EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018SC0348

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viża Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll doganali

SWD/2018/348 final

Strasburgu,12.6.2018

SWD(2018) 348 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Li jakkumpanja d-dokument

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viża

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll doganali

{COM(2018) 471}
{COM(2018) 472}
{COM(2018) 473}
{COM(2018) 474}
{SWD(2018) 347}
{SEC(2018) 315}


1.INTRODUZZJONI

Il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) ta’ wara l-2020 tal-Unjoni jrid jagħmel provvediment baġitarju fit-tul għall-ażil, il-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġestjoni integrata tal-fruntieri (inkluż tagħmir ta’ kontroll fid-dwana) u s-sigurtà interna (inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu) u jiżgura li l-ambizzjoni tal-Unjoni f’dawn l-oqsma hija appoġġata minn finanzjament adegwat. Din hija waħda mill-konklużjonijiet tad-Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE 1 u hija appoġġata minn konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Din il-valutazzjoni ta’ impatt tistabbilixxi l-ħsieb wara l-proposti tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta’ fondi tal-UE fl-oqsma msemmija hawn fuq.

2.L-ISFIDI

Il-kriżi tal-migrazzjoni tal-2015 wriet b’mod ċar li jeħtieġ li l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni b’mod effettiv u b’solidarjetà. L-aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni kkostitwixxiet reazzjoni komprensiva u l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tagħha se tifforma parti mir-rwol tal-Unjoni għas-snin li ġejjin. L-appoġġ huwa meħtieġ biex jiġi żgurat kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u l-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, u prevenuta l-migrazzjoni irregolari filwaqt li fl-istess ħin jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu. L-appoġġ huwa meħtieġ ukoll biex jappoġġa l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali fir-rigward tal-kontrolli ta’ merkanzija fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni, biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, biex ikunu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u biex l-Unjoni tiġi protetta minn kummerċ inġust u illegali waqt li jiġu ffaċilitati attivitajiet ta’ negozju leġittimu. It-theddid għas-sigurtà minħabba t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u ċ-ċiberkriminalità, kollha b’dimensjoni transfruntiera, jitolbu reazzjoni komprensiva, kif stabbilit fl-aġenda Ewropea għas-sigurtà. Iċ-ċittadini tal-Ewropa qed jistennew li l-UE u l-gvernijiet nazzjonali jipprovdu sigurtà f’dinja inċerta u li qed tinbidel b’rata mgħaġġla.

It-twaqqif ta’ reazzjoni robusta u strutturali mill-UE għal dawn l-isfidi teħtieġ appoġġ finanzjarju tal-UE li huwa ddisinjat biex jipprovdi l-ogħla livell ta’ valur miżjud tal-UE. L-evalwazzjonijiet juru li l-fondi eżistenti huma effettivi iżda jeħtieġu titjib: iktar flessibbiltà u simplifikazzjoni fit-twassil tagħhom, iktar koerenza u konsistenza ma’ fondi rilevanti oħra tal-UE u monitoraġġ u sistemi ta’ evalwazzjoni aktar kompluti u orjentati lejn ir-riżultati.

3.L-ARKITETTURA TAL-FONDI U GĦANIJIET

Ir-raggruppament tal-migrazzjoni, il-fruntieri u s-sigurtà fil-baġit futur tal-Unjoni se jiġi kopert minn erba’ strumenti taħt tliet fondi.

Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (FMA) se jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta’ migrazzjoni billi jsaħħaħ is-sistema Ewropea komuni tal-ażil, jappoġġa l-migrazzjoni legali lejn l-Ewropa u jikkontribwixxi għall-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini mhux tal-UE fl-Istati Membri, filwaqt li jtejjeb b’mod sinifikanti l-politiki dwar ir-ritorn u r-riammissjoni lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE, u jsaħħaħ is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri. Il-fond se jkun jista’ jappoġġa azzjonijiet relatati mal-migrazzjoni f’pajjiżi mhux tal-UE, b’koerenza u sinerġija sħiħa mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (Integrated Border Management Fund, IBMF) se jikkonsisti minn żewġ komponenti, kull wieħed minnhom b’allokazzjoni baġitarja għalihom. Il-komponent tiegħu tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viża (border management and visa, BMVI) se jappoġġa l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri u l-politika komuni dwar il-viża, biex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni irregolari u jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu. Il-komponent tiegħu tat-tagħmir ta’ kontroll doganali (customs control equipment, CCE) se jikkontribwixxi għal kontrolli doganali adegwati u ekwivalenti permezz tax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornar ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali rilevanti, avvanzat u affidabbli.

Il-Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund, ISF) se jgħin jiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni permezz tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità organizzata u ċ-ċiberkriminalità u jassisti u jipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità.

Sinerġiji ma’ strumenti ta’ finanzjament oħra tal-UE

Apparti mis-sinerġiji bejn dawn l-erba’ strumenti, se jiġu stabbiliti wkoll sinerġiji bejn l-AMF u s-suċċessuri għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, fir-rigward tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-bini u l-manutenzjoni ta’ infrastrutturi ta’ riċeviment, u bl-istrument estern, li se jkollu enfasi qawwija fuq il-migrazzjoni. F’dan il-kuntest, il-ħidma biex jiġu indirizzati l-kawżi bażi tal-migrazzjoni u biex tiġi promossa r-riintegrazzjoni sostenibbli fil-pajjiżi tal-oriġini se tkun ikkalibrata bir-reqqa.

Fir-rigward tal-BMVI u l-ISF, se jkunu stabbiliti sinerġiji ma’ strumenti oħra fl-oqsma tas-sigurtà u s-sorveljanza marittima, tar-riċerka tas-sigurtà, tas-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, taċ-ċibersigurtà, tal-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE li jappoġġaw id-dimensjonijiet esterni tal-ġestjoni tal-fruntiera u s-sigurtà. Fir-rigward tas-CCE, se jkun stabbiliti sinerġiji b’mod partikolari mal-programm doganali. 

4.MEKKANIŻMI EŻEKUTTIVI TAL-FINANZJAMENT INTENZJONAT

L-AMF, il-BMVI u l-ISF se jiġu implimentati l-aktar permezz ta’ modalità ta’ ġestjoni kondiviża, mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, u jiżguraw li l-prijoritajiet tal-Unjoni jiġu appoġġati fl-istati parteċipanti kollha u jippermettu l-prevedibbiltà tal-finanzjament. Se tkun ikkumplimentat b’ġestjoni diretta u, sa ċertu punt, ġestjoni indiretta. Is-CCE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta, prinċipalment f’forma ta’ għotjiet.

Billi l-isfidi fil-qasam tal-migrazzjoni u tas-sigurtà qed jevolvu kontinwament, il-flessibbiltà se tkun karatteristika ewlenija ta’ dawn il-fondi ġodda. Mekkaniżmi ġodda, bħall-faċilità tematika u analiżi ta’ nofs it-terminu (aġġustament tekniku u analiżi tal-prestazzjoni), se jiżguraw li l-allokazzjoni ta’ fondi jistgħu jiġu adattati għal bidliet fil-flussi migratorji, fil-pressjoni fil-fruntieri u t-theddid għas-sigurtà, u l-fondi jistgħu jiġu mmanuvrati lejn il-prijoritajiet tal-Unjoni bl-ogħla valur miżjud. Barra minn hekk, il-ġestjoni tal-fondi se tiġi ssimplifikati permezz ta’ aktar koerenza mar-regoli applikabbli għall-ġestjoni kondiviża u diretta (“ġabra unika ta’ regoli”).

5.KIF SE TIĠI MMONITORJATA U EVALWATA L-PRESTAZZJONI?

Il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni se jittejjeb biex tiġi stimulata l-prestazzjoni f’waqtha u biex jiġi żgurat li l-evalwazzjonijiet jkunu jistgħu jipprovdu kontribut effettiv għal kwalunkwe reviżjonijiet futuri ta’ interventi ta’ politika. Dan se jsir permezz ta’ indikaturi aħjar, kooperazzjoni aktar mill-qrib mas-sħab rilevanti u mekkaniżmu li jinċentivizza l-prestazzjoni.

Top