Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0676

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020

COM/2018/676 final

No longer in force, Date of end of validity: 17/12/2018

Brussell, 9.10.2018

COM(2018) 676 final

2018/0347(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-istokkijiet tal-baħar fond huma stokkijiet tal-ħut li jinqabdu f’ilmijiet ’il barra miż-żoni ewlenin tas-sajd tal-blat kontinentali. Dawn jinsabu mqassmin fuq ix-xaqlibiet kontinentali jew huma assoċjati ma’ muntanji fil-baħar.

Kull sentejn, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) jipprovdi analiżi tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet tal-baħar fond. L-iktar parir riċenti tal-ICES ġie ppubblikat fis-7 ta’ Ġunju 2018 1 . Il-parir tal-ICES jindika li għad hemm wisq pressjoni tas-sajd fuq xi stokkijiet tal-baħar fond imsemmijin f’din il-proposta u li, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, l-opportunitajiet tas-sajd għalihom għandhom jitnaqqsu iktar sakemm l-evoluzzjoni tagħhom turi xejra pożittiva. Dan iservi bħala l-bażi għall-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond skont il-prinċipju inkorporat fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li, skontu, it-teħid tad-deċiżjonijiet skont il-Politika Komuni tas-Sajd irid ikun iggwidat, fost l-oħrajn, mill-parir xjentifiku.

Il-kuntest ġenerali

Fl-UE, is-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ilu rregolat mill-2003 f’termini tal-qabdiet totali permissibbli (it-TACs) għal kull speċi u għal kull żona u f’termini tal-kapaċità massima tas-sajd li jista’ jkun hemm fil-Grigal tal-Atlantiku. Għall-2017 u l-2018, il-qabdiet totali permissibbli ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-fond 2 .

L-iffissar u l-qsim tal-opportunitajiet tas-sajd jaqgħu b’mod esklużiv fil-kompetenza tal-Unjoni. L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi l-obbligi marbutin mal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin. B’mod partikulari, l-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd (kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(8) tiegħu) u jipprevedi li l-Politika Komuni tas-Sajd għandha timmira li terġa’ ġġib lill-istokkijiet tal-ħut fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY) u li żżommhom f’dak il-livell. Skont l-Artikolu 16(4) ta’ dak ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu stabbiliti skont l-għanijiet tal-Artikolu 2(2).

Barra minn hekk, l-opportunitajiet tas-sajd fil-fond għandhom jiġu stabbiliti skont ftehimiet internazzjonali, fost l-oħrajn skont il-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tan-NU tal-1995 dwar l-Istokkijiet tal-Ħut”). B’mod partikulari, huwa importanti li wieħed ikun kawt meta ma jkunx ċert mill-informazzjoni jew meta l-informazzjoni ma tkunx affidabbli jew ma tkunx biżżejjed. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Ftehim tan-NU tal-1995 dwar l-Istokkijiet tal-Ħut, in-nuqqas ta’ biżżejjed informazzjoni xjentifika ma għandux iservi ta’ raġuni biex jiġu posposti l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni jew biex dawn ma jittiħdux. It-TACs proposti jsegwu wkoll il-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Internazzjonali maħruġa mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2008, li kienu kkonfermati minn għadd ta’ Riżoluzzjonijiet suċċessivi tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (ir-Riżoluzzjoni 61/105 fl-2007, ir-Riżoluzzjoni 64/72 fl-2009 u, l-iktar riċenti, ir-Riżoluzzjoni 70/235 fl-2015).

Filwaqt li għadd ta’ stokkijiet tal-baħar fond jiġu sfruttati wkoll minn nazzjonijiet oħrajn tas-sajd, b’mod partikulari min-Norveġja, mill-Iżlanda, mill-Gżejjer Faeroe, mir-Russja u mill-Marokk, u filwaqt li jeħtieġ li jintlaħaq ftehim dwar miżuri armonizzati ta’ ġestjoni flimkien ma’ dawk in-nazzjonijiet tas-sajd jew, f’dak li għandu x’jaqsam mal-istokkijiet li jgħammru fl-ilmijiet internazzjonali, fil-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (in-NEAFC), jeħtieġ ikun hemm miżuri unilaterali li japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea sakemm jintlaħqu dawk il-ftehimiet.

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta, li japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2018. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal.

Bħalissa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed jiddiskutu proposta għal Pjan Pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent li jkopri xi stokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti huma mfasslin skont l-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikulari mar-Regolament (UE) 2016/2336 li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal.

2.    BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 43(3) tat-TFUE jistabbilixxi li l-Kunsill għandu jadotta l-miżuri “dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd” fuq proposta tal-Kummissjoni. Din il-proposta hija limitata għall-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-kundizzjonijiet li huma marbutin b’mod funzjonali mal-użu ta’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd.

Għalhekk, permezz ta’ Regolament tal-Kunsill, din il-proposta tipproponi l-limiti tal-qbid għall-flotot tas-sajd tal-UE għall-ispeċijiet tal-baħar fond l-aktar importanti mil-lat kummerċjali fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Grigal tal-Atlantiku sabiex jinkiseb l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jiġi żgurat li s-sajd isir f’livelli li huma sostenibbli mil-lat ambjentali, mil-lat ekonomiku u mil-lat soċjali. Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Filwaqt li jqisu l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri huma ħielsa li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd fost ir-reġjuni jew l-operaturi skont l-Artikolu 16(7) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 meta dawk l-opportunitajiet tas-sajd ma jkunux suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom fejn jimmanuvraw meta jieħdu d-deċiżjonijiet marbutin mal-mudell soċjali u ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom.

3.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta ġiet żviluppata abbażi tal-prinċipji u tal-gwida stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar konsultazzjoni b’rabta mal-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 3 , li fiha l-Kummissjoni spjegat il-fehmiet u l-intenzjonijiet tagħha b’rabta mal-proposti tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 u, fejn applikabbli, għall-2020, għall-istokkijiet kollha. Fil-kuntest ta’ dik il-Kommunikazzjoni, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati, mas-soċjetà ċivili, mal-Istati Membri u mal-pubbliku inġenerali 4 .

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ġdida għall-Istati Membri. Il-Kunsill jadotta dan ir-Regolament kull sentejn u l-mezzi pubbliċi u privati biex ikun implimentat huma diġà fis-seħħ.

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Għall-istokkijiet kollha koperti minn din il-proposta, l-informazzjoni disponibbli ma tippermettix lix-xjenzati jevalwaw bis-sħiħ l-istat tal-istokk, la f’termini tad-daqs tal-popolazzjoni tal-ħut u lanqas f’termini tar-rata tal-mortalità mis-sajd. Hemm diversi raġunijiet għal dan: dawn l-ispeċijiet ta’ sikwit jgħixu fit-tul u jikbru bil-mod ħafna, ħaġa li tagħmilha diffiċli ħafna biex l-istokk jitqassam fi klassijiet skont l-età u biex jiġi vvalutat l-effett tas-sajd fuq l-istokk permezz ta’ bidliet fit-tul tal-qabdiet jew fl-istruttura tal-età tagħhom. Mhix magħrufa l-frekwenza tar-reklutaġġ tal-ħut ta’ età żgħira fl-istokkijiet. L-istokkijiet huma mifruxin ħafna f’fond ta’ baħar li diffiċli wieħed jistudjah, għal raġunijiet prattiċi. Minħabba li dawn l-istokkijiet mhumiex daqshekk importanti mil-lat kummerċjali, id-data dwarhom mill-istħarriġ xjentifiku ta’ sikwit ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx tkopri ż-żona kollha ta’ fejn huma mifruxin l-istokkijiet. L-attivitajiet tas-sajd xi kultant jikkonċentraw biss b’mod parzjali fuq dawn l-ispeċijiet, u xi wħud minnhom huma relattivament riċenti.

Il-limiti tal-qbid proposti jaqblu mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar konsultazzjoni b’rabta mal-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 imsemmija hawn fuq. Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-fehmiet tal-Kummissjoni dwar kif għandhom jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd, u dawn ir-regoli ġew segwiti fl-iżvilupp ta’ din il-proposta b’rabta mal-entrati tat-TACs. Il-proposta fiha dan li ġej:

·kunsiderazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, meta dan ikun rilevanti;

·delega lill-Portugall b’rabta maċ-ċinturin l-iswed fiż-żona tas-CECAF, minħabba li dan il-pajjiż huwa l-uniku detentur tat-TAC;

·meta mqabbel mar-Regolament tal-Kunsill għall-2017 u għall-2018 5 , jenħtieġ li ma tiġi stabbilita l-ebda TAC għaċ-ċinturin l-iswed fis-subżoni 1 sa 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak), minħabba l-livell baxx ta’ adozzjoni tal-kwota u minħabba l-fatt li mhu qed isir l-ebda sajd li għandu fil-mira lil dan l-istokk;

·meta mqabbel mar-Regolament tal-Kunsill għall-2017 u għall-2018, jenħtieġ li, abbażi tal-parir xjentifiku, ma jiġu stabbiliti l-ebda TACs għall-grenadier imnieħru tond fis-subżoni 1, 2 u 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana) u għal-lipp l-abjad fis-subżoni 1 sa 10 u 12 u 14 tal-ICES. Skont il-parir tal-ICES, it-tneħħija tat-TACs mhu se twassal għall-ebda riskju ta’ sfruttament mhux sostenibbli jew se twassal għal riskju baxx ħafna ta’ dan;

·meta jingħata parir xjentifiku indikattiv abbażi ta’ analiżi kwalitattiva tal-informazzjoni disponibbli (anke jekk din ma tkunx sħiħa jew ikun fiha ġudizzju espert), dan għandu jintuża bħala bażi għad-deċiżjonijiet dwar it-TACs. Għalhekk, il-proposta fiha żewġ każijiet ta’ TACs li qed jiżdiedu għall-2019 bi trasferiment għall-2020, sitt każijiet ta’ TACs li qed jitnaqqsu għall-2019 bi trasferiment għall-2020, u każ wieħed ta’ TAC li għaliha qed jiġi propost tnaqqis kemm għall-2019 kif ukoll għall-2020;

·fid-dawl tal-parir tal-ICES li jitnaqqsu l-opportunitajiet tas-sajd, flimkien mal-livell għoli ta’ adozzjoni u mal-introduzzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fl-2019, huwa xieraq li t-TAC għall-fonsa l-ħamra fil-Grigal tal-Atlantiku tinbidel għal TAC għall-qabdiet aċċessorji biss;

·fil-każ tal-paġella l-ħamra fis-subżoni 6, 7 u 8 tal-ICES (fl-ilmijiet tal-Majjistral u fil-Golf tal-Biskalja), il-parir tal-ICES huwa li fl-2019 u fl-2020 ma tinqabad l-ebda waħda minħabba li l-indikazzjonijiet juru li dan l-istokk naqas ferm. Billi mhux dejjem jistgħu jiġu evitati l-qabdiet aċċessorji, jenħtieġ li tiġi stabbilita TAC bħala TAC għall-qabdiet aċċessorji biss;

·fil-każ tal-paġella l-ħamra fis-subżona 10 tal-ICES, l-ICES ma ta l-ebda parir għall-2020. Filwaqt li ġiet inkluża proposta għal TAC għall-2020, meta tirċievi l-parir tal-ICES għall-2020, il-Kummissjoni se tqis jekk il-proposta għall-2020 għandhiex tiġi emendata skont il-parir tal-ICES jew le;

·il-miżuri għall-klieb il-baħar tal-fond se jiġu stabbiliti skont il-parir xjentifiku tal-ICES wara li dan il-parir ikun ġie analizzat bis-sħiħ. Il-parir xjentifiku dwar il-klieb il-baħar tal-fond se jinħareġ fil-5 ta’ Ottubru 2018;

·is-sajd għall-mera tal-Atlantiku, iż-żamma abbord tagħha, it-trażbord tagħha u l-ħatt l-art tagħha għandhom jibqgħu pprojbiti. L-istokk naqas ferm u mhux qed jirkupra. Skont l-ICES, mill-2010 ’l hawn ma sar l-ebda sajd dirett għal dan l-istokk fil-Grigal tal-Atlantiku min-naħa tal-UE.

2018/0347 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jistipula li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, irid jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfasslin mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF).

(3)Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, fosthom ċerti kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, kif xieraq. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jitqassmu fost l-Istati Membri b’mod li tkun żgurata l-istabbiltà relattiva għal kull Stat Membru fl-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew għal kull tip ta’ sajd u billi jitqiesu kif imiss l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS) stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)Jenħtieġ li l-qabdiet totali permissibbli (“it-TACs”) jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi, u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet li jkunu ngħadu waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikulari mal-kunsilli konsultattivi kkonċernati.

(5)Meta TAC marbuta ma’ stokk partikulari tiġi allokata lil Stat Membru wieħed biss, ikun xieraq li dak l-Istat Membru jingħata s-setgħa jiddeċiedi l-livell tat-tali TAC skont l-Artikolu 2(1) tat-Trattat. Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li, meta jkun qed jistabbilixxi dak il-livell tat-TAC, l-Istat Membru kkonċernat jaġixxi b’mod li jkun konsistenti għalkollox mal-prinċipji u mar-regoli tal-PKS.

(6)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 7 daħħal kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni tat-TACs minn sena għall-oħra li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi skont l-Artikolu 3 u 4 tiegħu. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikulari abbażi tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal mekkaniżmu ta’ flessibbiltà ieħor minn sena għall-oħra għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika l-obbligu ta’ ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-għanijiet tal-PKS u li twassal biex tmur għall-agħar il-qagħda bijoloġika tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(7)L-obbligu tal-ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 qed jiddaħħal bil-mod il-mod għat-tipi ta’ sajd differenti. Fir-reġjuni koperti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li mill-1 ta’ Jannar 2019 ’il quddiem jinħattu l-art il-qabdiet kollha tal-ispeċijiet li għalihom hemm limiti tal-qbid. L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li, meta jiddaħħal l-obbligu ta’ ħatt l-art għal stokk ta’ ħut partikulari, l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu stabbiliti billi titqies il-bidla mill-istabbiliment ta’ opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-ħatt l-art għall-istabbiliment ta’ opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-qabdiet. Madankollu, jingħataw eżenzjonijiet speċifiċi mill-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti li ppreżentaw l-Istati Membri u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni adottat għadd ta’ Regolamenti delegati li jistabbilixxu pjanijiet speċifiċi għall-iskartar tal-ħut applikabbli għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet snin li jista’ jiġġedded bi tliet snin oħra, u li jimplimentaw l-obbligu tal-ħatt l-art.

(8)Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu skont il-ftehimiet u l-prinċipji internazzjonali bħall-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna 8 , u skont il-prinċipji ddettaljati ta’ ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Internazzjonali maħruġa mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2008, li skonthom, b’mod partikulari, jenħtieġ li regolatur ikun iktar kawt meta ma jkunx ċert mill-informazzjoni jew meta l-informazzjoni ma tkunx affidabbli jew ma tkunx biżżejjed. Jenħtieġ li n-nuqqas ta’ biżżejjed informazzjoni xjentifika ma jservix ta’ raġuni biex jiġu posposti l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni jew biex dawn ma jittiħdux.

(9)Fid-dawl tal-parir tal-ICES li jitnaqqsu l-opportunitajiet tas-sajd, flimkien mal-livell għoli ta’ adozzjoni tal-kwota u mal-introduzzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fl-2019, huwa xieraq li t-TAC għall-fonsa l-ħamra fis-subżoni 3 sa 10 u 12 u 14 (fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Majjistral u tal-Lbiċ) tinbidel għal TAC għall-qabdiet aċċessorji biss.

(10)Skont il-parir tal-ICES, l-osservazzjonijiet limitati abbord juru li l-grenadier rasu raffa kien jammonta għal inqas minn 1 % mill-qabdiet irrappurtati tal-grenadier imnieħru tond. Abbażi ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-ICES huwa tal-parir li ma għandu jkun hemm l-ebda sajd dirett għall-grenadier rasu raffa u li l-qabdiet aċċessorji tiegħu għandhom jingħaddu mat-TAC għall-grenadier imnieħru tond sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-potenzjal li jkun hemm irrappurtar żbaljat tal-ispeċijiet. L-ICES jindika li hemm differenzi konsiderevoli, li jmorru lil hinn minn ordni ta’ kobor (jiġifieri ta’ iktar minn għaxar darbiet), bejn il-proporzjonijiet relattivi tal-grenadier imnieħru tond u tal-grenadier rasu raffa rrappurtati fil-ħatt l-art uffiċjali u fil-qabdiet osservati u fl-istħarriġ xjentifiku fiż-żoni fejn bħalissa jsir is-sajd għall-grenadier rasu raffa. Id-data disponibbli għal din l-ispeċi hija limitata ħafna, u l-ICES iqis li xi data tal-ħatt l-art irrappurtata kienet każ ta’ rrappurtar żbaljat tal-ispeċijiet. Minħabba f’hekk, ma jistax jiġi stabbilit rekord storiku preċiż tal-qabdiet tal-grenadier rasu raffa. Għalhekk, skont il-parir xjentifiku, jenħtieġ li l-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa jkunu limitati għal 1 % mill-kwota ta’ kull Stat Membru għall-grenadier imnieħru tond u li dawn il-qabdiet jingħaddu ma’ dik il-kwota. Jekk il-grenadier rasu raffa jitqies biss bħala qabda aċċessorja tal-qabdiet tal-grenadier imnieħru tond u jitqies li jifforma parti mill-istess TAC, ma jkunx hemm iktar żbalji fir-rappurtar tiegħu.

(11)Fid-dawl tal-parir tal-ICES, huwa xieraq li t-TAC għall-paġella l-ħamra fis-subżoni 6, 7 u 8 tal-ICES (fl-ilmijiet tal-Majjistral) tinżamm bħala TAC għall-qabdiet aċċessorji biss.

(12)Il-paġella l-ħamra tinqabad fiż-żoni rilevanti tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF) u tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM), li l-konfini tagħhom imissu mas-subżona 9 tal-ICES. Minħabba li d-data tal-ICES għal dawn is-subżoni li jmissu ma’ dik is-subżona mhix kompluta, jenħtieġ li l-ambitu tat-TAC jibqa’ limitat għas-subżona 9 tal-ICES. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni jissejsu fuq l-aqwa bażi disponibbli, saru dispożizzjonijiet għar-rappurtar tad-data b’rabta ma’ dawn is-subżoni li jmissu ma’ dik is-subżona.

(13)Fil-każ tal-paġella l-ħamra fis-subżona 10 tal-ICES, l-ICES ma ta l-ebda parir għall-2020. Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd kemm għall-2019 u kemm għall-2020. Jista’ jkun li, meta jinħareġ il-parir xjentifiku għall-2020, ikun hemm bżonn jiġu emendati kif xieraq l-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(14)Jenħtieġ li ma tkomplix tiġi stabbilita t-TAC għaċ-ċinturin l-iswed fis-subżoni 1 sa 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana u fi Skagerrak), minħabba l-livell baxx ta’ adozzjoni tal-kwota u minħabba l-fatt li mhu qed isir l-ebda sajd li għandu fil-mira lil dan l-istokk.

(15)Jenħtieġ li, abbażi tal-parir xjentifiku, ma jkomplux jiġu stabbiliti t-TACs għall-grenadier imnieħru tond fis-subżoni 1, 2 u 4 tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana) u għal-lipp l-abjad fis-subżoni 1 sa 10 u 12 u 14 tal-ICES. Skont il-parir tal-ICES, il-fatt li ma jkunx hemm TACs mhu se jwassal għall-ebda riskju ta’ sfruttament mhux sostenibbli jew se jwassal għal riskju baxx ħafna ta’ dan.

(16)L-ICES jagħti parir li l-mera tal-Atlantiku ma tinqabadx qabel l-2020. Huwa xieraq li jkunu pprojbiti s-sajd, iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ dik l-ispeċi minħabba li l-istokk tagħha naqas ferm u mhux qed jirkupra. Skont l-ICES, mill-2010 ’l hawn ma sar l-ebda sajd dirett għall-mera tal-Atlantiku fil-Grigal tal-Atlantiku min-naħa tal-Unjoni.

(17)Biex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2019. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw l-applikazzjoni fil-ħin ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jidħol fis-seħħ mill-ewwel malli jiġi ppubblikat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd annwali għall-2019 u għall-2020 li huma disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i) fil-każ tal-attivitajiet tas-sajd li għalihom tapplika l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii) fil-każ tal-attivitajiet l-oħrajn kollha tas-sajd, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk kull sena;

(b)“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(c)“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat;

(d)“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjonijiet kwantitattivi tax-xejriet fi stokk partikulari, abbażi ta’ data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament ta’ dak l-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta’ kwalità biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qabdiet fil-ġejjieni.

2.    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

(a)iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 ;

(b)iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .

Artikolu 3

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni jew f’ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, l-allokazzjoni tat-tali TACs fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn hu xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

TACs li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri

1.    Il-Portugall għandu jistabbilixxi t-TAC għaċ-ċinturin l-iswed fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF.

2.    It-TAC li l-Portugall irid jistabbilixxi għandha:

(a)tkun konsistenti mal-prinċipji u mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, b’mod partikulari mal-prinċipju tal-isfruttament sostenibbli tal-istokk; u

(b)twassal għal dan li ġej:

(i) jekk tkun disponibbli valutazzjoni analitika, għall-isfruttament tal-istokk b’mod konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli mill-2019 ’il quddiem, bl-ogħla probabbiltà possibbli li dan iseħħ; jew

(ii) jekk ma tkunx disponibbli valutazzjoni analitika jew jekk din ma tkunx kompluta, għall-isfruttament tal-istokk b’mod konsistenti mal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd.

3.    Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena li matulha jkun japplika dan ir-Regolament, il-Portugall għandu jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif li ġej:

(a) it-TAC li jkun adotta;

(b) id-data li jkun ġabar u jkun ivvaluta u li fuqha jkun sejjes it-TAC li jkun adotta;

(c) id-dettalji dwar kif it-TAC li jkun adotta tkun tikkonforma mal-paragrafu 2.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.    L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-affarijiet li ġejjin:

(a)għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 11 ;

(c)għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) 2017/2403 12 ;

(d)għall-ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)għall-kwantitajiet miżmumin skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(f)għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.    L-Anness ta’ dan ir-Regolament jidentifika l-istokkijiet li għalihom hemm TACs prekawzjonarji jew analitiċi għall-finijiet tal-ġestjoni tat-TACs u tal-kwoti previsti fir-Regolament (KE) Nru 847/96 minn sena għall-oħra.

3.    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet li għalihom hemm TACs prekawzjonarji, filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet li għalihom hemm TACs analitiċi, ħlief fejn hu speċifikat mod ieħor fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

4.    L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet biex jinħattu l-art il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji

1.    Il-qabdiet li għalihom ma japplikax l-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk dawn:

(a)ikunu saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jkollu kwota għalihom u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; jew

(b)ikunu jikkonsistu f’sehem minn kwota tal-Unjoni li ma tkunx ġiet allokata fost l-Istati Membri fil-forma ta’ kwoti, u dik il-kwota tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżawrita. 

Artikolu 7

Projbizzjoni

Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistadu għall-mera tal-Atlantiku (Hoplostethus atlanticus) fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk internazzjonali tas-subżoni 1 sa 10 u 12 u 14 tal-ICES u li dawn iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art il-mera tal-Atlantiku maqbuda f’dawk iż-żoni.

Artikolu 8

Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    http://www.ices.dk/community/advisory-process/Pages/Latest-Advice.aspx
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).
(3)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd u dwar konsultazzjoni b’rabta mal-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 (COM(2018) 452 final).
(4)     https://ec.europa.eu/info/consultations/fishing-opportunities-2019-under-common-fisheries-policy_mt  
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).
(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(8)    Il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).
(9)    Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(10)    Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(12)    Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81). 
Top

Brussell, 9.10.2018

COM(2018) 676 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020


ANNESS

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

IL-PARTI 1
Id-definizzjoni tal-ispeċijiet u tal-gruppi ta’ speċijiet

1.    Fil-lista stabbilita fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet tal-ħut jissemmew skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin; l-unika eċċezzjoni għal dan huwa fil-każ tal-klieb il-baħar tal-fond, li huma mniżżlin fil-bidu tal-lista. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva tal-ismijiet komuni u tal-ismijiet bil-Latin li ġejja:

Isem komuni

Kodiċi alfa-3

Isem xjentifiku

Ċinturin iswed

BSF

Aphanopus carbo

Fonsa ħamra

ALF

Beryx spp.

Grenadier imnieħru tond

RNG

Coryphaenoides rupestris

Grenadier rasu raffa

RHG

Macrourus berglax

Paġella ħamra

SBR

Pagellus bogaraveo



2.    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “il-klieb il-baħar tal-fond” tfisser il-lista tal-ispeċijiet li ġejja:

Isem komuni

Kodiċi alfa-3

Isem xjentifiku

Gattarelli tal-fond

API

Apristurus spp.

Kelb il-baħar tal-frilli

HXC

Chlamydoselachus anguineus

Żagħrun

CWO

Centrophorus spp.

Mazzola Portugiża

CYO

Centroscymnus coelolepis

Mazzola bellusija mneħirha twil

CYP

Centroscymnus crepidater

Mazzola sewda

CFB

Centroscyllium fabricii

Mazzola munqar l-għasfur

DCA

Deania calcea

Murruna sewda

SCK

Dalatias licha

Mazzola tal-fanal maġġuri

ETR

Etmopterus princeps

Mazzola tal-fanal

ETX

Etmopterus spinax

Gattarell ġurdien

GAM

Galeus murinus

Murruna ta’ sitt garġi

SBL

Hexanchus griseus

Pixxiporku tal-Atlantiku

OXN

Oxynotus paradoxus

Mazzola snienha tas-skieken

SYR

Scymnodon ringens

Kelb il-baħar ta’ Greenland

GSK

Somniosus microcephalus

IL-PARTI 2
L-opportunitajiet annwali tas-sajd (f’tunnellati ta’ piż ħaj)

Speċijiet:

Il-klieb il-baħar tal-fond  

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6, 7, 8 u 9

 

 

 

(DWS/56789-)

Is-sena

L-2019

L-2020

 

TAC prekawzjonarja

L-Unjoni

pm

pm

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

It-TAC

pm

pm

 

 

Speċijiet:

Il-klieb il-baħar tal-fond  

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 10

 

 

 

 

 

(DWS/10-)

Is-sena

L-2019

L-2020

 

TAC prekawzjonarja

Il-Portugall

pm

pm

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

L-Unjoni

pm

pm

It-TAC

pm

pm

 

 

Speċijiet:

Il-klieb il-baħar tal-fond u l-ispeċijiet Deania hystricosa u Deania profundorum

Żona:

L-ilmijiet internazzjonali taż-żona 12

 

 

 

 

 

 

(DWS/12INT-)

 

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

L-Irlanda

pm

pm

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Spanja

pm

pm

Franza

pm

pm

Ir-Renju Unit

pm

pm

L-Unjoni

pm

pm

It-TAC

pm

 

pm

 

 

Speċijiet:

Il-klieb il-baħar tal-fond

Żona:

 L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 tas-CECAF

 

 

 

 

 

 

(DWS/F3412C)

 

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja 

L-Unjoni

pm

pm

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

 

It-TAC

pm

 

pm

 

Speċi:

Iċ-ċinturin l-iswed 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6, 7 u 12

 

Aphanopus carbo 

(BSF/56712-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Il-Ġermanja

27

27

L-Estonja

13

13

L-Irlanda

68

68

Spanja

136

136

Franza

1 912

1 912

Il-Latvja

89

89

Il-Litwanja

1

1

Il-Polonja

1

1

Ir-Renju Unit

136

136

Pajjiżi oħrajn

7

(1)

7

(1)

L-Unjoni

2 390

2 390

It-TAC

2 390

2 390

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

Speċi:

Iċ-ċinturin l-iswed 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9 u 10

 

Aphanopus carbo 

(BSF/8910-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Spanja

9

9

Franza

22

22

Il-Portugall

2 801

2 801

L-Unjoni

2 832

2 832

It-TAC

2 832

 

2 832

 

 

Speċi:

Iċ-ċinturin l-iswed

Żona:

 L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 34.1.2 tas-CECAF

 

Aphanopus carbo 

(BSF/C3412-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Japplika l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

Il-Portugall

Għad irid jiġu stabbiliti

Għad irid jiġu stabbiliti

L-Unjoni

Għad irid jiġu stabbiliti

(1)

Għad irid jiġu stabbiliti

(1)

It-TAC

Għad irid jiġu stabbiliti

(1)

Għad irid jiġu stabbiliti

(1)

(1)

Stabbiliti fl-istess kwantità bħall-kwota għall-Portugall.

Speċi:

Il-fonsa l-ħamra 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

 

Beryx spp. 

(ALF/3X14-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

L-Irlanda

7(1)

7(1)

Spanja

51(1)

51(1)

Franza

14(1)

14(1)

Il-Portugall

145(1)

145(1)

Ir-Renju Unit

7(1)

7(1)

L-Unjoni

224(1)

224(1)

It-TAC

224(1)

 

224(1)

 

 

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

Speċi:

Il-grenadier imnieħru tond

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 3

 

Coryphaenoides rupestris

 

(RNG/03-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Id-Danimarka

48

(1)(2)

48

(1)(2)

Il-Ġermanja

0

(1)(2)

0

(1)(2)

L-Iżvezja

2

(1)(2)

2

(1)(2)

L-Unjoni

50

(1)(2)

50

(1)(2)

It-TAC

50

(1)(2)

50

(1)(2)

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota. 

(2)

Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/03-) għandhom jingħaddu ma’ din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.

Speċi:

Il-grenadier imnieħru tond

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7

 

Coryphaenoides rupestris 

(RNG/5B67-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Il-Ġermanja

5

(1)(2)

5

(1)(2)

L-Estonja

36

(1)(2)

36

(1)(2)

L-Irlanda

160

(1)(2)

160

(1)(2)

Spanja

40

(1)(2)

40

(1)(2)

Franza

2 028

(1)(2)

2 028

(1)(2)

Il-Litwanja

46

(1)(2)

46

(1)(2)

Il-Polonja

23

(1)(2)

23

(1)(2)

Ir-Renju Unit

119

(1)(2)

119

(1)(2)

Pajjiżi oħrajn

5

(1)(2)(3)

5

(1)(2)(3)

L-Unjoni

2 462

(1)(2)

2 462

(1)(2)

It-TAC

2 462

(1)(2)

2 462

(1)(2)

(1)

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9, 10, 12 u 14 jista’ jiġi mistad ammont massimu ta’ 10 % minn kull kwota (RNG/*8X14- għall-grenadier imnieħru tond u RHG/*8X14- għall-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa).

(2)

Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/5B67-) għandhom jingħaddu ma’ din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.

(3)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett

.

Speċi:

Il-grenadier imnieħru tond

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9, 10, 12 u 14

 

Coryphaenoides rupestris 

(RNG/8X14-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Il-Ġermanja

15

(1)(2)

15

(1)(2)

L-Irlanda

3

(1)(2)

3

(1)(2)

Spanja

1 638

(1)(2)

1 638

(1)(2)

Franza

76

(1)(2)

76

(1)(2)

Il-Latvja

26

(1)(2)

26

(1)(2)

Il-Litwanja

3

(1)(2)

3

(1)(2)

Il-Polonja

513

(1)(2)

513

(1)(2)

Ir-Renju Unit

7

(1)(2)

7

(1)(2)

L-Unjoni

2 281

(1)(2)

2 281

(1)(2)

It-TAC

2 281

(1)(2)

2 281

(1)(2)

(1)

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7 jista’ jiġi mistad ammont massimu ta’ 10 % minn kull kwota (RNG/*5B67- għall-grenadier imnieħru tond u RHG/*5B67- għall-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa).

(2)

Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/8X14-) għandhom jingħaddu ma’ din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.

Speċi:

Il-paġella l-ħamra 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7 u 8

 

Pagellus bogaraveo 

(SBR/678-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

L-Irlanda

3

(1)

2

(1)

Spanja

84

(1)

68

(1)

Franza

4

(1)

3

(1)

Ir-Renju Unit

10

(1)

8

(1)

Pajjiżi oħrajn

3

(1)

2

(1)

L-Unjoni

104

(1)

83

(1)

It-TAC

104

(1)

83

(1)

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

Speċi:

Il-paġella l-ħamra 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 9(1)

 

Pagellus bogaraveo 

(SBR/9-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Spanja

117

117

Il-Portugall

32

32

L-Unjoni

149

149

It-TAC

149

149

(1)

Madankollu, il-qabdiet fiż-żona 37.1.1 tal-GFCM għandhom jiġu rrappurtati (SBR/F3711). Madankollu, il-qabdiet fiż-żona 34.1.11 tas-CECAF għandhom jiġu rrappurtati (SBR/F34111).

Speċi:

Il-paġella l-ħamra 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 10

 

Pagellus bogaraveo 

(SBR/10-)

Is-sena

L-2019

L-2020

TAC prekawzjonarja

Spanja

5

5

Il-Portugall

566

566

Ir-Renju Unit

5

5

L-Unjoni

576

576

It-TAC

576

 

576

 

 

 

 

 

 

 

 

Top