EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018XG1204(01)
Notice for the attention of the persons subject to the restrictive measures provided for in Council Decision 2011/72/CFSP and Council Regulation (EU) No 101/2011 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Tunisia
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

ST/14680/2018/INIT
OJ C 437, 4.12.2018, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(2018/C 437/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.
Il-Kunsill biħsiebu jġedded il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK. Il-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu elementi ġodda li jikkonċernaw il-persuni kollha elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011. Il-persuni kkonċernati huma b’dan infurmati li huma jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni marbuta magħhom, qabel it-13 ta’ Diċembru 2018, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.