EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9605

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 382/09

PUB/2019/95

OJ C 382, 11.11.2019, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/09)

1.   

Fl-4 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

DAK Americas Exterior, S.L. (“DAK Americas”, Spanja), fl-aħħar nett ikkontrollata minn Alfa, S.A.B. de C.V. (“Alfa Group”, il-Messiku),

Lotte Chemical UK Limited (“Lotte UK”, ir-Renju Unit),

L-Alfa Group, permezz tas-sussidjarja tiegħu, DAK Americas, jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Lotte UK kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DAK Americas hija parti mill-Alfa Group, konglomerat industrijali li għandu l-kwartieri ġenerali fil-Messiku, attiva f’firxa ta’ oqsma inklużi l-poliester, il-plastik u l-kimiċi, komponenti tal-aluminju għall-karozzi, ikel iffriżat u l-IT u t-telekomunikazzjonijiet;

Lotte UK hija attiva fil-manifattura tar-reżin tal-polyethylene terephthalate (PET).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top