EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DC0320

ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU NRU 2 TAL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2019 Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+

COM/2019/320 final

Brussell, 15.5.2019

COM(2019) 320 final

ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU NRU 2
TAL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2019

Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+


Wara li kkunsidrat:

it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, kif adottat fit-12 ta’ Diċembru 2018 2 ,

l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2019 3 , adottat fil-15 ta’ April 2019,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 2 tal-baġit tal-2019.

BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fir-rapport tan-nefqa tat-Taqsima III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’dan ir-rapport hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

WERREJ

1.    Introduzzjoni    

2.    Tisħiħ ta’ Orizzont 2020 u Erasmus+    

2.1.    Kuntest    

2.2.    Tisħiħ ta’ Orizzont 2020    

2.3.    Tisħiħ ta’ Erasmus+    

2.4.    Finanzjament    

3.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Introduzzjoni

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2/2019 huwa maħsub li jipprovdi EUR 100 miljun addizzjonali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għal Orizzont 2020 u Erasmus+ kif deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-ftehim tagħhom dwar il-baġit tal-2019. Ma hija proposta l-ebda żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

2.Tisħiħ ta’ Orizzont 2020 u Erasmus+

2.1.    Kuntest 

Fil-ftehim finali tagħhom dwar il-baġit tal-2019 4 , il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftiehmu “li jibbaġitjaw EUR 100 miljun f’baġit emendatorju fl-2019 sabiex jissaħħaħ il-programm Orizzont 2020 u Erasmus+”. Huma stiednu lill-Kummissjoni biex “tippreżenta dan il-baġit emendatorju, li mhu se jinkludi ebda element ieħor, hekk kif l-aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2020 inkluż il-kalkolu tal-marġni globali għall-impenji jitlesta fir-rebbiegħa tal-2019”.

Ġaladarba l-aġġustament tekniku issa diġà ġie adottat 5 , il-Kummissjoni tipproponi li temenda l-baġit tal-2019 biex ikun jirrifletti l-ftehim imsemmi hawn fuq.

2.2.    Tisħiħ ta’ Orizzont 2020

Orizzont 2020, il-programm emblematiku għas-sostenn tar-riċerka u tal-innovazzjoni, iffissa objettiv ambizzjuż għall-kontribut tiegħu għall-mira tal-klima tal-baġit tal-UE. Filwaqt li n-nefqa għat-tibdil fil-klima turi żieda konsiderevoli meta mqabbla mas-Seba’ Programm Qafas għall-Finanzjament tar-Riċerka 2007-2013 (FP7, 7th Framework Programme), jenħtieġ li jiġu msaħħa miżuri speċifiċi bil-għan li jqarrbu l-mira li 35 % tal-baġit globali ta’ Orizzont 2020 ikunu ddedikati għall-attivitajiet ta’ riċerka b’rabta mal-klima. Għalhekk qed jiġi propost li jkunu allokati EUR 80 miljun addizzjonali għal attivitajiet u proġetti f’dan il-qasam, speċifikament għar-riċerka b’rabta mat-trasport u għat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti fil-qafas tal-proġett pilota tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (KEI):

-Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 34,6 miljun addizzjonali għall-partita tal-baġit 08 02 03 04 Kisba ta’ sistema tat-trasport Ewropea effiċjenti fir-riżorsi, tiffavorixxi l-ambjent, sikura u assjematika ta’ Orizzont 2020 biex jissaħħu l-azzjonijiet tal-2019 kontra t-tibdil fil-klima, b’mod partikolari l-batteriji, il-vetturi ekoloġiċi u s-sostenibbiltà ekoloġika tal-avjazzjoni.

-Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 45,4 miljun addizzjonali għall-partita tal-baġit 08 02 01 02 Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti ta’ Orizzont 2020 biex jiżdied l-ammont għat-temi “Ġenerazzjoni tal-enerġija rivoluzzjonarja b’emissjonijiet żero għal dekarbonizzazzjoni sħiħa” u “Teknoloġiji li jirrigwardaw l-enerġija u t-tibdil fil-klima”. L-azzjoni primarjament se ssostni l-identifikazzjoni multidixxiplinari ta’ direzzjonijiet ġodda għall-ġenerazzjoni tal-elettriku nadifa, kumpatta u rħisa, u timmira lejn applikazzjonijiet awtonomi, mobbli jew portabbli f’kuntesti speċifiċi. Din tagħżel proġetti li jwittu t-triq għal teknoloġiji kompletament dekarbonizzati radikalment ġodda bħala mezz biex jiġi limitat l-effett tas-settur tal-enerġija fuq it-tibdil fil-klima.

2.3.    Tisħiħ ta’ Erasmus+

Erasmus+ hu l-programm tal-UE li jappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa. Permezz tal-programm, iktar minn 4 miljun Ewropew se jkunu jistgħu jistudjaw, jitħarrġu u jiggwadanjaw esperjenza barra minn pajjiżhom matul il-perjodu 2014-20.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 20 miljun addizzjonali għall-partita tal-baġit 15 02 01 01 Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol ta’ Erasmus+. L-allokazzjoni tkun issaħħaħ is-sostenn finanzjarju tal-UE għall-attivitajiet fundamentali ta’ mobbiltà tal-programm, b’mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, kif ukoll għaċ-ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali. Din issaħħaħ ukoll l-Universitajiet Ewropej, azzjoni reċenti żviluppata fil-qafas taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 6 .

2.4.    Finanzjament

Minħabba n-nuqqas ta’ marġni sal-limitu massimu ta’ fondi għal impenji tal-intestatura 1a Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi fil-baġit ġenerali tal-2019, it-tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ Orizzont 2020 u Erasmus+ se jiġi ffinanzjat mill-Marġni Globali għall-Impenji.

Il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għal dawn iż-żewġ programmi fil-baġit tal-2019 ma għandhomx għalfejn jiżdiedu.



3.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

Intestatura

Baġit 2019

Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 2/2019

Baġit 2019

(inkl. ABE 1/2019)

(inkl. ABE 1-2/2018)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

80 527 449 848

67 556 947 173

100 000 000

80 627 449 848

67 556 947 173

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

178 715 475

 

 

178 715 475

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

424 734 373

 

100 000 000

 

524 734 373

 

Limitu massimu

79 924 000 000

 

 

79 924 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

23 335 449 848

20 521 537 455

100 000 000

 

23 435 449 848

20 521 537 455

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

178 715 475

 

 

 

178 715 475

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

74 734 373

 

100 000 000

 

174 734 373

 

Limitu massimu

23 082 000 000

 

 

 

23 082 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

57 192 000 000

47 035 409 718

 

 

57 192 000 000

47 035 409 718

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

350 000 000

 

 

 

350 000 000

 

Limitu massimu

56 842 000 000

 

 

 

56 842 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

2.

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

59 642 077 986

57 399 857 331

 

 

59 642 077 986

57 399 857 331

Limitu massimu

60 344 000 000

 

 

 

60 344 000 000

 

Marġni

701 922 014

 

 

 

701 922 014

 

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

43 191 947 000

43 116 399 417

 

 

43 191 947 000

43 116 399 417

Sottolimitu

43 881 000 000

 

 

 

43 881 000 000

 

Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġni

659 000

 

 

 

659 000

 

Marġni tal-FAEG

688 394 000

 

 

 

688 394 000

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

3 786 629 138

3 527 434 894

 

 

3 786 629 138

3 527 434 894

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

985 629 138

 

 

 

985 629 138

 

Limitu massimu

2 801 000 000

 

 

 

2 801 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

11 319 265 627

9 358 295 603

 

 

11 319 265 627

9 358 295 603

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

1 051 265 627

 

 

 

1 051 265 627

 

Limitu massimu

10 268 000 000

 

 

 

10 268 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

5.

Amministrazzjoni

9 942 974 723

9 944 904 743

 

 

9 942 974 723

9 944 904 743

Limitu massimu

10 786 000 000

 

 

 

10 786 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-marġni ta’ Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

589 143 121

 

 

 

589 143 121

 

Li minnhom: nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 747 285 803

7 749 215 823

 

 

7 747 285 803

7 749 215 823

Sottolimitu

8 700 000 000

 

 

 

8 700 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-marġni ta’ Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

698 832 041

 

 

 

698 832 041

 

Total

165 218 397 322

147 787 439 744

100 000 000

165 318 397 322

147 787 439 744

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

1 164 344 613

961 862 659

 

1 164 344 613

961 862 659

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

1 476 000 000

 

100 000 000

 

1 576 000 000

 

Limitu massimu

164 123 000 000

166 709 000 000

 

164 123 000 000

166 709 000 000

Li minnhom paċuti mal-marġni ta’ Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

1 291 065 135

19 883 422 915

 

1 291 065 135

19 883 422 915

 

Strumenti speċjali oħra

577 248 000

411 500 000

 

 

577 248 000

411 500 000

Total Finali

165 795 645 322

148 198 939 744

100 000 000

165 895 645 322

148 198 939 744

(1)      ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) .    ĠU L 67, 7.3.2019.
(3)      COM(2019) 300, 15.4.2019.
(4)      Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (15205/2018 – C8-0499/2018 – 2018/2275(BUD) ).
(5)      COM(2019) 310, [14.5.2019].
(6)      Il-Komunikazzjoni dwar “It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura” tal-14 ta’ Novembru 2017, COM(2017) 673.
Top