EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XC1030(01)

Notifika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1131 li jistabbilixxi għodda doganali għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2019/C 366/13

C/2019/7544

OJ C 366, 30.10.2019, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/61


Notifika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1131 li jistabbilixxi għodda doganali għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 366/13)

F’konformità mal-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 (1) u l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037 (2), il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1131 (3) (l-“Għodda Doganali”) fit-3 ta’ Lulju 2019.

L-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037 jippermettu l-estensjoni ta’ dazji tal-antidumping u/jew kumpensatorji fuq oġġetti li jinġiebu fi kwantitajiet sinifikanti lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew iż-żona ekonomika esklussiva ddikjarata minn Stat Membru skont UNCLOS, fejn dan jikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni. F’każijiet fejn ir-regolament li jimponi miżuri antidumping u/jew kumpensatorji jkun jipprovdi b’mod espliċitu għal tali estensjoni lejn dawn iż-żoni, l-Għodda Doganali tistipula l-kundizzjonijiet li taħthom jiġu imposti dazji antidumping u/jew kumpensatorji kif ukoll il-proċeduri marbuta man-notifika u d-dikjarazzjoni ta’ tali prodotti u l-pagament ta’ tali dazju.

Sabiex l-awtoritajiet doganali jingħataw biżżejjed żmien biex jipproċessaw id-dikjarazzjoni tal-wasla, l-Artikolu 9 tal-Għodda Doganali tittardja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Għodda Doganali b’erba’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

L-Artikolu 14a tar-Regolament 2016/1036 u l-Artikolu 24a tar-Regolament 2016/1037 jistipulaw li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-operaturi ekonomiċi kollha permezz ta’ pubblikazzjoni separata li l-Għodda Doganali tkun qiegħda topera.

Il-Kummissjoni b’dan tinforma lill-operaturi ekonomiċi kollha li l-Għodda Doganali se ssir operattiva u tiġi applikata bis-sħiħ mill-4 ta’ Novembru 2019.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1131 tat-2 ta’ Lulju 2019 li jistabbilixxi għodda doganali għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14a tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 3.7.2019, p. 12).


Top