Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XC0619(03)

Proċedimenti ta’ stralċ — Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ LAMP Insurance Company Limited (Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

OJ C 208, 19.6.2019, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/4


Proċedimenti ta’ stralċ

Deċiżjoni għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ LAMP Insurance Company Limited

(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2019/C 208/04)

Impriża tal-assigurazzjoni

LAMP Insurance Company Limited

Indirizz tal-uffiċċju reġistrat:

Suite 822, Europort 8

PO Box 708

Europort Road

Gibraltar

Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni

Fil-31 ta’ Mejju 2019, il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà ħatret (b’effett immedjat) ir-Riċevitur Uffiċjali bħala l-likwidatur ta’ Lamp Insurance Company Limited skont S.160 Insolvency Act 2011.

Ir-Riċevitur Uffiċjali ħatar lil Grant Thornton Gibraltar bħala Konsulent u Aġent biex iwettaq il-likwidazzjoni ta’ LAMP Insurance Company Limited.

Il-Likwidatur, permezz tal-aġent tiegħu se jikkoordina mal-Iskema ta’ Kumpens tas-Servizzi Finanzjarji fir-Renju Unit biex jiżgura li l-pretensjonijiet ta’ detenturi ta’ poloz tar-Renju Unit eliġibbli jiġu pproċessati u sottomessi għall-Iskema ta’ Kumpens.

Il-Likwidatur, permezz tal-aġent tiegħu se jiddeċiedi dwar il-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni li mhumiex tar-Renju Unit għall-ammissjoni ta’ tali pretensjonijiet fil-patrimonju tal-likwidazzjoni. Kwalunkwe distribuzzjoni lill-kredituri tal-assigurazzjoni tista’ ssir biss jekk tkun saret b’suċċess realizzazzjoni tal-assi.

Dħul fis-seħħ: 31 ta’ Mejju 2019

Awtoritajiet kompetenti

Il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà

Qrati tal-Ġustizzja

227 E. Main Street

Gibraltar

Awtorità superviżorja

Gibraltar Financial Services Commission

Suite 3, Ground Floor

Atlantic Suites

Europort Avenue

PO Box 940

Gibraltar

Likwidatur maħtur

The Official Receiver

H.M. Government of Gibraltar

Treasury Department

206/210 Main Street

Gibraltar

Konsulent tar-Riċevitur Uffiċjali u Aġent:

Grant Thornton Gibraltar

6A Queensway

PO Box 64

Gibraltar

Liġi applikabbli

Il-liġi ta’ Ġibiltà

Att tal-2015 dwar is-Servizzi Finanzjarji (Kumpaniji tal-Assigurazzjoni) (Direttiva dwar is-Solvibbiltà II)

Insolvency Act 2011

Insolvency Rules 2014

Companies Act 2014


Top