiċi tagħha, sabiex jinkiseb rendiment għal kull ettaru akbar minn dak tal-varjetà Kennebec, ir-reżistenza tagħha għan-nematodi taċ-ċisti fil-patata (Globodera rostochiensis) għandha tiġi enfasizzata, u dan huwa aspett importanti ladarba ż-żona ewlenija tal-produzzjoni tal-Patata de Galicia, il-muniċipalità ta’ A Limia msemmija hawn fuq, għandha numru dejjem jikber ta’ raba’ infestata minn dan il-parassit, li l-varjetà Kennebec hija pjuttost vulnerabbli għalih. L-introduzzjoni tal-varjetà Agria timplika wkoll tnaqqis fl-ispejjeż tat-trattament u rispett akbar lejn l-ambjent għaliex din tippermetti t-tnaqqis b’mod sinifikanti, kif ukoll it-tneħħija, tat-trattamenti għall-ġlieda kontra din il-pjaga.
(b) Introduzzjoni tal-varjetà Fina de Carballo
Il-Fina de Carballo hija varjetà indiġena ta’ Galicia kkultivata prinċipalment fil-muniċipalità ta’ Bergantiños, waħda miż-żoni l-aktar tradizzjonali tal-kultivazzjoni tal-patata f’Galicia. Bħall-varjetajiet Kennebec u Agria, il-qoxra tagħha hija lixxa u fina. Min-naħa l-oħra, għall-kuntrarju ta’ dawn il-varjetajiet, il-Fina de Carballo għandha tikek fondi, u dan jillimita l-attrazzjoni kummerċjali tagħha u konsegwentement, il-produzzjoni tagħha.
Madankollu, din hija varjetà li, bħall-Kennebec, għandha ġewwa abjad u kwalitajiet organalettiċi eċċellenti, b’mod partikolari meta din tissajjar, kif urew it-testijiet komparattivi ta’ dewqan li twettqu bl-għan li din tiġi evalwata. Il-fatt li din hija varjetà indiġena u l-ħtieġa li jissaħħaħ il-patrimonju ġenetiku tal-pjanti juru li l-inklużjoni ta’ din il-varjetà fost dawk ammessi fil-qafas tal-IĠP Patata de Galicia hija rakkomandata.
(c) Estensjoni taż-żona ġeografika
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali tal-IĠP Patata de Galicia ssemmi erba’ subżoni ta’ produzzjoni li jkopru diversi muniċipalitajiet mifruxa fi tlieta mill-erba’ provinċji ta’ Galicia.
Fl-ewwel Speċifikazzjoni tal-Prodott kien hemm biss il-muniċipalitajiet li l-kultivazzjoni maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni kienet l-aktar importanti fihom, li jeskludu miż-żona ġeografika il-bqija tat-territorju ta’ Galicia.
Madankollu, il-kultivazzjoni tal-patata infirxet f’Galicia b’mod pjuttost omoġenju fl-erba’ provinċji tal-Komunità. Fil-fatt, id-data uffiċjali tindika li ż-żoni kkultivati fl-2014 kienu dawn li ġejjin: 6 016 (A Coruña), 4 201 (Lugo), 6 883 (Ourense) u 3 158 (Pontevedra).
Il-fatt li f’Galicia, parti kbira tal-produzzjoni tal-patata hija maħsuba għall-awtokonsum jew għall-bejgħ dirett mill-produttur għall-konsumatur, jispjega wkoll li ċerti żoni partikolari biss huma inklużi fit-territorju kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Madankollu, il-karatteristiċi pedoklimatiċi li jinsabu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali huma ftit jew wisq l-istess fil-muniċipalitajiet kollha ta’ Galicia. Għandu jiġi nnotat li s-subżoni indikati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali huma mifruxa madwar it-territorju ta’ Galicia kollu. Dawn il-karatteristiċi, jiġifieri klima umda, b’xita ta’ madwar 1 000 sa 1 500 mm jew aktar, perjodu ta’ nixfa fl-aħħar tas-sajf u temperaturi moderati waqt il-perjodu veġetattiv tal-pjanta, kif ukoll ħamrija maħlula u mrammla b’valuri tal-pH aċidużi (bejn 5 u 6,5), huma dawk li jipprevalu b’mod ġenerali f’Galicia. Kif diġà ssemma qabel, il-kultivazzjoni tal-patata ta’ Galicia titwettaq fuq it-territorju kollu tal-Komunità Awtonoma, għajr fiż-żoni tal-muntanji għoljin, fejn l-artijiet imżerżqa jagħmlu l-mekkanizzazzjoni tal-kultivazzjoni diffiċli.
(d) Żieda fir-rendiment għal kull ettaru tal-varjetà Kennebec
Ir-rendiment għal kull ettaru tal-varjetà Kennebec żdied f’dawn l-aħħar snin hekk kif il-bdiewa ta’ Galicia qelbu l-attività tagħhom fuq livell professjonali. Għalhekk, illum il-ġurnata, il-produtturi kważi kollha jużaw żrieragħ iċċertifkati, li minnhom jiksbu ħsad aktar abbundanti u ta’ kwalità aħjar milli biż-żrieragħ li jistgħu jerġgħu jintużaw, prattika ġġeneralizzata għal bosta snin. L-analiżi sistematika tal-ħamrija hija wkoll iġġeneralizzata, flimkien mal-prattika ta’ fertilizzazzjoni adattata skont ir-riżultati ta’ dawn l-analiżijiet, li jwassal ukoll għal ħsad aktar abbundanti.
Għalhekk, jeħtieġ li jiżdiedu bi kważi 15 % il-valuri tar-rendiment massimu għal kull ettaru għall-varjetà Kennebec, għal 25 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet mhux irrigati u għal 40 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet irrigati, kwantitajiet konformi mar-rendimenti massimi għal kull ettaru stabbiliti għall-varjetà Fina de Carballo. Madankollu, għall-varjetà Agria, rendimenti kemxejn ogħla ġew stabbiliti (30 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet mhux irrigati u 50 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet irrigati) minħabba li din il-varjetà hija aktar produttiva.
(e) Rakkomandazzjoni għall-prattika taż-żrigħ fuq art li tiġbor il-kundizzjonijiet xierqa għal dan il-għan
L-emenda li saret hija marbuta wkoll mal-livell għoli ta’ professjonaliżmu li nkiseb f’dan is-settur. Il-persuni responsabbli għall-azjendi agrikoli għandhom għarfien tajjeb tal-problemi li jista’ joħloq iż-żrigħ f’kundizzjonijiet ta’ ħamrija li ftit li xejn huma adegwati u jafu wkoll kif isolvu din il-problema. Għalhekk, ma jidhirx li hemm ħtieġa li jiġi impost iż-żrigħ fuq ħamrija adattata, li huwa biżżejjed biex jiġi rrakkomandat.
(f) Inklużjoni tal-logotip tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta
Skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, it-tikketta tal-patata li hija protetta permezz tal-IĠP Patata de Galicia għandu jkollha l-logotip proprju ta’ din l-IĠP. L-imballaġġ għandu jinkludi wkoll tikketta ta’ wara nnumerata li turi l-logotip. Madankollu, dan ma jidhirx fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, minkejja li ilu jintuża minn qabel ir-reġistrazzjoni ta’ din l-indikazzjoni ġeografika fir-Reġistru Ewropew, meta l-prodott kien jibbenefika minn protezzjoni skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, li tippreċedi l-leġiżlazzjoni Komunitarja.
Jidher li huwa utli, sabiex tiġi ffaċilitata l-informazzjoni tal-konsumaturi u b’mod partikolari għal finijiet ta’ protezzjoni u ta’ kontroll tal-prodott barra mill-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, li l-logotip jidher fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u dan għandu jiffaċilita l-kontroll immexxi mill-awtoritajiet kompetenti.
(g) Regolament dwar l-użu tal-indikazzjoni ġeografika għall-prodotti magħmula mill-Patata de Galicia bħala ingredjent
Ġew stabbiliti xi regoli dwar il-possibbiltà li tintuża l-kitba “Elaborado con IGP Patata de Galicia” fuq il-prodotti magħmula mill-Patata de Galicia IĠP bħala materja prima, b’konformità mal-linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP) bħala komponenti (2010/C 341/03) tal-Kummissjoni Ewropea.
5.2. Intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tad-Dokument Uniku affettwati mill-emendi
A) Deskrizzjoni tal-prodott
It-test tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat sabiex tiġi introdotta referenza għall-varjetajiet il-ġodda li ġew inklużi.
B’hekk, it-test:
“Il-prodott li huwa protett permezz tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia” jikkorrispondi mat-tuberi tal-ispeċi Solanum tuberosum L., tal-varjetà kkultivata Kennebec, maħsuba għall-konsum mill-bniedem.”
ġie sostitwit bi:
“Il-prodott li huwa protett permezz tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia” jikkorrispondi mat-tuberi tal-ispeċi Solanum tuberosum L., tal-varjetajiet kkultivati Kennebec, Agria u Fina de Carballo, maħsuba għall-konsum mill-bniedem.”;
u t-test:
“Il-karatterisitiċi partikolari tal-patata tal-varjetà Kennebec maħsuba għall-konsum li hija protetta mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Patata de Galicia”, huma dawn li ġejjin:
— |
Forma tat-tuberi: tonda lejn l-ovali. |
— |
Preżenza ta’ ftit tikek. |
— |
Qoxra li tidher lixxa u fina. |
— |
Kulur tal-qoxra: isfar ċar. |
— |
Kulur ta’ ġewwa: abjad |
— |
Konsistenza: soda meta tintmess u kremuża meta tissajjar, konsistenti fil-palat. |
— |
Kwalità għall-konsum: eċċellenti, patata rimarkabbli l-aktar minħabba l-kontenut ta’ materja xotta u l-karatteristiċi tal-kulur, tal-aroma u tat-togħma tagħha wara li tissajjar.” |
ġie sostitwit bit-test li ġej:
“B’mod indipendenti mill-varjetà kkultivata, il-patata koperta minn din l-indikazzjoni ġeografika għandha qoxra li tidher lixxa u fina u hija kkaratterizzata minn konsistenza soda meta tintmess u kremuża meta tissajjar, ta’ konsistenza tajba fil-palat. Din hija ta’ kwalità eċċellenti għall-konsum u rimarkabbli l-aktar minħabba l-kontenut ta’ materja xotta u l-karatteristiċi tal-kulur, tal-aroma u tat-togħma tagħha wara li tissajjar.
Il-karatteristiċi morfoloġiċi tagħha u l-kulur tagħha jvarjaw skont il-varjetà kkultivata, kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Kennebec |
Agria |
Fina de Carballo |
Forma |
Tonda lejn l-ovali |
Ovali twila |
Għat-tond |
Tikek |
Ftit ħafna |
Ftit ħafna |
Fondi |
Kulur tal-qoxra |
Isfar ċar |
Isfar |
Isfar ċar |
Kulur minn ġewwa |
Abjad |
Isfar |
Abjad |
”
Emendi simili saru fi (3.2) tad-Dokument Uniku.
(b) Żona ġeografika
Dan il-paragrafu tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat b’tali mod li t-test:
“Iż-żona tal-produzzjoni u tal-ippakkjar tal-prodott li hija protetta permezz tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta tinkludi fiha erba’ subżoni tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, li ż-żona territorjali tagħha huwa dan li ġej:
— |
Subżona ta’ Bergantiños (A Coruña): magħmula mill-muniċipalitajiet ta’ |
— |
Carballo, Coristanco, A Laracha, Malpica u Ponteceso; |
— |
Subżona ta’ A Terra Chá-A Mariña (Lugo): magħmula mit-totalità tal-muniċipalitajiet ta’ Abadín, Alfoz, Barreiros, Cospeito, Foz, Lourenzá, Mondoñedo, Ribadeo, Trabada, Valadouro, Vilalba u Xermade; |
— |
Subżona ta’ Lemos (Lugo): magħmula mill-muniċipalitajiet ta’ Monforte de Lemos, Pantón u Saviñao; |
— |
Subżona ta’ A Limia (Ourense): magħmula mit-totalità tal-muniċipalitajiet ta’ Baltar, Os Blancos, Calvos de Randín, Castrelo do val, Cualedro, Laza, Monterrei, Oímbra, Porqueira, Rairíz de Veiga, Sandiás, Sarreaus, Trasmiras, Verín, Vilar de Santos u Xinzo de Limia; u d-distretti ta’ Coedo u Torneiros, li jagħmlu parti mill-muniċipalità ta’ Allariz, dawk ta’ Bóveda, Padreda, Seiró u Vilar de Barrio, li jagħmlu parti mill-muniċipalità ta’ Vilar de Barrio; kif ukoll dawk ta’ A Abeleda, Bobadela a Pinta, A Graña u Sobradelo, li jagħmlu parti mill-muniċipalità ta’ Xunqueira de Ambía. |
Iż-żona agrikola ddedikata għall-kultivazzjoni tvarja bejn 500 u 1 000 ettaru fis-sena.”
ġie sostitwit bit-test li ġej:
“Iż-żona tal-produzzjoni u tal-ippakkjar tal-prodott li hija protetta permezz tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta tikkorrispondi mal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia.
Iż-żona kkultivata b’dawn il-varjetajiet għas-suq hija stmata għal madwar 1,350 ha.”
L-(4) tad-Dokument Uniku ġie emendat ukoll. It-test li ġej:
“Iż-żona ġeografika ddefinita tikkonsisti fl-erba’ subżoni li ġejjin, li kollha jagħmlu parti mit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia: Bergantiños, Terra Chá-A Mariña, Lemos u A Limia.”
ġie sostitwit bit-test li ġej:
“Iż-żona tal-produzzjoni u tal-ippakkjar tal-prodott li hija protetta permezz tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta tikkorrispondi mal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia.”
(c) Prova tal-oriġini
Dan il-punt tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa affettwat mill-emendi formali minuri minħabba l-inklużjoni tal-varjetajiet il-ġodda u l-estensjoni tat-territorju.
B’hekk, it-test:
“Il-patata maħsuba għall-konsum tal-varjetà Kennebec biss, ikkultivata fuq raba’ adegwata (tajba, mingħajr ebda tip ta’ mard) u li tinsab fis-subżoni ta’ produzzjoni ddefiniti, u rreġistrata fir-reġistri tal-Kunsill Regolatorju, tista’ tintuża għall-kisba ta’ patata koperta mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia”.
Bl-istess mod, l-imħażen u l-faċilitajiet tal-ippakkjar biss, li jinsabu fis-subżoni u rreġistrati fir-reġistri korrispondenti tal-Kunsill Regolatorju jistgħu jipproċedu bl-ippakkjar tal-prodott li huwa protett permezz tal-IĠP “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia”.
Il-fatt li l-ħżin u l-ippakkjar twettqu fis-subżoni indikati huwa dovut għall-ħtieġa li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi partikolari tal-produzzjoni u minħabba l-fatt li tradizzjonalment l-istabbilimenti kienu jinsabu fiż-żoni tal-produzzjoni tal-aqwa kwalità, u dan jippermetti tħaddim aktar effiċjenti u aktar effettiv tal-istruttura ta’ kontroll. Min-naħa l-oħra, b’dan il-mod wieħed jistenna li jnaqqas il-possibbiltà li l-kwalità aħħarija tal-prodott titbaxxa minħabba t-trasport (żieda fl-ammont ta’ daqqiet, temperaturi li mhumiex adegwati, eċċ) u ta’ xi kundizzjonijiet tal-ħżin li mhumiex rakkomandati.
Il-Kunsill Regolatorju, wara l-kriterji ġenerali applikabbli għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti skont l-istandard EN–45011, jiggarantixxi t-traċċabbiltà tal-prodott bl-għajnuna ta’ programm ta’ spezzjoni, ta’ lokalizzazzjoni u ta’ kontroll tar-raba’ miżrugħa bl-għan tal-produzzjoni, wara d-dikjarazzjoni taż-żrigħ annwali, u ta’ programm ta’ kontroll u ta’ titjib tal-kwalità, li jkopri fih il-proċess tal-ħżin, tal-immaniġġjar, tal-ippakkjar u tat-tikkettar tal-prodott li huwa protett.”
ġie sostitwit bit-test li ġej:
“Il-patata maħsuba għall-konsum tal-varjetajiet Kennebec, Agria u Fina de Carballo biss, ikkultivata fuq raba’ adegwata (tajba, mingħajr ebda tip ta’ mard) u li tinsab fiż-żona ta’ produzzjoni ddefinita, u rreġistrata fir-reġistri tal-Kunsill Regolatorju, tista’ tintuża għall-kisba ta’ patata koperta mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia”.
Bl-istess mod, l-imħażen u l-faċilitajiet tal-ippakkjar biss, li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni u rreġistrati fir-reġistri korrispondenti tal-Kunsill Regolatorju jistgħu jipproċedu bl-ippakkjar tal-prodott li huwa protett permezz tal-IĠP “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia”.
Il-fatt li l-ħżin u l-ippakkjar twettqu fiż-żona ddefinita huwa dovut għall-ħtieġa li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi partikolari tal-produzzjoni u minħabba l-fatt li tradizzjonalment l-istabbilimenti kienu jinsabu fiż-żoni tal-produzzjoni tal-aqwa kwalità, u dan jippermetti tħaddim aktar effiċjenti u aktar effettiv tal-istruttura ta’ kontroll. Min-naħa l-oħra, b’dan il-mod wieħed jistenna li jnaqqas il-possibbiltà li l-kwalità aħħarija tal-prodott titbaxxa minħabba t-trasport (żieda fl-ammont ta’ daqqiet, temperaturi li mhumiex adegwati, eċċ) u ta’ xi kundizzjonijiet tal-ħżin li mhumiex rakkomandati.
Il-Kunsill Regolatorju, wara l-kriterji ġenerali applikabbli għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti skont l-istandard ISO/IEC 17065, jiggarantixxi t-traċċabbiltà tal-prodott bl-għajnuna ta’ programm ta’ spezzjoni, ta’ lokalizzazzjoni u ta’ kontroll tar-raba’ miżrugħa bl-għan tal-produzzjoni, wara d-dikjarazzjoni taż-żrigħ annwali, u ta’ programm ta’ kontroll u ta’ titjib tal-kwalità, li jkopri fih il-proċess tal-ħżin, tal-immaniġġjar, tal-ippakkjar u tat-tikkettar tal-prodott li huwa protett.”
(d) Metodu ta’ kisba
Saret ukoll emenda formali marbuta mal-inklużjoni ta’ żewġ varjetajiet ġodda f’dan il-punt tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
B’hekk, il-paragrafu:
“Il-patata maħsuba għall-konsum tal-varjetà Kennebec biss, li ġejja minn żrieragħ iċċertifikati jew mill-użu mill-ġdid ikkontrollat taż-żrieragħ ġejjin mill-azjenda, ikkultivata u miksuba fuq raba’ adegwata (tajba, mingħajr ebda tip ta’ mard) u li tinsab fis-subżoni ta’ produzzjoni ddefiniti, u rreġistrata fir-reġistri tal-Kunsill Regolatorju, tista’ tintuża għall-kisba ta’ patata koperta mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Pataca de Galicia” jew “Patata de Galicia”.”
ġie sostitwit bi:
“Il-patata maħsuba għall-konsum tal-varjetajiet Kennebec, Agria u Fina de Carballo biss, li ġejja minn żrieragħ iċċertifikati jew mill-użu mill-ġdid ikkontrollat taż-żrieragħ ġejjin mill-azjenda, ikkultivata u miksuba fuq raba’ adegwata (tajba, mingħajr ebda tip ta’ mard) li tinsab fiż-żona ta’ produzzjoni ddefinita u rreġistrata fir-reġistri tal-Kunsill Regolatorju, tista’ tintuża għall-kisba ta’ patata koperta mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) Pataca de Galicia jew Patata de Galicia.”
Huwa pproċeda wkoll għall-emendi pertinenti marbuta mar-rendimenti massimi għal kull ettaru li jikkorrispondu għal kull varjetà, b’tali mod li s-sentenza li ġejja:
“Il-produzzjoni massima awtorizzata għall-kummerċjalizzazzjoni taħt il-protezzjoni tal-Kunsill Regolatorju hija ta’ 22 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet mhux irrigati u 35 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet irrigati.”
ġiet sostitwita bi:
“Il-produzzjoni massima awtorizzata għall-kummerċjalizzazzjoni taħt il-protezzjoni tal-Kunsill Regolatorju hija ta’ 25 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet mhux irrigati u 40 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet irrigati għall-varjetajiet Kennebec u Fina de Carballo, u ta’ 30 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet mhux irrigati u 50 000 kg/ha għall-kultivazzjonijiet irrigati għall-varjetà Agria.”
Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit għat-tħejjija tal-ħamrija waqt iż-żrigħ ġie emendat. B’hekk, is-sentenza:
“Iż-żrigħ jitwettaq fuq ħamrija li tissodisfa l-kundizzjonijiet xierqa għaż-żrigħ, b’intervall ta’ 3 jew 4 snin, permezz ta’ patata taż-żrigħ iċċertifikata li bdiet tiżviluppa; ikun aħjar jekk it-tuberi li ġew ippriservati f’temperatura ta’ 3 sa 4 °C (li ġejja minn kmamar kesħin) jinżammu tal-anqas 20 ġurnata f’temperatura ta’ 12 sa 15 °C.”
ġiet sostitwita bi:
“Huwa rakkomandat li wieħed jipproċedi għaż-żrigħ fuq ħamrija li tissodisfa l-kundizzjonijiet xierqa għaż-żrigħ, b’intervall ta’ 3 jew 4 snin, permezz ta’ patata taż-żrigħ iċċertifikata li bdiet tiżviluppa; ikun aħjar jekk it-tuberi li ġew ippreżervati f’temperatura ta’ 3 sa 4 °C (li ġejja minn kmamar kesħin) jinżammu tal-anqas 20 ġurnata f’temperatura ta’ 12 sa 15 °C.”;
Fl-aħħar nett, il-paragrafu dwar il-possibbiltà ta’ irrigazzjoni fuq bażi ad hoc f’ċerti żoni ta’ produzzjoni (fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, il-muniċipalità ta’ A Limia) ġie emendat biex it-test jiġi adattat għas-sitwazzjoni ġeografika l-ġdida. Dan il-kliem il-ġdid għandu joffri l-possibbiltà li wieħed jipproċedi għal irrigazzjoni fuq bażi ad hoc fis-sajf fiż-żoni kollha li din tista’ tkun meħtieġa fihom (reġjuni interni, bi klima aktar kontinentali). B’hekk, il-paragrafu:
“Fl-azjendi agrikoli ta’ Galicia, il-patata hija kkultivata b’mod tradizzjonali u essenzjalment fuq artijiet mhux irrigati. Fost is-subżoni ta’ produzzjoni tal-patata ta’ kwalità, dik li tkopri l-muniċipalitajiet tar-reġjun ta’ A Limia għandha, minħabba l-karatteristiċi marbuta mas-sitwazzjoni tagħha, klima kontinentali prominenti, minkejja li din tinsab ġewwa l-provinċja ta’ d’Ourense, fejn ix-xita hija kunsiderevolment inqas mill-medja annwali ta’ Galicia u fejn it-temperaturi f’nofs is-sena, jiġifieri fix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu, huma ferm ogħla. F’din is-subżona, it-tiqsija hija meħtieġa sabiex tinkiseb kultivazzjoni fi stat tajjeb fl-aħħar tal-perjodu veġetattiv tagħha.”
ġie sostitwit bit-test li ġej:
“Fl-azjendi agrikoli ta’ Galicia, il-patata hija kkultivata b’mod tradizzjonali u essenzjalment fuq artijiet mhux irrigati. Madankollu, jeżistu żoni li, minħabba s-sitwazzjoni tagħhom, għandhom klima kontinentali prominenti, fejn ix-xita hija kunsiderevolment inqas mill-medja annwali ta’ Galicia u fejn it-temperaturi f’nofs is-sena, jiġifieri fix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu, huma ferm ogħla. F’dawn iż-żoni, it-tisqija hija meħtieġa sabiex tinkiseb kultivazzjoni fi stat tajjeb fl-aħħar tal-perjodu veġetattiv tagħha.”
(e) Rabta
Dan il-punt jeħtieġ xi emendi formali speċifiċi marbuta mal-estensjoni taż-żona ġeografika. Dawn l-emendi jirrigwardaw sew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ukoll id-Dokument Uniku.
Għalhekk, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata kif ġej:
Il-paragrafu:
“Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-attenzjoni li tingħata lix-xogħol agrikolu fis-subżoni li jipproduċu l-patata fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia, il-prodott miksub igawdi minn kwalità kulinarja eċċezzjonali.”
ġie sostitwit bi:
“Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-attenzjoni li tingħata lix-xogħol agrikolu fis-żona ddefinita, il-prodott miksub igawdi minn kwalità gastronomika eċċezzjonali.”;
il-paragrafu:
“Fir-rigward tal-kundizzjonijiet klimatiċi, għandu jiġi enfasizzat li l-ammont kbir ta’ xita (1 000 sa 1 500 mm/kull sena) u t-temperaturi moderati tas-subżoni tal-produzzjoni, jikkontribwixxu sabiex il-kultivazzjonijiet tal-patata jkollhom l-aħjar żvilupp veġetattiv, mingħajr il-ħtieġa ta’ tisqija; b’hekk wieħed jikseb żieda kontinwa tat-tuberi.”
ġie sostitwit bi:
“Fir-rigward tal-kundizzjonijiet klimatiċi, għandu jiġi enfasizzat li l-ammont kbir ta’ xita (1 000 sa1 500 mm/kull sena, jew aktar) u t-temperaturi moderati, jikkontribwixxu sabiex il-kultivazzjonijiet tal-patata jkollhom l-aħjar żvilupp veġetattiv, mingħajr il-ħtieġa ta’ tisqija – għajr għas-sajf f’ċerti żoni u fuq bażi ad hoc; b’hekk wieħed jikseb żieda kontinwa tat-tuberi.”;
il-paragrafu:
“Barra minn dan, fiż-żoni tal-produzzjoni hemm kwantità kbira ta’ ħamrija maħlula u mrammla, li għandha valur ta’ pH li jvarja bejn 5 u 6,5, li hija ideali għal din it-tip ta’ kultivazzjoni. Din it-tip ta’ nisġa ta’ ħamrija tippermetti li l-qoxra tat-tuberu tkun fina u uniformi u li t-tuberi jinqalgħu nodfa mill-ħamrija, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jinħaslu. Il-valuri kemxejn aċidużi tal-pH jimpedixxu l-preżenza tal-marda “gale” (it-tuberi milquta minn din il-marda jkollhom qoxra ħarxa bl-imsiemer u ma jkunux tajbin għall-bejgħ minħabba d-dehra kerha tagħhom).”
ġie sostitwit bil-paragrafu li ġej:
“Barra minn dan, tiddomina l-ħamrija maħlula u mrammla, li għandha valur ta’ pH li jvarja bejn 5 u 6,5, u li hija ideali għal din it-tip ta’ kultivazzjoni. Din it-tip ta’ nisġa ta’ ħamrija tippermetti li l-qoxra tat-tuberu tkun fina u uniformi u li t-tuberi jinqalgħu nodfa mill-ħamrija, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jinħaslu. Il-valuri kemxejn aċidużi tal-pH jimpedixxu l-preżenza tal-marda “gale” (it-tuberi milquta minn din il-marda jkollhom qoxra ħarxa bl-imsiemer u għalhekk ma jkunux tajbin għall-bejgħ minħabba d-dehra kerha tagħhom).”;
u l-paragrafu:
“Dan huwa l-każ għall-erba’ reġjuni jew subżoni li jkopru fihom il-limiti territorjali awtorizzati għall-produzzjoni tal-patata ċċertifikata mill-Kunsill Regolatorju. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reġjuni jinkludu fihom artijiet li jinsabu f’żoni ċatti u b’altitudni medja jew baxxa ’l fuq mil-livell tal-baħar, ideali għall-kultivazzjoni tal-patata.”
ġie sostitwit bil-paragrafu li ġej:
“Dan huwa l-każ għall-muniċipalitajiet u ż-żoni differenti fejn il-kultivazzjoni tal-patata tiddomina f’Galicia. Il-maġġoranza ta’ dawn l-ispazji jinkludu fihom artijiet li jinsabu f’żoni ċatti u b’altitudni medja jew baxxa ’l fuq mil-livell tal-baħar, ideali għall-kultivazzjoni tal-patata.”.
Fir-rigward tad-Dokument Uniku, saru l-emendi li ġejjin f’(5):
Fil-punt dwar l-ispeċifiċità taż-żona, it-test:
“Nżul tax-xita: għandu jiġi enfasizzat li l-ammont kbir ta’ xita tas-subżoni tal-produzzjoni, bejn 1 000 u 1 500 mm/kull sena, b’perjodu ta’ nixfa bejn Awwissu u Settembru.”
ġie sostitwit bi:
“Nżul tax-xita: għandu jiġi enfasizzat li l-ammont kbir ta’ xita taż-żona ddefinita, bejn 1 000 u 1 500 mm/kull sena u kultant aktar f’ċerti żoni, b’perjodu ta’ nixfa bejn Awwissu u Settembru.”;
u t-test dwar l-orografija:
“Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reġjuni jinkludu fihom artijiet li jinsabu f’żoni ċatti u b’altitudni medja jew baxxa, ideali għall-kultivazzjoni tal-patata.”,
ġie sostitwit bit-test li ġej:
“Il-maġġoranza taż-żoni tal-produzzjoni mifruxa fuq it-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia jinkludu fihom artijiet li jinsabu f’żoni ċatti u b’altitudni medja jew baxxa, ideali għall-kultivazzjoni tal-patata.”.
Fil-punt dwar l-ispeċifiċità tal-prodott, is-sentenza:
“- |
Adattament tajjeb tal-varjetà Kennebec għall-ħamrija ta’ Galicia, li tipproduċi tuberi bi ftit tikek, b’qoxra fina u lixxa u li l-kulur ta’ ġewwa tagħha huwa abjad ħafna.” |
ġiet sostitwita bis-sentenza li ġejja:
“- |
Adattament tajjeb tal-varjetajiet Kennebec u Agria għall-ħamrija ta’ Galicia, li jipproduċu tuberi bi ftit tikek, b’qoxra fina u lixxa u li l-kulur ta’ ġewwa huwa abjad ħafna għall-Kennebec u isfar għall-Agria. Barra minn dan, il-varjetà Fina de Carballo hija indiġena u għalhekk, b’mod naturali, adattata ferm għall-ambjent, u din hija r-raġuni għalfejn din tipproduċi tuberi li jintgħarfu mill-qoxra fina tagħhom, minkejja li għandhom tikek fondi u ġewwa abjad.”. |
Fl-aħħar nett, fil-punt dwar ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott, il-paragrafu:
“Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika, speċjalment l-ammont kbir ta’ xita u t-temperaturi moderati fis-subżoni tal-produzzjoni, jikkontribwixxu sabiex il-kultivazzjonijiet tal-patata jkollhom l-aħjar żvilupp veġetattiv mingħajr il-ħtieġa ta’ tisqija; b’hekk wieħed jikseb żieda kontinwa tat-tuberi.”
ġie ssostitwit bil-paragrafu li ġej:
“Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika, speċjalment l-ammont kbir ta’ xita u t-temperaturi moderati, jikkontribwixxu sabiex il-kultivazzjonijiet tal-patata jkollhom l-aħjar żvilupp veġetattiv mingħajr il-ħtieġa ta’ tisqija – għajr għas-sajf f’ċerti żoni u fuq bażi ad hoc; b’hekk wieħed jikseb żieda kontinwa tat-tuberi.”.
(f) tikkettar
Il-paragrafu li ġej tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tad-Dokument Uniku:
“Fuq il-pakketti kollha li fihom il-prodott protett mill-IĠP għandu jidher, stampat b’qies ta’ terz tal-wiċċ ewlieni tal-pakkett, il-logotip tad-denominazzjoni u l-kitba “Indicación geográfica protegida “Patata de Galicia” jew “Pataca de Galicia”””
ġie ssostitwit bil-paragrafu li ġej:
“Fuq il-pakketti kollha li fihom il-prodott protett mill-IĠP għandu jidher, stampat b’qies ta’ terz tal-wiċċ ewlieni tal-pakkett, il-logotip tad-denominazzjoni li jidher hawn taħt u l-kitba “Indicación geográfica protegida “Patata de Galicia” jew “Pataca de Galicia”””,
u fiż-żewġ dokumenti, il-logotip tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta ddaħħal taħt it-test.
Barra minn hekk, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iddaħħal it-test li ġej:
“Barra minn hekk, il-varjetà tal-patata li tinsab f’kull imballaġġ se tkun indikata b’mod ċar.
Il-prodotti maħluqa mill-IĠP “Patata de Galicia” bħala materja prima jistgħu jużaw il-kitba “Elaborado con IGP Patata de Galicia”, jekk dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Linji gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) bħala ingredjenti (2010/C 341/03)”. Għall-kontroll effettiv ta’ kif tintua l-kitba t’hawn fuq, l-operaturi li jixtiequ jużawha għandhom jgħarrfu lill-Kunsill Regolatorju għal finijiet ta’ stabbiliment tas-sistema ta’ kontroll xierqa.
DOKUMENT UNIKU
“Patata de Galicia” / “ Pataca de Galicia”
Nru tal-UE: PGI-ES-02300 – 10.3.2017
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem
“Pataca de Galicia”/“Patata de Galicia”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Dawn huma tuberi tal-ispeċi Solanum tuberosum L., tal-varjetajiet kkultivati Kennebec, Agria u Fina de Carballo, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
B’mod indipendenti mill-varjetà kkultivata, il-patata koperta minn din l-IĠP għandha qoxra li tidher lixxa u fina u hija kkaratterizzata minn konsistenza soda meta tintmess u kremuża meta tissajjar, ta’ konsistenza tajba fil-palat. Din hija ta’ kwalità eċċellenti għall-konsum u rimarkabbli l-aktar minħabba l-kontenut ta’ materja xotta u l-kwalitajiet tal-kulur tal-patata, l-aroma u t-togħma tagħha wara li tissajjar.
Il-karatteristiċi morfoloġiċi tagħha u l-kulur tagħha jvarjaw skont il-varjetà kkultivata, kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Kennebec |
Agria |
Fina de Carballo |
Forma |
tonda lejn l-ovali |
ovali twila |
għat-tond |
Tikek |
ftit ħafna |
ftit ħafna |
Fondi |
Kulur tal-qoxra |
isfar ċar |
isfar |
isfar ċar |
Kulur minn ġewwa |
abjad |
isfar |
abjad |
Il-karatteristiċi analitiċi huma kif ġej: kontenut ta’ materja xotta iktar minn 18 % u kontenut ta’ zokkor riduċenti inqas minn 0,4 %.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Minbarra l-kultivazzjoni fiha nnifisha, huwa meħtieġ li l-ħżin u l-ippakkjar isiru fiż-żona territorjali definita.
Il-fatt li l-ħżin u l-ippakkjar jitwettqu fiż-żona tat-territorju definit, huwa dovut għall-ħtieġa li l-karatteristiċi partikolari tal-prodott għandhom jiġu ppreżervati sew u minħabba li tradizzjonalment l-istabbilimenti kienu jinsabu fiż-żoni tal-produzzjoni tal-aqwa kwalità. Għandu jitqies il-fatt li waqt il-proċess tal-ippakkjar, issir selezzjoni manwali minn persunal b’esperjenza u tradizzjoni twila fil-mod ta’ kif dan il-prodott għandu jintgħażel bl-idejn. Min-naħa l-oħra, b’dan il-mod wieħed jistenna li jnaqqas il-possibbiltà li l-kwalità aħħarija tal-prodott titbaxxa minħabba t-trasport (żieda fl-ammont ta’ daqqiet, temperaturi li mhumiex adegwati, eċċ.) u ta’ xi kundizzjonijiet tal-ħżin li mhumiex rakkomandati.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-patata li hija maħsuba għall-konsum hija protetta permezz tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (I.Ġ.P) “Pataca de Galicia”/“Patata de Galicia”, għandha tiġi kkummerċjalizzata f’pakketti ġodda, nodfa u f’materjali li huma adegwati sabiex jiffavorixxu ventilazzjoni, preżervazzjoni u trasport tal-prodott li huma korretti. L-ippakkjar għandhu jsir f’lottijiet ta’ daqs u oriġini li jkunu omoġenji.
Id-daqs minimu għandu jkun ta’ 35 mm. Madankollu, għandha tkun awtorizzata l-kummerċjalizzazzjoni ta’ patata b’daqs li jvarja bejn 18 mm u l-minimu msemmi, taħt id-denominazzjoni ta’ “patata menuda fuera de calibre” (patata żgħira li mhix tad-daqs speċifikat) jew taħt isem kummerċjali ieħor li huwa ekwivalenti.
L-omoġenjità tad-daqs mhijiex obbligatorja fil-pakketti tal-bejgħ ta’ piż nett ta’ 5 Kg jew iktar. Fil-pakketti għall-bejgħ li għandhom piż nett ta’ 5 Kg jew inqas, id-differenza bejn l-ikbar u l-iżgħar unitajiet ma għandiex tkun iktar minn 35 mm.“”
Il-pakketti għandhom ikunu ta’ piż nett ta’ 15, 10, 5, 4, 3, 2 u 1 kg. Pakketti ta’ 20 u 25 kg maħsuba għall-użu minn ristoranti, lukandi kif ukoll minn xi gruppi oħrajn li jistgħu jistaqsu għalihom, għandhom jiġu awtorizzati b’mod eċċezzjonali.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Fuq il-kontenituri kollha tal-prodott kopert mill-IĠP għandu jidher, stampat b’qies ta’ terz tal-wiċċ ewlieni tal-pakkett, il-logo tal-IĠP t’hawn taħt u l-kitba ‘Indicación Geográfica Protegida ‘Pataca de Galicia’/‘Patata de Galicia’’.
Kull pakkett ikollu tikketta sekondarja mibgħuta mill-kunsill regolatorju, bin-numru korrispondenti u bil-logotip tal-indikazzjoni ġeografika.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni u tal-ippakkjar tal-prodott li hija protetta permezz tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta tikkorrispondi mal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika definita għandha kundizzjonijiet tal-klima u tal-ħamrija li huma vantaġġużi għall-iżvilupp tal-kultivazzjoni u li jispjegaw il-kwalità għolja tal-patata ta’ Galicia.
Il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona geoġrafika tal-IĠP b’rabta diretta mal-parametri kkunsidrati bħala l-aqwa għall-patata huma dawn li ġejjin:
— |
Nżul tax-xita: għandu jiġi enfasizzat l-ammont kbir ta’ xita taż-żona definita, bejn 1 000 u 1 500 mm/kull sena u kultant aktar f’ċerti żoni, b’perjodu ta’ nixfa bejn Awwissu u Settembru. |
— |
Temperaturi: moderati matul l-iżvilupp veġetattiv tal-patata. |
Il-ħamrija maħlula u mrammla, b’valuri ta’ pH li jvarjaw bejn 5 u 6,5.
Iż-żoni differenti tal-produzzjoni mifruxa fuq it-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia jkopru b’mod essenzjali artijiet li jinsabu f’żoni ċatti u b’altitudni medja jew baxxa, b’kundizzjonijiet ideali għall-kultivazzjoni tal-patata.
Speċifiċità tal-prodott:
Fost il-karatteristiċi li jagħtu speċifiċità fil-kwalità tal-patata ta’ Galicia meta mqabbla ma’ patata oħra li tkun ġejja minn żoni ta’ produzzjoni oħra, jistgħu jissemmew:
— |
l-adattament tajjeb tal-varjetà Kennebec u Agria għall-ħamrija ta’ Galicia tippermetti l-produzzjoni ta’ tuberi bi ftit tikek, b’qoxra fina u lixxa u li l-kulur ta’ ġewwa huwa abjad ħafna għall-Kennebec u isfar għall-Agria. Barra minn dan, il-varjetà Fina de Carballo hija indiġena u għalhekk, b’mod naturali, adattata ferm għall-ambjent, ir-raġuni għalfejn din tipproduċi tuberi li jintgħarfu mill-qoxra fina tagħhom, minkejja li għandhom tikek fondi u ġewwa abjad. |
— |
Parametri ta’ kwalità: il-patata tal-IĠP għandha kemxejn mid-dqiq, b’konsistenza pjuttost soda, ftit li xejn titfarrak, u hija soda meta tintmess. Dan kollu jagħmilha ideali għal kwalunkwe tip ta’ preparazzjoni fit-tisjir. Hija tiddistingwi ruħha għall-kontenut ta’ materja xotta u minħabba l-kulur, l-aroma u t-togħma wara li tissajjar. |
— |
Karatteristiċi analitiċi: kontenut ta’ materja xotta iktar minn 18 % u kontenut ta’ zokkor riduċenti inqas minn 0,4 %. |
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott:
Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika, speċjalment l-ammont kbir ta’ xita u t-temperaturi moderati, jikkontribwixxu sabiex il-kultivazzjonijiet tal-patata jkollhom l-aħjar żvilupp veġetattiv mingħajr il-ħtieġa ta’ tisqija – għajr għas-sajf f’ċerti żoni u fuq bażi ad hoc; b’hekk wieħed jikseb żieda kontinwa tat-tuberi.
Il-fatt li bejn Awwissu u Settembru jkun hemm perjodu ta’ nixfa, b’nuqqas ta’ ilma fil-ħamrija, iwassal biex it-tuberi jitilfu mill-kontenut tal-ilma tagħhom qabel ma jinqalgħu u jimmaturaw għalkollox. B’hekk jiffurmaw qoxra uniformi u reżistenti, li flimkien mal-fatt li jkun hemm nuqqas fil-kontenut tal-ilma fit-tuberu, jgħin fil-preżervazzjoni u jtejjeb il-kwalitajiet kulinarji tal-istess tuberu.
Fiż-żoni tal-produzzjoni hemm kwantità kbira ta’ ħamrija maħlula u mrammla, li għandha valur ta’ pH li jvarja bejn 5 u 6,5, li hija ideali għal din it-tip ta’ kultivazzjoni, minħabba li tiffavorixxi ventilazzjoni fil-ħamrija u fl-istess ħin tnaqqas l-inċidenza tal-mard, bħalma huma il-Pectobacterium spp. jew ir-Rhizoctonia solani. Din it-tip ta’ nisġa ta’ ħamrija tippermetti li l-qoxra tat-tuberu tkun fina u uniformi u li t-tuberi jinqalgħu nodfa mill-ħamrija, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jinħaslu. Barra minn hekk, il-valuri tal-pH kemmxejn aċidużi jimpedixxu l-preżenża ta’ ċertu mard bħal pereżempju Streptomyces spp.
Fir-rigward tal-fattur uman, fost il-prattiki kulturali tradizzjonali, tispikka dik tal-fertilizzanti naturali li jitferrxu fuq din il-kultivazzjoni, madwar 25 jew 30 tunnellata/ettaru. Dan jikkontribwixxi għall-kwalità għolja aħħarija tal-patata prodotta taħt l-istess kundizzjonijiet speċifiċi.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)
http://mediorural.xunta.gal/fileadmin/arquivos/alimentacion/produtos_calidade/2018/P_Condiciones_Patata_de_Galicia__mayo_2018.pdf