This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9597
Prior notification of a concentration (Case M.9597 — Cinven/Stichting Barentz Beheer/Barentz) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2019/C 371/07
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9597 — Cinven/Stichting Barentz Beheer/Barentz) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 371/07
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9597 — Cinven/Stichting Barentz Beheer/Barentz) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 371/07
PUB/2019/86
ĠU C 371, 4.11.2019, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 371/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9597 — Cinven/Stichting Barentz Beheer/Barentz)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 371/07)
1.
Fil-25 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Cinven Capital Management (VI) Genera Partner Limited (“Cinven”, Guernsey) |
— |
Stichting Barentz Beheer (“il-Fondazzjoni”, in-Netherlands) |
— |
H.L. Barentz B.V. (“Barentz”, in-Netherlands) |
Cinven u l-Fondazzjoni jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Barentz.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Cinven: impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment. Cinven tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi tul firxa ta’ ġurisdizzjonijiet. |
— |
il-Fondazzjoni: fondazzjoni Olandiża li ma tagħmilx profitt (stichting). L-għan uniku tagħha huwa li tappoġġa u tiżviluppa aktar in-negozju ta’ Barentz. |
— |
Barentz: distribuzzjoni ta’ ingredjenti u addittivi għall-industriji tal-ikel, tal-farmaċewtiċi u l-kożmetiċi, tal-kimika u tan-nutrizzjoni tal-annimali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9597 — Cinven/Stichting Barentz Beheer/Barentz
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).