IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.4.2019
COM(2019) 225 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Rapport ta’ Progress dwar l-Enerġija Rinnovabbli
EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019DC0225
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Renewable Energy Progress Report
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rapport ta’ Progress dwar l-Enerġija Rinnovabbli
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rapport ta’ Progress dwar l-Enerġija Rinnovabbli
COM/2019/225 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.4.2019
COM(2019) 225 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Rapport ta’ Progress dwar l-Enerġija Rinnovabbli
1. INTRODUZZJONI
Bid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (RED II) fl-24 ta’ Diċembru 2018, ġie stabbilit qafas ġdid li jibqa’ validu fil-futur biex tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-inqas 32 % ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija sal-2030. Dan il-qafas se jibni fuq il-progress li jkun qed jinkiseb taħt id-Direttiva attwali inkluż inter alia l-obbligu tal-Istati Membri li jżommu l-miri tal-2020 bħala l-linja bażi tat-trajettorji rispettivi tagħhom għad-deċennju li jmiss. Dan huwa kkomplementat b’mod ulterjuri mill-elementi l-oħra tal-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha 1 .
L-enerġija rinnovabbli tinsab fil-qalba tal-prijoritajiet tal-Unjoni tal-Enerġija. Id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli 2 (RED I) hija element ċentrali fil-politika tal-Unjoni tal-Enerġija u xprunatur ewlieni għall-ilħuq tal-miri tal-enerġija rinnovabbli għall-2020.
Il-prijorità politika tal-Unjoni Ewropea li ssir il-mexxejja globali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli hija msejsa fuq il-preżenza ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-ħames dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija. F’termini ta’ sigurtà tal-enerġija s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jnaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-fjuwils fossili. Huwa stmat li ż-żieda fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli mqabbla mal-livell tal-konsum ta’ enerġija rinnovabbli fl-2005 ippermettiet lill-UE tnaqqas id-domanda tagħha għall-fjuwils fossili b’143 Mtoe fl-2016 3 (madwar 12 % tal-konsum primarju totali tal-fjuwils fossili). B’mod simili, id-dipendenza tal-Ewropa fuq l-importazzjoni tal-enerġija, l-aktar fir-rigward tal-importazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, se tonqos mill-55 % attwali għal 20 % fl-2050 bis-saħħa ta’ provvista ta’ enerġija primarja li fil-biċċa l-kbira tagħha se tiġi minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli 4 . Għas-suq intern tal-enerġija, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandhom rwol dejjem akbar b’mod partikolari għas-suq tal-enerġija fejn madwar terz (30.8 %) tal-produzzjoni elettrika grossa tal-EU 28 ġie ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-2017 5 .
Anke għall-gassijiet rinnovabbli huwa osservat rwol dejjem akbar. Eżempju ta’ dan huwa li s-sehem tal-bijogass f’paragun mal-konsum totali tal-gass kien 18.6 % f’Lulju 2018 fid-Danimarka, li huwa żieda ta’ 50 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel 6 . Fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika, tnaqqis fil-konsum tal-enerġija huwa marbut mill-qrib mal-ilħuq ta’ proporzjon akbar ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u maż-żieda fl-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fil-binjiet, li jtejbu l-prestazzjoni tal-enerġija b’mod kosteffiċjenti. Barra minn hekk, l-enerġija rinnovabbli għandha rwol sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni u fl-2016 is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kkontribwixxew għal total ta’ 460 Mt ta’ emissjonijiet tas-CO2 gross evitati (aktar mit-total ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Italja fl-2016) 7 u huwa stmat li dan se jiżdied għal 499 Mt 8 fl-2017. Barra minn hekk, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli huma kontributur ewlieni għad-dimensjoni tal-innovazzjoni. Fil-qasam tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, 53 % tal-invenzjonijiet mill-kumpaniji bbażati fl-UE jiksbu protezzjoni tal-privattivi barra l-Ewropa 9 . Dan juri l-valur għoli tal-innovazzjoni, peress li l-protezzjoni tinkiseb għall-fatt li tilħaq is-swieq barranin, u jkollha suċċess fihom. Dan jagħmel lill-UE mexxejja globali fl-innovazzjoni peress li għandha proporzjon akbar minn kwalunkwe ekonomija kbira oħra 10 . F’dan ir-rigward, kif rikonoxxut mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA), l-Ewropa saret eżempju ewlieni li juri perkorsi ta’ suċċess lejn futur b’enerġija bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, billi tinsab fuq quddiem nett fl-innovazzjoni fl-enerġija 11 .
It-tmexxija hija preżenti wkoll għat-teknoloġiji rinnovabbli differenti tul il-katini ta’ provvista tagħhom. Għal għadd ta' teknoloġiji, bħat-turbini eoliċi, il-manifatturi tal-UE kienu jikkorrispondu għal mill-inqas 41 % tal-kapaċità installata ġdida globali fl-2016 12 . Fir-rigward tal-industrija tal-PV tal-UE, il-manifatturi tat-tagħmir tal-PV tal-UE jinsabu fuq quddiem b’sehem mis-suq globali ta’ 50 %, filwaqt li l-manifatturi tal-invertituri tal-UE għandhom sehem mis-suq globali ta’ aktar minn 18 % 13 . Barra minn hekk, biex iżżomm u tespandi l-pożizzjoni tagħha bħala l-mexxejja globali fit-teknoloġiji emerġenti tal-enerġija rinnovabbli mill-oċean , pereżempju, il-Kummissjoni impenjat ruħha mal-Istati Membri sabiex jikkombinaw l-isforzi tagħhom biex jiżdied l-iskjerament u jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-kostijiet stabbiliti fil-Pjan SET 14 . Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-Forum Industrijali dwar l-Enerġija Nadifa rigward is-Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli biex issaħħaħ il-bażi industrijali għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-Ewropa. F’kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi ewlenin tas-settur, il-Forum jipproponi azzjonijiet biex tittejjeb il-kompetittività tal-katina ta’ provvista Ewropea għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.
Il-benefiċċji ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jmorru ferm lil hinn mill-impatti fuq il-ħames dimensjonijiet politiċi msemmija hawn fuq. L-enerġiji rinnovabbli huma sors ta’ tkabbir ekonomiku u ta’ impjiegi għall-Ewropej, b’mod partikolari l-impjiegi lokali b’aktar minn 1.4 miljun persuna li attwalment qegħdin jaħdmu fis-settur u bi dħul relatat li huwa stmat għal EUR 154.7 biljun 15 . Ir-rapport riċenti dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija fl-Ewropa 16 jiddokumenta wkoll impatti pożittivi fuq il-kompetittività industrijali peress li l-ammonti akbar ta’ enerġija rinnovabbli huma fattur ewlieni wara l-waqa’ fil-prezzijiet tal-enerġija bl-ingrossa fis-snin riċenti. Kif enfasizzat minn IRENA, l-iskjerament dejjem jikber ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ta bidu wkoll għal trasformazzjoni fl-enerġija globali b’implikazzjonijiet sinifikanti għall-ġeopolitika u bla dubju l-UE tinsab fuq quddiem nett 17 .
Jikkontribwixxu wkoll biex jonqos it-tniġġis tal-arja u biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b’aċċess għal enerġija affordabbli u nadifa. Bejn l-2011 u l-2016, il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli żdiedet bi kważi 10 GW u l-għadd ta’ persuni li bbenefikaw minn soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli mhux kollegati mal-grilja żdied b’sitt darbiet, u laħaq aktar minn 133 miljun 18 . Huwa stmat li sal-2030, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli se joffru aktar minn 60 % tal-aċċess ġdid għall-elettriku, filwaqt li sistemi awtonomi u ta’ grilja żgħira se jipprovdu l-mezzi għal kważi nofs l-aċċess il-ġdid 19 . Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, u l-aktar importanti, il-kost aktar baxx tat-teknoloġija, flimkien mad-diġitalizzazzjoni qiegħed jagħmel is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli l-forza mexxejja reali biex il-konsumaturi jingħataw is-setgħa u biex ikollhom rwol ewlieni fit-tranżizzjoni tal-enerġija.
Dan ir-rapport jipprovdi l-aktar għarfien reċenti dwar il-progress li sar sal-2017 b’rabta mal-ilħuq tal-mira ta’ 20 % għall-enerġija rinnovabbli fl-2020 u jindirizza obbligi oħra ta’ rapportar tal-Kummissjoni Ewropea skont l-RED I u d-Direttiva dwar it-Tibdil Indirett fl-Użu tal-Art (ILUC) 20 . L-istatistika dwar l-enerġija trażmessa mill-Istati Membri lill-Eurostat sa Jannar 2019 tintuża bħala sors primarju tad-data għall-evalwazzjoni tal-progress lejn il-mira tal-2020. Dan ir-rapport jibni fuq ir-raba’ rapport ta’ progress biannwali tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri li jkopri l-perjodu 2015/16 21 , kif ukoll l-analiżi teknika komplementari li saret matul l-2018. Huwa jinkludi wkoll ħarsa ġenerali tal-potenzjal f’termini ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u ta’ valutazzjonijiet tal-oqfsa amministrattivi u tas-sostenibbiltà tal-bijofjuwils.
2. IL-PROGRESS TAL-EU-28 FL-UŻU TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI
Fl-2017, l-UE laħqet sehem ta’ 17.52 % ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija, meta mqabbel mal-mira ta’ 20 % għall-2020, u li huwa ogħla mit-trajettorja indikattiva ta’ 16 % għall-2017/2018. Barra minn hekk, l-UE kollha kemm hi tinsab ukoll ‘il fuq mit-trajettorja kemxejn aktar ambizzjuża ddefinita mill-Istati Membri stess fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAPs) tagħhom 22 . L-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha tal-2020. Matul dawn l-aħħar snin, fil-livell tal-UE, kien hemm żieda kontinwa fis-sehem globali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES) u fl-ishma settorjali ta’ enerġija rinnovabbli fl-elettriku (RES-E), it-tisħin u t-tkessiħ (RES-H&C), u, f’livell inqas, it-trasport (RES-T).
Madankollu, il-pass taż-żieda tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli naqas mill-2014. Meta mqabbla mas-sehem ta’ 16.19 % fl-2014, iż-żieda medja matul il-perjodu 2014-2017 kienet biss ta’ 0.44 punti perċentwali fis-sena, inqas miż-żieda medja annwali ta’ 0.83 punti perċentwali fis-sena li se tkun meħtieġa biex jintlaħaq is-sehem ta’ 20 % fl-2020. Billi t-trajettorja indikattiva mill-RED I kienet aktar wieqfa f’dawn l-aħħar snin, se jkun meħtieġ sforz sostnut biex jintlaħqu l-miri.
Fir-rigward tas-setturi individwali, fil-livell tal-UE s-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fl-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ kien sistematikament ogħla mil-livelli ddefiniti mill-Istati Membri fl-NREAPs tagħhom, filwaqt li għat-trasport, is-sehem ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli qiegħed bażikament isegwi t-trajettorja ppjanata.
Illustrazzjoni 1: L-ishma tal-enerġija rinnovabbli attwali u ppjanati għall-EU 28 (2005-2020, %). Sors: Il-Eurostat u Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAP)
F’termini tal-konsum assolut tal-enerġija rinnovabbli, is-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ jipprovdi l-akbar kontribuzzjoni b’total ta’ 102 Mtoe fl-2017, segwit mill-qrib mill-elettriku rinnovabbli, b’konsum ta’ 86.7 Mtoe, u s-settur tat-trasport, b’konsum ta’ 23.65 Mtoe 23 .
Is-sorsi rinnovabbli ewlenin użati fil-konsum tal-enerġija kienu l-bijomassa għat-tisħin u t-tkessiħ, l-enerġija idroelettrika u r-riħ għall-elettriku, u l-bijofjuwils għat-trasport. Fis-settur tal-elettriku, qed issir bidla fundamentali ċara lejn is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Wieħed mill-fatturi ewlenin kien it-tnaqqis fil-kost tal-elettriku mill-potenza fotovoltajka solari u eolika, li matul il-perjodu mill-2009 sal-2018 naqas bi kważi 75 % u madwar 50 % (skont is-suq) rispettivament, minħabba tnaqqis fil-kostijiet tal-kapital, avvanzi fl-effiċjenza u titjib fil-katina tal-provvista, kif ukoll minħabba offerti kompetittivi għal skemi ta’ appoġġ. Fl-2018, il-proġett Ourika fil-Portugall kien l-ewwel proġett solari Ewropew li ġie żviluppat mingħajr ebda tip ta’ appoġġ pubbliku. Fil-Ġermanja, il-primjums tas-suq imħallsa għal proġett fotovoltajku solari ta’ 1.4 MW kienu inqas mill-valur tas-suq għall-enerġija solari fis-sajf tal-2018, u fid-Danimarka ġew żviluppati proġetti tal-potenza eolika ġodda għal tariffa garantita fissa ta’ 2.5 EUR/MWh. Kemm fil-Ġermanja kif ukoll fin-Netherlands, l-offerti għall-iżvilupp ta’ parks eoliċi fuq il-baħar ta’ 1610 u 700 MW irċevew offerti mingħajr ebda sussidju.
It-tnaqqis fil-kostijiet huwa wkoll wieħed mill-ixprunaturi ewlenin għal żieda fl-esternalizzazzjoni korporattiva ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, speċjalment fil-każ fejn l-utenti tal-enerġija korporattiva jiffirmaw ftehim dirett ta’ xiri ta’ enerġija ma’ żviluppatur tal-enerġija rinnovabbli. Matul il-perjodu mill-2015 sal-2018, il-ftehimiet korporattivi dwar ix-xiri ta’ enerġija għal elettriku rinnovabbli fl-Ewropa 24 żdiedu b’erba’ darbiet, minn 506 MW għal 1967 MW.
3. VALUTAZZJONIJIET DETTALJATI TAL-PROGRESS U TAL-PROJEZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI SAL-2020
1.Progress fl-elettriku, fit-tisħin u t-tkessiħ u fit-trasport
L-ishma tal-enerġija rinnovabbli jirriflettu d-diversità storika fit-taħlita enerġetika tal-Istati Membri u d-differenzi tagħhom fil-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli, b’ishma li jvarjaw minn 6,4 % fil-Lussemburgu għal 54,5 % fl-Iżvezja fl-2017 (ara l-illustrazzjoni 2).
Illustrazzjoni 2: L-ishma tal-enerġija rinnovabbli tal-UE u tal-Istati Membri f’konsum finali gross tal-enerġija 2015-17 vs. it-trajettorji stabbiliti fl-RED I (sors: Eurostat)
Fuq il-bażi tar-raba’ rapport ta’ progress tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri (“rapporti ta’ progress”), li jkopri l-perjodu 2015-2016 25 , 25 Stat Membru kienu ’l fuq mit-trajettorja indikattiva tagħhom tal-RED I għall-perjodu 2015/2016. Fost it-3 Stati Membri li kienu taħt it-trajettorji tagħhom tal-RED I, in-Netherlands juri l-akbar distakk, b’sehem medju attwali ta’ 5.9 % għall-2015/2016, b’paragun ma’ trajettorja indikattiva tal-RED ta’ 7.6 %. Id-distakk għas-sehem NREAP ippjanat ta’ 9.7 % ta’ enerġija rinnovabbli fl-2016 huwa saħansitra akbar. Il-pajjiż għadu mhux qed jilħaq it-trajettorja RES-E ippjanata, u għadu kemxejn tardiv fir-rigward tal-iżvilupp RES-T ippjanat tiegħu. Il-Lussemburgu u Franza wkoll kienu għadhom mhux qed jilħqu t-trajettorji indikattivi tagħhom tal-RED I għall-2015/2016, għalkemm biss b’marġni limitat.
Iċ-ċifri tal-Eurostat għall-2017 ma jurux sitwazzjoni differenti wisq. Hemm 11-il Stat Membru (il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja, il-Kroazja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, l-Ungerija u l-Iżvezja) li diġà kisbu sehem korrispondenti għall-mira tagħhom tal-2020. Mis-17-il Stat Membru li jifdal, 10 Stati Membri diġà jinsabu fuq, jew ogħla, mit-trajettorji interim tagħhom stabbiliti fl-RED I għall-2017-2018. Is-7 Stati Membri li jifdal (il-Belġju, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja) jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom biex jikkonformaw mal-medja tat-trajettorja 2017-2018 lejn l-2020.
Meta wieħed iħares lejn il-livelli assoluti tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli fl-EU 28, hemm żieda sinifikanti minn 189 Mtoe fl-2015 għal 204 Mtoe fl-2017, jiġifieri ta' 8 %. Madankollu, fl-istess perjodu l-konsum finali gross tal-enerġija żdied minn 1125 Mtoe għal 1159 Mtoe, li rriżulta fi tnaqqis fl-impatt għas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli, peress li dan huwa kkalkulat bħala l-konsum finali tal-enerġija rinnovabbli diviż bil-konsum finali gross tal-enerġija. Din iż-żieda fid-domanda hija wieħed mill-fatturi ewlenin sottostanti wara t-tnaqqis tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fl-2017 meta mqabbel mal-2016 f’9 Stati Membri (l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Ungerija).
L-ishma settorjali ta’ enerġija rinnovabbli żdiedu għal maġġoranza kbira tal-Istati Membri bejn l-2015-2017. Madankollu, għal xi Stati Membri, l-ishma settorjali jinbidlu biss b’inqas minn 0.3 punti perċentwali. Dan huwa l-każ għal 9 Stati Membri f’RES-E (il-Bulgarija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Ungerija, l-Iżvezja), għal 7 f’RES-H&C (l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Ungerija), u għal 10 f'RES-T (l-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija).
Għas-settur tat-trasport, fejn l-Istati Membri kollha għandhom jilħqu l-istess mira ta’ 10 %, dan it-tnaqqis fir-ritmu jista’ jkun ta’ sfida fit-8 Stati Membri (Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovenja, l-Ungerija) li għandhom inqas minn 5 % ta’ konsum tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport u li għalhekk jeħtieġu żieda qawwija biex jilħqu l-mira ta’ 10 %. Ir-rikors għal trasferimenti statistiċi għas-settur tat-trasport, li jista’ jitwettaq permezz tad-Direttiva ILUC huwa wkoll metodu possibbli li għandu jiġi esplorat.
2.Mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni
Il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni huma bbażati fuq l-Artikoli 6 sa 11 tal-RED I. Dawn jinkludu diversi mekkaniżmi li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jikkooperaw b'rabta mal-enerġija rinnovabbli, bħal trasferimenti statistiċi, proġetti konġunti u skemi ta’ sostenn konġunti. It-trasferimenti statistiċi huma partikolarment rilevanti biex jiffaċilitaw il-kisba tal-miri peress li jippermettu lill-Istati Membri li jkunu laħqu sehem ta’ enerġija rinnovabbli ogħla mill-mira nazzjonali tagħhom jittrasferixxu s-surplus tagħhom lil Stat Membru ieħor. Attwalment hemm żewġ ftehimiet biex isir użu minn dawn it-trasferimenti statistiċi bejn il-Lussemburgu u l-Litwanja u bejn il-Lussemburgu u l-Estonja. Fiż-żewġ każijiet, huma jistipulaw li l-Lussemburgu se jirċievi trasferimenti statistiċi għall-perjodu 2018-2020.
Skont l-istimi li l-Istati Membri inkludew fir-rapporti ta’ progress tagħhom, hemm produzzjoni żejda ġenerali ta’ 12564 ktoe ta’ enerġija rinnovabbli, meta mqabbel mat-trajettorja indikattiva, disponibbli għal trasferimenti statistiċi potenzjali fl-2020. Dan jikkorrispondi għal madwar nofs il-konsum finali gross tal-enerġija ta’ Franza minn sorsi rinnovabbli. Għal Stat Membru li jaf ma jissodisfax il-mira tal-2020 billi juża s-sorsi rinnovabbli tiegħu stess, din tista’ tkun għażla vijabbli biex jilħaq il-mira tiegħu b’mod kosteffiċjenti (ara t-tabella 1).
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
Il-Belġju |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
||
Il-Bulgarija |
372 |
357 |
528 |
641 |
601 |
610 |
691 |
420 |
471 |
411 |
341 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
0 |
0 |
1145 |
1039 |
947 |
863 |
892 |
678 |
643 |
|
Id-Danimarka |
694 |
834 |
1123 |
1106 |
1223 |
1452 |
552 |
619 |
63 |
|||
Il-Ġermanja |
6895 |
8436 |
6546 |
9390 |
7272 |
7911 |
4130 |
5976 |
3065 |
|||
L-Estonja |
101 |
117 |
135 |
122 |
75 |
94 |
154 |
163 |
186 |
235 |
279 |
296 |
L-Irlanda |
93 |
-14 |
111 |
79 |
26 |
-142 |
-12 |
-239 |
-366 |
|||
Il-Greċja |
137 |
201 |
320 |
242 |
195 |
137 |
-162 |
737 |
743 |
683 |
529 |
|
Spanja |
2290 |
3083 |
2720 |
3357 |
1990 |
2963 |
2049 |
2793 |
|
839 |
||
Franza |
-641 |
-2708 |
-1877 |
-1565 |
-3721 |
-4048 |
-4075 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Italja |
8324 |
8613 |
7405 |
10011 |
10937 |
9343 |
9468 |
7789 |
7259 |
5828 |
4462 |
3397 |
Ċipru |
0 |
-11 |
28 |
44 |
45 |
43 |
29 |
29 |
57 |
34 |
21 |
0 |
Il-Latvja |
-69 |
-127 |
||||||||||
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
-50 |
-120 |
|
L-Ungerija |
968 |
1150 |
1213 |
1295 |
883 |
970 |
803 |
|||||
Malta |
4 |
10 |
0 |
|||||||||
In-Netherlands |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
||||||
L-Awstrija |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
Il-Polonja |
543 |
729 |
929 |
530 |
93 |
174 |
-260 |
968 |
968 |
587 |
||
Il-Portugall |
83 |
82 |
84 |
144 |
128 |
154 |
81 |
131 |
-4 |
50 |
||
Ir-Rumanija |
1153 |
1306 |
794 |
942 |
645 |
692 |
1089 |
886 |
258 |
405 |
263 |
0 |
Is-Slovenja |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
Is-Slovakkja |
302 |
254 |
142 |
222 |
305 |
364 |
90 |
110 |
0 |
|||
Il-Finlandja |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
2407 |
2141 |
2482 |
3318 |
3214 |
3335 |
3347 |
3475 |
3215 |
3610 |
3428 |
3241 |
|
Total |
11985 |
13544 |
20838 |
28332 |
26660 |
27033 |
23901 |
23038 |
20722 |
22752 |
9982 |
12564 |
Tabella 1: Produzzjoni attwali u stmata żejda u/jew nieqsa ta’ enerġija rinnovabbli fl-Istati Membri meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva tal-RED (ktoe). Sors: Navigant 2019 26 , Rapporti tal-Istati Membri 27 .
3.Projezzjonijiet
Sabiex tiġi vvalutata l-fattibbiltà tal-ilħuq tal-mira tal-2020, twettaq eżerċizzju ta’ mmudellar 28 għall-Kummissjoni. L-analiżi tesplora sa liema punt l-Inizjattivi ta’ Politika Attwali (CPI) dwar l-enerġija rinnovabbli (kif irrapportati mill-Istati Membri fir-rapporti ta’ progress tagħhom), ikkomplementati minn Inizjattivi ta’ Politika Ppjanati (PPI), se jkunu suffiċjenti biex jiskattaw l-iskjerament immirat tal-enerġija rinnovabbli sal-2020, għal kull Stat Membru. Dan l-immudellar jindika li jista’ jkun mistenni sehem ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 18.1 % sa 20.7 % għall-2020 fil-livell tal-UE kemm bl-inizjattivi ta’ politika tal-enerġija rinnovabbli implimentati bħalissa u dawk ppjanati 29 . Għadd ta’ Stati Membri huma mistennija jmorru tajjeb fis-snin li fadal, fejn jilħqu livelli ta’ użu lil hinn mil-livelli fil-mira tagħhom.
Madankollu, għal 11-il Stat Membru (il-Belġju, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit), jidher li llum il-ġurnata l-politiki tal-enerġija rinnovabbli implimentati attwalment u l-inizjattivi tal-politika tal-enerġija rinnovabbli diġà ppjanati huma insuffiċjenti biex jiskattaw il-volumi tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa purament f’livell domestiku.
Barra minn hekk, għal 7 Stati Membri (l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Latvja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja) hemm livell ta' inċertezza fir-rigward tal-ilħuq tal-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-2020. Il-kapaċità tagħhom li jilħqu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom tal-2020 se tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq il-livelli tad-domanda tal-enerġija fil-każ li jkun hemm żieda kbira fid-domanda tal-enerġija li ġġib il-konsum tal-enerġija tagħhom lura f’konformità max-xejra oriġinali indikata mill-aktar xenarju ta’ referenza tal-UE reċenti. Filwaqt li jitqiesu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni miftiehma għal-Lussemburgu, l-Estonja u l-Litwanja, ir-riżultati huma murija fl-illustrazzjoni 4.
Illustrazzjoni 3. Is-sehem mistenni tal-enerġija rinnovabbli fl-2020 vs. il-miri tal-RED tal-2020 u l-miri (NREAP) ippjanati tal-2020 (%) eskluża l-kooperazzjoni. (Navigant 2019 30 )
Illustrazzjoni 4. L-ishma mistennija tal-enerġija rinnovabbli fl-2020 vs. il-miri tal-RED tal-2020 u l-miri (NREAP) ippjanati tal-2020, inklużi l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni (SM, %). Sors: Navigant 2019.
Minħabba l-konsum tal-enerġija totali relattivament baxx tal-Lussemburgu, it-trasferimenti mill-Estonja u l-Litwanja għandhom impatt sinifikanti fuq il-kapaċità tal-Lussemburgu li jilħaq il-mira tiegħu: il-Lussemburgu huwa mistenni jilħaq il-mira tiegħu tal-2020 ta’ 11 % fl-aktar xenarji ottimisti. Dawn l-istess trasferimenti għandhom impatt limitat kemm għas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli tal-Estonja kif ukoll għal dak tal-Litwanja, li jonqsu biss b’0.7 % għall-Estonja u b’0.9 % għal-Litwanja fl-agħar xenarju possibbli.
Għall-futur, skont l-abbozz tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom tal-2030 31 , l-Istati Membri kollha diġà ressqu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħhom għall-mira vinkolanti fil-livell tal-UE ta’ mill-inqas 32 %, li jagħmel is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli s-sinsla tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni. Sa Ġunju 2019, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dawn il-kontribuzzjonijiet nazzjonali, u l-politiki u l-miżuri assoċjati, humiex konformi mal-ambizzjoni tal-UE, u, jekk xieraq, se toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri.
4.Ostakoli amministrattivi
Fir-raba’ rapport ta’ progress tal-enerġija rinnovabbli nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri rrapportaw dwar miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli (skont l-Artikolu 13 tal-RED I). Skont analiżi esterna 32 , f’termini globali, parti kbira mill-miżuri rilevanti fl-RED I ġew implimentati b’suċċess fl-Istati Membri. Dawn il-miżuri jinkludu, fost l-oħrajn: proċeduri ffaċilitati għal proġetti fuq skala żgħira, rekwiżiti dwar operaturi tas-sistema biex jipprovdu stimi tal-kostijiet u informazzjoni neċessarja oħra, rekwiżiti dwar id-distribuzzjoni tal-kostijiet tal-iżvilupp tal-grilja u tal-konnessjoni tal-grilja tal-enerġija rinnovabbli, kunsiderazzjoni tal-RES-E fil-pjan nazzjonali għall-iżvilupp tan-netwerk, u l-eżistenza ta’ skemi ta’ appoġġ li jippromwovu l-użu tal-enerġija rinnovabbli.
Madankollu, tul dawn l-aħħar snin żdiedu l-ostakoli relatati mal-proċeduri tal-bini u tal-ippjanar. Għas-settur tal-elettriku, l-iżvilupp lejn proġetti akbar impona xi ostakoli, peress li tali proġetti għandhom rekwiżiti addizzjonali f’termini ta’ ppjanar spazjali u ambjentali. Għas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-ostakoli huma prinċipalment dovuti għal nuqqasijiet relatati mal-kapaċitajiet tan-netwerks ta’ tisħin distrettwali, filwaqt li s-settur tat-trasport prinċipalment jiffaċċja ostakoli li jirriżultaw min-nuqqas ta’ infrastruttura adegwata kemm għall-bijofjuwils kif ukoll għall-vetturi elettriċi. L-integrazzjoni tal-kapaċitajiet RES dejjem jiżdiedu fil-grilja hija wkoll sfida persistenti għall-maġġoranza tal-Istati Membri. L-ostakoli jirriżultaw prinċipalment mill-kost għoli tal-konnessjoni tal-grilja kif ukoll min-nuqqas ta’ prevedibbiltà u ta’ trasparenza tal-proċeduri tal-konnessjoni tal-grilja.
4. VALUTAZZJONI TAS-SOSTENIBBILTÀ TAL-BIJOFJUWILS 33
1.Ħarsa ġenerali tal-konsum tal-bijofjuwil fl-UE
Fl-2016, il-konsum tal-UE ta’ bijofjuwils sostenibbli ammonta għal 13,840 ktoe. Minn dan, 11,083 ktoe (80 %) kien bijodiżil u 2,620 ktoe (19 %) kien bijoetanol. Il-biċċa l-kbira (64 %) mill-bijodiżil ikkonsmat fl-UE fl-2016 ġie prodott minn materja prima mill-UE, prinċipalment mil-lift (~38 %), minn żejt tat-tisjir użat (13 %), minn xaħam tal-annimali (8 %) u minn żejt tal-arżnu (tall oil) (2.5 %). Mis-36 % tal-bijodiżil ikkonsmat li jifdal fl-UE, 19.6 % kien żejt tal-palm mill-Indoneżja (13.3 %) u mill-Malasja (6.3 %), 6.1 % kien lift l-aktar mill-Awstralja (2.6 %), l-Ukrajna (1.8 %) u l-Kanada (1.2 %), 4.8 % kien żejt tat-tisjir użat minn diversi pajjiżi barra mill-UE u 4.3 % kien fażola tas-sojja l-aktar mill-Istati Uniti (1.5 %) u mill-Brażil (1.5 %).
L-etanol ikkonsmat fl-UE huwa prodott ukoll prinċipalment minn materja prima mill-UE (65 %), inkluż mill-qamħ (~25 %), mill-qamħirrum (~22 %) u mill-pitrava ħelwa (17 %) u ammont żgħir biss (~1 %) mill-etanol ċellulożiku. Il-materja prima bbażata fuq l-etanol minn barra l-UE tinkludi l-qamħirrum (16.4 %), il-qamħ (2.9 %) u l-kannamiela (2.9 %) minn diversi partijiet. Il-pajjiżi terzi ewlenin li jipproduċu materja prima għall-bijoetanol ikkonsmat fl-UE jinkludu l-Ukrajna (9.8 %), ir-Russja (2.1 %), il-Brażil (1.8 %), l-Istati Uniti (1.7 %) u l-Kanada (1.6 %).
Huwa stmat li kważi l-bijogass kollu kkonsmat fl-UE fl-2016 kien miksub minn materja prima domestika, prinċipalment minn għelejjel u skart agroalimentari (inkluż id-demel) (75 %), segwit minn gass tal-landfill (16 %) u gass mill-ħama tad-dranaġġ (9 %). Huwa diffiċli li tiġi verifikata l-oriġini tal-bijolikwidi, li fl-2016 ammontaw għal inqas minn 1 % tal-bijoenerġija kollha kkonsmata fl-UE, peress li l-Istati Membri ma jiddistingwux bejn il-materja prima użata għall-bijofjuwils u dik użata għall-bijolikwidi.
Bijogass |
Bijopetrol |
Bijodiżil |
Bijofjuwils likwidi oħrajn |
Pitrolju bijoloġiku tal-ġett |
Bijofjuwils Likwidi totali |
Total |
|
Fuq it-triq |
131 |
2,619 |
11,041 |
4.5 |
- |
13,664 |
13,796 |
Ferroviji |
0.0 |
32.9 |
0.0 |
- |
32.9 |
33.1 |
|
Avjazzjoni internazzjonali |
- |
0.0 |
0.0 |
0.0 |
0.0 |
0.0 |
0 |
Avjazzjoni domestika |
- |
0.0 |
0.0 |
0.0 |
0.0 |
0.0 |
0 |
Navigazzjoni Domestika |
0.0 |
1.4 |
3.5 |
0.0 |
- |
5.0 |
5.0 |
Trasport mhux speċifikat |
0.5 |
0.0 |
6.2 |
0.0 |
0.0 |
6.2 |
6.7 |
Total |
132 |
2,620 |
11,083 |
4.5 |
0.0 |
13,708 |
13,840 |
Tabella 2: Konsum tal-bijoenerġija finali fit-trasport tal-UE (2016, ktoe). Sors: Eurostat
2.L-impatti tal-bijofjuwils ikkonsmati fl-UE
Huwa stmat li 4.9 Mha ta’ art kienu meħtieġa għall-produzzjoni ta’ għelejjel għall-konsum tal-bijofjuwil fl-UE fl-2016, abbażi ta’ analiżi tal-oriġini tal-materja prima għall-bijofjuwils. 34 Minn dak l-ammont, 3.6 Mha (73 %) jinsabu fl-UE u l-1.3 Mha li jifdal (26 %) jinsabu f’pajjiżi terzi. F’termini tal-ammont totali ta’ raba’ ddedikat għall-produzzjoni tal-bijofjuwil, fl-UE dan kien 3.1 % (fuq il-bażi ta’ stima ta’ raba’ totali tal-UE ta’ 115 Mha), li minnu l-lift jirrappreżenta 56 % tas-sehem tal-użu totali tal-art għall-produzzjoni tal-bijofjuwils. Mill-erba’ pajjiżi ewlenin barra l-UE li jfornu l-għelejjel għall-produzzjoni tal-bijofjuwils li huma kkonsmati fl-UE (l-Ukrajna, il-Brażil, l-Indoneżja u l-Malasja), inqas minn 0.5 % tar-raba’ totali tagħhom kien attribwit għal dan l-użu.
Skont informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri, fl-2016 l-iffrankar tal-emissjonijiet totali mill-użu tal-bijofjuwils fit-trasport fl-UE ammonta għal 33.2 Mtunnellata CO2eq. Filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet ILUC stmati bl-użu tal-volumi tal-materja prima tal-għelejjel tal-2016 immultiplikati bil-valuri ILUC medji korrispondenti mid-Direttiva ILUC, l-iffrankar tal-emissjonijiet totali mill-użu tal-bijofjuwils fit-trasport fl-UE tnaqqas għal 11.8 Mtunnellata ta’ CO2eq (b’firxa ta’ bejn 7.4 u 20.4 Mtunnellata ta’ ffrankar ta’ Co2eq) 35 .
Eżami mill-ġdid komprensiv 36 tal-aktar letteratura xjentifika reċenti disponibbli li twettaq dan l-aħħar għall-Kummissjoni jindika li l-bijodiżil huwa assoċjat mal-aktar impatti tal-ILUC sinifikanti (b’livell ta’ emissjoni tal-ILUC medjan ta’ 52 gCO2-eq/MJ), fejn l-ogħla stimi fi ħdan dik il-kategorija huma għall-bijodiżil miż-żejt tal-palm, li għandu wkoll l-ogħla varjazzjoni fir-riżultati. L-etanol ibbażat fuq għelejjel tal-ikel u tal-għalf għandu livell ta’ emissjoni tal-ILUC medjan ta’ 21 gCO2-eq/MJ. Meta mqabbel ma’ dan, l-emissjonijiet tal-ILUC stmati provviżorji elenkati fl-Anness VIII tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riformulata huma 55 gCO2eq/MJ għall-għelejjel taż-żejt, 12 gCO2eq/MJ għaċ-ċereali u għelejjel oħra b’kontenut għoli ta’ lamtu, u 13 gCO2eq/MJ għaz-zokkor. L-eżami mill-ġdid fih informazzjoni ulterjuri rigward l-impatti indiretti tal-bijofjuwils.
Il-kultivazzjoni tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-bijofjuwils ikkonsmati fl-UE tista’ potenzjalment tirriżulta f’impatti ambjentali negattivi, li huma speċifiċi għas-sit u li jiddependu fuq il-prattiki agrikoli applikati 37 . Fir-Rapporti ta’ Progress tagħhom, ħafna mill-Istati Membri jindikaw kultivazzjoni limitata ta’ materja prima użata fil-produzzjoni tal-bijofjuwil meta mqabbel mal-attivitajiet agrikoli totali, u għaldaqstant iqisu li l-impatti ambjentali assoċjati huma insinifikanti. Diversi Stati Membri jisħqu li l-produzzjoni agrikola kollha hija regolata fir-rigward tal-impatti ambjentali u għalhekk iqisu li l-ebda impatt ieħor ma għandu jkun mistenni mill-produzzjoni tal-għelejjel tal-bijofjuwil milli minn tipi oħra ta' produzzjoni tal-għelejjel 38 . Studju estern jinkludi valutazzjoni dettaljata tal-impatti ambjentali tal-produzzjoni tal-bijofjuwils ikkonsmati fl-UE 39 . Dan l-aħħar il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport komprensiv li jipprovdi l-aktar data u valutazzjoni reċenti dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf fid-dinja kollha 40 .
Il-qafas ta’ sostenibbiltà tal-bijoenerġija tal-UE ġie msaħħaħ skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riformulata. B’mod partikolari, id-Direttiva tistabbilixxi limiti nazzjonali, li se jonqsu gradwalment għal żero sal-2030, għall-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa b’riskju għoli ta’ ILUC prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf li għalihom tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona tal-produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju. Dawn il-limiti se jaffettwaw il-kwantità ta’ dawn il-fjuwils li tista’ tingħadd meta jiġi kkalkulat is-sehem globali tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u s-sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport. Madankollu d-Direttiva tagħmilha possibbli li dawk il-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils tal-bijomassa li huma ċċertifikati bħala li huma b’riskju baxx ta’ ILUC jiġu eżentati mil-limiti nazzjonali.
Sabiex timplimenta dan l-approċċ, fit-13 ta’ Marzu 2019 il-Kummissjoni adottat Att Delegat dwar bijofjuwils b’riskju għoli jew baxx ta’ ILUC 41 , li bħalissa għaddej minn proċess ta’ skrutinju għand il-Kunsill u l-Parlament Ewropew. B’mod ġenerali, l-UE ddeċidiet li fil-futur tiffoka fuq il-promozzjoni ta’ bijofjuwils avvanzati u fjuwils oħra b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, bħall-elettriku rinnovabbli u fjuwils tat-trasport likwidi u gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Illum il-ġurnata, il-bijofjuwils avvanzati għandhom biss sehem tas-suq żgħir ħafna, iżda hemm potenzjal sinifikanti biex tiżdied il-produzzjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta’ bijofjuwils avvanzati inkluż billi jiġu esplorati sorsi għal materja prima ġdida potenzjali. Filwaqt li f’dan l-istadju ma hemmx biżżejjed evidenza xjentifika disponibbli li tiġġustifika t-tkabbir tal-bażi tal-materja prima għall-bijofjuwils avvanzati stabbiliti fl-Anness IX tal-RED II, il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta jekk il-materja prima addizzjonali tistax tintuża għall-produzzjoni ta’ bijofjuwils avvanzati fil-futur 42 .
3.Operazzjoni tal-iskemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni
L-RED I tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi skemi ta’ ċertifikazzjoni internazzjonali jew nazzjonali, imsemmija fl-iskemi volontarji, li l-operaturi jistgħu jużaw biex juru konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u ta’ ffrankar ta’ gassijiet serra tad-Direttiva għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi. Attwalment, ġew rikonoxxuti 14-il skema volontarja għal dan il-għan 43 . L-Istati Membri huma meħtieġa jaċċettaw l-evidenza dwar il-kriterji ta’ sostenibbiltà miksuba mill-operaturi li qed jipparteċipaw f’dawn l-iskemi. Din id-dispożizzjoni tiffaċilita ħafna l-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà peress li tippermetti lill-operaturi jipprovdu l-evidenza meħtieġa wara proċedura amministrattiva unika fl-Istati Membri kollha tal-UE 44 . Kull skema volontarja li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwarha u li tkun ilha operattiva għal tnax-il xahar hija meħtieġa twassal rapport lill-Kummissjoni kull sena 45 .
Matul dawn l-aħħar ftit snin, l-iskemi volontarji saru l-għodda ewlenija biex tintwera konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijofjuwil tal-UE. Matul is-sena kalendarja 2017, 21,429 kilotunnellata (kt) ta’ bijofjuwils likwidi (inkluż żejt veġetali pur), 140,045 elf m3 ta’ bijometan (ekwivalenti għal madwar 100.8 kt), u 119,119 kt ta’ materja prima ġew iċċertifikati li jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-UE kif stabbilit fl-Artikoli 17(2)-(5) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Ħarsa aktar dettaljata lejn il-bijofjuwils likwidi ċertifikati turi li 12,198 kt (57 % tal-ammont totali) kienu bijodiżil u 6,224 kt (29 %) kien bijoetanol. Il-bqija kienu bijofjuwils ta' Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO) (1,784 kt, 8 %), żejt veġetali pur (1,053 kt, 5 %) u fjuwils oħra. L-akbar volumi ta’ materja prima ċċertifikata użata għall-bijofjuwils kienu l-lift (27 %), iż-żejt tal-palm (16 %), iż-żejt tat-tisjir użat (13 %) u l-qamħ (12 %).
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet biss skemi li jissodisfaw standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-iskemi volontarji li jirrikjedu rikonoxximent 46 . Dan, fost affarijiet oħra, jiżgura: li l-produtturi ta’ materja prima jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-RED I, li l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà hija traċċabbli għall-oriġini tal-materja prima, li l-kumpaniji huma awditjati qabel jibdew jipparteċipaw fl-iskema, li l-awditi retroattivi jseħħu b'mod regolari u li l-awdituri huma esterni u indipendenti.
Tul dawn l-aħħar snin, il-governanza tal-iskemi volontarji rċeviet skrutinju pubbliku dejjem akbar 47 . Sabiex jindirizza dan it-tħassib u jiggarantixxi implimentazzjoni robusta, l-Artikolu 30 tal-RED II jinkludi regoli msaħħa għall-verifika tal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijoenerġija, inkluża sorveljanza nazzjonali u tal-UE aktar b’saħħitha ta’ skemi volontarji u awditjar ta’ partijiet terzi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tadotta regoli ta' implimentazzjoni dettaljati dwar standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u awditjar indipendenti, filwaqt li għandha teħtieġ li l-iskemi volontarji rikonoxxuti kollha japplikawhom. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tistabbilixxi bażi tad-data Ewropea sabiex ittejjeb l-ittraċċar ta’ bijofjuwils sostenibbli.
Skema volontarja |
Kamp ta’ Applikazzjoni |
||
Isem |
Tip ta’ materja prima |
Oriġini tal-materja prima |
Katina ta' provvista koperta |
International Sustainability and Carbon Certification (ISCC) (Ċertifikazzjoni Internazzjonali tas-Sostenibbiltà u tal-Karbonju) |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima |
Globali |
Katina ta’ provvista sħiħa |
Bonsucro UE |
Kannamiela |
Globali |
Katina ta’ provvista sħiħa |
Diskussjoni dwar Bijomaterjal Sostenibbli EU RED (RSB EU RED) |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima |
Globali |
Katina ta’ provvista sħiħa |
RTRS EU RED |
Sojja |
Globali |
Katina ta’ provvista sħiħa |
Protokoll tal-Istati Uniti dwar l-Assigurazzjoni tas-Sostenibbiltà tal-Fażola tas-Sojja (SSAP) |
Sojja |
US |
Mill-kultivazzjoni għall-post tal-esportazzjoni |
Skema volontarja tal-Bijofjuwils tal-Bijomassa (2BSvs) |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima |
Globali |
Katina ta’ provvista sħiħa |
Scottish Quality Farm Assured Combinable Crops Limited (SQC) |
Iċ-ċereali u ż-żrieragħ taż-żejt kollha |
In-naħa ta’ fuq tal-Gran Brittanja |
Sal-ewwel punt ta’ konsenja ta’ materja prima |
Red Tractor Farm Assurance Combinable Crops & Sugar Beet (Red Tractor) |
Ċereali, żrieragħ taż-żejt, pitrava ħelwa |
UK |
Sal-ewwel punt ta’ konsenja ta’ materja prima |
REDcert |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima |
L-Ewropa |
Katina ta’ provvista sħiħa |
Bijomassa Aħjar |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima |
Globali |
Katina ta’ provvista sħiħa |
Gafta Trade Assurance Scheme |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima |
Globali |
Katina tal-kustodja mill-ħruġ mill-farm sal-ewwel proċessur |
Sistema KZR INiG |
Firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ materja prima |
L-Ewropa |
Katina ta’ provvista sħiħa |
Trade Assurance Scheme for Combinable Crops (TASC) |
Għelejjel li jinħasdu bil-magni tal-ħsad tat-tip combine harvesters, bħaċ-ċereali, iż-żrieragħ taż-żejt u l-pitrava ħelwa |
Ir-Renju Unit |
Katina tal-kustodja mill-ħruġ mill-farm sal-ewwel proċessur |
Universal Feed Assurance Scheme(UFAS) |
Ingredjenti tal-għalf u għalf kompost kif ukoll għelejjel li jinħasdu bil-magni tal-ħsad tat-tip combine harvesters |
Ir-Renju Unit |
Katina tal-kustodja mill-ħruġ mill-farm sal-ewwel proċessur |
Tabella 3: Skemi volontarji attwalment rikonoxxuti mill-Kummissjoni
5. KONKLUŻJONIJIET
L-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha tal-enerġija rinnovabbli għall-2020. Fl-2017, is-sehem ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tal-UE laħaq is-17.52 %. L-investimenti fl-enerġija rinnovabbli huma xprunati dejjem aktar mis-suq, filwaqt li s-sehem tas-sussidji pubbliċi qiegħed jonqos. Dan ġie skattat mit-tnaqqis sinifikanti tal-kostijiet fit-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, it-tnaqqis ta’ sussidji permezz ta’ skemi ta’ appoġġ aktar kompetittivi, u jidher mill-għadd ta’ riżultati tal-irkant bi prezz baxx jew żero f’diversi pajjiżi Ewropej.
Madankollu, il-pass taż-żieda tas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli naqas mill-2014. Filwaqt li l-UE għadha fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tagħha tal-2020 għall-enerġija rinnovabbli, jeħtieġ li l-isforzi fis-snin li ġejjin jiżdiedu sal-2020 sabiex jiġi żgurat li dan ikun il-każ, anke b’rabta mal-konsum akbar ta’ enerġija mistenni fil-futur. Fl-2017, 11-il Stat Membru diġà kellhom sehem ta’ enerġija rinnovabbli ogħla mill-miri rispettivi tagħhom tal-2020. 10 Stati Membri oħra laħqu jew qabżu t-trajettorja indikattiva medja tagħhom mid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-perjodu ta’ sentejn 2017-2018. Madankollu, hemm 7 Stati Membri (il-Belġju, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja u s-Slovenja) li jeħtieġu sforzi addizzjonali sabiex jikkonformaw mat-trajettorja indikattiva medja tal-2017-2018 lejn l-2020.
Sabiex jilħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-2020, u jsostnu dawn il-livelli bħala linja bażi mill-2021 ’il quddiem, ħafna mill-Istati Membri huma mħeġġa jkomplu jagħmlu aktar sforzi biex jiskjeraw is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-tliet setturi, filwaqt li fl-istess ħin inaqqsu l-konsum tal-enerġija. L-immudellar riċenti wera li l-politiki tal-enerġija rinnovabbli implimentati attwalment u l-inizjattivi tal-politika tal-enerġija rinnovabbli diġà ppjanati jaf ma jkunux biżżejjed f’għadd ta’ Stati Membri biex jilħqu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom fil-ħin, jekk titqies biss il-provvista domestika, mingħajr il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri għandhom iqisu l-possibbiltà li jużaw trasferimenti statistiċi, kif previst fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, jew bħala mod biex jiżguraw l-ilħuq tal-mira meta jkun hemm defiċit, jew inkella biex ibigħu surpluses potenzjali lil Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni tinsab lesta biex tappoġġa b’mod attiv lill-Istati Membri f’dan ir-rigward u tiffaċilita l-kooperazzjoni neċessarja.
F’dan il-kuntest, il-mobilizzazzjoni l-ġdida ta’ sforzi fil-livelli kollha u fl-Unjoni Ewropea kollha għadha għaddejja. Din qed isseħħ inter alia permezz tat-Task Force dedikata dwar l-effiċjenza enerġetika mnedija mill-Kummissjoni, flimkien mal-irkanti l-ġodda tal-enerġija rinnovabbli diġà mħabbra f’diversi Stati Membri bħal pereżempju fi Franza, in-Netherlands, u l-Portugall, jew l-użu usa’ ta’ ftehimiet korporattivi dwar ix-xiri ta’ enerġija li permezz tagħhom il-kumpaniji Ewropej xtraw ammont rekord ta’ kapaċità ta’ potenza eolika fl-2018. Dawn il-miżuri huma mistennija jwasslu riżultati fis-snin li ġejjin.
Il-bijofjuwils ikkonsmati fl-UE għadhom qed jiġu prodotti fil-biċċa l-kbira tagħhom minn materja prima domestika. Il-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-UE kienu ta’ suċċess fit-tnaqqis tar-riskju ta’ impatti ambjentali diretti kbar assoċjati mal-bijofjuwils, irrispettivament minn jekk humiex prodotti domestikament, jew importati minn pajjiżi terzi. Matul dawn l-aħħar ftit snin, skemi volontarji rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea saru l-għodda ewlenija biex tintwera l-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijofjuwils tal-UE, u għalhekk kienu soġġetti għal skrutinju pubbliku akbar. Barra minn hekk, l-RED II tinkludi qafas ta’ sostenibbiltà msaħħaħ għall-użi kollha tal-bijoenerġija (mhux limitati għall-bijofjuwils, iżda li jkopru wkoll l-użu tal-bijomassa u tal-bijogass fis-sħana u l-enerġija), inkluż approċċ ġdid li jillimita r-rwol ta’ bijofjuwils b’riskju għoli ta’ ILUC. Il-governanza tal-iskemi volontarji ssaħħet, inkluża r-robustezza tal-awditjar ta’ partijiet terzi.
https://ec.europa.eu/energy/en/topics/energy-strategy-and-energy-union/clean-energy-all-europeans
Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L 140, p. 16-62
https://www.eea.europa.eu/publications/renewable-energy-in-europe-2018
COM(2018) 773: Pjaneta Nadif għal kulħadd. Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima
Eurostat
Stqarrija għall-aħbarijiet minn Energinet.dk Il-31 ta’ Awwissu 2018.
https://www.eea.europa.eu/publications/renewable-energy-in-europe-2018/
EEA, stimi għall-2017.
JRC (2017), Monitoring R&I in Low-Carbon Energy Technologies (Il-Monitoraġġ tar-R&I fit-Teknoloġiji tal-Enerġija b’Livell Baxx ta’ Karbonju), http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC105642
L-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, iċ-Ċina.
IRENA (2019), Report on Innovation landscape for a renewable-powered future: Solutions to integrate variable renewables , (Xenarju tal-innovazzjoni għal futur imħaddem minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli: Soluzzjonijiet biex jiġu integrati sorsi ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli), imniedi fi Brussell fid-19 ta’ Frar 2019
JRC (2017) Supply chain of renewable energy technologies in Europe (Katina ta’ provvista ta’ teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli fl-Ewropa)
Hoogland O., Van der Lijn, N., Rademaekers, K., Gentili, P., Colozza, P., Morichi, C., 2017, Assessment of Photovoltaics (PV) Task F Strategies to rebuild the European PV sector, Trinomics
https://ec.europa.eu/energy/en/topics/technology-and-innovation/strategic-energy-technology-plan
Eurobserv’ER (2019) 2018 barometer. https://www.eurobserv-er.org/18th-annual-overview-barometer/
https://ec.europa.eu/energy/en/data-analysis/energy-prices-and-costs
IRENA (2019). A New World: the geopolitics of the energy transformation (Dinja Ġdida: il-ġeopolitika tat-trasformazzjoni tal-enerġija)
IRENA (2018), Off-grid Renewable Energy Solutions: Global and Regional Status and Trends (Soluzzjonijiet ta’ Enerġija Rinnovabbli Mhux Kollegati mal-Grilja: L-Istat u x-Xejriet Globali u Reġjonali).
IEA (2017) WEO-2017 Special Report: Energy Access Outlook (Rapport Speċjali WEO-2017: Prospettiva ta’ Aċċess għall-Enerġija).
Id-Direttiva (UE) 2015/1513
https://ec.europa.eu/energy/en/topics/renewable-energy/progress-reports
https://ec.europa.eu/energy/en/topics/renewable-energy/national-action-plans
Eurostat SHARES 2017. L-użu tal-multiplikaturi stabbiliti fl-RED I
Inkluż in-Norveġja.
https://ec.europa.eu/energy/en/topics/renewable-energy/progress-reports
Navigant 2019: Technical assistance in realisation of the 4th report on progress of renewable energy in the EU, final report (Assistenza teknika fit-twettiq tar-raba’ rapport dwar il-progress tal-enerġija rinnovabbli fl-UE, rapport finali).
It-tabella tinkludi biss Stati Membri li pprovdew din l-informazzjoni speċifika fir-rapport ta’ progress tagħhom.
Il-kalkolu tax-xenarju sar bl-applikazzjoni tal-mudell Green-X, li huwa għodda ta’ simulazzjoni għall-istrumenti ta’ politika tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa https://green-x.at/ .
Il-firxa tindika l-inċertezza relatata ma’ parametru prinċipali ta’ input għall-valutazzjoni bbażata fuq il-mudell tal-progress tal-enerġija rinnovabbli fil-futur. Id-domanda futura tal-enerġija (tkabbir) u l-implimentazzjoni tal-politika għandhom rwol deċiżiv f’dan ir-rigward
Navigant 2019: Technical assistance in realisation of the 4th report on progress of renewable energy in the EU, final report (Assistenza teknika fit-twettiq tar-raba’ rapport dwar il-progress tal-enerġija rinnovabbli fl-UE, rapport finali).
https://ec.europa.eu/energy/en/topics/energy-strategy-and-energy-union/governance-energy-union/national-energy-climate-plans
Navigant 2019
Sors ewlieni għad-data u l-valutazzjoni li jinsabu f’din it-taqsima: Navigant, 2019: Assistenza teknika fit-twettiq tar-rapport tal-2018 dwar is-sostenibbiltà tal-bijofjuwils.
L-analiżi tal-materja prima għall-bijofjuwils tqis il-kummerċ internazzjonali fil-bijofjuwils u l-materja prima tagħhom, kif ukoll l-effiċjenzi tal-konverżjoni.
Ikkalkulat fuq il-bażi tal-emissjonijiet stmati provviżorji mit-tibdil indirett fl-użu tal-art mill-materja prima għall-bijofjuwil, il-bijolikwidi u l-fjuwil tal-bijomassa (g CO2eq/MJ) fl-Anness VIII tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Għal aktar dettalji, ara Navigant 2019.
Wageningen Research, Aġenzija tan-Netherlands dwar il-Valutazzjoni Ambjentali u CENER, 2017, Studju dwar rekwiżiti ta’ rapportar dwar il-bijofjuwils u l-bijolikwidi li jirriżultaw mid-Direttiva (UE) 2015/1513.
Madankollu għandu jiġi nnotat li ma hija disponibbli la data speċifika għas-sit u lanqas data relatata b'mod speċifiku mal-impatti ambjentali lokali tal-kultivazzjoni ta’ materja prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwil.
Għandu jiġi nnotat li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) attwali tikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex tappoġġa l-bijodiversità u tippromwovi sistemi ta’ biedja sostenibbli permezz tal-azzjonijiet komplementari ta’ firxa ta’ diversi strumenti. Fir-rigward tal-PAK futur wara l-2020, wieħed mid-disa’ objettivi speċifiċi tal-PAK li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-bijodiversità, isaħħaħ is-servizzi tal-ekosistema u jippreżerva l-ħabitats u l-pajsaġġ. Il-politika għandha l-għan li żżid il-livell ta’ ambizzjoni fil-qasam ambjentali u tal-klima.
Navigant 2019.
EC, 2019, Report on the status of production expansion of relevant food and feed crops worldwide (KE, 2019, Rapport dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja).
C(2019) 2055 final.
L-eżami mill-ġdid li jmiss tal-lista tal-materja prima stabbilita fil-Partijiet A u B tal-Anness IX tad-Direttiva, bil-għan li tiżdied dik il-materja prima li tissodisfa sett ta’ kriterji stretti, se jsir f’Ġunju 2021.
https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/voluntary_schemes_overview_february_2019.pdf
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar skemi volontarji u valuri awtomatiċi (2010/C 160/01) stabbiliet il-prinċipji dwar kif il-Kummissjoni twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha li jwasslu għal tali deċiżjonijiet. Dan id-dokument ġie kkomplementat minn komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika tal-iskema ta’ sostenibbiltà tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi tal-UE ((2010/C 160/02)).
Navigant, 2019. Eżami mill-ġdid tar-rapporti annwali tal-iskemi volontarji.
Id-dettalji dwar il-proċess ta’ rikonoxximent tal-iskemi volontarji jinsabu fuq is-sit web tal-Kummissjoni li ġej: https://ec.europa.eu/energy/en/topics/renewable-energy/biofuels/voluntary-schemes .
Il-Qorti tal-Awdituri (QEA), 2016, Rapport speċjali Nru 18/2016: Is-sistema tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijofjuwils sostenibbli.