Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9620

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9620 — Bridgepoint/Vermaat) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 394/05

ĠU C 394, 21.11.2019, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9620 — Bridgepoint/Vermaat)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 394/05)

1.   

Fl-14 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bridgepoint Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit),

—

Vermaat Groep B.V. (“Vermaat”, in-Netherlands).

Bridgepoint takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Vermaat kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Bridgepoint: grupp tal-ekwità privata li huwa proprjetà indipendenti u li jiffoka fuq l-investiment f’negozji tas-suq medju Ewropej f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi l-konsumaturi / il-ħwienet, servizzi kummerċjali, industrijali, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, il-media u t-teknoloġija.

—

Vermaat: tipprovdi servizzi ta’ esternalizzazzjoni tal-catering lil varjetà ta’ swieq inklużi dawk korporati, tal-ħin ħieles, sptarijiet u ċentri tal-ivvjaġġar. Hija toffri servizzi f’aktar minn 350 ħanut tal-ikel u x-xorb, inklużi ristoranti, cafés, kafetteriji, canteens u ħwienet tal-merċa fin- Netherlands u ftit inqas fil-Ġermanja u l-Belġju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9620 — Bridgepoint/Vermaat

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top