Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DC0485

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-eżerċitar tas-setgħa li jadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 - il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

    COM/2019/485 final

    Brussell, 21.10.2019

    COM(2019) 485 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-eżerċitar tas-setgħa li jadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 - il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti


    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U

    L-KUNSILL

    dwar l-eżerċitar tas-setgħa li jadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 - il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

    1.    INTRODUZZJONI

    Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396 jistabbilixxi fond Ewropew għal investimenti strateġiċi (FEIS), garanzija tal-UE u fond ta’ garanzija tal-UE bil-għan li jimmobilizza sa EUR 500 biljun f’investiment pubbliku u privat addizzjonali fl-ekonomija reali sa tmiem l-2020 biex jiġi stimolat l-investiment għall-fini tal-ħolqien ta’ impjiegi.

    Sabiex jinkisbu l-objettivi tiegħu, ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati f’għadd ta’ kwistjonijiet elenkati fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396 u soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE.

    2.    BAŻI LEGALI

    L-Artikolu 7(13) u (14) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 23. L-Artikolu 23 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati dwar il-kwistjonijiet elenkati fih għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Lulju 2015. Barra minn hekk, huwa jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tħejji rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa sa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin.

    Is-setgħat ta’ delega għandhom jiġu estiżi b’mod taċitu għal perjodu ta’ durata identika, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

    Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/1017. Tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

    Ir-Regolament (UE) 2015/1017 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jikkonċernaw il-materji li ġejjin:

    a)biex temenda l-elementi mhux essenzjali tal-Artikoli 6 sa 8 tal-linji gwida dwar l-investiment stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/1017, mingħajr ma jitħassar kompletament xi wieħed minn dawk l-Artikoli. Dawn l-atti delegati għandhom jitħejjew bi djalogu mill-qrib mal-BEI (l-Artikolu 7(13) tar-Regolament (UE) 2015/1017, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396);

    b)biex tissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/1017 billi tistabbilixxi tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi li għandhom jintużaw mill-Kumitat tal-Investiment biex tiġi żgurata valutazzjoni indipendenti u trasparenti tal-użu potenzjali u attwali tal-garanzija tal-UE. Atti delegati bħal dawn għandhom jitħejjew bi djalogu mill-qrib mal-BEI (l-Artikolu 7(14) tar-Regolament (UE) 2015/1017 kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2396).

    Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat, għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt (l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) 2015/1017).

    Skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2015/1017, att delegat adottat skont l-Artikolu 7(13) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahar min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Skont l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) 2015/1017, att delegat għandu jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 7(14) biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet ġimgħat min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet ġimgħat fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    3.    TĦADDIM TAD-DELEGA

    3.1 Atti delegati adottati

    Fil-perjodu ta’ referenza, il-Kummissjoni diġà eżerċitat is-setgħat ta’ delega li ġejjin:

    Abbażi tal-Artikolu 7(14) tar-Regolament (UE) 2015/1017, ġie adottat Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi li għandhom jintużaw mill-Kumitat tal-Investiment biex tiġi żgurata valutazzjoni indipendenti u trasparenti tal-użu potenzjali u attwali tal-garanzija tal-UE.

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1558 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bit-tfassil ta' tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi għall-applikazzjoni tal-garanzija tal-UE ġie adottat fit-22 ta’ Lulju 2015.

    3.2 Konsultazzjoni qabel l-adozzjoni

    Il-Kummissjoni kkonsultat esperti maħtura mill-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti, permezz ta’ laqgħat regolari ta’ esperti u konsultazzjonijiet bil-miktub, fit-tħejjija tal-att delegat. Id-dokumenti rilevanti għal dawn il-konsultazzjonijiet intbagħtu fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Saru konsultazzjonijiet estensivi mal-Bank Ewropew tal-Investiment fit-tħejjija tal-att delegat. Il-grupp ta’ esperti tal-Kunsill involut fit-tħejjija tal-atti delegati kien il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-Kunsilliera Finanzjarji. Għall-Parlament Ewropew saret laqgħa mal-membri rilevanti tal-kumitati ewlenin u dawk assoċjati. Matul it-tħejjija tal-verżjonijiet finali tal-atti delegati, ġew ikkunsidrati l-osservazzjonijiet ippreżentati f’dawn il-konsultazzjonijiet.

    3.3 Ebda oġġezzjonijiet għall-atti delegati

    Skont l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) 2015/1017, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont l-Artikolu 7(14) fi żmien tliet ġimgħat mid-data tan-notifika, u jistgħu jiġu estiżi bi tliet ġimgħat oħra fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat f’dan il-perjodu, dan ma jidħolx fis-seħħ. Dan il-perjodu mqassar ta’ oppożizzjoni kien ir-riżultat ta’ ftehim politiku milħuq matul it-trilogi sabiex jinkisbu riżultati malajr kemm jista’ ikun għall-pjan ta’ investiment għall-Ewropa u l-investimenti tal-FEIS.

    La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma oġġezzjonaw għall-att delegat msemmi fit-taqsima 3.1. elenkata hawn fuq u l-att delegat għalhekk ġie ppubblikat u daħal fis-seħħ fit-tmiem tal-perjodu ta’ oġġezzjoni.

    4.    KONKLUŻJONI

    Il-Kummissjoni tqis li eżerċitat is-setgħat delegati mogħtija lilha fil-limiti stabbiliti u fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7(14) u 23 tar-Regolament (UE) 2015/1017. Il-Kummissjoni tara l-ħtieġa li testendi s-setgħat mogħtija minħabba li jistgħu jkunu meħtieġa aktar atti delegati li jemendaw, fost l-oħrajn, it-Taqsimiet 6 sa 8 tal-linji gwida dwar l-investiment stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/1017. B’dan ir-rapport, il-Kummissjoni tikkonforma mar-rekwiżit ta’ rappurtar skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-Rapport.

    Top