EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9527
Prior notification of a concentration (Case M.9527 — New Media Investment Group/Gannett Co.) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2019/C 336/03
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9527 — New Media Investment Group/Gannett Co.) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 336/03
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9527 — New Media Investment Group/Gannett Co.) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 336/03
OJ C 336, 7.10.2019, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9527 — New Media Investment Group/Gannett Co.)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 336/03)
1.
Fit-30 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
New Media Investment Group Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka) |
— |
Gannett Co., Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
New Media Investiment Group Inc. Takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Gannett Co., Inc. Kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
New Media Investiment Group Inc.: il-pubblikazzjoni ta’ ġurnali lokali u online media, |
— |
Gannett Co., Inc.: kumpanija ta’ soluzzjonijiet għall-media u l-kummerċjalizzazzjoni, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ ġurnali nazzjonali u lokali u online media. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9527 — New Media Investment Group/Gannett Co.
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).