EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0588

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

COM/2019/588 final

Brussell, 14.11.2019

COM(2019) 588 final

2019/0261(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Kroazja ħadet l-impenn li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Unjoni u mill-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi. Fost dawk il-ftehimiet hemm il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja (“il-Ftehim tal-Erba’ Partijiet”), li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (“l-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti”) għal dawk il-pajjiżi.

Dik id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll tal-ftehimiet bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiżi terzi kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tinnegozja dawk il-protokolli f’isem l-Istati Membri.

B’hekk il-Kummissjoni nnegozjat protokoll li jemenda l-Ftehim tal-Erba’ Partijiet sabiex jipprevedi l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dak il-ftehim.

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tinkiseb Deċiżjoni tal-Kunsill, ibbażata fuq l-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-TFUE”) u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, dwar il-konklużjoni tal-protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, sussegwentement għall-iffirmar tiegħu.

Kuntest ġenerali

L-impenn tal-Kroazja skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni japplika wkoll għall-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti u għall-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja, li jirregola r-relazzjoni bejn dawk il-partijiet skont il-Ftehim tal-Erba’ Partijiet.

B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni nnegozjat protokolli li jemendaw ukoll dawk il-ftehimiet sabiex jipprevedu l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet. Il-proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar, l-applikazzjoni proviżorja u l-konklużjoni ta’ dawk il-protokolli, kif ukoll il-proposta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll li jemenda l-Ftehim tal-Erba’ Partijiet, jiġu ppreżentati b’mod parallel ma’ din il-proposta.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti kien l-ewwel ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru ma’ sieħeb ewlieni tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Dan huwa l-iżjed ftehim importanti fid-dinja dwar it-trasport bl-ajru, u jipprovdi iktar minn 80 miljun post fis-sena għall-passiġġieri tat-trasport bl-ajru; għaldaqstant huwa l-ġebla tax-xewka tal-politika esterna tal-UE dwar l-avjazzjoni. L-importanza tiegħu żdiedet bl-estensjoni tiegħu għall-Iżlanda u għan-Norveġja permezz tal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet. Il-protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika minn dak il-ftehim.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-protokoll jippermetti lill-Kroazja tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni sabiex taderixxi mal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika mill-Ftehim tal-Erba’ Partijiet li joħloq kundizzjonijiet ugwali u uniformi għall-aċċess għas-suq u jservi bħala bażi għal arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja u għall-konverġenza f’oqsma essenzjali għat-tħaddim sikur, sigur u effiċjenti tas-servizzi bl-ajru. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni.

Proporzjonalità

Il-protokoll huwa limitat għat-trattament tal-kwistjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet u ma jindirizzax kwistjonijiet oħra.

Għażla tal-istrument

Ftehim internazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Sommarju tal-ftehim propost

Il-protokoll jikkonsisti minn test ewlieni li jipprevedi l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet u l-emendi konsegwenzjali għal dak il-ftehim, u Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-awtentikazzjoni ta’ verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.

2019/0261 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill [ ], il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), ġie ffirmat fi [ ], soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.

(2)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jiddeżinja l-persuna li jkollha s-setgħat li tipproċedi, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bl-iskambju ta’ noti diplomatiċi previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jintrabtu bil-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

Top

Brussell, 14.11.2019

COM(2019) 588 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.


Anness 1

PROTOKOLL

Li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Uniti”),

bħala l-ewwel parti;

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

L-UNGERIJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”),

u

L-UNJONI EWROPEA,

bħala t-tieni parti;

L-IŻLANDA,

bħala t-tielet parti; u

R-RENJU TAN-NORVEĠJA (minn hawn ’il quddiem, “in-Norveġja”),

bħala r-raba’ parti;

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim tal-2011”), għandu japplika għar-Repubblika tal-Kroazja bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

L-Artikolu 2 tal-Ftehim tal-2011 għandu jitħassar fl-intier tiegħu u għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ARTIKOLU 2

Applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat bil-Protokolli

u l-Anness ta’ dan il-Ftehim

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”), kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, u kif emendat b’mod ulterjuri bil-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi ________ 2019 (minn hawn ’il quddiem, “il-Protokolli”), li b’dan huma inkorporati b’referenza, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha ta’ dan il-Ftehim, soġġetti għall-Anness ta’ dan il-Ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat bil-Protokolli, għandhom japplikaw għall-Iżlanda u għan-Norveġja daqslikieku kienu Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk l-Iżlanda u n-Norveġja għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri abbażi ta’ dak il-ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness ta’ dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.”

 

Artikolu 3

Ir-referenzi kollha għal “il-Protokoll” fl-Anness tal-Ftehim tal-2011 għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal “il-Protokolli”.

Artikolu 4

Il-paragrafu 6 tal-Anness tal-Ftehim tal-2011 għandu jitħassar fl-intier tiegħu u għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“6. It-test tat-Taqsima 3 tal-Anness I tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat bil-Protokolli, għandu jinqara kif ġej:

“Minkejja l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-linji tal-ajru tal-Istati Uniti ma għandux ikollhom id-dritt li jipprovdu servizzi li jġorru merkanzija biss, li ma jkunux parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti, lejn l-Istati Membri jew minn punti fihom, għajr lejn ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, jew minn punti fihom.””

Artikolu 5

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-iktar waħda tard minn dawn li ġejjin:

1. id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-2011;

2. id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi ________ 2019; u

3. xahar wara d-data tal-aħħar nota tal-iskambji ta’ noti diplomatiċi fost il-Partijiet li jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 6

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Protokoll b’mod proviżorju, sa fejn permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data tal-firma.

Magħmul fi …………, b’erba’ kopji, fi …………. 2019.

Għall-Istati Uniti tal-Amerka:

Għar-Repubblika tal-Awstrija,

għar-Renju tal-Belġju,

għar-Repubblika tal-Bulgarija,

għar-Repubblika tal-Kroazja,

għar-Repubblika ta’ Ċipru,    

għar-Repubblika Ċeka,

għar-Renju tad-Danimarka,

għar-Repubblika tal-Estonja,

għar-Repubblika tal-Finlandja,

għar-Repubblika Franċiża,

għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

għar-Repubblika Ellenika,

għall-Ungerija,

għall-Irlanda,

għar-Repubblika Taljana,

għar-Repubblika tal-Latvja,

għar-Repubblika tal-Litwanja,

għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

għal Malta;

għar-Renju tan-Netherlands,

għar-Repubblika tal-Polonja,

għar-Repubblika Portugiża,

għar-Rumanija,

għar-Repubblika Slovakka,

għar-Repubblika tas-Slovenja,

għar-Renju ta’ Spanja,

għar-Renju tal-Iżvezja,

għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u

għall-Unjoni Ewropea:

Għall-Iżlanda:

Għar-Renju tan-Norveġja:



Anness 2

Dikjarazzjoni Konġunta

Ir-Rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerka, tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, tal-Iżlanda u tar-Renju Unit kkonfermaw li t-test tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi ______ 2019 (“il-Protokoll”), irid jiġi awtentikat f’lingwi oħra kif previst permezz ta’ skambju ta’ ittri, qabel l-iffirmar tal-Protokoll, jew b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, wara l-iffirmar tal-Protokoll.

 

Ir-Rappreżentanti kkonfermaw ukoll li l-kliem “lingwi oħra” fid-Dikjarazzjoni Konġunta li tifforma parti mill-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, jirreferi wkoll għal-lingwi tal-Istati Membri li jaderixxu fl-Unjoni Ewropea.

 

Din id-Dikjarazzjoni Konġunta hija parti integrali tal-Protokoll.

Għall-Istati Uniti tal-Amerka:            Għall-Unjoni Ewropea

u għall-Istati Membri tagħha:

Għall-Iżlanda:                        Għar-Renju tan-Norveġja:

Top