EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9512

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9512 — EQT/Colony Capital/Zayo) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2019/C 379/05

PUB/2019/91

OJ C 379, 8.11.2019, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9512 — EQT/Colony Capital/Zayo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 379/05)

1.   

Fit-30 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Fund Management S.à r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu),

Digital Colony GP, LLC (“Digital Colony”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Colony Capital, Inc. (“Colony Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Zayo Group Holding, Inc. (“Zayo”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

EQT u Digital Colony jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Zayo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EQT: fond ta’ investiment li jinvesti fl-infrastruttura u f’assi u negozji relatati mal-infrastruttura, primarjament fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq,

Digital Colony: ditta tal-investiment, ikkontrollata mid-ditta dinjija tal-proprjetà immobbli u tal-ġestjoni tal-investiment, Colony Capital, li tinvesti f’kumpaniji tal-infrastruttura diġitali,

Zayo: fornitur ta’ servizzi infrastruttura tal-komunikazzjonijiet fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq, inklużi l-kiri ta’ fibre iswed, networks tad-data privati, konnessjonijiet tal-wavelength, l-Ethernet, il-konnettività tal-IP, offerti tal-cloud, servizzi ta’ kollokazzjoni u offerti oħra tal-bandwidth għolja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9512 — EQT/Colony Capital/Zayo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top