Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0447

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE

COM/2018/447 final - 2018/0236 (COD)

Brussell, 6.6.2018

COM(2018) 447 final

2018/0236(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2018) 327 final}
{SWD(2018) 328 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Mid-Disgħinijiet ’il hawn, l-Unjoni żiedet l-investiment tagħha fis-settur spazjali. Saħansitra qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona b’Artikolu 189 ġdid tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li stabbilixxa s-sisien għall-azzjoni tagħha f’dan il-qasam, l-Unjoni kien irnexxielha tiżviluppa l-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita, EGNOS u Galileo. Dawn iż-żewġ programmi huma operazzjonali 1 , u attwalment Galileo huwa meqjus bħala sistema emblematika tal-Unjoni.

Fl-2014, il-Programm ta’ Osservazzjoni tad-Dinja, Copernicus 2 , ibbażat fuq il-programm tal-GMES, ġie miżjud mal-ewwel żewġ programmi. Iktar reċentement, l-Unjoni nediet attivitajiet fil-Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u tal-Insegwiment fl-Ispazju 3 , “SST”. L-allokazzjoni baġitarja totali għall-attivitajiet spazjali kollha tal-Unjoni, inkluża r-riċerka, kienet ta’ EUR 12.6-il biljun għall-perjodu 2014-2020.

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta’ Ottubru 2016 intitolata “Strateġija Spazjali għall-Ewropa” 4 , il-Kummissjoni stabbiliet strateġija spazjali ġdida għall-Ewropa li tiffoka fuq erba’ għanijiet strateġiċi: il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-ispazju għas-soċjetà u għall-ekonomija tal-UE, it-trawwim ta’ settur spazjali Ewropew kompetittiv u innovattiv, ir-rinfurzar tal-awtonomija tal-Ewropa fl-aċċess u fl-użu tal-ispazju f’ambjent sigur u sikur, u t-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa bħala attur globali u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali.

Il-ħsieb għall-adozzjoni tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa huwa bbażat fuq l-importanza strateġika tas-settur spazjali għall-Unjoni u fuq il-ħtieġa għas-settur spazjali Ewropew li jadatta għall-ambjent globali li qed jinbidel. L-ispazju jipprovdi sostenn għal bosta politiki u prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni. L-ispazju jista’ jaqdi rwol kruċjali biex jiġu indirizzati b’mod effettiv sfidi ġodda bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, il-kontroll fil-fruntieri, is-sorveljanza marittima u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Il-fatt li qed jitfaċċaw dawk il-prijoritajiet ġodda tal-Unjoni jwassal għal modi ġodda kif jiġi żviluppat il-Programm. Ir-rekwiżiti tas-sigurtà jeħtieġ li jiġu msaħħa meta jiġu żviluppati s-sistemi spazjali tal-Unjoni, sabiex l-Unjoni tibbenefika għalkollox mis-sinerġiji bejn l-attivitajiet ċivili u dawk tas-sigurtà.

Iżda l-ispazju huwa parti wkoll minn katina ta’ valur globali, li qed tiffaċċja tibdil maġġuri li qed iwessa’ l-konfini tradizzjonali tas-settur spazjali. L-hekk imsejjaħ “Spazju Ġdid” qed joħloq rivoluzzjoni fis-settur spazjali, mhux biss mil-lat teknoloġiku iżda wkoll mil-lat tal-mudell ta’ negozju. L-ispazju qed jattira ferm iktar negozji u imprendituri, xi kultant bl-ebda esperjenza fil-qasam. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Unjoni tagħti sostenn attivament lis-settur spazjali kollu, b’mod partikolari r-riċerka u l-iżvilupp, in-negozji ġodda u l-inkubaturi ta’ kumpaniji attivi fis-settur spazjali. 

Fir-rigward tal-programmi tagħha iktar speċifikament, il-Kummissjoni enfasizzat fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa, l-importanza li tiġi żgurata t-tkomplija tat-tħaddim tas-servizzi offruti permezz ta’ Galileo, EGNOS u Copernicus, u li jitħejjew ġenerazzjonijiet ġodda ta’ dawn is-servizzi, filwaqt li jittejbu s-servizzi tal-SST, u ħabbret l-inizjattiva tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita, “GOVSATCOM”, li inizjalment kienet inkluża fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2017. Barra minn hekk, enfasizzat ir-rwol ewlieni tas-sħubijiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Sistemi Globali tan-Navigazzjoni bis-Satellita), l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-aġenziji u l-partijiet ikkonċernati l-oħra kollha li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-politika spazjali Ewropea, sabiex b’hekk tisħaq dwar l-importanza kruċjali li jkun hemm governanza effiċjenti u xierqa fis-seħħ għat-twassil tal-programm spazjali tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-inizjattiva l-ġdida, GOVSATCOM, in-nuqqas ta’ kapaċitajiet tal-Ewropa b’rabta mal-komunikazzjoni sigura bis-satellita ġie rikonoxxut fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2013 u f’diversi konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill, fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-Mexxejja ta’ 27 Stat Membru, u f’diversi riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

L-approċċ sostnut mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa ġie affermat kemm mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu li ġew adottati fit-30 ta’ Mejju 2017 5 u kemm mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2017 6 . Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-30 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill ħeġġeġ b’mod partikolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu, kif jixraq, jibbażaw fuq l-għarfien tekniku tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u tal-aġenziji spazjali nazzjonali Ewropej, stieden lill-Kummissjoni tanalizza u tivvaluta l-evoluzzjoni potenzjali tar-responsabbiltajiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea u rrikonoxxa l-ħtieġa li jkun hemm sinerġiji iktar b’saħħithom, fejn ikun xieraq, bejn l-użu ċivili u l-użu militari tal-assi spazjali.

Il-proposta għal Regolament hija parti mis-segwitu għall-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa. Programm spazjali integrat għalkollox jiġbor flimkien l-attivitajiet kollha tal-Unjoni f’dan il-qasam ferm strateġiku. Dan jipprovdi qafas koerenti għall-investiment fil-ġejjieni u joffri iktar viżibbiltà u iktar flessibbiltà. Billi jtejjeb l-effiċjenza, fl-aħħar mill-aħħar jgħin biex jitwasslu servizzi spazjali ġodda li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini kollha tal-UE.

Għalhekk, il-Programm għandu l-għan li:

jipprovdi, jew jagħti kontribut għall-forniment ta’, data, informazzjoni u servizzi spazjali ta’ kwalità għolja, aġġornati, u fejn ikun xieraq, siguri, mingħajr interruzzjoni u kull fejn ikun possibbli fil-livell globali, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet eżistenti u tal-ġejjieni u sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima, is-sigurtà u d-difiża;

jimmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi, inkluż billi jippromwovi l-iżjed użu wiesa’ possibbli tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti permezz tal-komponenti tal-Programm;

itejjeb is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll il-libertà ta’ azzjoni tal-Unjoni u l-awtonomija strateġika tagħha, b’mod partikolari f’termini tat-teħid tad-deċiżjonijiet teknoloġiċi u bbażati fuq l-evidenza;

jippromwovi r-rwol tal-Unjoni fix-xena internazzjonali bħala attur ewlieni fis-settur spazjali u t-tisħiħ tar-rwol tagħha fl-indirizzar tal-isfidi globali u fis-sostenn għall-inizjattivi globali, inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli.

Il-proposta għal Regolament fiha miżuri xierqa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Il-proposta għal Regolament tissimplifika b’mod sinifikanti l-acquis eżistenti tal-Unjoni u tagħmlu iktar effiċjenti billi tgħaqqad f’test wieħed u tarmonizza kważi r-regoli kollha li qabel kienu jinsabu f’Regolamenti jew f’Deċiżjonijiet separati. Dan jgħolli l-profil tal-politika spazjali tal-Unjoni, li huwa konformi mar-rwol maġġuri li l-Unjoni biħsiebha taqdi fil-ġejjieni bħala attur globali fl-ispazju.

Il-proposta tipprovdi baġit spazjali għall-Unjoni ta’ daqs li jkun suffiċjenti biex jitwettqu d-diversi attivitajiet previsti, b’mod partikolari fir-rigward tat-tkomplija u tat-titjib ta’ Galileo, ta’ EGNOS, ta’ Copernicus u tal-SST, kif ukoll it-tnedija tal-inizjattiva ta’ GOVSATCOM.

Barra minn hekk, tistabbilixxi r-regoli għall-governanza tal-Programm billi tikkjarifika r-relazzjonijiet bejn id-diversi atturi involuti kif ukoll ir-rwol ta’ dawn l-atturi, b’mod prinċipali l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ispazju, u billi tistabbilixxi sistema unifikata ta’ governanza għall-komponenti kollha ta’ dan il-programm. Il-proposta ttejjeb ir-rwol li kellha l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ta’ qabel billi tespandi l-ambitu tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi l-komponenti kollha tal-Programm, u b’hekk tiġġustifika tibdil fl-isem ta’ din l-aġenzija, li jrid isir l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali.

Fl-aħħar nett, tispeċifika u tistandardizza l-qafas tas-sigurtà għall-Programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji li jridu jiġu rrispettati, il-proċeduri li jridu jiġu segwiti u l-miżuri li jridu jittieħdu. Dan huwa ta’ importanza kruċjali, minħabba l-użu doppju tal-azzjonijiet.

Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u mill-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Attwalment, l-acquis tal-Unjoni fis-settur spazjali jinkludi r-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet li ġejjin:

Ir-Regolament(UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, Galileo u EGNOS;

Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Copernicus;

Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (SST);

Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS;

Id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema Galileo;

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK dwar aspetti tal-iskjerament, l-operazzjoni u l-użu tas-sistema Galileo li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jħassar l-ewwel erbgħa minn dawn it-testi. Dan jistabbilixxi regoli komuni għall-komponenti kollha tal-Programm, inklużi Galileo, EGNOS, Copernicus u l-SST, u jistabbilixxi ċerti regoli li huma speċifiċi għal kull wieħed minn dawn il-komponenti. Fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, it-tibdil meħtieġ huwa tali li, fl-interess taċ-ċarezza u tas-simplifikazzjoni, hu preferibbli li jitħassar dan it-test ukoll u li r-regoli dwar l-Aġenzija l-ġdida, li tissuċċedi lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, jiġu inkorporati fir-Regolament propost li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni.

Ir-Regolament propost bl-ebda mod ma jemenda jew jaffettwa d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, li se tkompli tirregola servizz partikolari wieħed ipprovdut permezz ta’ Galileo, jiġifieri s-Servizz Pubbliku Regolat (PRS). Għalhekk, dik id-Deċiżjoni se tkompli tapplika flimkien mar-Regolament propost, u tikkumplementah permezz ta’ lex specialis fir-rigward ta’ dan is-servizz partikolari. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2014/496/PESK, li hija bbażata fuq l-Artikolu 28 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), se tkompli tapplika wkoll bħal qabel.

Fil-kuntest ta’ Galileo u ta’ EGNOS, fil-każijiet kollha fejn il-varar, it-tħaddim jew l-użu tal-komponenti jista’ jimmina s-sigurtà tal-Unjoni jew ta’ wieħed mill-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ sitwazzjoni internazzjonali li tirrikjedi azzjoni mill-Unjoni jew fil-każ ta’ theddida għat-tħaddim tal-komponenti stess jew tas-servizzi tagħhom, japplikaw il-proċeduri previsti fid-Deċiżjoni 2014/496/PESK.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Is-settur spazjali jagħti lok għal ħafna effetti konsegwenzjali pożittivi fuq setturi oħra tal-ekonomija. Il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-ispazju għall-benesseri taċ-ċittadini u għall-prosperità tal-ekonomija tal-Unjoni, il-promozzjoni tal-progress xjentifiku u tekniku kif ukoll tal-kompetittività u tal-kapaċità innovattiva tal-industrija Ewropea, u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv huma wkoll fost l-għanijiet ewlenin tal-istrateġija spazjali tal-Unjoni li huma inklużi debitament fil-proposta għal Regolament.

It-tħaddim ta’ sistemi spazjali bħal EGNOS, Galileo jew Copernicus jikkumplementa direttament l-azzjonijiet meħuda fil-qafas ta’ ħafna politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-politika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika dwar is-sigurtà u l-migrazzjoni, il-politika industrijali, il-politika agrikola komuni, il-politika dwar is-sajd, in-netwerks trans-Ewropej, il-politika dwar l-ambjent, il-politika dwar l-enerġija u l-għajnuna għall-iżvilupp.

L-SST u l-inizjattiva l-ġdida ta’ GOVSATCOM se jagħtu kontribut ukoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża u tal-Istrateġija Globali tal-Unjoni Ewropea. Dawn se jtejbu l-effettività operazzjonali tal-atturi tas-sigurtà u se jissalvagwardjaw id-drittijiet taċ-ċittadini għas-sigurtà, għall-protezzjoni diplomatika jew konsulari, u għall-protezzjoni tad-data personali. Fl-aħħar nett, se jtejbu l-effettività tal-politiki maġġuri tal-UE, bħall-istrateġija tas-sigurtà marittima, il-qafas tal-politika tad-difiża ċibernetika, il-politika dwar l-Artiku, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni, l-għajnuna umanitarja, is-sajd, it-trasport u l-ġestjoni tal-infrastruttura kritika.

Jenħtieġ li l-azzjonijiet tal-Programm jintużaw biex jiġu indirizzati b’mod proporzjonat il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, mingħajr ma jidduplikaw jew jeskludu l-finanzjament privat, u jkollhom valur miżjud Ewropew. Dan jiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-programm u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni tas-suq intern.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għar-Regolament propost hija l-Artikolu 189(2) tat-TFUE, li jipprevedi li l-Unjoni tfassal politika spazjali Ewropea u li skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill is-setgħa li jadottaw Programm biex jagħtu kontribut sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dik il-politika.

Billi r-Regolament (UE) Nru 1285/2013 dwar il-GNSS u r-Regolament (UE) Nru 912/2010 dwar l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, li jittrattaw speċifikament il-programmi Galileo u EGNOS, huma bbażati fuq l-Artikolu 172 tat-TFUE (in-Netwerks Trans-Ewropej), fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għażla tal-bażi ġuridika, jixraq li r-Regolament propost jiġi bbażat fuq l-Artikolu 189(2) tat-TFUE, meta jitqiesu l-kontenut u l-għanijiet tal-miżuri previsti fih.

Sussidjarjetà

L-ispazju huwa settur fost l-iktar avvanzati li jimmobilizza riżorsi finanzjarji konsiderevoli u li japplika teknoloġiji avvanzati f’diversi oqsma. Kif deskritt hawn fuq, l-għanijiet tar-Regolament propost ma jistgħux jintlaħqu b’mod adegwat mill-Istati Membri, anke minn dawk li huma minn ta’ quddiem fis-settur spazjali. Il-fatt huwa li l-esperjenza u l-għarfien xjentifiċi u tekniċi f’dan is-settur huma mifruxa fuq diversi mir-reġjuni ekonomiċi tal-Unjoni kif ukoll fuq l-Aġenzija Spazjali Ewropea, li hija organizzazzjoni internazzjonali li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE jiffurmaw parti minnha bħala pajjiżi membri. Mil-lat finanzjarju, il-kompitu tal-kostruzzjoni u tat-tħaddim ta’ sistemi bħal Galileo u Copernicus, li jipprovdu servizzi ta’ interess lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni, biex ma ngħidux lir-reġjuni kollha tad-dinja, huwa kompitu kbir wisq biex jitwettaq minn Stat Membru wieħed li jaġixxi għal rasu. L-iskala u r-ramifikazzjonijiet tal-għanijiet tar-Regolament propost huma tali li jistgħu jintlaħqu b’mod xieraq biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Proporzjonalità

Ir-Regolament propost jipprevedi miżuri li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. Il-komponenti ta’ Galileo, ta’ EGNOS, ta’ Copernicus, tal-SST u ta’ GOVSATCOM huma paripassu mal-ħtiġijiet tan-negozji u taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawn ikollhom effetti konsegwenzjali pożittivi sinifikanti fuq l-ekonomija tal-Unjoni. Il-mod li bih dawn is-sistemi qed jiġu żviluppati huwa maħsub biex jagħti sostenn għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE u bħala l-aqwa wieħed biex jintlaħqu l-prijoritajiet politiċi, inkluż fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, tas-sigurtà u tad-difiża. Is-sostenn għas-settur spazjali fl-Unjoni, b’mod partikolari b’appoġġ għall-impriżi ġodda jew għal-lanċjaturi, jgħin biex jiġu ssalvagwardjati l-libertà ta’ azzjoni u l-awtonomija strateġika teknoloġika tal-Unjoni u biex tespandi l-firxa internazzjonali tagħha.

Barra minn hekk, il-baġit allokat għall-Programm mhuwiex sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet li jridu jintlaħqu. L-ammonti meħtieġa biex il-Programm jitwettaq ġew stabbiliti fid-dawl ta’ għadd ta’ analiżi u ta’ estimi mwettqa bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt u li huma deskritti hawn taħt.

Għażla tal-istrument

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm mhux biss huwa previst b’mod espliċitu fl-Artikolu 189(2) tat-TFUE, iżda huwa wkoll l-istrument ippreferut biex il-Programm jitqiegħed fuq bażi sostenibbli. Dik l-għażla tal-istrument ġuridiku tiżgura l-uniformità u l-applikazzjoni diretta li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Programm, filwaqt li tagħtih il-viżibbiltà dovuta kollha u tipprovdilu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fir-rigward ta’ Galileo u ta’ EGNOS, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 dwar il-GNSS u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 dwar l-Aġenzija Ewropea tas-Sistema ta’ Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GSA), il-Kummissjoni pprovdiet rapport ta’ nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress ta’ Galileo u ta’ EGNOS u dwar l-operat tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea. F’dak il-kuntest, twettaq studju ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu f’isem il-Kummissjoni 7 .

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ffoka fuq l-implimentazzjoni tal-Programm matul il-perjodu 2014-2016. Ir-rapport ikkonkluda li Galileo u EGNOS urew livell sodisfaċenti ta’ effettività u li qegħdin fit-triq it-tajba biex jilħqu l-għanijiet fit-tul għall-2020 stabbiliti bir-Regolament dwar il-GNSS. Madankollu, xi ineffiċjenzi u oqsma għal titjib possibbli ġew identifikati fil-governanza tas-sigurtà ta’ Galileo u fil-governanza ġenerali ta’ Galileo u ta’ EGNOS.

Fir-rigward tal-governanza, il-perjodu 2014-2016 kien perjodu ta’ tranżizzjoni importanti, peress li progressivament ġew implimentati u kkonsolidati elementi ewlenin tal-qafas ta’ governanza u ta’ ġestjoni. L-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni se jkun aspett importanti għall-fażi ta’ esplojtazzjoni li jmiss ta’ Galileo u jeħtieġ li jiġi indirizzat b’seba’ għajnejn.

Fir-rigward tal-governanza tas-sigurtà, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari fil-fażi li jmiss sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u tal-persunal li jaħdem għalih fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali marbuta ma’ Galileo u ma’ EGNOS.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet finanzjarji, mill-aħħar tal-2016 ’il hawn, kemm Galileo u kemm EGNOS ġew implimentati fil-qafas tal-baġit stabbilit bir-Regolament dwar il-GNSS (EUR 7,071 miljun) u ma ġie rreġistrat l-ebda kost ġenerali li qabeż il-baġit.

F’termini ta’ koerenza ma’ politiki oħra tal-UE, fil-programmi stess u ma’ programmi oħra tal-GNSS, kemm Galileo u kemm EGNOS urew livell għoli ta’ koerenza.

Fl-aħħar nett, il-GSA rnexxielha tilħaq l-għanijiet tagħha, marbuta mal-progress ta’ Galileo u ta’ EGNOS u mal-iżvilupp tas-suq downstream, permezz ta’ implimentazzjoni effettiva kemm tal-kompiti ewlenin u kemm ta’ dawk delegati. Madankollu, kien hemm xi diffikultajiet marbuta mal-kapaċità tagħha li timpjega persunal xieraq.

Fir-rigward ta’ Copernicus, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 377/2014 dwar Copernicus, il-Kummissjoni pprovdiet evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-għanijiet li ntlaħqu tal-kompiti kollha ffinanzjati permezz ta’ Copernicus fil-livell tar-riżultati u tal-impatti tagħhom, il-valur miżjud Ewropew tagħhom u dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. Twettaq studju ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu f’isem il-Kummissjoni.

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu kopriet il-perjodu 2014-2016. Din ikkonkludiet li Copernicus kien “fit-triq it-tajba, peress li kien diġà ssodisfa xi aspettattivi maġġuri fir-rigward tas-sostenn għall-awtonomija tal-Ewropa fil-forniment ta’ data utli u ta’ kwalità kif ukoll l-esplojtazzjoni tagħha minn għadd kbir ta’ utenti, kemm għal skopijiet istituzzjonali u kemm għal dawk kummerċjali”.

Ġew enfasizzati karatteristiki pożittivi oħra ta’ Copernicus bħall-politika dwar id-data miftuħa, l-azzjonijiet li jistimolaw l-użu mis-settur privat, il-benefiċċji ekonomiċi tanġibbli, il-livell tajjeb ta’ koerenza internament u ma’ azzjonijiet oħra tal-UE, l-implimentazzjoni eċċellenti tal-baġit fil-qafas tal-baġit stabbilit bir-Regolament u kooperazzjoni tajba internament fil-Kummissjoni u mal-Istati Membri.

F’termini ta’ tagħlimiet speċifiċi meħuda, is-suċċess bla preċedent tal-programm u l-volum ta’ data tiegħu wasslu għal żewġ sejbiet prinċipali:

i)il-ħtieġa li jitjiebu d-distribuzzjoni tad-data u l-aċċess għaliha: minħabba l-għadd għoli ħafna ta’ reġistrazzjonijiet tal-utenti, l-aspetti tal-komunikazzjoni, id-distribuzzjoni tad-data u l-aċċess għaliha, kif ukoll it-tniżżil tad-data jeħtieġ li jittejbu.

ii)il-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrazzjoni tad-data dwar l-ispazju f’oqsma oħra ta’ politika u f’setturi ekonomiċi oħra permezz ta’ enfasi ikbar fuq l-użu mill-utenti: Copernicus qed jilħaq kostitwenzi tal-utenti mill-qasam spazjali tradizzjonali iżda jeħtieġ li jsir sforz addizzjonali biex jilħaq lil utenti potenzjali oħra ’l barra mill-qasam spazjali.

Għall-SST, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas għall-Appoġġ tal-SST (2014-2017) fit-3 ta’ Mejju 2018 (COM(2018) 256). Ir-rapport ikkonkluda li l-SST tal-UE kiseb riżultati għall-azzjonijiet kollha u għat-tliet servizzi, u ħoloq valur miżjud għall-UE, iżda l-SST tal-UE jeħtieġ li jevolvi biex itejjeb l-effettività tiegħu. Sabiex iwieġeb għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport, il-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjatu semmiet erba’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati sabiex l-implimentazzjoni tiġi intensifikata fis-snin li ġejjin:

i)It-titjib tal-awtonomija tas-servizzi tal-SST tal-UE bl-aġġornament tas-sensuri tal-SST, bl-iżvilupp ta’ sensuri ġodda u bl-istabbiliment ta’ katalogu Ewropew tal-SST tal-oġġetti spazjali.

ii)It-trawwim tad-dimensjoni Ewropea tal-SST tal-UE bit-tneħħija ta’ duplikazzjonijiet bla bżonn bejn iċ-ċentri operazzjonali nazzjonali tal-SST u billi tkun meħtieġa speċjalizzazzjoni, abbażi tal-aqwa prestazzjoni.

iii)Il-modifika tal-istruttura tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi tintuża l-maġġoranza kwalifikata u billi jinħoloq tim konġunt ta’ koordinazzjoni biex tiġi żgurata s-superviżjoni tal-ħidma teknika.

iv)Ir-reviżjoni tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament bl-istabbiliment ta’ programm b’linja baġitarja waħda u b’perspettiva fit-tul.

Konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati

Din l-inizjattiva għandha s-sostenn ukoll ta’ konsultazzjonijiet u ta’ sessjonijiet ta’ ħidma pubbliċi estensivi, bl-għan li jinkisbu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha (l-industrija, l-Istati Membri, ir-riċerkaturi, eċċ.), b’mod iktar preċiż:

·Fl-2016: qabel l-adozzjoni tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika maġġuri dwar l-aspetti spazjali kollha, inklużi l-programmi proposti attwalment għall-QFP li jmiss;

·Fl-2015-2016: twettqu żewġ konsultazzjonijiet immirati għal aspetti tar-riċerka spazjali, inklużi dokumenti ta’ pożizzjoni mill-Istati Membri, mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali maġġuri tal-industrija u mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka.

·Fl-2015-2017: twettqu bosta sessjonijiet ta’ ħidma, laqgħat u rapporti fil-livell tal-esperti biex il-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati dwar: (i) l-evoluzzjoni ta’ Copernicus u ta’ Galileo; (ii) il-ħtiġijiet speċifiċi tal-industrija; (iii) il-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita; (iv) il-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tal-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju, inklużi l-SST, it-temp spazjali u l-oġġetti qrib id-dinja.

·Fl-2016-2017, bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt għall-programm ta’ GOVSATCOM tal-ġejjieni, twettqu konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha – l-Istati Membri bħala fornituri u utenti ta’ GOVSATCOM, l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE, u l-Industrija inklużi l-manifatturi tas-satelliti, l-operaturi u l-SMEs – permezz ta’ kuntatti bilaterali u laqgħat plenarji. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u tal-industrija joffru sostenn ċar għall-programm u għall-għanijiet tiegħu. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari għal sigurtà qawwija, għall-aggregazzjoni tad-domanda, għad-dipendenza fuq fornituri nazzjonali u kummerċjali, għal sinerġiji ċivili-militari u għal approċċ iċċentrat fuq servizz modulari, ġew integrati fil-proposta.

Fir-rigward tal-konsultazzjoni pubblika maġġuri, li twettqet mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa fl-2016, il-messaġġi ewlenin huma dawn li ġejjin:

Għal Galileo u għal EGNOS, globalment hemm livell suffiċjenti ta’ sodisfazzjon mill-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-loġika tal-intervent tal-UE u l-kisbiet tal-programmi matul il-perjodu ta’ evalwazzjoni.

L-effettività tagħhom kienet partikolarment evidenti fil-kisbiet tas-segment spazjali ta’ Galileo u fil-konsolidazzjoni tal-istabbiltà u tal-prestazzjoni għolja tal-forniment tas-servizz ta’ EGNOS bid-dikjarazzjoni tas-servizz LPV-200 u tal-forniment tas-servizzi APV-I f’iżjed minn 98,98 % tal-massa tal-art tal-Istati Membri tal-UE flimkien man-Norveġja u mal-Iżvizzera. Madankollu, il-partijiet ikkonċernati jqisu li l-effettività tal-governanza tista’ tibbenefika minn tnaqqis fil-kumplessità tagħha, li spiss twassal għal duplikazzjoni tal-isforzi u għal dewmien. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati jqisu li jenħtieġ li l-governanza tiġi adattata fil-ġejjieni hekk kif Galileo jidħol fil-fażi ta’ esplojtazzjoni tiegħu.

Għal Copernicus, il-politika dwar id-data miftuħa titqies bħala karatteristika pożittiva. Is-servizzi ta’ Copernicus huma apprezzati mill-utenti fir-rigward tar-rilevanza, il-puntwalità tat-twassil u d-disponibbiltà tal-prodotti. Il-koordinazzjoni tal-komponent fil-post wasslet għal riżultati tajbin b’żieda ta’ utenti u l-produzzjoni ta’ katalogu usa’ ta’ settijiet tad-data. Madankollu, jeħtieġ li jkun hemm iktar enfasi fuq l-iżvilupp tal-komponent fil-post ta’ Copernicus u fuq l-użu tas-settijiet tad-data rilevanti, sabiex jinkiseb valur miżjud permezz tal-integrazzjoni ta’ sorsi differenti ta’ data tal-osservazzjoni tad-dinja. Il-ġestjoni ta’ Copernicus titqies li qed taħdem b’mod effiċjenti. Madankollu, jeħtieġ li jittejjeb l-aċċess għad-data fil-post. Il-lakuni fid-disponibbiltà tad-data fil-post ixekklu lis-servizzi ta’ Copernicus milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

L-għanijiet ta’ Copernicus għadhom xierqa iżda l-partijiet ikkonċernati semmew li jenħtieġ li jiġu indirizzati oħrajn addizzjonali (eż. l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ CO2, l-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali u klimatika 8 , iż-żoni polari, il-konservazzjoni tal-wirt kulturali, eċċ.). Semmew ukoll li l-aċċess għad-data tas-satelliti Sentinel u l-integrazzjoni ta’ diversi sorsi ta’ data jistgħu jittejbu.

Fir-rigward tad-dimensjoni tal-UE tal-programm, kien hemm qbil qawwi fost il-partijiet ikkonċernati dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tal-azzjoni tal-UE, filwaqt li kien hemm qbil fost il-partijiet ikkonċernati li kieku l-intervent eżistenti tal-UE jitwaqqaf jew jiġi rtirat, dan ikollu konsegwenzi gravi għal Galileo, għal EGNOS u għal Copernicus li jistgħu jipperikolaw il-programm kollu.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Twettqu rapporti speċifiċi:

·Kif imsemmi hawn fuq, fit-23 ta’ Ġunju 2017 twettaq studju ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li twassal minn kuntratturi esterni. Dan serva bħala bażi għar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatus ta’ Galileo u ta’ EGNOS u dwar it-twaqqif tal-GSA, sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit bl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 dwar il-GNSS u bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 912/2010 dwar l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea.

·Fl-ewwel kwart tal-2018 twettaq studju dwar l-impatti tal-finanzjament għal Galileo u għal EGNOS.

·Kif imsemmi hawn fuq ukoll, fit-23 ta’ Ġunju 2017 twettaq studju ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar Copernicus li twassal minn kuntratturi esterni. Dan serva bħala bażi għar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatus ta’ Copernicus, sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 377/2014 dwar Copernicus.

·F’Jannar 2018 twettaq studju dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi ta’ Copernicus li ġie ffinalizzat minn kuntratturi esterni.

·F’Mejju 2018 twettaq studju dwar l-impatti, il-kostijiet u l-benefiċċji tal-evoluzzjoni tal-SST li twassal minn kuntratturi esterni 9 .

·Fir-rigward ta’ GOVSATCOM, il-Kummissjoni ddependiet fuq Grupp ta’ Esperti mill-Istati Membri, mill-Aġenzija Spazjali Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża. Il-Grupp fassal id-Dokument dwar il-Ħtiġijiet tal-Utenti Ċivili-Militari ta’ Livell Għoli ta’ GOVSATCOM, akkumpanja l-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt inkluż l-istudju tal-valutazzjoni tal-impatt ta’ GOVSATCOM tal-PwC, ippubblikat fi Frar 2018, u pprovda l-għarfien espert lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ komunikazzjoni bis-satellita. Għarfien espert ulterjuri ġie pprovdut mill-amministrazzjonijiet nazzjonali u mill-industrija matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

·Twettqu wkoll studji addizzjonali dwar kwistjonijiet speċifiċi (eż. l-aċċess għall-ispazju).

L-istudji kollha huma disponibbli pubblikament fil-Ħanut tal-kotba tal-UE.

Valutazzjoni tal-impatt

B’konformità mal-politika tagħha ta’ “Regolamentazzjoni Aħjar”, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt fid-dawl tal-istabbiliment ta’ Programm Spazjali tal-Unjoni.

Il-valutazzjoni tal-impatt kienet imsejsa fuq tliet għanijiet speċifiċi:

·L-iżgurar tal-kontinwità tal-infrastrutturi u tas-servizzi spazjali eżistenti, u l-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda jew imtejba;

·It-trawwim ta’ settur spazjali Ewropew innovattiv; u

·Iż-żamma tal-kapaċità tal-UE li jkollha aċċess spazjali awtonomu, filwaqt li tiddependi fuq industrija indipendenti tal-UE, aċċess garantit għad-data u għas-servizzi spazjali tal-UE u tużahom b’mod sikur u sigur.

Fir-rigward tal-finanzjament tal-Programm, ġew ivvalutati żewġ alternattivi.

Ix-“Xenarju bażi” kien jikkonsisti minn tnaqqis (-15 %) tal-baġit attwali, filwaqt li jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Ix-xenarju propost kien jikkonsisti minn livell sostnut ta’ finanzjament, b’żieda ta’ 50 %, meta mqabbel mal-baġit attwali.

Ix-xenarju bażi ġie kkunsidrat li mhux suffiċjenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-politika spazjali tal-Unjoni kif enfasizzat fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa. Għal Galileo, tnaqqis fil-baġit attwali jwassal għal degradazzjoni gradwali tal-infrastrutturi u tas-servizzi tiegħu u għall-għeluq definittiv tal-attivitajiet tiegħu fid-deċennji li ġejjin. Fir-rigward ta’ EGNOS, dan il-programm jibqa’ operazzjonali iżda ma jkunx jista’ jawmenta l-programm Galileo kif previst fir-Regolament dwar il-GNSS. Konsegwenzi simili jistgħu jkunu mistennija għal Copernicus peress li l-arkitettura kollha ta’ Copernicus bilkemm tkun tista’ tissokta, aħseb u ara kemm tkun tista’ twettaq xi titjib, billi ma tkunx tista’ ssir is-sostituzzjoni sħiħa tas-satelliti eżistenti meta jilħqu tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom fl-orbita.

Ix-xenarju propost jiżgura l-kontinwità fl-operazzjonijiet u fil-forniment tas-servizz, il-kostellazzjoni ta’ 30 satellita ta’ Galileo, u l-evoluzzjoni teknoloġika, li jagħtu kontribut għall-varar tat-tieni ġenerazzjoni, kif ukoll jagħtu sostenn għat-tkattir tas-swieq tal-applikazzjonijiet. Livell sostnut ta’ finanzjament għal Copernicus jippermetti lill-Unjoni żżomm l-awtonomija u r-rwol mexxej tagħha fil-monitoraġġ ambjentali, fil-ġestjoni tal-emerġenzi u fis-sostenn għas-sigurtà marittima u tal-fruntieri, kif ukoll jippermettilha tistabbilixxi livell ta’ fiduċja sabiex is-settur downstream juża u jintegra d-data u l-informazzjoni ta’ Copernicus abbażi tal-infrastruttura u tas-servizzi eżistenti ta’ Copernicus.

Huwa mistenni li l-kontinwità ta’ Galileo, ta’ EGNOS, ta’ Copernicus u tal-SST, permezz tal-forniment ta’ riżorsi baġitarji adegwati, twassal benefiċċji soċjoekonomiċi u ambjentali sinifikanti, inkluż il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. L-utenti finali jibbenefikaw direttament minn varjetà ta’ applikazzjonijiet ġodda, li jtejbu l-mod kif in-nies jivvjaġġaw, jaħdmu u jikkomunikaw. Huwa mistenni li ċ-ċittadini jibbenefikaw minn servizzi tat-trasport favur l-ambjent u modernizzati, li jwasslu għal ġestjoni tat-traffiku iktar effiċjenti u b’inqas tniġġis. Servizzi ta’ emerġenza iktar effiċjenti jiżguraw reazzjoni aħjar u iktar rapida fl-emerġenzi, filwaqt li l-użu ta’ applikazzjonijiet avvanzati tal-GNSS fl-agrikoltura flimkien mad-data dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja se jiżgura iktar disponibbiltà ta’ ikel sostenibbli.

Fir-rigward ta’ GOVSATCOM, twettqet valutazzjoni tal-impatt sħiħa u awtonoma. Fid-29 ta’ Settembru 2017, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva. Din il-valutazzjoni analizzat ix-xenarju bażi u erba’ alternattivi ta’ politika li jikkondividu sett komuni ta’ elementi ewlenin sottostanti, inklużi r-rekwiżiti komuni tas-sigurtà, is-sinerġiji bl-aggregazzjoni tad-domanda nazzjonali u tal-UE, il-koordinazzjoni tal-forniment, il-koerenza ċivili-militari, l-ekonomiji ta’ skala u t-titjib fl-effiċjenza, li jsaħħu l-awtonomija u l-kompetittività industrijali tal-Unjoni. L-erba’ alternattivi jvarjaw mil-lat tal-forniment peress li jużaw kapaċitajiet u servizzi nazzjonali jew inkella kummerċjali, jew taħlita tat-tnejn li huma. Ivarjaw ukoll fir-rigward tal-akkwiżizzjoni possibbli ta’ infrastruttura spazjali fil-ġejjieni, permezz ta’ sħubija pubblika-privata jew inkella permezz ta’ assi b’sjieda totalment tal-UE.

L-alternattiva li nżammet tottimizza l-vantaġġi tal-alternattivi differenti, tirrispetta s-sussidjarjetà, u tirrifletti r-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. L-aggregazzjoni tal-utenti ċivili u militari fil-livelli nazzjonali u tal-UE, il-finanzjament tas-servizzi permezz tal-baġit tal-Programm, u l-użu kemm ta’ assi nazzjonali kif ukoll ta’ assi kummerċjali b’akkreditazzjoni tas-sigurtà se jagħtu lok għal bidu rapidu tal-operazzjonijiet u se jtejbu l-flessibbiltà u l-ambitu ta’ GOVSATCOM. Is-sħubijiet pubbliċi-privati kosteffettivi jitqiesu bħala l-aqwa għall-iżvilupp tal-infrastruttura spazjali fil-ġejjieni, jekk dan ikun meħtieġ. Ċentru b’sjieda tal-UE u rekwiżiti koerenti tas-sigurtà huma indispensabbli.

Fir-rigward tal-Programm, fil-11 ta’ April 2018 ġie ppreżentat abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt (li jeskludi GOVSATCOM li kienet koperta b’valutazzjoni tal-impatt oħra) lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. Fit-13 ta’ April 2018, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni negattiva. Sussegwentement, l-abbozz tar-rapport ġie emendat konsiderevolment sabiex iqis ir-rakkomandazzjonijiet għal titjib, b’mod partikolari:

·Deskrizzjoni iktar ċara tal-isfidi li qed jiffaċċja l-Programm, inkluża deskrizzjoni aħjar tal-oriġini tal-isfidi (sfidi politiċi, sfidi globali, sfidi bbażati fuq it-tagħlimiet meħuda minn programmi eżistenti)

·Rabtiet iktar ċari bejn dawn l-isfidi u l-għanijiet speċifiċi tal-Programm

·Deskrizzjoni iktar ċara tal-prijoritajiet tal-Programm u ta’ kif huma marbuta mal-isfidi u mal-għanijiet

·Kjarifiki fir-rigward tat-tibdil dwar il-governanza tal-Programm

·Informazzjoni addizzjonali dwar l-allokazzjoni baġitarja għall-attivitajiet prinċipali

It-tieni abbozz intbagħat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fil-25 ta’ April 2018. Fit-3 ta’ Mejju 2018, il-Bord ta opinjoni pożittiva b’rakkomandazzjoni għal titjib ulterjuri fir-rapport b’żewġ aspetti ewlenin. Sussegwentement u skont l-istruzzjoni biex dawk il-kummenti jitqiesu qabel it-tnedija tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi, l-abbozz tar-rapport ġie emendat, b’mod partikolari fir-rigward tal-punti li ġejjin:

·Deskrizzjoni mtejba tad-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u l-Kummissjoni

·Spjegazzjoni addizzjonali dwar il-baġit allokat għall-kontinwità u għal attivitajiet ġodda

·Distinzjoni aħjar bejn l-għanijiet ġenerali u l-għanijiet speċifiċi

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt fit-3 ta’ Mejju 2018.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Kif spjegat hawn fuq, ir-Regolament propost għandu l-għan li jissimplifika b’mod konsiderevoli l-leġiżlazzjoni fis-seħħ peress li jikkonsolida l-komponenti ewlenin tal-Programm Spazjali tal-Unjoni f’test wieħed u jissostitwixxi tliet Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li attwalment jirregolaw dawk il-komponenti.

Drittijiet fundamentali

Ir-Regolament propost fih l-istipulazzjonijiet tas-soltu dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza. B’mod partikolari, jistipula li d-data personali kollha li tintuża fil-kuntest tal-kompiti u tal-attivitajiet previsti f’dan ir-Regolament, inkluż mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, trid tiġi pproċessata skont il-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Programm mill-2021 hija ta’ EUR 16-il biljun bil-prezzijiet attwali.

Il-biċċa l-kbira tal-baġit jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta bis-saħħa ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni mal-entitajiet inkarigati.

Il-kostijiet stmati tal-Programm huma r-riżultat ta’ għadd ta’ analiżi estensivi, bis-sostenn tal-għarfien espert miksub mill-Kummissjoni fil-ġestjoni ta’ azzjonijiet eżistenti (Galileo, EGNOS, Copernicus u l-SST) u permezz ta’ studji ta’ tħejjija u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati għal GOVSATCOM. Dan l-għarfien espert miksub mill-Kummissjoni huwa fattur essenzjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-azzjonijiet. Ir-rekwiżiti stmati fir-Riżorsi Umani kif indikati fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja li takkumpanja dan ir-Regolament jirriflettu din il-ħtieġa ta’ kontinwità fl-għarfien espert.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Ir-Regolament propost jistipula li l-Programm irid jiġi implimentat mill-Kummissjoni permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-[Artikolu 108] tar-Regolament Finanzjarju, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti u l-iżviluppi teknoloġiċi.

L-implimentazzjoni tar-Regolament propost trid tiġi mmonitorjata b’għadd ta’ modi.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni trid tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Ir-rapport irid jinkludi l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji, il-kostijiet ġenerali, il-kost annwali tat-tħaddim, ir-riżultati tas-sejħiet għall-offerti, id-dħul, l-iskeda u l-prestazzjoni.

It-tieni nett, l-indikaturi tal-prestazzjoni jridu jiġu definiti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm u sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament, filwaqt li l-benefiċjarji tal-fondi mill-Unjoni jkunu obbligati jipprovdu l-informazzjoni rilevanti. Trid tinġabar ukoll id-data dwar l-esplojtazzjoni u l-varar tar-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni, inkluż permezz tal-monitoraġġ tal-finanzjament allokat għall-użu tar-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni, b’mod partikolari minn Horizon Europe.

It-tielet nett, il-Programm irid jiġi evalwat minn tal-inqas darba kull erba’ snin. Dawn l-evalwazzjonijiet iridu jitwettqu fiż-żmien propizju sabiex ikunu jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu b’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 10 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li jenħtieġ li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politika eżistenti jipprovdu l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ alternattivi għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-Programm fil-post abbażi tal-indikaturi/miri tal-Programm u abbażi ta’ analiżi dettaljata tal-livell li fih il-Programm jista’ jitqies li jkun rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud għall-UE u jkun koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda sabiex jiġu identifikati xi nuqqasijiet/problemi jew kwalunkwe potenzjal biex l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom jittejbu b’mod ulterjuri, u sabiex tiġi megħjuna l-massimizzazzjoni tal-esplojtazzjoni/tal-impatt tagħhom.

Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, iridu jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-Regolament propost fih 12-il titolu.

It-Titolu I fih id-dispożizzjonijiet ġenerali li jistabbilixxu, fost affarijiet oħra, is-suġġett tar-Regolament, il-komponenti tal-Programm, l-għanijiet ta’ dak il-Programm u l-prinċipju tas-sjieda tal-Unjoni tal-assi li jinħolqu jew li jiġu żviluppati fil-qafas tal-Programm.

It-Titolu II jistipula l-kontribuzzjonijiet u l-mekkaniżmi baġitarji tal-Programm.

It-Titolu III jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għall-Programm. Fir-rigward tal-akkwist pubbliku, minħabba l-kumplessità u l-ispeċifiċitajiet tal-kuntratti li jridu jiġu konklużi fis-settur spazjali, jeħtieġ li jiġu previsti miżuri relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji jridu jippermettu wkoll li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet differenti tad-diversi komponenti tal-programm u li tintuża firxa ta’ forom ta’ kooperazzjoni u ta’ sħubija bejn il-partijiet ikkonċernati.

It-Titolu IV jirrigwarda l-governanza tal-Programm. Dan jiddeskrivi r-rwol li jridu jaqdu dawn l-erba’ atturi ewlenin tal-programm, jiġifieri l-Kummissjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Istati Membri, u r-relazzjonijiet bejn dawn id-diversi atturi.

It-Titolu V jirrigwarda s-sigurtà, li hija partikolarment importanti fid-dawl tan-natura strateġika ta’ diversi komponenti tal-Programm u r-rabtiet bejn l-ispazju u s-sigurtà. Livell għoli ta’ sigurtà għandu jintlaħaq u jinżamm billi jiġu imposti arranġamenti effettivi ta’ governanza, li fil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu bbażati fuq l-esperjenza tal-Istati Membri u fuq l-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin. Barra minn hekk, bħal kwalunkwe programm b’dimensjoni strateġika, il-Programm għandu jkun soġġett għal akkreditazzjoni indipendenti tas-sigurtà skont l-istandards xierqa f’dan ir-rigward.

It-Titolu VI jirrigwarda Galileo u EGNOS. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn id-dispożizzjonijiet huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 dwar il-GNSS, iżda ġew aġġornati u aġġustati fejn meħtieġ, filwaqt li tqies fost affarijiet oħra li issa dawn iż-żewġ sistemi huma operazzjonali u saru komponenti tal-programm spazjali ġenerali tal-Unjoni.

It-Titolu VII jirrigwarda Copernicus. Dan it-titolu fih xi dispożizzjonijiet li huma simili ħafna għal dawk fir-Regolament attwali (UE) Nru 377/2014 dwar Copernicus, iżda minkejja dan jirrifletti ċertu żviluppi maġġuri tas-sistema ffokati fuq l-ipproċessar u l-ġestjoni tad-data u l-istabbiliment ta’ qafas ġuridiku ġenerali.

It-Titolu VIII jistabbilixxi d-dettalji tal-komponenti l-oħra tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, b’mod prinċipali l-SST u GOVSATCOM. Billi d-dispożizzjonijiet dwar l-SST jissejsu fuq dawk li diġà kienu ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE dwar l-SST, it-taqsima dwar GOVSATCOM hija kompletament ġdida.

It-Titolu IX jibdel l-isem tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea f’Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u jemenda wħud mir-regoli operazzjonali tal-Aġenzija li attwalment huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 912/2010. Dan it-tibdil jirrifletti b’mod partikolari r-rwol il-ġdid assenjat lill-Aġenzija, li l-kompiti tagħha ġew estiżi sabiex potenzjalment jinkludu l-komponenti kollha tal-Programm Spazjali tal-Unjoni.

It-Titoli X, XI u XII jistabbilixxu rispettivament id-dispożizzjonijiet mixxellanji, id-dispożizzjonijiet dwar id-delega kif ukoll miżuri ta’ implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali.

Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 stabbiliet għan iktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-programmi kollha tal-UE, b’mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE bħala kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Il-kontribuzzjoni ta’ dan il-programm biex tinkiseb din il-mira ġenerali se tiġi segwita permezz ta’ sistema ta’ markaturi klimatiċi tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, li tinkludi l-użu ta’ metodoloġiji iktar preċiżi fejn dawn ikun disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali.

Sabiex tagħti sostenn għall-użu sħiħ tal-potenzjal tal-programm sabiex tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi, il-Kummissjoni se tfittex li tidentifika azzjonijiet rilevanti matul il-proċessi tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni, tar-rieżami u tal-evalwazzjoni tal-programm.

2018/0236 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)It-teknoloġija, id-data u s-servizzi spazjali saru indispensabbli fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej u jaqdu rwol essenzjali biex jiġu mħarsa ħafna interessi strateġiċi. L-industrija spazjali tal-Unjoni diġà hija waħda mill-iktar kompetittivi fid-dinja. Madankollu, il-fatt li qegħdin jitfaċċaw atturi ġodda u l-fatt li qegħdin jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda qegħdin jirrivoluzzjonaw il-mudelli industrijali tradizzjonali. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Unjoni tibqa’ attur internazzjonali ewlieni b’libertà estensiva ta’ azzjoni fil-qasam tal-ispazju, tħeġġeġ il-progress xjentifiku u tekniku, u toffri sostenn għall-kompetittività u għall-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industriji tas-settur spazjali fl-Unjoni, b’mod partikolari l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, in-negozji ġodda u n-negozji innovattivi.

(2)L-iżvilupp tas-settur spazjali storikament dejjem kien marbut mas-sigurtà. F’ħafna każijiet, it-tagħmir, il-komponenti u l-istrumenti li jintużaw fis-settur spazjali huma oġġetti b’użu doppju. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu sfruttati l-possibbiltajiet li joffri l-ispazju għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(3)L-Unjoni ilha tiżviluppa l-inizjattivi u l-programmi spazjali tagħha stess sa minn tmiem id-Disgħinijiet, b’mod partikolari s-Servizz Ewropew ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u mbagħad Galileo u Copernicus, li jirrispondu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u għar-rekwiżiti tal-politiki pubbliċi. Mhux biss jenħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ dawk l-inizjattivi, iżda dawn iridu jiġu mtejba, sabiex jibqgħu minn ta’ quddiem fid-dawl tal-iżvilupp fit-teknoloġija u tat-trasformazzjonijiet fl-oqsma diġitali u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet il-ġodda tal-utenti u sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-prijoritajiet politiċi bħat-tibdil fil-klima, inkluż il-monitoraġġ tat-tibdil fl-Artiku, is-sigurtà u d-difiża.

(4)Jeħtieġ li l-Unjoni tiżgura l-libertà ta’ azzjoni u l-awtonomija tagħha sabiex ikollha aċċess għall-ispazju u tkun tista’ tużah b’mod sikur. Għalhekk, huwa essenzjali li jibqa’ jkollha aċċess spazjali awtonomu, affidabbli u kosteffettiv, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura u t-teknoloġija kritiċi, is-sigurtà pubblika u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li taggrega s-servizzi tal-illanċjar fil-livell Ewropew, kemm għall-ħtiġijiet tagħha stess u kemm għal dawk ta’ entitajiet oħra, fuq talba tagħhom, inklużi l-Istati Membri, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 189(2) tat-Trattat. Huwa kruċjali wkoll li l-Unjoni jibqa’ jkollha faċilitajiet infrastrutturali ta’ llanċjar li jkunu moderni, effiċjenti u flessibbli. Minbarra l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra modi kif tagħti sostenn lil dawn il-faċilitajiet. B’mod partikolari, fejn l-infrastruttura spazjali tal-art meħtieġa biex jitwettaq l-illanċjar b’konformità mal-ħtiġijiet tal-Programm trid tinżamm jew tiġi aġġornata, jenħtieġ li jkun possibbli li tali adattamenti jiġu ffinanzjati parzjalment fil-qafas tal-Programm, b’konformità mar-Regolament Finanzjarju u fejn ikun jista’ jiġi stabbilit valur miżjud ċar għall-UE, bil-ħsieb li tinkiseb kosteffiċjenza aħjar għall-Programm.

(5)Sabiex issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija spazjali tal-Unjoni u tikseb kapaċitajiet fid-disinn, fil-bini u fit-tħaddim tas-sistemi tagħha stess, jenħtieġ li l-Unjoni tagħti sostenn għall-ħolqien, għat-tkabbir u għall-iżvilupp tal-industrija spazjali kollha. Jenħtieġ li l-ħolqien ta’ mudell li jiffavorixxi n-negozju u l-innovazzjoni jingħata sostenn anke fil-livelli Ewropej, reġjonali u nazzjonali billi jiġu stabbiliti ċentri spazjali li jġibu flimkien is-setturi spazjali, diġitali u tal-utenti. Jenħtieġ li l-Unjoni trawwem l-espansjoni ta’ kumpaniji spazjali bbażati fl-Unjoni biex tgħinhom jirnexxu, inkluż billi tagħtihom sostenn fl-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju fid-dawl tan-nuqqas ta’ aċċess xieraq fl-Unjoni għall-ekwità privata għan-negozji ġodda tal-qasam spazjali u billi toħloq sħubijiet għall-innovazzjoni (l-approċċ tal-ewwel kuntratt).

(6)Minħabba l-kopertura u l-potenzjal tiegħu li jgħin biex jissolvew l-isfidi globali, il-programm spazjali tal-Unjoni (“Programm”) għandu dimensjoni internazzjonali qawwija. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tkun tista’ tiġġestixxi u tikkoordina, f’isem l-Unjoni, l-attivitajiet fix-xena internazzjonali, b’mod partikolari biex tiddefendi l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-fora internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-frekwenzi, tippromwovi t-teknoloġija u l-industrija tal-Unjoni, u tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tiżgura r-reċiproċità tad-drittijiet u tal-obbligi tal-partijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni fil-korpi tal-Programm Internazzjonali Cospas-Sarsat jew fil-korpi settorjali rilevanti tan-NU inkluża l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, kif ukoll l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija.

(7)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi, flimkien mal-Istati Membri u r-Rappreżentant Għoli, imġiba responsabbli fl-ispazju u fl-ispazju lil hinn mill-atmosfera, u li tesplora l-possibbiltà għal adeżjoni mal-Konvenzjonijiet rilevanti tan-NU.

(8)Il-Programm għandu għanijiet simili bħal ta’ programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari Horizon Europe, il-Fond InvestEU, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fondi fil-qafas tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni]. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst il-finanzjament kumulattiv minn dawk il-programmi, diment li ma jkoprix l-istess partiti tal-kostijiet, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti għal finanzjament kumplementari mill-programmi tal-Unjoni fejn il-modalitajiet ta’ ġestjoni jippermettu f’sekwenza, b’mod alternanti, jew permezz ta’ kombinazzjoni tal-fondi, inkluż għall-finanzjament konġunt tal-azzjonijiet, li jippermettu, fejn ikun possibbli, li jkun hemm sħubijiet għall-innovazzjoni u operazzjonijiet ta’ taħlit. Għaldaqstant, matul l-implimentazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji ma’ programmi oħra relatati tal-Unjoni li jippermettu, fejn ikun possibbli, l-użu ta’ aċċess għall-finanzjament ta’ riskju, għas-sħubijiet għall-innovazzjoni, u għall-finanzjament kumulattiv jew imħallat.

(9)L-għanijiet ta’ politika ta’ dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll bħala oqsma eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment permezz tal-istrumenti finanzjarji u l-garanzija baġitarja tal-Fond InvestEU, b’mod partikolari fil-qafas tal-aspetti ta’ politika tiegħu dwar l-infrastruttura sostenibbli u dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u diġitalizzazzjoni. Is-sostenn finanzjarju jenħtieġ li jintuża biex jiġu indirizzati b’mod proporzjonat il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, u jenħtieġ li l-azzjonijiet ma jidduplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat jew joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni tas-suq intern. Jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(10)Il-koerenza u s-sinerġiji bejn Horizon Europe u l-Programm se jrawmu settur spazjali Ewropew kompetittiv u innovattiv; se jsaħħu l-awtonomija tal-Ewropa fl-aċċess u fl-użu tal-ispazju f’ambjent sigur u sikur; u se jsaħħu r-rwol tal-Ewropa bħala attur globali. Soluzzjonijiet rivoluzzjonarji f’Horizon Europe se jingħataw sostenn permezz tad-data u tas-servizzi disponibbli bis-saħħa tal-Programm għall-komunità tar-riċerka u tal-innovazzjoni.

(11)Huwa importanti li l-Unjoni jkollha s-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jinħolqu jew li jiġu żviluppati permezz tal-akkwist pubbliku li tiffinanzja bħala parti mill-programm spazjali tagħha. Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa ma’ kwalunkwe dritt fundamentali marbut mas-sjieda, jenħtieġ li jsiru l-arranġamenti meħtieġa mas-sidien eżistenti. Jenħtieġ li tali sjieda tal-Unjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Unjoni, skont dan ir-Regolament u fejn jitqies li jkun xieraq abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ, dawk l-assi tagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi jew tiddisponi minnhom.

(12)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(13)Dan il-Programm se jagħti kontribut għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u għall-ksib ta’ mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi, filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, li se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta’ evalwazzjoni u ta’ rieżami.

(14)Jenħtieġ li kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Programm imur għall-Unjoni sabiex jikkumpensa parzjalment l-investimenti li diġà tkun għamlet, u jenħtieġ li dak id-dħul jintuża biex jingħata sostenn għall-għanijiet tal-Programm. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun previst mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tad-dħul fil-kuntratti konklużi ma’ entitajiet tas-settur privat.

(15)Peress li l-Programm huwa, fil-prinċipju, iffinanzjat mill-Unjoni, jenħtieġ li l-kuntratti tal-akkwist konklużi fil-qafas ta’ dan il-programm jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni tkun responsabbli wkoll għad-definizzjoni tal-għanijiet li jridu jintlaħqu fir-rigward tal-akkwist pubbliku.

(16)Il-Programm jiddependi fuq teknoloġiji kumplessi u li jinbidlu b’mod kostanti. Id-dipendenza fuq tali teknoloġiji tirriżulta f’inċertezza u f’riskji għall-kuntratti pubbliċi konklużi fil-qafas ta’ dan il-programm, peress li dawk il-kuntratti jinvolvu impenji fit-tul għat-tagħmir jew għas-servizzi. Għalhekk, minbarra r-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, huma meħtieġa miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata kuntratt fil-forma ta’ kuntratt kundizzjonali b’pagamenti fi stadji, tiddaħħal emenda, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-kuntest tal-prestazzjoni tiegħu, jew jiġi impost livell minimu ta’ sottokuntrattar. Fl-aħħar nett, minħabba l-inċertezzi teknoloġiċi li jikkaratterizzaw il-komponenti tal-Programm, il-prezzijiet tal-kuntratti mhux dejjem jistgħu jitbassru b’mod akkurat u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu konklużi kuntratti mingħajr ma jiġi stipulat prezz fiss riġidu u li jiġu inklużi klawżoli li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(17)Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm, huwa importanti li, fejn ikun xieraq, wieħed ikun jista’ jserraħ fuq il-kapaċitajiet offruti mill-entitajiet pubbliċi u privati tal-Unjoni li huma attivi fil-qasam spazjali u li jkun jista’ jaħdem ukoll fil-livell internazzjonali ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dik ir-raġuni, irid ikun hemm lok għall-possibbiltà li jintużaw l-għodod rilevanti kollha li huma previsti bir-Regolament Finanzjarju (b’mod partikolari l-għotjiet, il-premjijiet u l-istrumenti finanzjarji), diversi metodi ta’ ġestjoni (bħall-ġestjoni diretta u indiretta, is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-impriżi konġunti) u proċeduri konġunti tal-akkwist.

(18)Fir-rigward tal-għotjiet b’mod iktar speċifiku, l-esperjenza wriet li l-użu mill-utenti u mis-suq u s-sensibilizzazzjoni ġenerali jaħdmu aħjar b’mod deċentralizzat milli b’approċċ minn fuq għal isfel mill-Kummissjoni. Il-vawċers, li huma forma ta’ sostenn finanzjarju minn benefiċjarju ta’ għotja lil partijiet terzi, kienu fost l-azzjonijiet bl-ogħla rata ta’ suċċess għall-entranti ġodda u għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Madankollu, dawn ġew imxekkla mil-limitu massimu fuq is-sostenn finanzjarju impost bir-Regolament Finanzjarju. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-limitu massimu jogħla għall-Programm Spazjali tal-UE sabiex iżomm mal-andament tal-potenzjal dejjem jikber tal-applikazzjonijiet tas-suq fis-settur spazjali.

(19)Jenħtieġ li t-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi ta’ kemm ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jwasslu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li dan jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somma f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmija fl-[Artikolu 125(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

(20)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(21)Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif jixraq skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill …/…/UE], jenħtieġ li l-persuni u l-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u f’territorji extra-Ewropej (OCTs) ikunu eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju extra-Ewropew rilevanti jkun marbut.

(22)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jistabbilixxu b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, ta’ akkwist, ta’ premjijiet u ta’ implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat ta’ dritt fl-Istati Membri, peress li l-istat ta’ dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv mill-UE.

(23)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 11 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 12 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 13 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew li ntużaw b’mod mhux korrett u, fejn ikun xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera għalkollox fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li trid tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi mill-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(24)Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim ŻEE li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta’ strumenti ġuridiċi oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika fir-Regolament sabiex jingħataw id-drittijiet meħtieġa u l-aċċess għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(25)Governanza pubblika tajba tal-Programm tirrikjedi d-distribuzzjoni rigoruża tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti fost id-diversi entitajiet involuti sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u sabiex jitnaqqsu l-kostijiet li jaqbżu l-baġit u d-dewmien.

(26)L-Istati Membri ilhom attivi fil-qasam tal-ispazju. Għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm, speċjalment għall-implimentazzjoni tiegħu, u jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkooperaw għalkollox mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, u jaf tinkarigalhom kompiti mhux regolatorji fl-eżekuzzjoni tal-Programm u tibbenefika mill-assistenza tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-istazzjonijiet tal-art stabbiliti fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma’ korpi internazzjonali u ma’ awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u protetti sabiex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, b’konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju 15 .

(27)Bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li timplimenta l-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddelega ċerti kompiti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinsab fl-aqwa pożizzjoni biex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi.

(28)Il-missjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (“l-Aġenzija”), li tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010, hija li tagħti kontribut għall-Programm, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà. Għalhekk, jenħtieġ li ċerti kompiti marbuta mas-sigurtà u mal-promozzjoni tal-Programm jiġu assenjati lill-Aġenzija. Fir-rigward tas-sigurtà b’mod partikolari, u minħabba l-esperjenza tagħha f’dan il-qasam, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-kompiti ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni fis-settur spazjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li twettaq il-kompiti li l-Kummissjoni tikkonferilha permezz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni wieħed jew iktar li jkopri/u diversi kompiti speċifiċi oħra assoċjati mal-programm.

(29)L-Aġenzija Spazjali Ewropea hija organizzazzjoni internazzjonali b’għarfien espert estensiv fil-qasam spazjali u li ntrabtet bi Ftehim Qafas mal-Komunità Ewropea fl-2004. Għalhekk, hija sħab importanti fl-implimentazzjoni tal-Programm, li magħha jenħtieġ li tiġi stabbilita kwalunkwe relazzjoni xierqa. F’dan ir-rigward, u b’konformità mar-Regolament Finanzjarju, huwa importanti li jiġi konkluż ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja mal-Aġenzija Spazjali Ewropea li jirregola r-relazzjonijiet finanzjarji kollha bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea u li jiżgura l-konsistenza u l-konformità tagħhom mal-Ftehim Qafas mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, b’mod partikolari mal-Artikolu 5 tiegħu. Madankollu, peress li l-Aġenzija Spazjali Ewropea mhijiex korp tal-Unjoni u mhijiex soġġetta għad-dritt tal-Unjoni, huwa essenzjali, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li tali ftehim isir bil-kundizzjoni li jiġu introdotti regoli operazzjonali xierqa fl-Aġenzija Spazjali Ewropea. Jenħtieġ li l-ftehim ikun fih ukoll il-klawżoli kollha meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(30)Il-funzjonament ta’ SATCEN bħala kapaċità awtonoma Ewropea li tipprovdi prodotti u servizzi li jirriżultaw mill-esplojtazzjoni ta’ assi spazjali rilevanti u ta’ data kollaterali, inklużi l-immaġnijiet satellitari u mill-ajru, huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni. F’dak is-sens, SATCEN se jimmassimizza s-sinerġiji u l-kumplementarjetajiet ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni, speċjalment il-Programm u l-komponenti tiegħu.

(31)Sabiex ir-rappreżentazzjoni tal-utenti tiġi inkorporata b’mod strutturali fil-governanza ta’ GOVSATCOM u sabiex il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-utenti jiġu aggregati tul il-konfini nazzjonali u ċivili-militari, jenħtieġ li l-entitajiet rilevanti tal-Unjoni b’rabtiet iktar mill-qrib mal-utenti, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, il-Kapaċità Militari ta’ Ppjanar u ta’ Kondotta/il-Kapaċità Ċivili ta’ Ppjanar u ta’ Kondotta u ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza ikollhom rwoli ta’ koordinazzjoni għal gruppi speċifiċi ta’ utenti. F’livell aggregat, jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża rispettivament jirrappreżentaw il-komunitajiet tal-utenti ċivili u militari u jistgħu jimmonitorjaw l-użu operazzjonali, id-domanda, il-konformità mar-rekwiżiti u l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qed jevolvu.

(32)Minħabba l-importanza tal-attivitajiet marbuta mal-ispazju għall-ekonomija tal-Unjoni u għall-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-użu doppju tas-sistemi u tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq dawk is-sistemi, jenħtieġ li l-ksib u ż-żamma ta’ livell għoli ta’ sigurtà jkunu prijorità ewlenija għall-Programm, b’mod partikolari sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż fir-rigward ta’ informazzjoni klassifikata u fir-rigward ta’ informazzjoni sensittiva oħra mhux klassifikata.

(33)Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, it-tnejn li huma fil-qasam rispettiv ta’ kompetenza tagħhom, jenħtieġ li jiżguraw is-sigurtà tal-Programm, b’konformità ma’ dan ir-Regolament u, fejn ikun rilevanti, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK.

(34)Jenħtieġ li l-governanza tas-sigurtà tal-Programm tkun ibbażata fuq tliet prinċipji ewlenin. L-ewwel nett, huwa importanti li l-esperjenza unika u estensiva tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà titqies kemm jista’ jkun. It-tieni nett, sabiex ikun hemm prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess u ta’ kwalunkwe nuqqas fl-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà, il-funzjonijiet operazzjonali jridu jkunu segregati mill-funzjonijiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà. It-tielet nett, l-entità responsabbli għall-ġestjoni tal-komponenti kollha tal-Programm jew ta’ parti minnhom hija wkoll dik li tinsab fl-aqwa pożizzjoni li tiġġestixxi s-sigurtà tal-kompiti inkarigati lilha. Governanza tajba tas-sigurtà tirrikjedi wkoll li r-rwoli jiġu distribwiti b’mod xieraq fost id-diversi atturi. Peress li hija responsabbli għall-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà applikabbli għal kull wieħed mill-komponenti tal-programm.

(35)Fid-dawl ta’ kemm huwa uniku u kumpless il-Programm u r-rabta tiegħu mas-sigurtà, jenħtieġ li għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà jiġu segwiti prinċipji rikonoxxuti u stabbiliti ferm. Għalhekk, huwa indispensabbli li jkun hemm proċedura fis-seħħ għall-monitoraġġ tar-riskji permanenti u li l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà jitwettqu abbażi ta’ responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, billi kull attur jagħmel l-almu tiegħu biex jibni kunsens u billi jiġu involuti dawk kollha kkonċernati bil-kwistjoni tas-sigurtà. Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet tekniċi ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà jiġu inkarigati lil professjonisti li jkunu kkwalifikati kif suppost fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta’ sistemi kumplessi u li jkollhom livell adegwat ta’ approvazzjoni tas-sigurtà.

(36)Sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni sigura tal-informazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa biex ikun hemm l-ekwivalenza tar-regoli dwar is-sigurtà għall-entitajiet pubbliċi u privati differenti, kif ukoll għall-persuni fiżiċi, involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm.

(37)Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Programm jikkonsisti fl-iżgurar tas-sigurtà u tal-awtonomija strateġika tagħha, li jsaħħu l-kapaċità tagħha li taġixxi f’bosta setturi, b’mod partikolari s-sigurtà, u li jippermettilha tieħu vantaġġ mill-possibbiltajiet li joffri l-ispazju għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Dan l-għan jirrikjedi regoli rigorużi dwar l-eliġibbiltà tal-entitajiet li jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet iffinanzjati fil-qafas tal-Programm li jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) jew għal informazzjoni sensittiva mhux klassifikata.

(38)Għadd dejjem jikber ta’ setturi ekonomiċi ewlenin, b’mod partikolari t-trasport, it-telekomunikazzjoni, l-agrikoltura u l-enerġija, kulma jmur qed jużaw is-sistemi tan-navigazzjoni bis-satellita, biex ma nsemmux is-sinerġiji ma’ attivitajiet marbuta mas-sigurtà u mad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontroll sħiħ tan-navigazzjoni bis-satellita jiggarantixxi l-indipendenza teknoloġika tal-Unjoni, inkluż iktar fit-tul għall-komponenti tat-tagħmir infrastrutturali, u jiżgura l-awtonomija strateġika tagħha.

(39)L-għan ta’ Galileo huwa li jistabbilixxi u jħaddem l-ewwel infrastruttura globali ta’ navigazzjoni u ta’ pożizzjonament bis-satellita, maħsuba speċifikament għal skopijiet ċivili, li tista’ tintuża minn sensiela ta’ atturi pubbliċi u privati fl-Ewropa u fid-dinja kollha. Galileo jiffunzjona indipendentement minn sistemi eżistenti jew potenzjali oħra, u għaldaqstant jagħti kontribut fost affarijiet oħra għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tieni ġenerazzjoni tas-sistema tiddaħħal b’mod progressiv qabel l-2030, inizjalment b’kapaċità operazzjonali mnaqqsa.

(40)L-għan ta’ EGNOS huwa li ttejjeb il-kwalità tas-sinjali miftuħa mis-sistemi globali eżistenti tan-navigazzjoni bis-satellita, b’mod partikolari dawk li jiġu emessi mis-sistema Galileo. Jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn EGNOS ikopru, bħala prijorità, it-territorji tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa, inklużi għal dan l-iskop l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u l-Madeira, bl-għan li jkopru dawk it-territorji sal-aħħar tal-2025. Soġġett għall-fattibbiltà teknika u, għas-sikurezza tal-ħajja, abbażi ta’ ftehimiet internazzjonali, il-kopertura ġeografika tas-servizzi pprovduti minn EGNOS tista’ tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament [2018/XXXX] [ir-Regolament dwar l-EASA] u għall-monitoraġġ meħtieġ tal-kwalità tas-servizz ta’ Galileo għal skopijiet tal-avjazzjoni, jenħtieġ li jiġi nnutat li filwaqt li s-sinjali emessi minn Galileo jistgħu jintużaw effettivament biex jiffaċilitaw il-pożizzjonament tal-inġenji tal-ajru, is-sistemi ta’ awmentazzjoni lokali jew reġjonali biss bħall-EGNOS fl-Ewropa jistgħu jikkostitwixxu servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (ANS).

(41)Huwa importanti li jiġu żgurati l-kontinwità, is-sostenibbiltà u d-disponibbiltà fil-ġejjieni tas-servizzi pprovduti bis-sistemi ta’ Galileo u ta’ EGNOS. F’ambjent li qed jinbidel u f’suq li qed jiżviluppa b’mod rapidu, jenħtieġ li l-iżvilupp tagħhom ikompli u jenħtieġ li jitħejjew ġenerazzjonijiet ġodda ta’ dawn is-sistemi.

(42)Sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom, jenħtieġ li s-servizz miftuħ u s-servizz b’akkuratezza għolja ta’ Galileo u s-servizz miftuħ u s-servizz “sikurezza tal-ħajja” ta’ EGNOS jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-utenti.

(43)It-terminu “servizz kummerċjali” li ntuża fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 ma għadux adattat fid-dawl tal-evoluzzjoni ta’ dak is-servizz. Minflok, jenħtieġ li jiġu identifikati żewġ servizzi separati, jiġifieri s-servizz ta’ akkuratezza għolja u s-servizz ta’ awtentikazzjoni.

(44)Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tas-servizzi pprovduti, jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS ikunu kompatibbli u interoperabbli ma’ xulxin u, kemm jista’ jkun, ma’ sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u ma’ mezzi konvenzjonali tar-radjunavigazzjoni fejn tali kompatibbiltà u interoperabbiltà jkunu stipulati fi ftehim internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-għan tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni.

(45)Fid-dawl tal-importanza għal Galileo u għal EGNOS tal-infrastruttura tal-art tagħhom u tal-impatt tagħha fuq is-sigurtà tagħhom, jenħtieġ li tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi l-post fejn tinsab l-infrastruttura. Jenħtieġ li l-varar tal-infrastruttura tal-art tas-sistemi jkompli biex isegwi proċess miftuħ u trasparenti.

(46)Sabiex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi ta’ Galileo u ta’ EGNOS, b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà, jenħtieġ li l-użu tas-servizzi pprovduti minn EGNOS u minn Galileo f’politiki oħra tal-Unjoni jiġi promoss fejn dan ikun iġġustifikat u ta’ benefiċċju.

(47)Jenħtieġ li Copernicus jiżgura aċċess awtonomu għall-għarfien ambjentali u għat-teknoloġiji ewlenin għas-servizzi tal-osservazzjoni tad-dinja u tal-ġeoinformazzjoni, sabiex b’hekk l-Unjoni tkun tista’ tikseb teħid tad-deċiżjonijiet u azzjonijiet indipendenti fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-protezzjoni ċivili, tas-sigurtà, kif ukoll tal-ekonomija diġitali, fost oħrajn.

(48)Jenħtieġ li Copernicus jiżgura u jkompli jibni fuq il-kontinwità mal-attivitajiet u mal-kisbiet fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 li jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni ta’ osservazzjoni u ta’ monitoraġġ tad-dinja (Copernicus) kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu 18 li jistabbilixxi l-programm predeċessur tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (GMES) u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet reċenti fir-riċerka, fl-avvanzi teknoloġiċi u fl-innovazzjonijiet li jkollhom impatt fuq il-qasam tal-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll l-iżviluppi fl-analitika tal-big data u fl-Intelliġenza Artifiċjali, u l-istrateġiji u l-inizjattivi relatati fil-livell tal-Unjoni 19 . Kemm jista’ jkun, jenħtieġ li juża wkoll il-kapaċitajiet għall-osservazzjonijiet spazjali tal-Istati Membri, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u ta’ EUMETSAT 20 , kif ukoll ta’ entitajiet oħra, inklużi l-inizjattivi kummerċjali fl-Ewropa, u b’hekk jagħti kontribut ukoll għall-iżvilupp ta’ settur spazjali kummerċjali vijabbli fl-Ewropa. Fejn ikun fattibbli u xieraq, jenħtieġ li juża wkoll id-data fil-post u anċillari disponibbli pprovduta b’mod prinċipali mill-Istati Membri b’konformità mad-Direttiva 2007/2/KE 21 . Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent biex tiżgura aċċess u użu effiċjenti tas-settijiet tad-data fil-post għal Copernicus.

(49)Jenħtieġ li Copernicus jiġi implimentat ukoll skont l-għanijiet tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku emendata bid-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku 22 , b’mod partikolari t-trasparenza, il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet li jħeġġu l-iżvilupp tas-servizzi u li jagħtu kontribut għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni ta’ Copernicus ikunu disponibbli mingħajr ħlas u b’mod miftuħ.

(50)Copernicus huwa programm iffokat fuq l-utenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-evoluzzjoni tiegħu tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti li qed jevolvu tal-utenti ewlenin ta’ Copernicus, filwaqt li tirrikonoxxi wkoll li qed jitfaċċaw komunitajiet ġodda tal-utenti li jkunu pubbliċi jew privati. Jenħtieġ li Copernicus ikun ibbażat fuq analiżi ta’ alternattivi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu, inklużi dawk marbuta mal-implimentazzjoni u mal-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni, li jirrikjedu l-involviment kontinwu u effettiv tal-utenti, b’mod partikolari rigward id-definizzjoni u l-validazzjoni tar-rekwiżiti.

(51)Copernicus diġà huwa operazzjonali. Għalhekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-kontinwità tal-infrastruttura u tas-servizzi li diġà qegħdin fis-seħħ, filwaqt li jkun hemm adattament għat-tibdil fl-ambjent tas-suq, b’mod partikolari l-atturi privati emerġenti fl-ispazju (“Spazju Ġdid”) u l-iżviluppi soċjopolitiċi li jeħtieġu rispons rapidu. Dan jirrikjedi definizzjoni mill-ġdid tal-istruttura funzjonali ta’ Copernicus biex tiġi riflessa aħjar it-tranżizzjoni mill-ewwel stadju ta’ servizzi operazzjonali għall-forniment ta’ servizzi avvanzati u iktar immirati lil komunitajiet ġodda tal-utenti, u t-trawwim ta’ swieq downstream b’valur miżjud. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ulterjuri tiegħu tadotta approċċ li jsegwi l-katina tal-valur tad-data, jiġifieri l-akkwiżizzjoni tad-data, l-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni, l-attivitajiet tal-użu min-naħa tal-utenti u tas-suq, filwaqt li l-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta’ Horizon Europe jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw is-servizzi ta’ Copernicus.

(52)Fir-rigward tal-akkwiżizzjoni tad-data, jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta’ Copernicus ikollhom l-għan li jlestu u jżommu l-infrastrutturi spazjali eżistenti, iħejju s-sostituzzjoni fit-tul tas-satelliti fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, kif ukoll jagħtu bidu għal missjonijiet ġodda li jindirizzaw sistemi ġodda ta’ osservazzjoni biex jingħata sostenn għall-issodisfar tal-isfida tat-tibdil fil-klima globali (eż. il-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ CO2 u ta’ emissjonijiet oħra tal-gassijiet b’effett ta’ serra). Jenħtieġ li l-attivitajiet fil-qafas ta’ Copernicus jespandu l-kopertura globali tal-monitoraġġ fuq ir-reġjuni polari u jagħtu sostenn għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, għall-monitoraġġ u għar-rapportar ambjentali statutorji, u għall-applikazzjonijiet ambjentali innovattivi (eż. għall-monitoraġġ tal-għelejjel, għall-ġestjoni tal-ilma u għall-monitoraġġ imtejjeb tan-nirien). B’dan il-mod, jenħtieġ li Copernicus jingrana u jieħu vantaġġ massimu mill-investimenti li jkunu saru fil-qafas tal-perjodu ta’ finanzjament preċedenti (2014-2020), filwaqt li jesplora mudelli operazzjonali u ta’ negozju ġodda biex jikkumplementaw b’mod ulterjuri l-kapaċitajiet ta’ Copernicus. Jenħtieġ ukoll li Copernicus jissejjes fuq sħubijiet ta’ suċċess mal-Istati Membri biex ikompli jiżviluppa d-dimensjoni tas-sigurtà tiegħu fil-qafas ta’ mekkaniżmi xierqa ta’ governanza, sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet tal-utenti li qed jevolvu.

(53)Bħala parti mill-funzjoni tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, jenħtieġ li Copernicus jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul u l-iżvilupp ulterjuri tas-servizzi ewlenin ta’ Copernicus, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-settur pubbliku u dawk li jirriżultaw mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni, u sabiex jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet għal esplojtazzjoni kummerċjali. B’mod partikolari, jenħtieġ li Copernicus iwassal informazzjoni dwar l-istat tal-atmosfera fuq skala lokali, nazzjonali, Ewropea u globali; informazzjoni dwar l-istat tal-oċeani; informazzjoni b’sostenn għall-monitoraġġ tal-art li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ politiki lokali, nazzjonali u tal-Unjoni; informazzjoni b’sostenn għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-mitigazzjoni tiegħu; informazzjoni ġeospazjali b’sostenn għall-ġestjoni tal-emerġenzi, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ prevenzjoni, għall-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, kif ukoll għas-sigurtà ċivili inkluż is-sostenn għall-azzjoni esterna tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika arranġamenti kuntrattwali xierqa favur is-sostenibbiltà tal-forniment tas-servizzi.

(54)Fl-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ Copernicus, il-Kummissjoni tista’ tiddependi fuq entitajiet kompetenti, aġenziji rilevanti tal-Unjoni, raggruppamenti jew konsorzji ta’ korpi nazzjonali, jew kwalunkwe korp rilevanti li jkun eliġibbli potenzjalment għal ftehim ta’ kontribuzzjoni. Fl-għażla ta’ dawn l-entitajiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fl-operazzjonijiet u fil-forniment tas-servizzi u li, fir-rigward tad-data sensittiva dwar is-sigurtà, l-entitajiet ikkonċernati jkollhom kapaċitajiet ta’ twissija bikrija u ta’ monitoraġġ tal-kriżijiet fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u, b’mod partikolari, tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK).

(55)L-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ Copernicus jenħtieġ li tiffaċilita l-użu pubbliku tas-servizzi peress li l-utenti jkunu jistgħu jantiċipaw id-disponibbiltà u l-evoluzzjoni tas-servizzi kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma’ partijiet oħra. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-entitajiet inkarigati tagħha li jipprovdu s-servizzi jinvolvu ruħhom mill-qrib ma’ komunitajiet tal-utenti differenti mill-Ewropa kollha fl-iżvilupp ulterjuri tal-portafoll tas-servizzi u tal-informazzjoni ta’ Copernicus sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ politika u dawk tas-settur pubbliku li qed jevolvu u għaldaqstant ikun jista’ jiġi mmassimizzat l-użu tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex jiġi żviluppat il-komponent fil-post ta’ Copernicus u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-settijiet tad-data fil-post mas-settijiet tad-data spazjali għas-servizzi aġġornati ta’ Copernicus.

(56)Jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni prodotti fil-qafas ta’ Copernicus ikunu disponibbli b’mod sħiħ, miftuħ u mingħajr ħlas, soġġett għal kundizzjonijiet u għal limitazzjonijiet xierqa, sabiex jiġu promossi l-użu u l-kondiviżjoni tagħhom, u sabiex jissaħħu s-swieq Ewropej tal-osservazzjoni tad-dinja, b’mod partikolari s-settur downstream, sabiex b’hekk titwitta t-triq għat-tkabbir u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. B’hekk jenħtieġ li d-data u l-informazzjoni jibqgħu jiġu pprovduti b’livelli għoljin ta’ konsistenza, ta’ kontinwità, ta’ affidabbiltà u ta’ kwalità. Sabiex dan iseħħ irid ikun hemm aċċess fuq skala kbira u aċċess faċli għall-utenti għall-ipproċessar u għall-esplojtazzjoni tad-data u tal-informazzjoni ta’ Copernicus, f’diversi livelli ta’ tempestività, u għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli b’approċċ integrat, kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell tal-Istati Membri, favur l-integrazzjoni wkoll ma’ sorsi oħra ta’ data u ta’ informazzjoni. Jenħtieġ li Copernicus ikompli jippromwovi s-Servizzi tiegħu ta’ Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni (DIAS) fl-Istati Membri u jistabbilixxi sinerġiji mal-assi tagħhom sabiex jimmassimizza u jsaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ta’ Copernicus mis-suq.

(57)Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem mal-fornituri tad-data biex jinstab qbil dwar il-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-liċenzji għad-data ta’ partijiet terzi sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom f’Copernicus, b’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-drittijiet applikabbli tal-partijiet terzi. Peress li xi data u xi informazzjoni ta’ Copernicus, inklużi l-immaġnijiet b’riżoluzzjoni għolja, jaf ikollhom impatt fuq is-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, f’każijiet iġġustifikati debitament, jistgħu jiġu adottati miżuri sabiex jiġu indirizzati r-riskji u t-theddidiet għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(58)Id-dispożizzjonijiet tal-atti legali adottati fil-qafas ta’ regolamenti preċedenti mingħajr data tat-tmiem jenħtieġ li jibqgħu validi sakemm ma jkunux f’kontradizzjoni mar-regolament il-ġdid. Dan jikkonċerna b’mod partikolari r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1159/2013 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ liċenzjar għall-utenti tal-GMES u li jiddefinixxi l-kriterji għar-restrizzjoni tal-aċċess għad-data ddedikata tal-GMES u għall-informazzjoni tas-servizz tal-GMES 23 .

(59)Sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw l-użu tad-data u tat-teknoloġiji tal-osservazzjoni tad-dinja mill-awtoritajiet lokali, mill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, mix-xjentisti u mir-riċerkaturi, jenħtieġ li permezz ta’ attivitajiet tal-użu mill-utenti, jiġu promossi netwerks iddedikati għad-distribuzzjoni tad-data ta’ Copernicus, li jinkludu l-korpi nazzjonali u reġjonali. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex jistabbilixxu rabtiet iktar mill-qrib bejn Copernicus u l-politiki nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jagħtu spinta lid-domanda għall-applikazzjonijiet u għas-servizzi kummerċjali u jippermettu lill-impriżi, b’mod partikolari l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji ġodda, jiżviluppaw applikazzjonijiet ibbażati fuq id-data u l-informazzjoni ta’ Copernicus, bl-għan li fl-Ewropa tiġi żviluppata ekosistema tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja li tkun kompetittiva.

(60)Fil-qasam internazzjonali, jenħtieġ li Copernicus jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u b’sostenn għall-politiki esterni u ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni. Jenħtieġ li Copernicus jitqies bħala kontribut Ewropew għas-Sistema Globali tas-Sistemi għall-Osservazzjoni tad-Dinja (GEOSS), għall-Kumitat dwar is-Satelliti tal-Osservazzjoni tad-Dinja (CEOS), għall-Konferenza tal-Partijiet (COP) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1992 dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u għall-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri. Jenħtieġ li jistabbilixxi jew isostni kooperazzjoni xierqa mal-korpi settorjali rilevanti tan-NU u tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija.

(61)Fl-implimentazzjoni ta’ Copernicus, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi, fejn ikun xieraq, fuq organizzazzjonijiet internazzjonali Ewropej li tkun diġà stabbiliet sħubijiet magħhom, b’mod partikolari l-Aġenzija Spazjali Ewropea għall-iżvilupp u għall-akkwist ta’ assi spazjali, għall-aċċess għad-data u għat-tħaddim ta’ missjonijiet iddedikati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddependi fuq l-EUMETSAT għat-tħaddim ta’ missjonijiet iddedikati skont l-għarfien espert u l-mandat tagħha. Fil-qasam tas-servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbenefika b’mod xieraq mill-kapaċitajiet speċifiċi pprovduti mill-Aġenziji tal-Unjoni bħall-Aġenzija Ambjentali Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll iċ-Ċentru Ewropew intergovernattiv għall-Previżjonijiet Meteoroloġiċi fuq Perjodu Medju u l-investimenti Ewropej li diġà saru fis-servizzi ta’ monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar permezz ta’ Mercator Ocean. Fir-rigward tas-sigurtà, se jiġi mfittex approċċ komprensiv fil-livell tal-Unjoni flimkien mar-Rappreżentant Għoli. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni kien involut b’mod attiv mill-bidu tal-inizjattiva tal-GMES u offra sostenn għall-iżviluppi għal Galileo u għat-temp spazjali. Skont ir-Regolament (UE) Nru 377/2014; il-JRC qed jiġġestixxi s-servizz ta’ ġestjoni tal-emerġenzi ta’ Copernicus u l-komponent globali tas-servizz ta’ monitoraġġ tal-art ta’ Copernicus; qed jagħti kontribut għar-rieżami tal-kwalità u tal-idoneità tal-prodotti u tal-informazzjoni, u għall-evoluzzjoni fil-ġejjieni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tiddependi fuq il-pariri xjentifiċi u tekniċi tal-JRC għall-implimentazzjoni tal-Programm.

(62)Wara t-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Unjoni stabbiliet qafas għall-appoġġ tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (SST) permezz tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju 24 . It-tifrik spazjali sar theddida serja għas-sigurtà, għas-sikurezza u għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali. Għalhekk, l-SST huwa primordjali sabiex tiġi kkonservata l-kontinwità tal-komponenti tal-Programm u tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-politiki tal-Unjoni. Billi jipprova jipprevjeni l-proliferazzjoni tat-tifrik spazjali, l-SST jagħti kontribut għall-iżgurar ta’ aċċess sostenibbli u garantit għall-ispazju u għall-użu tiegħu, bħala ġid komuni globali.

(63)Jenħtieġ li l-SST ikompli jiżviluppa l-prestazzjoni u l-awtonomija tal-kapaċitajiet tal-SST. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jwassal għall-istabbiliment ta’ katalogu Ewropew awtonomu tal-oġġetti spazjali, imsejjes fuq id-data min-netwerk ta’ sensuri tal-SST. Jenħtieġ ukoll li l-SST ikompli jagħti sostenn għat-tħaddim u għat-twassil tas-servizzi tal-SST. Peress li l-SST huwa sistema ffokata fuq l-utenti, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa għall-ġbir tar-rekwiżiti tal-utenti, inklużi dawk marbuta mas-sigurtà.

(64)Jenħtieġ li t-twassil tas-servizzi tal-SST ikun ibbażat fuq il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u fuq l-għarfien espert u l-assi nazzjonali eżistenti kif ukoll tal-ġejjieni, inklużi dawk żviluppati permezz tal-Aġenzija Spazjali Ewropea jew mill-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi pprovdut sostenn finanzjarju għall-iżvilupp ta’ sensuri ġodda tal-SST. Filwaqt li tiġi rikonoxxuta n-natura sensittiva tal-SST, jenħtieġ li l-kontroll fuq is-sensuri nazzjonali kif ukoll fuq l-operazzjonijiet tagħhom, u fuq il-manutenzjoni, it-tiġdid u l-ipproċessar tad-data li twassal għall-forniment ta’ servizzi tal-SST jibqa’ f’idejn l-Istati Membri parteċipanti.

(65)Jenħtieġ li l-Istati Membri b’sjieda jew b’aċċess adegwati għall-kapaċitajiet tal-SST ikunu jistgħu jipparteċipaw fit-twassil tas-servizzi tal-SST. L-Istati Membri parteċipanti fil-Konsorzju tal-SST stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE jenħtieġ li jitqiesu li jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji. Jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jippreżentaw proposta u juru konformità ma’ elementi ulterjuri marbuta mal-qafas operazzjonali. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda proposta, jenħtieġ li dawn l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreżentaw offerti li jkopru reġim speċifiku tal-orbiti pereżempju r-reġim tal-orbita baxxa tad-dinja (LEO) u r-reġim tal-orbiti medji u ġeostazzjonarji tad-dinja (MEO u GEO) rispettivament. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa għall-għażla u għall-organizzazzjoni tal-Istati Membri parteċipanti.

(66)Ladarba l-SST jiġi stabbilit, jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tal-kumplementarjetà tal-attivitajiet u tal-kontinwità tas-servizzi tal-SST ta’ kwalità għolja ffokati fuq l-utenti, u jkun ibbażat fuq l-aqwa għarfien espert. Għalhekk, jenħtieġ li l-SST jevita d-duplikazzjoni bla bżonn. Jenħtieġ li kwalunkwe kapaċità ridondanti tkun strettament limitata biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi tal-SST. L-attivitajiet tat-Timijiet ta’ Esperti jenħtieġ li jgħinu biex jiġu evitati dawn id-duplikazzjonijiet bla bżonn.

(67)Barra minn hekk, jenħtieġ li l-SST ikun kumplementari għall-miżuri ta’ mitigazzjoni eżistenti, bħal pereżempju l-Linji Gwida dwar il-Mitigazzjoni tat-Tifrik Spazjali tal-Kumitat dwar l-Użu Paċifiku tal-Ispazju (COPUOS) u l-Linji Gwida għas-Sostenibbiltà fit-Tul tal-Attivitajiet Spazjali lil Hinn mill-Atmosfera, jew inizjattivi oħra, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali lil hinn mill-atmosfera. Bil-ħsieb li jitnaqqsu r-riskji ta’ kolliżjoni, l-SST jista’ wkoll ifittex sinerġiji ma’ inizjattivi ta’ tneħħija attiva u ma’ miżuri ta’ passivazzjoni tat-tifrik spazjali. Jenħtieġ li l-SST jagħti kontribut għall-iżgurar tal-użu u tal-esplorazzjoni tal-ispazju b’mod paċifiku lil hinn mill-atmosfera. Iż-żieda ta’ attivitajiet spazjali jaf ikollha implikazzjoni fuq l-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku spazjali. Jenħtieġ li l-Unjoni timmonitorja dawk l-iżviluppi u tista’ tqishom fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP attwali.

(68)Jenħtieġ li servizzi tal-SST, tat-temp spazjali u tal-oġġetti qrib id-dinja (NEO) jikkunsidraw il-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali, b’mod partikolari l-Istati Uniti tal-Amerka, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet terzi oħra, partikolarment għall-evitar tal-kolliżjonijiet fl-ispazju, għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tat-tifrik spazjali u għat-titjib tal-istat ta’ tħejjija għall-effetti tal-avvenimenti estremi tat-temp spazjali u tan-NEO.

(69)Il-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill irrakkomanda l-ħolqien ta' struttura għall-ġestjoni tar-riskji sabiex jiġi żgurat li l-problemi marbuta mas-sigurtà tad-data jitqiesu kif suppost fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE. Għal dak l-għan u filwaqt li titqies il-ħidma li diġà tkun saret, jenħtieġ li l-istrutturi u l-proċeduri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji jiġu stabbiliti mill-Istati Membri parteċipanti.

(70)L-avvenimenti estremi u maġġuri tat-temp spazjali (SWE) jistgħu jheddu s-sikurezza taċ-ċittadini u jfixklu l-operazzjonijiet tal-infrastruttura spazjali u tal-art. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita funzjoni tat-temp spazjali bħala parti mill-Programm bl-għan li jiġu vvalutati r-riskji tat-temp spazjali u l-ħtiġijiet korrispondenti tal-utenti, titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji tat-temp spazjali, jiġi żgurat it-twassil tas-servizzi tat-temp spazjali ffokati fuq l-utenti, u jittejbu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jipproduċu servizz tat-temp spazjali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lil dawk is-setturi li jridu jiġu pprovduti b’servizzi operazzjonali tat-temp spazjali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, ir-riskji u l-istat ta’ tħejjija teknoloġika. Fit-tul, jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ setturi oħra. It-twassil ta’ servizzi fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti jkun jirrikjedi attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp immirati, ikkoordinati u kontinwi biex jagħtu sostenn għall-evoluzzjoni tas-servizzi tat-temp spazjali. Jenħtieġ li t-twassil ta’ servizzi tat-temp spazjali jissejjes fuq il-kapaċitajiet eżistenti nazzjonali u tal-Unjoni u jippermetti l-parteċipazzjoni wiesgħa tal-Istati Membri u l-involviment tas-settur privat.

(71)Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa 25 , id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern ta’ 27 Stat Membru tal-UE 26 , u diversi riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ifakkru li l-UE għandha rwol maġġuri x’taqdi biex tiżgura Ewropa sikura, sigura u reżiljenti li tkun kapaċi tindirizza sfidi bħall-kunflitti reġjonali, it-terroriżmu, it-theddidiet ċibernetiċi, u ż-żieda fil-pressjonijiet migratorji. L-aċċess sigur u ggarantit għall-komunikazzjoni bis-satellita huwa għodda indispensabbli għall-atturi tas-sigurtà, u l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta’ din ir-riżorsa ewlenija tas-sigurtà fil-livell tal-Unjoni ssaħħaħ l-Unjoni li tipproteġi liċ-ċittadini tagħha.

(72)Il-Kunsill Ewropew tad-19 u tal-20 ta Diċembru 2013 27 fil-konklużjonijiet tiegħu laqa’ fil-qasam tal-Komunikazzjoni bis-Satellita, it-tħejjijiet għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita (GOVSATCOM) permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Spazjali Ewropea. GOVSATCOM ġiet identifikata wkoll bħala wieħed mill-elementi tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta’ Ġunju 2016. Jenħtieġ li GOVSATCOM tagħti kontribut għar-rispons tal-UE għat-Theddidiet Ibridi u tipprovdi sostenn għall-Istrateġija Marittima tal-UE u għall-Politika tal-UE dwar l-Artiku.

(73)GOVSATCOM hija programm iffokat fuq l-utenti, b’dimensjoni ta’ sigurtà qawwija. Il-każijiet tal-użu jistgħu jiġu analizzati għal tliet familji prinċipali: il-ġestjoni tal-kriżijiet, li tista’ tinkludi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tas-Sigurtà u tad-Difiża Komuni, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-kriżijiet umanitarji, u l-emerġenzi marittimi; is-sorveljanza, li tista’ tinkludi s-sorveljanza tal-fruntieri, is-sorveljanza ta’ qabel il-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar, is-sorveljanza marittima u s-sorveljanza tat-traffikar illegali; u l-infrastrutturi ewlenin, li jistgħu jinkludu n-netwerk diplomatiku, il-komunikazzjoni tal-pulizija, l-infrastrutturi kritiċi (eż. l-enerġija, it-trasport, l-ilqugħ tal-ilma) u l-infrastrutturi spazjali.

(74)Il-komunikazzjoni bis-satellita mhijiex riżorsa infinita u hija limitata mill-kapaċità satellitari, mill-frekwenza u mill-kopertura ġeografika. Għalhekk, sabiex tkun kosteffettiva u tieħu vantaġġ mill-ekonomiji ta’ skala, hemm bżonn li GOVSATCOM tottimizza l-konkordanza bejn id-domanda tal-utenti awtorizzati għall-GOVSATCOM u l-provvista skont il-kuntratti ta’ GOVSATCOM għall-kapaċitajiet u għas-servizzi satellitari. Billi kemm id-domanda u kemm il-provvista potenzjali jinbidlu biż-żmien, jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ kostanti u flessibbiltà sabiex jiġu aġġustati s-servizzi ta’ GOVSATCOM. L-ekonomiji ta’ skala jistgħu jinkisbu biss għal ġabra kbira biżżejjed ta’ kapaċitajiet, ta’ servizzi u ta’ utenti.

(75)Ir-rekwiżiti operazzjonali jinkisbu abbażi tal-analiżi tal-każijiet tal-użu. Minn dawk ir-rekwiżiti operazzjonali, flimkien mar-rekwiżiti tas-sigurtà, jenħtieġ li jiġi żviluppat il-portafoll tas-servizzi. Il-portafoll tas-servizzi jenħtieġ li jistabbilixxi l-bażi applikabbli għas-servizzi li jridu jiġu pprovduti permezz ta’ GOVSATCOM. Sabiex tinżamm l-aqwa konkordanza possibbli bejn id-domanda u s-servizzi pprovduti, jista’ jkun li l-portafoll tas-servizzi ta’ GOVSATCOM ikollu bżonn jiġi aġġornat regolarment.

(76)Fl-ewwel fażi ta’ GOVSATCOM (bejn wieħed u ieħor sal-2025), tintuża l-kapaċità eżistenti mill-atturi privati u mill-Istati Membri. F’din l-ewwel fażi, is-servizzi jiġu introdotti b’approċċ ta’ pass wara l-ieħor, l-ewwel lill-utenti fil-livell tal-Unjoni. Jekk matul l-ewwel fażi, analiżi ddettaljata tal-provvista u tad-domanda fil-ġejjieni tiżvela li dan l-approċċ ma jkunx biżżejjed biex ikopri d-domanda li tkun qed tevolvi, jista’ jiġi deċiż li jkun wasal iż-żmien għat-tieni fażi u jiġu żviluppati infrastrutturi jew kapaċitajiet spazjali addizzjonali apposta permezz ta’ sħubija pubblika-privata waħda jew iktar, eż. mal-operaturi satellitari tal-Unjoni.

(77)Sabiex jiġu ottimizzati r-riżorsi disponibbli ta’ komunikazzjoni bis-satellita, sabiex jiġi ggarantit l-aċċess f’sitwazzjonijiet mhux prevedibbli, bħad-diżastri naturali, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza operazzjonali u sabiex jiġu żgurati ħinijiet qosra ta’ pproċessar, jeħtieġ li jkun hemm Ċentru wieħed jew żewġ Ċentri ta’ GOVSATCOM. Is-segment tal-art jenħtieġ li jiġi ddisinjat abbażi tar-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà. Sabiex jittaffew ir-riskji, jista’ jikkonsisti minn diversi siti fiżiċi. Jaf ikunu meħtieġa elementi addizzjonali tas-segment tal-art, bħal pereżempju stazzjonijiet ta’ ankraġġ.

(78)Għall-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, it-tagħmir tal-utenti huwa l-iktar interfaċċa operazzjonali importanti. L-approċċ tal-UE għall-GOVSATCOM jagħmilha possibbli għall-biċċa l-kbira tal-utenti li jkomplu jużaw it-tagħmir eżistenti tagħhom għas-servizzi ta’ GOVSATCOM diment li jużaw teknoloġiji tal-Unjoni.

(79)Fl-interess tal-effiċjenza operazzjonali, l-utenti indikaw li huwa importanti li wieħed jimmira għall-interoperabbiltà tat-tagħmir tal-utenti, u għal tagħmir tal-utenti li jkun jista’ juża sistemi satellitari differenti. F’dan il-qasam jaf ikunu meħtieġa r-riċerka u l-iżvilupp.

(80)Fil-livell ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li l-kompiti u r-responsabbiltajiet jiġu ddistribwiti fost l-entitajiet speċjalizzati, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, is-SEAE, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Aġenzija, u aġenziji oħra tal-Unjoni, b’tali mod li jiġi żgurat li dawn jallinjaw mar-rwol prinċipali tagħhom, speċjalment għal aspetti marbuta mal-utenti.

(81)L-awtorità kompetenti ta’ GOVSATCOM għandha r-rwol importanti li timmonitorja li l-utenti, u entitajiet nazzjonali oħra li jaqdu rwol f’GOVSATCOM, jikkonformaw mar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni u mal-proċeduri tas-sigurtà kif stabbiliti fir-rekwiżiti tas-sigurtà. Stat Membru li ma jkunx ħatar awtorità kompetenti ta’ GOVSATCOM, jenħtieġ li xorta waħda jaħtar punt ta’ kuntatt għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe tħarbit li jiġi identifikat li jaffettwa lil GOVSATCOM.

(82)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi pprovduti fil-qafas ta’ GOVSATCOM. B’hekk il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddefinixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-każijiet tal-użu marbuta mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mas-sorveljanza u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjoni diplomatika. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(83)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-portafoll tas-servizzi għal servizzi pprovduti fil-qafas ta’ GOVSATCOM. B’hekk il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddefinixxi l-attributi, inkluża l-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-bandwidth, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiki tas-sigurtà. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(84)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni għall-użu ta’ kapaċitajiet akkomunati ta’ komunikazzjoni bis-satellita ta’ GOVSATCOM. B’hekk il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tqis ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà kif ukoll analiżi tar-riskji u tad-domanda mistennija mill-parteċipanti ta’ GOVSATCOM. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(85)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-post fejn tkun tinsab l-infrastruttura tas-segment tal-art għal GOVSATCOM. B’hekk il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tqis ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà għall-għażla ta’ tali postijiet. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(86)L-infrastruttura ddedikata għall-Programm jaf tirrikjedi riċerka u innovazzjoni addizzjonali, li jistgħu jingħataw sostenn fil-qafas ta’ Horizon Europe, bl-għan li jkun hemm koerenza mal-attivitajiet f’dan il-qasam tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Jenħtieġ li s-sinerġiji ma’ Horizon Europe jiżguraw li l-ħtiġijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tas-settur spazjali jiġu identifikati u stabbiliti bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar strateġiku għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Id-data u s-servizzi spazjali li jkunu disponibbli mingħajr ħlas bis-saħħa tal-Programm se jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjoni rivoluzzjonarji permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, inkluż f’Horizon Europe, b’mod partikolari għall-ikel sostenibbli u għar-riżorsi naturali, għall-monitoraġġ tal-klima, għall-bliet intelliġenti, għall-vetturi awtomatizzati, għas-sigurtà u għall-ġestjoni tad-diżastri. Il-proċess tal-ippjanar strateġiku fil-qafas ta’ Horizon Europe se jidentifika l-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni li jenħtieġ li jużaw infrastrutturi b’sjieda tal-Unjoni bħal Galileo, EGNOS u Copernicus. L-infrastrutturi tar-riċerka, b’mod partikolari n-netwerks tal-osservazzjoni fil-post se jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-infrastruttura tal-osservazzjoni fil-post li tippermetti s-servizzi ta’ Copernicus.

(87)Ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 stabbilixxa Aġenzija tal-Unjoni, imsejħa l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, sabiex tiġġestixxi ċerti aspetti tal-programmi tan-navigazzjoni bis-satellita Galileo u EGNOS. Dan ir-Regolament jistipula b’mod partikolari li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea se tiġi inkarigata b’kompiti ġodda, mhux biss fir-rigward ta’ Galileo u ta’ EGNOS iżda wkoll b’rabta ma’ komponenti oħra tal-Programm, speċjalment l-akkreditazzjoni tas-sigurtà. Għalhekk, l-isem, il-kompiti u l-aspetti organizzattivi tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea jridu jiġu adattati skont dan.

(88)Fid-dawl tal-ambitu estiż tagħha, li mhux se jibqa’ limitat għal Galileo u għal EGNOS, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea tinbidel. Madankollu, il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, inkluża l-kontinwità fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi, il-persunal u l-validità ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda, jenħtieġ li tiġi żgurata fil-qafas tal-Aġenzija.

(89)Minħabba l-mandat tal-Aġenzija u r-rwol tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Programm, jixraq li jkun previst li uħud mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Amministrattiv jenħtieġ li ma jiġux adottati mingħajr il-vot favorevoli tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

(90)Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u d-Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom u għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku.

(91)Huwa possibbli, u tabilħaqq probabbli, li xi komponenti tal-Programm ikunu bbażati fuq l-użu ta’ infrastruttura nazzjonali sensittiva jew marbuta mas-sigurtà. F’dan il-każ, għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, jeħtieġ li jiġi stipulat li l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jkunu jistgħu jattenduhom biss ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura.

(92)Sabiex jitħeġġeġ l-iżjed użu wiesa’ possibbli tas-servizzi offruti mill-Programm, ikun utli li jiġi enfasizzat li d-data, l-informazzjoni u s-servizzi jiġu pprovduti mingħajr garanzija.

(93)Jenħtieġ li jiġi kkonfermat li l-Kummissjoni, meta twettaq uħud mill-kompiti tagħha ta’ natura mhux regolatorja, tista’ tirrikorri, kif ikun meħtieġ u kemm ikun hemm bżonn, għall-assistenza teknika ta’ ċerti partijiet esterni. Entitajiet oħra involuti fil-governanza pubblika tal-Programm jistgħu jużaw ukoll l-istess assistenza teknika fit-twettiq tal-kompiti inkarigati lilhom skont dan ir-Regolament.

(94)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jeħtieġ li l-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-programm.

(95)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(96)Peress li l-governanza pubblika tajba tirrikjedi ġestjoni uniformi tal-Programm, teħid iktar rapidu tad-deċiżjonijiet u aċċess ugwali għall-informazzjoni, jenħtieġ li r-rappreżentanti tal-entitajiet inkarigati b’kompiti marbuta ma’ dan il-programm ikunu jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-ħidma tal-kumitat stabbilit bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li r-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu kkonkludew ftehim internazzjonali mal-Unjoni jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat, soġġett għall-obbligi ta’ sigurtà u kif previst fit-termini ta’ tali ftehim. Ir-rappreżentanti ta’ entitajiet inkarigati b’kompiti marbuta mal-Programm, ta’ pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali mhumiex intitolati jieħdu sehem fil-proċeduri tal-votazzjoni tal-kumitat.

(97)Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness X biex jiġu rieżaminati jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni. Hu partikolarment importanti li matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(98)Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri peress li jmur lil hinn mill-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta’ kwalunkwe Stat Membru waħdu, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jintlaħaq aħjar permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta l-miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dak l-għan jintlaħaq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni (“Programm”). Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament mill-Unjoni u r-regoli biex jiġi pprovdut tali finanzjament, kif ukoll ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Programm.

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (“Aġenzija”), li tissostitwixxi u tissuċċedi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 u jistipula r-regoli tat-tħaddim ta’ din l-Aġenzija.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“inġenju spazjali” tfisser kwalunkwe oġġett spazjali li jservi għal skop speċifiku, inklużi s-satelliti artifiċjali attivi u l-istadji superjuri tal-lanċjaturi;

(2)“avvenimenti tat-temp spazjali” tfisser varjazzjonijiet li jseħħu b’mod naturali fl-ambjent spazjali bejn ix-xemx u d-dinja, inklużi żbruffar solari, partiċelli enerġetiċi solari, riħ solari u espulsjonijiet tal-massa koronali li jistgħu jwasslu għal tempesti solari (tempesti ġeomanjetiċi, tempesti tar-radjazzjoni solari u disturbi jonosferiċi) li jistgħu potenzjalment ikollhom impatt fuq id-dinja;

(3)“oġġetti qrib id-dinja” tfisser oġġetti naturali fis-sistema solari li potenzjalment jista’ jkollhom impatt mad-dinja;

(4)“oġġett spazjali” tfisser kwalunkwe oġġett magħmul mill-bniedem fl-ispazju lil hinn mill-atmosfera;

(5)“għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju” (“SSA”) tfisser approċċ olistiku lejn il-perikli spazjali prinċipali, li jinkludu l-kolliżjonijiet bejn is-satelliti u t-tifrik spazjali, il-fenomeni tat-temp spazjali, u l-oġġetti qrib id-dinja;

(6)“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet li jingħataw sostenn mill-baġit tal-UE, inkluż fil-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombina forom ta’ sostenn li mhumiex ripagabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b’forom ta’ sostenn ripagabbli mill-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet u minn investituri finanzjarji kummerċjali;

(7)“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u li tista’ teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi meta taġixxi f’isimha stess, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

(8)“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni;

(9)“informazzjoni tal-SST” tfisser id-data pproċessata tal-SST li tkun tista’ tinftiehem minnufih mir-riċevitur;

(10)data tal-SST” tfisser il-parametri fiżiċi tal-oġġetti spazjali miksuba mis-sensuri tal-SST jew il-parametri orbitali tal-oġġetti spazjali miksuba mill-osservazzjonijiet tas-sensuri tal-SST fil-qafas tal-komponent tas-sorveljanza u l-insegwiment fl-ispazju (“SST”);

(11)“kollegament ta’ ritorn” tfisser servizz li jagħti kontribut għas-servizz globali ta’ monitoraġġ tal-inġenji tal-ajru, liema monitoraġġ ikun definit mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

(12)“satelliti Sentinel ta’ Copernicus” tfisser is-satelliti ddedikati, l-inġenji spazjali jew it-tagħbijiet tal-inġenji spazjali ta’ Copernicus għall-osservazzjoni tad-dinja mill-ispazju;

(13)data ta’ Copernicus” tfisser id-data pprovduta mis-satelliti Sentinel, inkluża l-metadata tagħhom;

(14)data ta’ parti terza ta’ Copernicus” tfisser id-data bil-liċenzja għall-użu minn Copernicus li toriġina minn sorsi għajr mis-satelliti Sentinel;

(15)data fil-post ta’ Copernicus” tfisser data ta’ osservazzjoni mis-sensuri fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru, kif ukoll data ta’ referenza u anċillari bil-liċenzja jew li tiġi pprovduta biex tintuża f’Copernicus;

(16)“informazzjoni ta’ Copernicus” tfisser l-informazzjoni ġġenerata mis-servizzi ta’ Copernicus wara l-ipproċessar jew l-immudellar, inkluża l-metadata tagħhom;

(17)“entità fiduċjarja” tfisser entità ġuridika li tkun indipendenti mill-Kummissjoni jew minn parti terza u li tirċievi data mill-Kummissjoni jew minn dik il-parti terza għall-iskop ta’ ħżin u ta’ trattament sikur ta’ dik id-data;

(18)“tifrik spazjali” tfisser kwalunkwe oġġett spazjali inklużi l-inġenji spazjali jew frammenti u elementi tagħhom fl-orbita tad-dinja jew li jerġgħu jidħlu fl-atmosfera tad-dinja, li mhumiex funzjonali jew li ma għadx għandhom xi skop speċifiku, inklużi l-partijiet ta’ rokits jew ta’ satelliti artifiċjali, jew satelliti artifiċjali mhux attivi;

(19)“sensur tal-SST” tfisser apparat jew kombinazzjoni ta’ apparati, radars tal-art jew spazjali, lasers u teleskopji, li jistgħu jkejlu l-parametri fiżiċi marbuta mal-oġġetti spazjali, bħad-daqs, il-veloċità u fejn ikunu jinsabu;

(20)“utent ta’ GOVSATCOM” tfisser awtorità pubblika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jew korp inkarigat bl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, jew persuna fiżika jew ġuridika, li tkun awtorizzata u inkarigata kif suppost b’kompiti marbuta mas-superviżjoni u mal-ġestjoni ta’ missjonijiet, ta’ operazzjonijiet u ta’ infrastrutturi kritiċi għas-sigurtà;

(21)“każ tal-użu ta’ GOVSATCOM” tfisser xenarju operazzjonali f’ambjent partikolari li fih l-utenti ta’ GOVSATCOM jirrikjedu s-servizzi ta’ GOVSATCOM;

(22)“informazzjoni sensittiva mhux klassifikata” tfisser informazzjoni mhux klassifikata li l-Kummissjoni trid tipproteġi minħabba obbligi ġuridiċi stabbiliti fit-Trattati jew f’atti adottati fl-implimentazzjoni tagħhom, u/jew minħabba s-sensittività tagħha;

(23)“utenti ta’ Copernicus” tfisser:

“utenti ewlenin ta’ Copernicus” li jibbenefikaw mid-data ta’ Copernicus u mill-informazzjoni ta’ Copernicus u li jkollhom ir-rwol addizzjonali li jmexxu l-evoluzzjoni ta’ Copernicus, li jinkludu l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-korpi pubbliċi reġjonali, nazzjonali jew Ewropej inkarigati b’missjoni ta’ servizz pubbliku għad-definizzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-infurzar jew għall-monitoraġġ tal-politiki ambjentali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza jew tas-sigurtà;

“utenti oħra ta’ Copernicus” li jibbenefikaw mid-data ta’ Copernicus u mill-informazzjoni ta’ Copernicus u jinkludu, b’mod partikolari, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tal-edukazzjoni, il-korpi kummerċjali u privati, l-għaqdiet tal-karità, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 3

Komponenti tal-Programm

Il-Programm għandu jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)sistema awtonoma ċivili u globali tan-navigazzjoni bis-satellita (GNSS) taħt il-kontroll ċivili, li tinkludi kostellazzjoni ta’ satelliti, ċentri u netwerk globali ta’ stazzjonijiet tal-art, li joffru servizzi ta’ pożizzjonament, ta’ navigazzjoni u ta’ kejl tal-ħin u li jintegraw għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà (“Galileo”);

(b)sistema reġjonali tan-navigazzjoni bis-satellita li tikkonsisti minn ċentri u stazzjonijiet tal-art u minn diversi transponders installati fuq satelliti ġeosinkroniċi u li jawmentaw u jikkoreġu s-sinjali miftuħa emessi minn Galileo u minn GNSS oħrajn, fost affarijiet oħra għall-ġestjoni tat-traffiku u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru (“is-Servizz Ewropew ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja jew “EGNOS”);

(c)sistema awtonoma tal-osservazzjoni tad-dinja, iffokata fuq l-utenti, taħt kontroll ċivili, li toffri data u servizzi ta’ ġeoinformazzjoni, li jinkludu satelliti, infrastruttura tal-art, faċilitajiet tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, u infrastruttura tad-distribuzzjoni, u li tintegra għalkollox il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà (“Copernicus”);

(d)sistema ta’ sorveljanza u ta’ insegwiment fl-ispazju, bl-għan li ttejjeb, tħaddem u tipprovdi d-data, l-informazzjoni u s-servizzi marbuta mas-sorveljanza u mal-insegwiment ta’ inġenji spazjali attivi u mhux attivi, ta’ stadji skartati tal-lanċjaturi, ta’ tifrik u ta’ frammenti ta’ tifrik li jorbitaw madwar id-dinja, u kkumplementata b’parametri ta’ osservazzjoni marbuta mal-monitoraġġ tal-avvenimenti tat-temp spazjali u tar-riskju ta’ oġġetti qrib id-dinja (“NEOs”) li joqorbu iktar lejn id-dinja (“SST”);

(e)servizz ta’ komunikazzjoni governattiva bis-satellita li jippermetti l-forniment tas-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita lill-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jiġġestixxu l-missjonijiet u l-infrastrutturi kritiċi għas-sigurtà (“GOVSATCOM”).

Barra minn hekk, il-Programm għandu jinkludi miżuri biex jiżgurawlu aċċess effiċjenti għall-ispazju u biex irawmu settur spazjali innovattiv.

Artikolu 4

Għanijiet

1.Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a)jipprovdi, jew jagħti kontribut għall-forniment ta’, data, informazzjoni u servizzi spazjali ta’ kwalità għolja, aġġornati, u fejn ikun xieraq, siguri, mingħajr interruzzjoni u kull fejn ikun possibbli fil-livell globali, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet eżistenti u tal-ġejjieni u sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima, is-sigurtà u d-difiża;

(b)jimmassimizza l-benefiċċji soċjoekonomiċi, inkluż billi jippromwovi l-iżjed użu wiesa’ possibbli tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti permezz tal-komponenti tal-Programm;

(c)itejjeb is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-libertà ta’ azzjoni tal-Unjoni u l-awtonomija strateġika tagħha, b’mod partikolari f’termini tat-teknoloġiji u tat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza;

(d)jippromwovi r-rwol tal-Unjoni fix-xena internazzjonali bħala attur ewlieni fis-settur spazjali u t-tisħiħ tar-rwol tagħha fl-indirizzar tal-isfidi globali u fis-sostenn għall-inizjattivi globali, inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli.

2.Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)fir-rigward ta’ Galileo u ta’ EGNOS: il-forniment ta’ servizzi mill-aqwa u fejn ikun xieraq, ta’ servizzi siguri tal-pożizzjonament, tan-navigazzjoni u tat-teħid tal-ħinijiet;

(b)fir-rigward ta’ Copernicus: it-twassil ta’ data u ta’ informazzjoni akkurati u affidabbli tal-osservazzjoni tad-dinja, ipprovduti fit-tul, b’sostenn għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-agrikoltura, tal-iżvilupp rurali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza, tas-sigurtà, kif ukoll tal-ekonomija diġitali;

(c)fir-rigward tal-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju (“SSA”): it-titjib tal-kapaċitajiet tal-SST għall-monitoraġġ, għall-insegwiment u għall-identifikazzjoni tal-oġġetti spazjali, għall-monitoraġġ tat-temp spazjali u għall-immappjar u għall-ħolqien ta’ netwerk tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-NEO;

(d)fir-rigward ta’ GOVSATCOM: l-iżgurar tad-disponibbiltà fit-tul ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita affidabbli, siguri u kosteffettivi;

(e)il-kontribut, fejn dan ikun meħtieġ għall-ħtiġijiet tal-Programm, għal kapaċità awtonoma, sigura u kosteffiċjenti ta’ aċċess għall-ispazju;

(f)is-sostenn u r-rinfurzar tal-kompetittività, tal-imprenditorija, tal-ħiliet u tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi mill-Unjoni, li jkunu attivi jew jixtiequ jsiru attivi f’dak is-settur, b’mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni u tal-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u tan-negozji ġodda.

Artikolu 5

Aċċess għall-ispazju

Il-Programm għandu jagħti sostenn:

(a)għall-forniment tas-servizzi tal-illanċjar għall-ħtiġijiet tal-Programm;

(b)għall-attivitajiet tal-iżvilupp marbuta mal-aċċess awtonomu, affidabbli u kosteffiċjenti għall-ispazju;

(c)fejn dan ikun meħtieġ għall-ħtiġijiet tal-Programm, għall-adattamenti fl-infrastruttura spazjali tal-art.

Artikolu 6

Azzjonijiet b’sostenn għal settur spazjali innovattiv tal-Unjoni

Il-Programm għandu jagħti sostenn:

(a)għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni biex isir l-aqwa użu mit-teknoloġiji, mill-infrastruttura jew mis-servizzi spazjali;

(b)għall-istabbiliment ta’ sħubijiet għall-innovazzjoni marbuta mal-ispazju biex jiġu żviluppati prodotti jew servizzi innovattivi u għax-xiri sussegwenti tal-forniment jew tas-servizzi li jirriżultaw minnhom;

(c)għall-imprenditorija, mill-istadju bikri sal-istadju tat-tkabbir, skont l-Artikolu 21 u dispożizzjonijiet oħra marbuta mal-aċċess għall-finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 18 u fil-Kapitolu I tat-Titolu III;

(d)għall-kooperazzjoni bejn l-impriżi fil-forma ta’ ċentri spazjali li jlaqqgħu flimkien, fil-livelli reġjonali u nazzjonali, atturi mis-setturi spazjali u diġitali, kif ukoll utenti, u li jipprovdu sostenn għaċ-ċittadini u għall-kumpaniji biex jitrawmu l-imprenditorija u l-ħiliet;

(e)għall-forniment ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ;

(f)għall-aċċess għall-faċilitajiet tal-ipproċessar u tal-ittestjar;

(g)għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ standardizzazzjoni.

Artikolu 7

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali assoċjati mal-Programm

1.Il-komponenti tal-Programm, bl-eċċezzjoni tal-SST u ta’ GOVSATCOM, għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejniethom u l-Unjoni;

(c)pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.

2.Il-komponenti tal-Programm, bl-eċċezzjoni tal-SST, għandhom ikunu miftuħa wkoll għal kwalunkwe pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz jew dik tal-organizzazzjoni internazzjonali fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, diment li l-ftehim:

(a)jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti fil-programmi tal-Unjoni;

(b)jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];

(c)ma jikkonferix setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-programm;

(d)jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

3.Il-komponenti tal-Programm għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi terzi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 diment li jiġu kkonservati l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Artikolu 8

Aċċess għall-SST, għal GOVSATCOM u għall-PRS minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali

1.Il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti ta’ GOVSATCOM kif imsemmi fl-Artikolu 67 jew jiksbu aċċess għas-servizzi pprovduti mill-SST, biss fejn, b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tar-regoli ddettaljati għal aċċess għat-tali data, informazzjoni u servizzi, u l-qafas għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata.

2.L-aċċess ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali għas-Servizz Pubbliku Regolat ipprovdut minn Galileo għandu jiġi rregolat bl-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

Artikolu 9

Sjieda u użu tal-assi

1.L-Unjoni għandha tkun is-sid tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha li jinħolqu jew li jiġu żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti marbuta ma’ dawk l-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew l-iżvilupp ta’ tali assi jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw tali reġim ta’ sjieda fir-rigward ta’ dawk l-assi.

2.Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-assi tanġibbli u intanġibbli li nħolqu jew li ġew żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm, fejn l-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew fl-iżvilupp ta’ tali assi:

(a)jitwettqu skont għotjiet jew premjijiet iffinanzjati għalkollox mill-Unjoni;

(b)ma jkunux iffinanzjati għalkollox mill-Unjoni, jew

(c)ikunu marbuta mal-iżvilupp, mal-manifattura jew mal-użu ta’ riċevituri tal-PRS li jinkorporaw l-IKUE, jew ta’ komponenti ta’ tali riċevituri.

3.Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra marbuta mal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jkun fihom dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-reġim ta’ sjieda xieraq għal dawk l-assi u, fir-rigward tal-punt (c), li l-Unjoni tkun tista’ tuża r-riċevituri tal-PRS mingħajr ħlas b’konformità mad-Deċiżjoni 1104/2011/UE.

4.Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkonkludi kuntratti jew arranġamenti oħra ma’ partijiet terzi fir-rigward:

(a)tad-drittijiet ta’ sjieda eżistenti minn qabel fir-rigward tal-assi tanġibbli u intanġibbli li jinħolqu jew li jiġu żviluppati fil-qafas tal-komponenti tal-Programm;

(b)tal-akkwiżizzjoni tas-sjieda jew tad-drittijiet tal-liċenzja fir-rigward ta’ assi oħra tanġibbli jew intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm.

5.Il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz ta’ qafas xieraq, l-użu ottimali tal-assi tanġibbli u intanġibbli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 u li għandha s-sjieda tagħhom l-Unjoni.

6.B’mod partikolari, fejn dawk l-assi jikkonsistu minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi dawk id-drittijiet bl-iktar mod effettiv possibbli, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tipproteġihom u li tagħtihom valur, u filwaqt li tqis l-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati kollha u tal-ħtieġa għall-iżvilupp armonjuż ta’ swieq u ta’ teknoloġiji ġodda u għall-kontinwità tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm. Għal dak l-għan, għandha tiżgura b’mod partikolari li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti jinkludu l-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ dawk id-drittijiet lil partijiet terzi, jew il-possibbiltà ta’ għoti ta’ liċenzji ta’ partijiet terzi għal dawk id-drittijiet, u li dik l-Aġenzija tkun tista’ tgawdi dawk id-drittijiet liberament fejn ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Assenza ta’ garanzija

Is-servizzi, id-data u l-informazzjoni pprovduta mill-komponenti tal-Programm għandhom jiġu pprovduti mingħajr xi garanzija espliċita jew impliċita fir-rigward tal-kwalità, tal-akkuratezza, tad-disponibbiltà, tal-affidabbiltà, tal-veloċità u tal-idoneità tagħhom għal kwalunkwe skop. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-utenti ta’ dawk is-servizzi, id-data u l-informazzjoni jkunu infurmati, b’mod xieraq, dwar l-assenza ta’ tali garanzija.

TITOLU II

KONTRIBUZZJONI U MEKKANIŻMI BAĠITARJI

Artikolu 11

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 għandu jkun ta’ EUR [16-il] biljun fil-prezzijiet kurrenti.

Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu għandha tkun kif ġej:

(a)fir-rigward ta’ Galileo u ta’ EGNOS: EUR [9,7] biljun;

(b)fir-rigward ta’ Copernicus: EUR [5,8] biljun;

(c)fir-rigward tal-SSA/GOVSATCOM: EUR [0,5] biljun.

2.L-attivitajiet trasversali kif previsti skont l-Artikolu 3 għandhom jiġu ffinanzjati skont il-komponenti tal-Programm.

3.L-approprjazzjonijiet baġitarji tal-Unjoni li jkunu assenjati lill-Programm għandhom ikopru l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Din in-nefqa tista’ tkopri:

(a)l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, b’mod partikolari l-konformità mal-limiti tal-kost u tal-ħin tagħhom;

(b)l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet tal-politiki tal-Unjoni fejn dawn ikunu marbuta direttament mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari biex jinħolqu sinerġiji ma’ politiki oħra tal-Unjoni;

(c)in-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jkollhom il-funzjoni li jipproċessaw jew li jiskambjaw l-informazzjoni, u l-miżuri dwar il-ġestjoni amministrattiva, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, li jkunu implimentati mill-Kummissjoni;

(d)assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

4.L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament kumulattiv minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, billi jiġu koperti l-programmi involuti kollha u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

5.L-impenji baġitarji marbuta mal-Programm u li jkopru l-attivitajiet li jkunu estiżi fuq iktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti akkont annwali.

6.Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lill-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak l-Artikolu. Fejn ikun possibbli dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 12

Dħul assenjat

1.Id-dħul iġġenerat mill-komponenti tal-Programm għandu jitħallas fil-baġit tal-Unjoni u għandu jintuża biex jiffinanzja l-komponent li jkun iġġenera d-dħul.

2.L-Istati Membri jistgħu jallokaw kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għal komponent tal-Programm, bil-kundizzjoni li tali elementi addizzjonali ma joħolqux xi piż finanzjarju jew tekniku jew xi dewmien għall-komponent ikkonċernat.

3.Il-finanzjament addizzjonali msemmi f’dan l-Artikolu għandu jiġi ttrattat bħala dħul assenjat estern skont l-[Artikolu 21(2)] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 13

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-[Artikolu 62(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari l-għotjiet, il-premjijiet u l-akkwist. Jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

KAPITOLU I

Akkwist

Artikolu 14

Prinċipji tal-akkwist

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaġixxu b’konformità mal-prinċipji li ġejjin fil-proċeduri tal-akkwist għall-iskop tal-Programm:

(a)il-promozzjoni fl-Istati Membri kollha, tul il-katina tal-provvista kollha, tal-iktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli tan-negozji ġodda, tal-entranti ġodda, tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, u ta’ operaturi ekonomiċi oħra, inkluż ir-rekwiżit tas-sottokuntrattar mill-offerenti;

(b)l-evitar, fejn ikun possibbli, ta’ dipendenza żejda fuq fornitur uniku, b’mod partikolari għat-tagħmir u għas-servizzi kritiċi, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tal-indipendenza teknoloġika u tal-kontinwità tas-servizzi;

(c)b’deroga mill-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju, l-użu, kull fejn ikun xieraq, ta’ diversi sorsi ta’ forniment sabiex jiġi żgurat kontroll ġenerali aħjar tal-komponenti kollha tal-Programm, tal-kost tagħhom u tal-iskeda tagħhom;

(d)it-trawwim tal-awtonomija tal-Unjoni, b’mod partikolari f’termini teknoloġiċi;

(e)l-iżgurar tas-sigurtà tal-komponenti tal-Programm u l-għoti ta’ kontribut għall-protezzjoni tal-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;

(f)l-issodisfar tal-kriterji soċjali u ambjentali xierqa.

Artikolu 15

Kuntratti kundizzjonali b’pagamenti fi stadji

1.L-awtorità kontraenti tista’ tagħti kuntratt fil-forma ta’ kuntratt kundizzjonali b’pagamenti fi stadji.

2.Kuntratt kundizzjonali b’pagamenti fi stadji għandu jinkludi stadju fiss li jirriżulta f’impenn sod ta’ forniment tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi kkuntrattati għal dak l-istadju, u stadju wieħed jew iktar li jkunu kundizzjonali f’termini kemm tal-baġit kif ukoll tal-eżekuzzjoni. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti jirreferu għall-karatteristiki speċifiċi tal-kuntratti kundizzjonali b’pagamenti fi stadji. B’mod partikolari, dawn għandhom jispeċifikaw is-suġġett tal-kuntratt, il-prezz jew l-arranġamenti biex jiġu stabbiliti l-prezz u l-arranġamenti għall-forniment tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi f’kull stadju.

3.L-obbligi tal-istadju fiss għandhom ikunu parti minn ġabra sħiħa konsistenti ta’ obbligi; l-istess japplika għall-obbligi f’kull stadju kundizzjonali, filwaqt li jitqiesu l-obbligi fl-istadji preċedenti.

4.It-twettiq ta’ kull stadju kundizzjonali għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni mill-awtorità kontraenti, innotifikata lill-kuntrattur b’konformità mal-kuntratt.

Artikolu 16

Kuntratti ta’ rimborż tal-kostijiet

1.L-awtorità kontraenti tista’ tagħżel kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali tal-kostijiet, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

Il-prezz li jrid jitħallas għandu jikkonsisti mir-rimborż tal-kostijiet diretti kollha mġarrba effettivament mill-kuntrattur fit-twettiq tal-kuntratt, bħan-nefqa fuq il-ħaddiema, il-materjali, l-oġġetti konsumabbli, u l-użu tat-tagħmir u tal-infrastrutturi meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt, il-kostijiet indiretti u qligħ, jew inkella kumpens tat-tariffa ta’ inċentiv abbażi li jintlaħqu l-għanijiet fir-rigward tal-iskedi tat-twettiq u tat-twassil.

2.Il-kuntratti ta’ rimborż tal-kostijiet għandhom jistipulaw prezz limitu massimu.

3.L-awtorità kontraenti tista’ tagħżel kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali f’każijiet fejn ikun diffiċli jew mhux adattat li jiġi pprovdut prezz fiss akkurat minħabba l-inċertezzi inerenti fit-twettiq tal-kuntratt minħabba li:

(a)il-kuntratt ikollu karatteristiki kumplessi ħafna jew karatteristiki li jirrikjedu l-użu ta’ teknoloġija ġdida u li, għalhekk, jinkludi għadd sinifikanti ta’ riskji tekniċi; jew

(b)l-attivitajiet soġġetti għall-kuntratt iridu, għal raġunijiet operazzjonali, jibdew minnufih anke jekk ma jkunx għadu possibbli li jiġi stabbilit prezz fiss riġidu sħiħ minħabba riskji sinifikanti jew peress li t-twettiq tal-kuntratt ikun jiddependi parzjalment fuq it-twettiq ta’ kuntratti oħra.

4.Il-prezz limitu għal kuntratt ta’ rimborż sħiħ jew parzjali tal-kostijiet għandu jkun il-prezz massimu pagabbli. Il-prezz tal-kuntratt jista’ jiġi emendat skont l-[Artikolu 172] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 17

Sottokuntrattar

1.Sabiex l-entranti ġodda, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u n-negozji ġodda jiġu mħeġġa joffru l-iktar kopertura ġeografika wiesgħa possibbli filwaqt li tiġi protetta l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-awtorità kontraenti tista’ titlob li l-offerent jissottokuntratta parti mill-kuntratt permezz ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva fil-livelli xierqa ta’ sottokuntrattar lil kumpaniji oħra għajr dawk li jiffurmaw parti mill-grupp tal-offerent.

2.L-awtorità kontraenti għandha tesprimi s-sehem rikjest tal-kuntratt li jrid jiġi sottokuntrattat fil-forma ta’ firxa minn persentaġġ minimu sa wieħed massimu.

3.Kwalunkwe deroga minn talba skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ġġustifikata mill-offerent.

KAPITOLU II

Għotjiet, premjijiet u operazzjonijiet ta’ taħlit

Artikolu 18

Għotjiet u premjijiet

1.L-Unjoni tista’ tkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-kofinanzjament.

2.B’deroga mill-[Artikolu 181(6)] tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet eliġibbli indiretti għandhom jiġu stabbiliti billi tiġi applikata rata fissa ta’ 25 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli diretti, esklużi l-kostijiet eliġibbli diretti għas-sottokuntrattar u għall-kostijiet ta’ riżorsi disponibbli bis-saħħa tal-partijiet terzi u li ma jintużawx fil-bini tal-benefiċjarju, kif ukoll is-sostenn finanzjarju għall-partijiet terzi.

3.Minkejja l-paragrafu 2, il-kostijiet indiretti jistgħu jiġu ddikjarati fil-forma ta’ somma f’daqqa jew kostijiet unitarji, meta dan ikun previst fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 100.

4.B’deroga mill-[Artikolu 204] tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont massimu ta’ sostenn finanzjarju li jista’ jitħallas lil parti terza ma għandux jaqbeż EUR 200 000.

Artikolu 19

Sejħiet konġunti għall-għotjiet

Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu joħorġu sejħa konġunta għall-proposti ma’:

(a)pajjiżi terzi, inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi;

(b)organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta’ qligħ.

Fil-każ ta’ sejħa konġunta, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri konġunti għall-għażla u għall-evalwazzjoni tal-proposti. Il-proċeduri jridu jinvolvu grupp ibbilanċjat ta’ esperti maħtura minn kull parti.

Artikolu 20

Għotjiet għall-akkwist prekummerċjali u għall-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi

1.L-azzjonijiet jistgħu jinvolvu akkwist prekummerċjali jew akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi jew ikollhom dawn bħala l-għan primarju tagħhom, li għandhom jitwettqu minn benefiċjarji li jkunu awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif definiti fid-Direttivi 2014/24/UE, 2014/25/UE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.Il-proċeduri tal-akkwist:

(a)għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni, tat-trattament indaqs, tal-ġestjoni finanzjarja tajba, tal-proporzjonalità u tar-regoli tal-kompetizzjoni;

(b)għall-akkwist prekummerċjali, jistgħu jipprevedu kundizzjonijiet speċifiċi bħall-post tat-twettiq tal-attivitajiet bl-akkwist li jkun limitat għat-territorju tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi assoċjati;

(c)jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ diversi kuntratti fl-istess proċedura (akkwist minn diversi sorsi); u

(d)għandhom jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerent(i) li joffru l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża filwaqt li jiżguraw l-assenza ta’ kunflitt ta’ interess.

3.Il-kuntrattur li jiġġenera r-riżultati fl-akkwist prekummerċjali għandu jkollu minn tal-inqas is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali assoċjati. L-awtoritajiet kontraenti minn tal-inqas għandhom igawdu d-drittijiet tal-aċċess mingħajr royalties għar-riżultati għall-użu tagħhom stess u d-dritt tal-għoti, jew li jirrikjedu l-għoti mill-kuntratturi parteċipanti, ta’ liċenzji mhux esklużivi lil partijiet terzi għall-esplojtazzjoni tar-riżultati għall-awtorità kontraenti b’kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr ebda dritt għas-sottoliċenzjar. Jekk kuntrattur ma jwettaqx l-esplojtazzjoni kummerċjali tar-riżultati fi żmien perjodu partikolari wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu li jittrasferilhom kwalunkwe sjieda tar-riżultati.

Artikolu 21

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati skont ir-[Regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finanzjarji oħra

Artikolu 22

Finanzjament kumulattiv, kumplementari u kkombinat

1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni fil-qafas tal-Programm, diment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u s-sostenn mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għas-sostenn.

2.L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni ta’ Siġill ta’ Eċċellenza, jew li għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għall-proposti fil-qafas tal-Programm;

(b)ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti;

(c)ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għall-proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji;

jistgħu jirċievu s-sostenn mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] u skont l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) XX [il-Finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], diment li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-Fond li jipprovdi s-sostenn.

Artikolu 23

Sħubijiet

1.Il-Programm jista’ jiġi implimentat permezz ta’ sħubijiet.

2.Is-sħubijiet li fihom tipparteċipa l-Unjoni għandhom:

(a)jiġu stabbiliti f’każijiet fejn dawn jilħqu l-għanijiet tal-programm spazjali tal-Unjoni b’mod iktar effettiv milli tista’ l-Unjoni waħedha;

(b)jiġu bbażati fuq il-prinċipji tal-valur miżjud għall-Unjoni, it-trasparenza, il-ftuħ, l-impatt, l-effett ta’ ingranaġġ, l-impenn finanzjarju fit-tul tal-partijiet involuti kollha, il-flessibbiltà, il-koerenza u l-kumplementarjetà mal-Unjoni, l-inizjattivi lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, u għandhom iqisu l-kondiviżjoni tar-riskji, u l-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà u għas-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli.

Artikolu 24

Akkwist konġunt

1.Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-[Artikolu 165] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jistgħu jwettqu proċeduri ta’ akkwist konġunt mal-Aġenzija Spazjali Ewropea jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm.

2.Ir-regoli tal-akkwist applikabbli fl-[Artikolu 165] tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw b’analoġija diment li fi kwalunkwe każ jiġu applikati d-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet.

Artikolu 25

Protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà

Fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu kkonservati l-integrità u r-reżiljenza tas-sistemi tal-Unjoni, kif ukoll l-awtonomija tal-bażi industrijali li fuqhom huma msejsa, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-akkwist, għall-għotjiet jew għall-premjijiet koperti b’dan it-Titolu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari, għal dak l-għan, għall-ħtieġa li l-impriżi eliġibbli jkunu stabbiliti fi Stat Membru, li jieħdu l-impenn li jwettqu kwalunkwe attività rilevanti fl-Unjoni u li jkunu kkontrollati effettivament mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu inklużi fid-dokumenti marbuta mal-akkwist, mal-għotja jew mal-premju, skont kif ikun applikabbli. Fil-każ ta’ akkwist, il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-kuntratt li jirriżulta minnu.

Artikolu 26

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm b’deċiżjoni fil-qafas ta’ ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq l-investigazzjonijiet, inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

TITOLU IV

GOVERNANZA TAL-PROGRAMM

Artikolu 27

Prinċipji ta’ governanza

Il-governanza tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a)distribuzzjoni rigoruża tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm, b’mod partikolari bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Aġenzija Spazjali Ewropea;

(b)kontroll qawwi tal-Programm, inkluża aderenza rigoruża għall-kost u għall-iskeda mill-entitajiet kollha, fl-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom skont dan ir-Regolament;

(c)ottimizzazzjoni u razzjonalizzazzjoni tal-użu tal-istrutturi;

(d)kunsiderazzjoni sistematika tal-ħtiġijiet tal-utenti tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm, kif ukoll tal-evoluzzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi marbuta ma’ dawk is-servizzi;

(e)sforzi kostanti biex jiġu kkontrollati u jitnaqqsu r-riskji.

Artikolu 28

Rwol l-Istati Membri

1.L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-Programm billi jagħtu kontribut bil-kompetenza, bl-għarfien u bl-assistenza teknika tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza u tas-sigurtà u, fejn ikun meħtieġ, billi jaraw li l-informazzjoni u l-infrastruttura fil-pussess tagħhom jew li jinsabu fit-territorju tagħhom ikunu disponibbli għall-Unjoni, inkluż billi jiġi żgurat l-aċċess effiċjenti u mingħajr ostakli u l-użu tad-data fil-post u b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni biex tittejjeb id-disponibbiltà tad-data fil-post meħtieġa mill-Programm.

2.Il-Kummissjoni jew, għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 30, l-Aġenzija, jistgħu jinkarigaw kompiti speċifiċi lill-Istati Membri jew lill-aġenziji nazzjonali jew lil gruppi ta’ dawn l-Istati Membri jew l-aġenziji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Programm jimxi ħarir, u biex jippromwovu l-użu tagħhom, inkluż billi jgħinu fil-protezzjoni tal-frekwenzi meħtieġa għal dan il-programm.

3.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw il-komponent fil-post meħtieġ għall-użu tas-sistemi spazjali u sabiex jiffaċilitaw l-użu tas-settijiet tad-data fil-post sal-potenzjal kollu tagħhom.

4.Fil-qasam tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 34(4).

Artikolu 29

Rwol il-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fil-qasam tas-sigurtà. B’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandha tistabbilixxi l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni fit-tul tal-Programm u għandha twettaq is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li tqis kif suppost l-impatt tiegħu fuq politiki oħra tal-Unjoni.

2.Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-komponent tal-Programm fejn tali ġestjoni ma tkunx inkarigata lil entità oħra.

3.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti bejn id-diversi entitajiet involuti fil-Programm u għandha tikkoordina l-attivitajiet bejn dawk l-entitajiet.

4.Meta jkun meħtieġ biex il-funzjonament tal-Programm jimxi ħarir u biex il-forniment tas-servizzi pprovduti mill-komponenti tal-Programm jimxu ħarir, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u għall-evoluzzjoni ta’ dawk il-komponenti u tas-servizzi li jipprovdu wara li tkun ikkonsultat lill-utenti u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha. Meta tistabbilixxi dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tevita li tnaqqas il-livell ġenerali tas-sigurtà u li tissodisfa imperattiv ta’ retrokompatibbiltà.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

5.Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tiżgura l-użu tad-data u tas-sistemi pprovduti mill-komponenti tal-Programm fis-setturi pubbliċi u privati tal-ekonomija, inkluż b’sostenn għall-iżvilupp xieraq ta’ dawk is-servizzi u bit-trawwim ta’ ambjent stabbli fit-tul. Għandha tiżviluppa sinerġiji bejn l-applikazzjonijiet tad-diversi komponenti tal-Programm. Għandha tiżgura l-kumplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-Programm u azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni.

6.Fejn ikun xieraq, għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-attivitajiet li jitwettqu fis-settur spazjali fil-livelli nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni. Għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tippromwovi l-konverġenza tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u tal-iżviluppi tagħhom fil-qasam spazjali.

Artikolu 30

Rwol l-Aġenzija

1.L-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti tagħha stess li ġejjin:

(a)l-iżgurar, permezz tal-Bord tagħha għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tal-komponenti kollha tal-Programm b’konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu V;

(b)it-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 34(2) u (3);

(c)it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ promozzjoni, kif ukoll attivitajiet marbuta mal-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi offruti minn Galileo u minn EGNOS;

(d)l-għoti ta’ għarfien espert tekniku lill-Kummissjoni.

2.Il-Kummissjoni għandha tinkariga lill-Aġenzija bil-kompiti li ġejjin:

(a)il-ġestjoni tal-esplojtazzjoni ta’ EGNOS u ta’ Galileo, kif imsemmi fl-Artikolu 43;

(b)il-koordinazzjoni ġenerali ta’ aspetti marbuta mal-utenti ta’ GOVSATCOM b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u mas-SEAE għall-missjonijiet u għall-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet;

(c)l-implimentazzjoni tal-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi downstream abbażi tal-komponenti tal-Programm.

3.Il-Kummissjoni tista’ tinkariga kompiti oħra lill-Aġenzija, inkluż it-twettiq tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, ta’ promozzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni tad-data u tal-informazzjoni, kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-użu mill-utenti fir-rigward tal-komponenti tal-Programm għajr Galileo u EGNOS.

4.Il-kompiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu inkarigati mill-Kummissjoni permezz ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni skont l-[Artikolu 2(18)] u t-[Titolu VI] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 31

Rwol l-Aġenzija Spazjali Ewropea

1.L-Aġenzija Spazjali Ewropea tista’ tiġi inkarigata bil-kompiti li ġejjin:

(a)fir-rigward ta’ Copernicus: l-iżvilupp, id-disinn u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura spazjali ta’ Copernicus, inklużi l-operazzjonijiet ta’ dik l-infrastruttura;

(b)fir-rigward ta’ Galileo u ta’ EGNOS: l-evoluzzjoni tas-sistemi, l-iżvilupp tas-segment tal-art u d-disinn u l-iżvilupp tas-satelliti;

(c)fir-rigward tal-komponenti kollha tal-Programm b’attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp fl-oqsma tal-għarfien espert tagħha.

2.Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja kif previst fl-[Artikolu 130] tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-Aġenzija u mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dak il-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja għandu:

jiddefinixxi b’mod ċar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rigward tal-Programm;

jirrikjedi li l-Aġenzija Spazjali Ewropea tikkonforma mar-regoli tas-sigurtà tal-programm tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta’ informazzjoni klassifikata;

jistipula l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tal-fondi mogħtija lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, partikolarment fir-rigward tal-akkwist pubbliku, il-proċeduri ta’ ġestjoni, ir-riżultati mistennija li jkun tkejlu permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, il-miżuri applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew implimentazzjoni frawdolenti tal-kuntratti f’termini tal-kostijiet, l-iskeda u r-riżultati, kif ukoll l-istrateġija ta’ komunikazzjoni u r-regoli fir-rigward tas-sjieda tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha; dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-Titoli III u V ta’ dan ir-Regolament u mar-Regolament Finanzjarju;

jirrikjedi l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, tal-Aġenzija fil-laqgħat tal-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Offerti tal-Aġenzija Spazjali Ewropea fir-rigward tal-Programm;

jistabbilixxi miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll, li għandhom jinkludu, b’mod partikolari, sistema ta’ tbassir tal-kostijiet, il-forniment sistematiku ta’ informazzjoni dwar il-kostijiet u l-iskeda lill-Kummissjoni jew, fejn ikun xieraq, lill-Aġenzija, u fil-każ ta’ diskrepanza bejn il-baġits ippjanati, il-prestazzjoni u l-iskeda, azzjoni korrettiva li tiżgura t-twettiq tal-kompiti assenjati fil-limiti tal-baġits allokati u penali kontra l-Aġenzija Spazjali Ewropea fejn din id-diskrepanza tkun attribwibbli direttament lilha;

jistabbilixxi l-prinċipji għar-remunerazzjoni tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, li għandhom ikunu proporzjonati għad-diffikultà tal-kompiti li jridu jitwettqu, b’konformità mal-prezzijiet tas-suq u mat-tariffi tal-entitajiet l-oħra involuti, inkluża l-Unjoni, u li jistgħu, fejn ikun xieraq, ikunu bbażati fuq indikaturi tal-prestazzjoni; dawk it-tariffi ma għandhomx ikopru l-kostijiet ġenerali li mhumiex assoċjati mal-attivitajiet fdati lill-Aġenzija Spazjali Ewropea mill-Unjoni.

3.Il-konklużjoni tal-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja msemmi fil-paragrafu 2 għandha tkun kontinġenti fuq l-istabbiliment, fl-Aġenzija Spazjali Ewropea, ta’ strutturi interni u ta’ metodu operazzjonali, b’mod partikolari għat-teħid tad-deċiżjonijiet, għall-metodi ta’ ġestjoni u għar-responsabbiltà, li jagħmluha possibbli li tiġi żgurata protezzjoni massima għall-interessi tal-Unjoni u li jkun hemm konformità mad-deċiżjonijiet tagħha, inkluż għall-attivitajiet iffinanzjati mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, li jkollhom impatt fuq il-Programm.

4.Mingħajr preġudizzju għall-ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja msemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-Aġenzija Spazjali Ewropea tipprovdi l-għarfien espert tekniku u l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom b’dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Rwol l-entitajiet l-oħra

1.Il-Kummissjoni tista’ tinkariga, għalkollox jew parzjalment, permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-Programm lil entitajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30 u 31, inkluż:

(a)it-tħaddim tal-infrastruttura spazjali ta’ Copernicus jew ta’ partijiet minnha, li jista’ jiġi inkarigat lill-EUMETSAT;

(b)l-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ Copernicus jew ta’ partijiet minnhom lill-aġenziji, lill-korpi jew lill-organizzazzjonijiet rilevanti.

2.Il-kriterji għall-għażla ta’ tali entitajiet inkarigati għandhom, b’mod partikolari, jirriflettu l-ħila tagħhom li jiżguraw il-kontinwità u, fejn ikun xieraq, is-sigurtà tal-operazzjonijiet bl-ebda tfixkil jew bi tfixkil minimu għall-attivitajiet ta’ Copernicus.

TITOLU V

SIGURTÀ TAL-PROGRAMM

KAPITOLU I

Sigurtà tal-Programm

Artikolu 33

Prinċipji tas-sigurtà

Is-sigurtà tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a)il-kunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u t-teħid ta’ ispirazzjoni mill-aqwa prattiki tagħhom;

(b)l-użu ta’ standards rikonoxxuti b’mod internazzjonali u r-regoli tas-sigurtà tal-Unjoni, li jipprevedu separazzjoni bejn il-funzjonijiet operazzjonali u dawk assoċjati mal-akkreditazzjoni.

Artikolu 34

Governanza tas-sigurtà

1.Il-Kummissjoni, fil-qasam ta’ kompetenza tagħha, għandha tiżgura livell għoli ta’ sigurtà rigward, b’mod partikolari:

(a)il-protezzjoni tal-infrastruttura, kemm tal-art u kemm dik spazjali, u tal-forniment tas-servizzi, partikolarment kontra l-attakki fiżiċi jew ċibernetiċi;

(b)il-kontroll u l-ġestjoni tat-trasferimenti tat-teknoloġija;

(c)l-iżvilupp u l-konservazzjoni fl-Unjoni tal-kompetenza u tal-għarfien espert miksuba;

(d)il-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta’ informazzjoni klassifikata.

Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li titwettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid għal kull komponent tal-Programm. Abbażi ta’ dik l-analiżi tar-riskji u tat-theddid, għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà għal kull komponent tal-Programm. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt ta’ dawk ir-rekwiżiti fuq il-funzjonament bla intoppi ta’ dak il-komponent, b’mod partikolari f’termini ta’ kostijiet, ta’ ġestjoni tar-riskji u ta’ skeda, u għandha tiżgura li ma tnaqqasx il-livell ġenerali tas-sigurtà jew li ma timminax il-funzjonament tat-tagħmir eżistenti abbażi ta’ dak il-komponent. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

2.L-entità responsabbli għall-ġestjoni ta’ komponent tal-Programm għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tas-sigurtà ta’ dak il-komponent u għandha, għal dak l-għan, twettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid u l-attivitajiet meħtieġa kollha biex tiżgura u timmonitorja s-sigurtà ta’ dak il-komponent, b’mod partikolari billi tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri operazzjonali, u billi timmonitorja l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1.

3.L-Aġenzija għandha:

(a)tiżgura l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti kollha tal-Programm skont il-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu u għall-kompetenzi tal-Istati Membri;

(b)tiżgura t-tħaddim taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà ta’ Galileo, b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u mal-istruzzjonijiet żviluppati fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/496/PESK;

(c)twettaq il-kompiti assenjati lilha skont id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE;

(d)tipprovdi l-għarfien espert tekniku tagħha lill-Kummissjoni u tipprovdilha kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

4.L-Istati Membri għandhom:

(a)jieħdu miżuri li minn tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom 29 u għal dawk meħtieġa għall-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi nazzjonali tagħhom stess sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastrutturi tal-art li jiffurmaw parti integrali mill-Programm u li jinsabu fit-territorju tagħhom;

(b)it-twettiq tal-kompiti ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 41.

6.L-entitajiet involuti fil-Programm għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà tal-Programm.

KAPITOLU II

Akkreditazzjoni tas-sigurtà

Artikolu 35

Awtorità għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà stabbilit fl-Aġenzija għandu jkun l-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti kollha tal-Programm.

Artikolu 36

Prinċipji ġenerali tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà

L-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti kollha tal-Programm għandhom jitwettqu b’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà u d-deċiżjonijiet għandhom jitwettqu f’kuntest ta’ responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

(b)għandhom isiru sforzi biex id-deċiżjonijiet fil-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jintlaħqu b’konsensus;

(c)l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu billi jintuża approċċ ta’ ġestjoni u ta’ valutazzjoni tar-riskji, li jikkunsidra r-riskji għas-sigurtà tal-komponent kif ukoll l-impatt fuq il-kost jew l-iskeda ta’ kwalunkwe miżura biex jittaffew ir-riskji, filwaqt li jitqies l-għan li ma jitnaqqasx il-livell ġenerali ta’ sigurtà ta’ dan il-komponent;

(d)id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jitħejjew u jittieħdu minn professjonisti li jkunu kkwalifikati debitament fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta’ sistemi kumplessi, li jkollhom livell xieraq ta’ approvazzjoni tas-sigurtà u li jaġixxu b’mod oġġettiv;

(e)għandhom isiru sforzi sabiex jiġu kkonsultati l-partijiet rilevanti kollha b’interess fil-problemi marbuta mas-sigurtà għal dan il-komponent;

(f)l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tal-komponent skont strateġija ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà, mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni;

(g)id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, filwaqt li jsegwu l-proċess definit fl-istrateġija rilevanti għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà definita minn dak il-Bord, għandhom ikunu bbażati fuq deċiżjonijiet lokali dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Istati Membri;

(h)proċess ta’ monitoraġġ permanenti, trasparenti u li jinftiehem għalkollox għandu jiżgura li r-riskji għas-sigurtà tal-komponent ikunu magħrufa, li l-miżuri tas-sigurtà jiġu definiti biex inaqqsu tali riskji għal livell aċċettabbli fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, biex dak il-komponent jimxi ħarir u biex dawk il-miżuri jiġu applikati skont il-kunċett ta’ difiża profonda. L-effettività ta’ tali miżuri għandha tiġi evalwata b’mod kontinwu. Il-proċess marbut mal-valutazzjoni u mal-ġestjoni tar-riskji għas-sigurtà għandu jsir bħala proċess iterattiv b’mod konġunt mill-partijiet ikkonċernati tal-komponent;

(i)id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jittieħdu mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b’mod rigorożament indipendenti, inkluż fir-rigward tal-Kummissjoni u tal-korpi l-oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tal-komponent u għall-forniment ta’ servizzi relatati, kif ukoll fir-rigward tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija;

(j)l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu billi titqies kif suppost il-ħtieġa għal koordinazzjoni adegwata bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà;

(k)l-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta’ EGNOS imwettqa mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni mwettqa għall-avjazzjoni mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

Artikolu 37

Kompiti tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jwettaq il-kompiti tiegħu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni jew għal dawk inkarigati lill-korpi l-oħra tal-Aġenzija, b’mod partikolari għal kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà.

2.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)għad-definizzjoni u għall-approvazzjoni ta’ strateġija għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà li tistabbilixxi:

i)l-ambitu tal-attivitajiet meħtieġa biex titwettaq u tinżamm l-akkreditazzjoni tal-komponenti tal-Programm jew ta’ partijiet minn dawn il-komponenti u kwalunkwe interkonnessjoni bejniethom u bejn sistemi jew komponenti oħra;

ii)proċess ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti tal-Programm jew ta’ partijiet minn dawn il-komponenti, b’livell ta’ dettall li jkun jaqbel mal-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni u fejn jiġu ddikjarati b’mod ċar il-kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni;

iii)ir-rwol tal-partijiet ikkonċernati rilevanti involuti fil-proċess ta’ akkreditazzjoni;

iv)skeda ta’ akkreditazzjoni li tkun konformi mal-fażijiet tal-komponenti tal-Programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-varar tal-infrastruttura u l-forniment u l-evoluzzjoni tas-servizzi;

v)il-prinċipji tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà għan-netwerks konnessi mas-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew għall-partijiet ta’ dawn il-komponenti u għat-tagħmir konness ma’ sistemi stabbiliti b’dawn il-komponenti, li għandhom jitwettqu mill-entitajiet nazzjonali tal-Istati Membri kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà;

(b)għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, b’mod partikolari dwar l-approvazzjoni tal-illanċjar tas-satelliti, dwar l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim tas-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew tal-elementi ta’ dawn il-komponenti fil-konfigurazzjonijiet differenti tagħhom u għad-diversi servizzi li jipprovdu, inkluż u sas-sinjal fl-ispazju, u dwar l-awtorizzazzjoni tat-tħaddim tal-istazzjonijiet tal-art. Fir-rigward tan-netwerks u t-tagħmir konnessi mal-PRS imsemmi fl-Artikolu 44, jew ma’ kwalunkwe servizz sigur ieħor li jirriżulta mill-komponenti tal-Programm, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu deċiżjonijiet biss dwar l-awtorizzazzjoni ta’ korpi biex jiżviluppaw jew jimmanifatturaw teknoloġiji sensittivi tal-PRS, riċevituri tal-PRS jew moduli tas-sigurtà tal-PRS, jew kwalunkwe teknoloġija oħra jew tagħmir ieħor li jridu jiġu kkontrollati skont ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(1), filwaqt li jqis il-pariri pprovduti mill-entitajiet nazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà u r-riskji ġenerali għas-sigurtà;

(c)għall-eżami u, għajr fir-rigward ta’ dokumenti li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, għall-approvazzjoni tad-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

(d)għall-għoti ta’ pariri, fil-qasam tal-kompetenza tiegħu, lill-Kummissjoni dwar it-tfassil ta’ abbozzi ta’ testi għall-atti msemmija fl-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE, inkluż għall-istabbiliment ta’ proċeduri operazzjonali tas-sigurtà (SecOps), u għall-forniment ta’ dikjarazzjoni bil-pożizzjoni tal-konklużjoni tiegħu;

(e)għall-eżami u għall-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà mfassla b’konformità mal-proċess ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 36(h), filwaqt li jqis il-konformità mad-dokumenti msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu u dawk imfassla skont l-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE; u għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni biex jiġu definiti l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji;

(f)għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti tal-Programm billi jwettaq jew jisponsorja valutazzjonijiet, spezzjonijiet, awditjar jew rieżamijiet tas-sigurtà, skont l-Artikolu 41(b) ta’ dan ir-Regolament;

(g)għall-approvazzjoni tal-għażla ta’ prodotti u ta’ miżuri ta’ protezzjoni approvati kontra l-interċettazzjonijiet elettroniċi (TEMPEST) u ta’ prodotti kriptografiċi approvati li jintużaw biex jipprovdu sigurtà għall-komponenti tal-Programm;

(h)għall-approvazzjoni jew, fejn ikun rilevanti, għall-parteċipazzjoni fl-approvazzjoni konġunta, flimkien mal-entitajiet rilevanti kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà, tal-interkonnessjoni bejn is-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-komponenti tal-Programm jew tal-partijiet ta’ dawn il-komponenti u sistemi oħra;

(i)għall-qbil mal-Istat Membru rilevanti fir-rigward tal-mudell għall-kontroll tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 41(c);

(j)għat-tħejjija ta’ rapporti dwar ir-riskji u għall-infurmar tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tad-Direttur Eżekuttiv bil-valutazzjoni tar-riskji tiegħu u għall-għoti ta’ pariri lilhom dwar l-alternattivi tat-trattament tar-riskji residwi għal deċiżjoni partikolari dwar akkreditazzjoni tas-sigurtà;

(k)għall-assistenza lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli, b’komunikazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/496/PESK fuq talba speċifika mill-Kunsill u/jew mir-Rappreżentant Għoli;

(l)għat-twettiq tal-konsultazzjonijiet meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(m)għall-adozzjoni u għall-pubblikazzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu.

3.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri, għandu jiġi stabbilit korp subordinat speċjali li jirrappreżenta l-Istati Membri taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà biex iwettaq il-kompiti tal-Awtorità tad-Distribuzzjoni Kriptografika (ADK) fir-rigward tal-ġestjoni tal-materjal kriptografiku tal-UE marbut mal-Programm, b’mod partikolari rigward:

(a)il-ġestjoni tal-kjavi tat-titjiriet u ta’ kjavi oħra meħtieġa għall-funzjonament ta’ Galileo;

(b)il-verifika tal-istabbiliment u l-infurzar tal-proċeduri għall-kontabbiltà, għat-trattament sigur, għall-ħżin u għad-distribuzzjoni tal-kjavi tal-PRS ta’ Galileo.

Artikolu 38

Kompożizzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta’ kull Stat Membru, rappreżentant tal-Kummissjoni u rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”). Il-mandat tal-membri tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun ta’ erba’ snin u għandu jkun jista’ jiġġedded.

2.Rappreżentant tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandu jiġi mistieden jattendi l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà bħala osservatur. Fuq bażi eċċezzjonali, rappreżentanti ta’ aġenziji tal-Unjoni, ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu wkoll jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat bħala osservaturi għal kwistjonijiet relatati direttament ma’ dawk il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali, speċjalment kwistjonijiet li jikkonċernaw l-infrastruttura li tappartjeni lilhom jew li tkun stabbilita fit-territorju tagħhom. L-arranġamenti għal tali parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet għaliha għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet rilevanti u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

Artikolu 39

Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq konsensus skont il-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 36, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu d-deċiżjonijiet abbażi ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, skont l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni u r-rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli ma għandhomx jivvutaw. Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jiffirma d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, f’isem il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

Artikolu 40

Il-komunikazzjoni u l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1.Id-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni.

2.Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà infurmat b’mod kontinwu dwar l-impatt ta’ kwalunkwe deċiżjoni prevista mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà dwar il-funzjonament kif suppost tal-komponenti tal-Programm, u dwar l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet tat-trattament tar-riskji residwi. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jieħu nota ta’ kwalunkwe informazzjoni ta’ dan it-tip mill-Kummissjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati, mingħajr dewmien, dwar l-impatt tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà fir-rigward tal-funzjonament kif suppost tal-Programm. Jekk il-Kummissjoni tqis li deċiżjoni meħuda mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista’ jkollha effett sinifikanti fuq il-funzjonament kif suppost ta’ dawn il-komponenti, pereżempju f’termini ta’ kostijiet, ta’ skeda jew ta’ prestazzjoni, għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.Il-Bord Amministrattiv għandu jinżamm infurmat perjodikament bl-evoluzzjoni tal-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

5.L-iskeda għall-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ma għandhiex timmina l-iskeda tal-attivitajiet ipprovduta fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 100.

Artikolu 41

Rwol l-Istati Membri fl-akkreditazzjoni tas-sigurtà

L-Istati Membri għandhom:

(a)jittrażmettu lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà l-informazzjoni kollha li huma jikkunsidraw li tkun rilevanti għall-iskopijiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

(b)jippermetti li persuni awtorizzati debitament u maħtura mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, bi qbil mal-entitajiet nazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet tas-sigurtà u taħt is-superviżjoni tagħhom, ikollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni u għal kwalunkwe żona u/jew sit fir-rigward tas-sigurtà ta’ sistemi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom, b’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali tagħhom, u mingħajr l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità taċ-ċittadini tal-Istati Membri, inkluż għall-iskopijiet ta’ spezzjonijiet, ta’ awditjar u ta’ testijiet tas-sigurtà kif deċiż mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, u abbażi tal-proċess ta’ monitoraġġ tar-riskji għas-sigurtà msemmi fl-Artikolu 36(h). Dan l-awditjar u dawn it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-prinċipji li ġejjin:

i)l-importanza tas-sigurtà u tal-ġestjoni effettiva tar-riskji fl-entitajiet spezzjonati għandha tiġi enfasizzata;

ii)il-kontromiżuri għall-mitigazzjoni tal-impatt speċifiku tat-telf ta’ kunfidenzjalità, ta’ integrità jew ta’ disponibbiltà tal-informazzjoni klassifikata għandhom jiġu rrakkomandati;

(c)ikunu lkoll responsabbli għat-tħejjija ta’ mudell għall-kontroll tal-aċċess, li jrid jiddeskrivi jew jelenka ż-żoni/is-siti li jridu jiġu akkreditati, u li għandhom jiġu maqbula bil-quddiem bejn l-Istati Membri u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, sabiex b’hekk jiġi żgurat li jkun qed jiġi pprovdut l-istess livell ta’ kontroll tal-aċċess mill-Istati Membri kollha;

(d)ikunu responsabbli, fil-livell lokali, għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta’ siti li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom u li jiffurmaw parti miż-żona ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-komponenti tal-Programm, u jirrapportaw, għal dan l-għan, lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

KAPITOLU III

Protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

Artikolu 42

Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata

Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)kull Stat Membru għandu jiżgura li r-regolamenti nazzjonali tiegħu dwar is-sigurtà joffru livell ta’ protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE li jkun ekwivalenti għal dak ipprovdut bir-regoli dwar is-sigurtà kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE 30 u bir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE 31 ;

(b)L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien fir-rigward tar-regolamenti nazzjonali dwar is-sigurtà msemmija fil-punt (a);

(c)il-persuni fiżiċi residenti f’pajjiżi terzi u l-persuni ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Programm biss meta huma jkunu soġġetti, f’dawk il-pajjiżi, għal regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw livell ta’ protezzjoni li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak ipprovdut bir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 u bir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2013/488/UE. L-ekwivalenza tar-regolamenti dwar is-sigurtà applikati f’pajjiż terz jew f’organizzazzjoni internazzjonali għandha tiġi definita fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li jinkludi kwistjonijiet tas-sigurtà industrijali jekk ikunu rilevanti, li jiġi konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 tat-TFUE u billi jitqies l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2013/488/UE;

(d)mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2013/488/UE u għar-regoli li jirregolaw il-qasam tas-sigurtà industrijali kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, persuna fiżika jew persuna ġuridika, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista’ jingħatalhom aċċess għall-informazzjoni klassifikata tal-UE fejn jitqies li jkun meħtieġ fuq bażi ta’ każ b’każ, skont in-natura u l-kontenut ta’ tali informazzjoni, il-ħtieġa għall-għarfien tar-riċevitur u l-livell ta’ vantaġġ għall-Unjoni.

TITOLU VI

Galileo u EGNOS

Artikolu 43

Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjonijiet eliġibbli fil-qafas ta’ Galileo u ta’ EGNOS għandhom ikopru:

(a)il-ġestjoni, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura spazjali, inklużi l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza;

(b)il-ġestjoni, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu, l-evoluzzjoni u l-protezzjoni tal-infrastruttura tal-art, b’mod partikolari n-netwerks, is-siti u l-faċilitajiet ta’ sostenn, inklużi l-aġġornamenti u l-ġestjoni tal-obsolexxenza;

(c)l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni tal-ġejjieni tas-sistemi u l-evoluzzjoni tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-ġejjieni dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni;

(d)l-operazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ standardizzazzjoni;

(e)il-forniment u l-iżvilupp tas-suq tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn EGNOS;

(f)il-kooperazzjoni ma’ sistemi reġjonali jew globali oħra tan-navigazzjoni bis-satellita;

(g)l-elementi kollha li jissostanzjaw l-affidabbiltà tas-sistema u l-esplojtazzjoni tagħha;

(h)l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni marbuta mal-forniment tas-servizzi u mal-estensjoni tal-kopertura tagħhom.

Artikolu 44

Servizzi pprovduti minn Galileo

1.Is-servizzi pprovduti minn Galileo għandhom jinkludu:

(a)servizz miftuħ ta’ Galileo (GOS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni maħsuba b’mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tal-massa tan-navigazzjoni bis-satellita biex jintużaw mill-konsumaturi;

(b)servizz b’akkuratezza għolja (HAS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni b’akkuratezza għolja dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni permezz tad-disseminazzjoni ta’ data addizzjonali f’medda ta’ frekwenzi supplimentari, maħsub b’mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali;

(c)servizz ta’ awtentikazzjoni tas-sinjali (SAS), ibbażat fuq il-kodiċijiet kriptati inkorporati fis-sinjali, maħsub b’mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali;

(d)servizz pubbliku regolat (PRS), li għandu jkun ristrett għall-utenti awtorizzati mill-gvern regolati skont id-Deċiżjoni 1104/2011/UE, għal applikazzjonijiet sensittivi li jirrikjedu livell għoli ta’ kontinwità tas-servizz, inkluż fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, u li jużaw sinjali qawwija u kriptati;

(e)servizz ta’ emerġenza (ES), li jxandar, billi jemetti sinjali, twissijiet rigward diżastri naturali jew emerġenzi oħra f’żoni partikolari;

(f)servizz tat-teħid tal-ħinijiet (TS), li jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li jipprovdi ħin ta’ referenza akkurat u robust kif ukoll realizzazzjoni tal- ħin universali koordinat , li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tat-teħid tal-ħinijiet ibbażati fuq Galileo u l-użu f’applikazzjonijiet kritiċi.

2.Galileo għandu jagħti kontribut ukoll:

(a)għas-servizz ta’ sostenn għat-tfittxija u għas-salvataġġ (SAR) tas-sistema COSPAS-SARSAT billi jidentifika s-sinjali ta’ emerġenza trażmessi mit-trażmettituri u billi jibagħtilhom lura messaġġi permezz ta’ “kollegament ta’ ritorn”;

(b)għas-servizzi ta’ monitoraġġ tal-integrità standardizzati fil-livell Unjoni jew fil-livell internazzjonali biex jintużaw mis-servizzi tas-sikurezza tal-ħajja, abbażi tas-sinjali tas-servizz miftuħ ta’ Galileo u flimkien ma’ EGNOS u ma’ sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita;

(c)għas-servizzi ta’ informazzjoni u ta’ twissija bikrija tat-temp spazjali pprovduti permezz tal-infrastruttura tal-art ta’ Galileo maħsuba b’mod prinċipali biex inaqqsu r-riskji potenzjali għall-utenti tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn GNSS oħra marbuta ma’ avvenimenti tat-temp spazjali.

Artikolu 45

Servizzi pprovduti minn EGNOS

1.Is-servizzi pprovduti minn EGNOS għandhom jinkludu:

(a)servizz miftuħ ta’ EGNOS (EOS), li għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjonament u s-sinkronizzazzjoni maħsuba b’mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tal-massa tan-navigazzjoni bis-satellita biex jintużaw mill-konsumaturi;

(b)servizz ta’ aċċess għad-data ta’ EGNOS (EDAS), li għandu jipprovdi l-informazzjoni ta’ pożizzjonament u ta’ sinkronizzazzjoni maħsuba b’mod prinċipali għall-applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita għal użu professjonali jew kummerċjali, li joffri prestazzjoni mtejba u data b’valur miżjud ikbar minn dawk miksuba permezz tal-EOS;

(c)servizz ta’ sikurezza tal-ħajja (SoL), li għandu jkun mingħajr ħlasijiet diretti għall-utenti u li għandu jipprovdi informazzjoni ta’ pożizzjonament u ta’ sinkronizzazzjoni b’livell għoli ta’ kontinwità, ta’ disponibbiltà u ta’ akkuratezza, inkluż messaġġ ta’ integrità li javża lill-utenti bi kwalunkwe ħsara, jew sinjali li nqabżu l-parametri ta’ tolleranza emessi minn Galileo u minn GNSS oħra, li tawmenta fiż-żona ta’ kopertura, maħsuba b’mod prinċipali għall-utenti li għalihom is-sikurezza hija essenzjali, b’mod partikolari fis-settur tal-avjazzjoni ċivili għall-iskop tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

2.Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti bħala prijorità fit-territorju tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.

Il-kopertura ġeografika ta’ EGNOS tista’ tiġi estiża għal reġjuni oħra tad-dinja, b’mod partikolari għat-territorji ta’ pajjiżi kandidati, ta’ pajjiżi terzi assoċjati mal-Ajru Uniku Ewropew u ta’ pajjiżi terzi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, soġġett għall-fattibbiltà teknika u, għas-servizz ta’ SoL, abbażi ta’ ftehimiet internazzjonali.

3.Il-kost ta’ tali estensjoni, inklużi l-kostijiet relatati tat-tħaddim li jkunu speċifiċi għal dawn ir-reġjuni, ma għandux jiġi kopert bil-baġit imsemmi fl-Artikolu 11. Tali estensjoni ma għandhiex iddewwem l-offerta tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju kollu tal-Istati Membri li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa.

Artikolu 46

Miżuri ta’ implimentazzjoni għal Galileo u għal EGNOS

Fejn ikun meħtieġ biex Galileo u EGNOS jimxu ħarir u biex jiġu adottati mis-suq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex:

(a)tiġġestixxi u tnaqqas ir-riskji inerenti fl-operat ta’ Galileo u ta’ EGNOS;

(b)tispeċifika l-istadji ewlenin tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ Galileo u ta’ EGNOS;

(c)tistabbilixxi l-post fejn jinsabu ċ-ċentri li jiffurmaw parti mill-infrastruttura tal-art ta’ Galileo u ta’ EGNOS skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà, wara li jkun ġie segwit proċess miftuħ u trasparenti, u tiżgura t-tħaddim tagħhom.

Dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

Artikolu 47

Kompatibbiltà u interoperabbiltà

1.Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli għalkollox mil-lat tekniku.

2.Galileo u EGNOS, u s-servizzi li jipprovdu, għandhom ikunu kompatibbli u interoperabbli mas-sistemi l-oħra tan-navigazzjoni bis-satellita u mal-mezzi konvenzjonali ta’ radjunavigazzjoni, fejn ir-rekwiżiti meħtieġa ta’ kompatibbiltà u ta’ interoperabbiltà jkunu stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali.

TITOLU VII

Copernicus

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 48

L-ambitu ta’ Copernicus

1.Copernicus għandu jiġi implimentat billi jissejjes fuq investimenti preċedenti tal-Unjoni, u, fejn ikun xieraq, billi jissejjes fuq il-kapaċitajiet nazzjonali jew reġjonali tal-Istati Membri u billi jqis il-kapaċitajiet tal-fornituri kummerċjali ta’ data u ta’ informazzjoni komparabbli u l-ħtieġa li jitrawmu l-kompetizzjoni u l-iżvilupp tas-suq.

2.Copernicus għandu jwassal id-data u l-informazzjoni b’politika dwar id-data sħiħa, mingħajr ħlas u miftuħa.

3.Copernicus għandu jkun fih erba’ komponenti, b’mod partikolari:

(a)il-komponent tal-akkwiżizzjoni tad-data li għandu jinkludi:

l-iżvilupp u l-operazzjonijiet tas-satelliti Sentinel ta’ Copernicus;

l-aċċess għad-data ta’ partijiet terzi;

l-aċċess għad-data fil-post u għal data anċillari oħra;

(b)il-komponent tal-ipproċessar tad-data u tal-informazzjoni, li għandu jinkludi l-attivitajiet għall-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni b’valur miżjud b’sostenn għas-servizzi tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali, tal-protezzjoni ċivili u tas-sigurtà (is-Servizzi ta’ Copernicus);

(c)il-komponent tal-aċċess għad-data u d-distribuzzjoni tagħha, li għandu jinkludi l-infrastruttura u s-servizzi biex jiġu żgurati l-iskoperta, il-wiri, id-distribuzzjoni u l-esplojtazzjoni tad-data ta’ Copernicus u tal-informazzjoni ta’ Copernicus u l-aċċess għalihom;

(d)il-komponent tal-użu mill-utenti u tal-iżvilupp tas-suq skont l-Artikolu 29(5), li għandu jinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u s-servizzi rilevanti għall-promozzjoni ta’ Copernicus, tad-data u tas-servizzi tiegħu fil-livelli kollha biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1).

4.Copernicus għandu jippromwovi l-koordinazzjoni internazzjonali tas-sistemi ta’ osservazzjoni u l-iskambji relatati ta’ data, sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni globali u l-kumplementarjetà tiegħu filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet internazzjonali u l-proċessi ta’ koordinazzjoni eżistenti.

KAPITOLU II

Azzjonijiet eliġibbli

Artikolu 49

Akkwiżizzjoni tad-data

L-azzjonijiet eliġibbli fil-qafas ta’ Copernicus għandhom ikopru:

(a)l-azzjonijiet biex tiġi pprovduta l-kontinwità tal-missjonijiet eżistenti tas-satelliti Sentinel u għall-iżvilupp, għall-illanċjar, għaż-żamma u għat-tħaddim ta’ satelliti Sentinel ulterjuri li jespandu l-ambitu ta’ osservazzjoni, filwaqt li tingħata prijorità: lill-kapaċitajiet ta’ osservazzjoni għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ CO2 u tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, li jippermettu l-kopertura polari, u li jagħtu lok għal applikazzjonijiet ambjentali innovattivi fl-oqsma tal-agrikoltura, tal-foresti u tal-ġestjoni tal-ilma;

(b)l-azzjonijiet li jipprovdu l-aċċess għad-data ta’ partijiet terzi li tkun meħtieġa biex jiġu ġġenerati s-servizzi ta’ Copernicus jew biex tintuża mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji u mis-servizzi deċentralizzati tal-Unjoni;

(c)l-azzjonijiet li jipprovdu u jikkoordinaw l-aċċess għad-data fil-post u għal data anċillari oħra meħtieġa għall-ġenerazzjoni, għall-kalibrazzjoni u għall-validazzjoni tad-data ta’ Copernicus u tal-informazzjoni ta’ Copernicus.

Artikolu 50

Is-Servizzi ta’ Copernicus

Copernicus għandu jinkludi l-azzjonijiet b’sostenn għas-servizzi li ġejjin:

(a)is-servizzi tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali li jkopru:

il-monitoraġġ tal-atmosfera biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-kompożizzjoni kimika tal-atmosfera;

il-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istat u d-dinamika tal-ekosistemi kostali u tal-baħar kif ukoll ir-riżorsi tagħhom;

il-monitoraġġ tal-art u l-agrikoltura biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kopertura tal-art, l-użu tal-art u l-bidla fl-użu tal-art, iż-żoni urbani, il-kwantità u l-kwalità tal-ilmijiet interni, il-foresti, l-agrikoltura u riżorsi naturali oħra, il-bijodiversità u l-krijosfera;

il-monitoraġġ tal-klima biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ CO2 u emissjonijiet oħra tal-gassijiet b’effett ta’ serra, il-parametri essenzjali tal-klima, ir-rianaliżi tal-klima, it-tbassir staġjonali, il-projezzjonijiet u l-attribuzzjoni tal-klima, kif ukoll l-indikaturi fuq skali temporali u ta’ spazji rilevanti;

(b)is-servizz ta’ ġestjoni tal-emerġenzi biex tiġi pprovduta informazzjoni b’sostenn għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-protezzjoni ċivili li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, u b’sostenn għall-operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u ta’ rispons fl-emerġenzi (li jtejbu l-attivitajiet ta’ twissija bikrija u l-kapaċitajiet ta’ rispons fil-kriżijiet), u għall-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u ta’ tħejjija (l-analiżi tar-riskji u tal-irkupru) fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ diżastri;

(c)is-servizz tas-sigurtà b’sostenn għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, għas-sorveljanza marittima, kif ukoll għall-azzjoni esterna tal-Unjoni sabiex jagħtu rispons għall-isfidi tas-sigurtà li qed tiffaċċja l-Unjoni, u għall-għanijiet u għall-azzjonijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni.

Artikolu 51

L-aċċess għad-data u għall-informazzjoni ta’ Copernicus u d-distribuzzjoni tagħhom

1.Copernicus għandu jinkludi azzjonijiet li jipprovdu aċċess għad-data kollha ta’ Copernicus u għall-informazzjoni kollha ta’ Copernicus u, fejn ikun xieraq, għandu jipprovdi infrastruttura u servizzi addizzjonali biex jitrawmu d-distribuzzjoni, l-aċċess u l-użu ta’ dik id-data u ta’ dik l-informazzjoni.

2.Fejn id-data ta’ Copernicus u l-informazzjoni ta’ Copernicus ikunu sensittivi fir-rigward tas-sigurtà, il-Kummissjoni tista’ tinkariga l-akkwist, is-superviżjoni tal-akkwiżizzjoni, l-aċċess għaliha u d-distribuzzjoni ta’ dik id-data u ta’ dik l-informazzjoni lil entità fiduċjarja waħda jew iktar. Tali entitajiet għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru tal-utenti akkreditati u jagħtu aċċess għad-data ristretta permezz ta’ fluss segregat.

KAPITOLU III

Il-politika dwar id-data ta’ Copernicus

Artikolu 52

Il-politika dwar id-data ta’ Copernicus u l-informazzjoni ta’ Copernicus

1.Id-data ta’ Copernicus u l-informazzjoni ta’ Copernicus għandhom jiġu pprovduti lill-utenti bil-politika li ġejja dwar id-data mingħajr ħlas, sħiħa u miftuħa:

(a)l-utenti ta’ Copernicus ikunu jistgħu, fuq bażi dinjija u mingħajr ħlas, jirriproduċu, jiddistribwixxu, jikkomunikaw lill-pubbliku, jadattaw u jimmodifikaw id-data kollha ta’ Copernicus u l-informazzjoni kollha ta’ Copernicus u jikkombinawhom ma’ data u ma’ informazzjoni oħrajn;

(b)il-politika dwar id-data mingħajr ħlas, sħiħa u miftuħa għandha tinkludi l-limitazzjonijiet li ġejjin:

il-formati u l-karatteristiki tat-tempestività u tad-disseminazzjoni tad-data ta’ Copernicus u tal-informazzjoni ta’ Copernicus għandhom ikunu predefiniti;

fejn ikun applikabbli, il-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-liċenzji tad-data ta’ partijiet terzi u tal-informazzjoni ta’ partijiet terzi li jintużaw fil-produzzjoni tal-informazzjoni dwar is-Servizzi ta’ Copernicus għandhom jiġu rrispettati;

il-limitazzjonijiet tas-sigurtà li jirriżultaw mir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(1);

il-protezzjoni kontra r-riskju ta’ tfixkil tas-sistema li tipproduċi d-data ta’ Copernicus u l-informazzjoni ta’ Copernicus jew li tagħmilhom disponibbli għandha tiġi żgurata;

il-protezzjoni tal-aċċess affidabbli għad-data ta’ Copernicus u għall-informazzjoni ta’ Copernicus għall-utenti Ewropej għandha tiġi żgurata.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jissupplimentaw il-paragrafu 1 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-kundizzjonijiet u tal-proċeduri għall-aċċess għad-data ta’ Copernicus u għall-informazzjoni ta’ Copernicus u għall-użu tagħhom.

3.Il-Kummissjoni għandha toħroġ liċenzji u avviżi għall-aċċess għad-data ta’ Copernicus u għall-informazzjoni ta’ Copernicus u għall-użu tagħhom, inklużi l-klawżoli ta’ attribuzzjoni, b’konformità mal-politika dwar id-data ta’ Copernicus kif stabbilit f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati applikabbli skont il-paragrafu 2.

TITOLU VIII

KOMPONENTI OĦRA TAL-PROGRAMM

KAPITOLU I

SSA

TAQSIMA I

SST

Artikolu 53

L-ambitu tal-SST

Il-komponent tal-SST għandu jagħti sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ sensuri tal-art u/jew spazjali tal-Istati Membri, inklużi sensuri żviluppati permezz ta’ sensuri tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u permezz ta’ sensuri tal-Unjoni mħaddma nazzjonalment, għas-sorveljanza u l-insegwiment tal-oġġetti u għall-produzzjoni ta’ katalogu Ewropew ta’ oġġetti spazjali adattat għall-ħtiġijiet tal-utenti msemmija fl-Artikolu 55;

(b)l-ipproċessar u l-analiżi tad-data tal-SST fil-livell nazzjonali sabiex jiġu prodotti l-informazzjoni u s-servizzi tal-SST imsemmija fl-Artikolu 54;

(c)il-forniment tas-servizzi tal-SST imsemmi fl-Artikolu 54 lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 55;

(d)sostenn tekniku u amministrattiv sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm Spazjali tal-UE u l-Qafas għall-Appoġġ tal-SST stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE.

Artikolu 54

Is-servizzi tal-SST

1.Is-servizzi tal-SST għandhom jinkludu:

(a)il-valutazzjoni tar-riskji ta’ kolliżjoni bejn l-inġenji spazjali jew bejn l-inġenji spazjali u t-tifrik spazjali u l-ġenerazzjoni potenzjali ta’ twissijiet għall-evitar ta’ kolliżjonijiet matul il-fażi tal-illanċjar, il-fażi bikrija fl-orbita, il-fażi tat-tlugħ fl-orbita, il-fażi tal-operazzjonijiet fl-orbita u l-fażi tad-disponiment tal-missjonijiet tal-inġenji spazjali;

(b)l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta’ frammentazzjonijiet, ta’ tkissir jew ta’ kolliżjonijiet fl-orbita;

(c)il-valutazzjoni tar-riskji tad-dħul mill-ġdid mhux ikkontrollat ta’ oġġetti spazjali u ta’ tifrik spazjali fl-atmosfera tad-dinja u l-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni relatata, inkluża l-istima tal-perjodu ta’ żmien u tal-post li x’aktarx iseħħ fih l-impatt;

(d)il-prevenzjoni tal-proliferazzjoni tat-tifrik spazjali.

2.Is-servizzi tal-SST għandhom ikunu mingħajr ħlas u għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin mingħajr interruzzjoni.

Artikolu 55

L-utenti tal-SST

1.L-utenti ewlenin tal-SST għandhom jinkludu l-Istati Membri kollha, is-SEAE, il-Kummissjoni, il-Kunsill, is-sidien u l-operaturi pubbliċi u privati tal-inġenji spazjali, u l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-protezzjoni ċivili u stabbiliti fl-Unjoni.

2.Entitajiet pubbliċi u privati oħra (utenti mhux ewlenin) stabbiliti fl-Unjoni jista’ jkollhom aċċess għal wieħed mis-servizzi msemmija fil-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 54(1) diment li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(a)id-data tintuża għal skopijiet mhux kummerċjali;

(b)jiġi żgurat livell xieraq ta’ sigurtà tad-data riċevuta.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati rigward dawk il-kriterji u proċeduri rilevanti. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

Artikolu 56

Parteċipazzjoni tal-Istati Membri

1.L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jipparteċipaw fit-twassil tas-servizzi tal-SST imsemmija fl-Artikolu 54 għandhom jippreżentaw applikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni, fejn juru l-konformità mal-kriterji li ġejjin:

(a)is-sjieda ta’ sensuri adegwati tal-SST disponibbli għall-SST tal-UE u tar-riżorsi umani biex jitħaddmu, jew ta’ analiżi operazzjonali adegwata u ta’ kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data speċifikament iddisinjati għall-SST u disponibbli għall-SST tal-UE, jew l-aċċess għalihom;

(b)il-valutazzjoni inizjali tar-riskji għas-sigurtà ta’ kull assi tal-SST imwettqa u vvalidata mill-Istat Membru rilevanti;

(c)pjan ta’ azzjoni li jqis il-pjan ta’ koordinazzjoni adottat skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE, għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament;

(d)id-distribuzzjoni tal-attivitajiet differenti fost it-Timijiet ta’ Esperti kif maħtura skont l-Artikolu 57;

(e)ir-regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b), kull Stat Membru li jkun jixtieq jipparteċipa fit-twassil tas-servizzi tal-SST għandu juri konformità ma’ dawn il-kriterji separatament.

2.Il-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati mill-Istati Membri parteċipanti li l-entitajiet nazzjonali maħtura tagħhom ikunu membri tal-Konsorzju stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.Fejn ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda proposta konġunta skont il-paragrafu 1 jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li proposta konġunta ppreżentata ma tikkonformax mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, minn tal-inqas tliet Stati Membri li jitqies li jkunu ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jippreżentaw offerti lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ reġim speċifiku tal-orbiti.

4.Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri u elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3. Dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

Artikolu 57

Qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri

1.L-Istati Membri kollha li jkunu ppreżentaw proposta li l-Kummissjoni tqis li tkun konformi mal-Artikolu 56(1) jew li tkun intgħażlet mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3) għandhom jaħtru Entità Nazzjonali Kostitwenti stabbilita fit-territorju tagħhom biex tirrappreżentahom.

2.L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti maħtura skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonkludu ftehim li joħloq sħubija tal-SST u li jistabbilixxi r-regoli u l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 53. B’mod partikolari, dak il-ftehim għandu jinkludi l-elementi msemmija fil-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 56(1) u l-istabbiliment ta’ struttura għall-ġestjoni tar-riskji biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-iskambju sigur tad-data tal-SST u tal-informazzjoni tal-SST.

3.L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jiżviluppaw servizzi tal-SST tal-Unjoni ta’ kwalità għolja skont pjan pluriennali, skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti, u skont ir-rekwiżiti tal-utenti, abbażi tal-attivitajiet tat-Timijiet ta’ Esperti msemmija fil-paragrafu 6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-pjan pluriennali u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

4.L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom joħolqu netwerk tas-sensuri eżistenti u possibbli fil-ġejjieni biex iħaddmuhom b’mod ikkoordinat u ottimizzat bil-ħsieb li jistabbilixxu u jżommu katalogu komuni aġġornat Ewropew.

5.L-Istati Membri parteċipanti għandhom iwettqu akkreditazzjoni tas-sigurtà abbażi tar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 34(1).

6.It-Timijiet ta’ Esperti għandhom jinħatru mill-Istati Membri parteċipanti tal-SST sabiex ikunu inkarigati bi kwistjonijiet speċifiċi marbuta mal-attivitajiet differenti tal-SST. It-Timijiet ta’ Esperti għandhom ikunu permanenti u ġestiti mill-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti tal-Istati Membri li stabbilewhom, għandu jkollhom il-persunal ta’ dawk l-entitajiet, u jistgħu jinkludu esperti minn kull Entità Nazzjonali Kostitwenti.

7.L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti u t-Timijiet ta’ Esperti għandhom jiżguraw il-protezzjoni tad-data tal-SST, tal-informazzjoni tal-SST u tas-servizzi tal-SST.

8.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-qafas organizzattiv tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-SST. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

Artikolu 58

Il-Front Desk tal-SST

1.Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-Front Desk tal-SST abbażi tal-aqwa għarfien espert fi kwistjonijiet tas-sigurtà. Dak il-Front Desk għandu:

(a)jipprovdi l-interfaċċi siguri meħtieġa għaċ-ċentralizzazzjoni, għall-ħżin u għad-disponibbiltà tal-informazzjoni tal-SST għall-utenti tal-SST, filwaqt li jiżgura t-trattament u t-traċċabbiltà tagħha kif suppost;

(b)jipprovdi rapportar dirett dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tal-SST;

(c)jiġbor il-feedback sabiex jiġi żgurat l-allinjament meħtieġ tas-servizzi mal-aspettattivi tal-utenti;

(d)jippromwovi u jħeġġeġ l-użu tas-servizzi u jagħtih sostenn.

2.L-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti għandhom jikkonkludu l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni meħtieġa mal-Front Desk tal-SST.

TAQSIMA II

Temp spazjali u NEO

Artikolu 59

Attivitajiet tat-Temp Spazjali

1.Il-funzjoni tat-temp spazjali tista’ tagħti sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)il-valutazzjoni u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti fis-setturi identifikati fil-paragrafu 2(b) bl-għan li jiġu stabbiliti s-servizzi tat-temp spazjali li jridu jiġu pprovduti;

(b)il-forniment tas-servizzi tat-temp spazjali lill-utenti tat-temp spazjali, skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tekniċi identifikati tal-utenti.

2.Is-servizzi tat-temp spazjali għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin mingħajr interruzzjoni u jistgħu jintgħażlu skont ir-regoli li ġejjin:

(a)il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza s-servizzi tat-temp spazjali li jridu jitwasslu fil-livell tal-Unjoni skont il-ħtiġijiet tal-utenti, l-istat ta’ tħejjija teknoloġika tas-servizzi u r-riżultat ta’ valutazzjoni tar-riskji;

(b)is-servizzi tat-temp spazjali jistgħu jagħtu kontribut għall-protezzjoni tas-setturi li ġejjin: l-inġenji spazjali, l-avjazzjoni, il-GNSS, il-grilji tal-elettriku u l-komunikazzjoni.

3.L-għażla tal-entitajiet li jridu jipprovdu s-servizzi tat-temp spazjali għandha titwettaq permezz ta’ sejħa għall-offerti.

Artikolu 60

Attivitajiet tal-NEO

1.Il-funzjoni tal-NEO tista’ tagħti sostenn għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)l-immappjar tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri għall-identifikazzjoni u għall-monitoraġġ tal-NEOs;

(b)il-promozzjoni tan-netwerking tal-faċilitajiet u taċ-ċentri ta’ riċerka tal-Istati Membri;

(c)l-iżvilupp tas-servizz imsemmi fil-paragrafu 2.

2.Il-Kummissjoni tista’ tikkoordina l-azzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u tal-Unjoni li jkunu responsabbli għall-protezzjoni ċivili fil-każ li jinstab li NEO jkun qed joqrob iktar lejn id-dinja.

KAPITOLU II

GOVSATCOM

Artikolu 61

L-ambitu ta’ GOVSATCOM

Fil-qafas tal-komponent ta’ GOVSATCOM, il-kapaċitajiet u s-servizzi tal-komunikazzjoni bis-satellita għandhom jiġu kkombinati f’ġabra komuni ta’ kapaċitajiet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita tal-Unjoni. Dan il-komponent jinkludi:

(a)l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, u l-operazzjonijiet tal-infrastruttura tas-segment tal-art;

(b)l-akkwist ta’ kapaċitajiet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita, kif ukoll ta’ tagħmir tal-utenti meħtieġ għall-forniment tas-servizzi ta’ GOVSATCOM;

(c)Il-miżuri meħtieġa għal interoperabbiltà u għal standardizzazzjoni ulterjuri tat-tagħmir tal-utenti ta’ GOVSATCOM.

Artikolu 62

Kapaċitajiet u servizzi pprovduti fil-qafas ta’ GOVSATCOM

1.Il-forniment ta’ kapaċitajiet u ta’ servizzi ta’ GOVSATCOM, mingħajr ħlas għall-utenti ta’ GOVSATCOM, għandu jiġi żgurat skont kif stabbilit fil-portafoll tas-servizzi msemmi fil-paragrafu 3, skont ir-rekwiżiti operazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, skont ir-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà ta’ GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 34(1) u fil-limiti tar-regoli dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 65.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżit operazzjonali għas-servizzi pprovduti fil-qafas ta’ GOVSATCOM, fil-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-każijiet tal-użu marbuta mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mas-sorveljanza u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjoni diplomatika. Dawk ir-rekwiżiti operazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi dettaljata tar-rekwiżiti tal-utenti, u għandhom iqisu r-rekwiżiti li jirriżultaw mit-tagħmir u min-netwerks eżistenti tal-utenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi pprovduti fil-qafas ta’ GOVSATCOM, fil-forma ta’ lista ta’ kategoriji ta’ kapaċitajiet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita u tal-attributi tagħhom, li tinkludi l-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-bandwidth, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiki tas-sigurtà. Dawk il-miżuri għandhom jiġu bbażati fuq ir-rekwiżiti operazzjonali u fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jipprijoritizzaw is-servizzi pprovduti lill-utenti fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

4.L-utenti ta’ GOVSATCOM għandu jkollhom aċċess għall-kapaċitajiet u għas-servizzi elenkati fil-portafoll tas-servizzi permezz taċ-Ċentri ta’ GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 66.

Artikolu 63

Fornituri ta’ kapaċitajiet u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita

Il-kapaċitajiet u s-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita fil-qafas ta’ dan il-komponent jistgħu jiġu pprovduti mill-entitajiet li ġejjin:

(a)il-parteċipanti ta’ GOVSATCOM, u

(b)l-persuni ġuridiċi debitament akkreditati biex jipprovdu kapaċitajiet jew servizzi satellitari b’konformità mal-proċedura ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà fl-Artikolu 36, abbażi tar-rekwiżiti speċifiċi tas-sigurtà għall-komponent ta’ GOVSATCOM imsemmi fl-Artikolu 34(1).

Artikolu 64

Użu ta’ GOVSATCOM

1.L-entitajiet li ġejjin jistgħu jkunu utenti ta’ GOVSATCOM diment li jkunu inkarigati b’kompiti marbuta mas-superviżjoni u mal-ġestjoni ta’ missjonijiet, ta’ operazzjonijiet u ta’ infrastrutturi kritiċi għas-sigurtà:

(a)awtorità pubblika jew korp tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru inkarigat bl-eżerċizzju ta’ tali awtorità pubblika,

(b)jew persuna fiżika jew ġuridika.

2.L-utenti ta’ GOVSATCOM għandhom jiġu debitament awtorizzati minn parteċipant imsemmi fl-Artikolu 67 biex jużaw il-kapaċitajiet u s-servizzi ta’ GOVSATCOM.

Artikolu 65

Kondiviżjoni u prijoritizzazzjoni

1.L-akkomunament tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti tal-komunikazzjoni bis-satellita, għandu jiġi kondiviż u pprijoritizzat bejn il-parteċipanti ta’ GOVSATCOM abbażi ta’ analiżi tar-riskji għas-sigurtà mill-utenti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. Din il-kondiviżjoni u din il-prijoritizzazzjoni għandhom jipprijoritizzaw l-utenti fil-livell tal-Unjoni.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet, tas-servizzi u tat-tagħmir tal-utenti, filwaqt li tqis id-domanda mistennija għall-każijiet tal-użu differenti u għall-analiżi tar-riskji għas-sigurtà għal dawk il-każijiet tal-użu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

3.Il-kondiviżjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-kapaċitajiet u tas-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita bejn l-utenti ta’ GOVSATCOM li jkunu awtorizzati mill-istess parteċipant ta’ GOVSATCOM għandhom jiġu stabbiliti u implimentati minn dak il-parteċipant.

Artikolu 66

L-infrastruttura u t-tħaddim tas-segment tal-art

1.Is-segment tal-art għandu jinkludi l-infrastruttura meħtieġa biex tippermetti l-forniment tas-servizzi lill-utenti skont l-Artikolu 65, b’mod partikolari biex iċ-Ċentri ta’ GOVSATCOM li għandhom jiġu akkwistati fil-qafas ta’ dan il-komponent biex l-utenti ta’ GOVSATCOM ikunu konnessi mal-kapaċitajiet u mas-servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita.

2.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-post fejn tkun tinsab l-infrastruttura tas-segment tal-art. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 107(3).

Artikolu 67

Parteċipanti u awtoritajiet kompetenti ta’ GOVSATCOM

1.L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom ikunu parteċipanti ta’ GOVSATCOM sakemm dawn jawtorizzaw lill-utenti ta’ GOVSATCOM, jew jipprovdu kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni bis-satellita, siti tas-segment tal-art jew parti mill-faċilitajiet tas-segment tal-art.

2.L-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jsiru parteċipanti ta’ GOVSATCOM jekk ikunu nħarġulhom awtorizzazzjonijiet mill-istituzzjoni tal-Unjoni li tissorveljahom.

3.Kull parteċipant għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda ta’ GOVSATCOM.

4.Awtorità kompetenti ta’ GOVSATCOM għandha tiżgura li:

(a)l-użu tas-servizzi jkun konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli;

(b)id-drittijiet tal-aċċess għall-utenti ta’ GOVSATCOM jiġu stabbiliti u ġestiti;

(c)it-tagħmir tal-utenti kif ukoll il-konnessjonijiet u l-informazzjoni assoċjati tal-komunikazzjoni elettronika jintużaw u jiġu ġestiti skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli;

(d)punt ċentrali ta’ kuntatt jiġi stabbilit biex jassisti kif ikun meħtieġ fir-rapportar tar-riskji u tat-theddidiet għas-sigurtà, b’mod partikolari fl-identifikazzjoni ta’ interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li taffettwa lis-servizzi fil-qafas ta’ dan il-komponent.

Artikolu 68

Monitoraġġ tal-provvista u tad-domanda għal GOVSATCOM

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-evoluzzjoni tal-provvista u tad-domanda għall-kapaċitajiet u għas-servizzi kontinwament, filwaqt li tqis riskji u theddidiet ġodda, kif ukoll żviluppi ġodda fit-teknoloġija, sabiex tiġi ottimizzata l-bilanċ bejn dik il-provvista u dik id-domanda għas-servizzi ta’ GOVSATCOM.

Artikolu 69

Klawżola ta’ rieżami ta’ GOVSATCOM

Qabel l-aħħar tal-2024, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-komponent ta’ GOVSATCOM, b’mod partikolari fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti b’rabta mal-kapaċità tal-komunikazzjoni bis-satellita. L-evalwazzjoni għandha teżamina partikolarment il-ħtieġa għal infrastruttura spazjali addizzjonali. L-evalwazzjoni għandha tiġi akkumpanjata, jekk ikun meħtieġ, bi proposta xierqa għall-iżvilupp ta’ infrastruttura spazjali addizzjonali fil-qafas tal-komponent ta’ GOVSATCOM.

TITOLU IX

L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PROGRAMM SPAZJALI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali marbuta mal-Aġenzija

Artikolu 70

Status ġuridiku tal-Aġenzija

1.L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Għandu jkollha personalità ġuridika.

2.F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-iktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi skont il-liġi. B’mod partikolari, tista’ takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fil-proċedimenti ġuridiċi.

3.L-Aġenzija għandha tiġi rrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

Artikolu 71

Is-sede tal-Aġenzija

Is-sede tal-Aġenzija għandha tinsab fi Praga (ir-Repubblika Ċeka).

KAPITOLU II

Organizzazzjoni tal-Aġenzija

Artikolu 72

Struttura amministrattiva u ta’ ġestjoni

1.L-istruttura amministrattiva u ta’ ġestjoni tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a)il-Bord Amministrattiv;

(b)id-Direttur Eżekuttiv;

(c)il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

2.Il-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u l-President ta’ dan tal-aħħar għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-operat u l-koordinazzjoni tal-Aġenzija b’konformità mal-proċeduri stabbiliti bir-regoli interni tal-Aġenzija, bħar-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv, ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-istatus tal-persunal u r-regoli li jirregolaw l-aċċess għad-dokumenti.

Artikolu 73

Bord Amministrattiv

1.Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, u minn erba’ rappreżentanti tal-Kummissjoni, li kollha kemm huma jkollhom id-drittijiet tal-vot. Il-Bord Amministrattiv għandu jinkludi wkoll membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, li ma jkollu l-ebda dritt tal-vot.

2.Il-President jew il-Viċi President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, rappreżentant tal-Kunsill, rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli u rappreżentant tal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv.

3.Kull membru tal-Bord Amministrattiv għandu jkollu membru supplenti. Il-membru supplenti għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.

4.Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Amministrattiv għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-kompiti ewlenin tal-Aġenzija, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jillimitaw it-tibdil tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord Amministrattiv, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Bord. Il-partijiet kollha għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Amministrattiv.

5.Il-mandat tal-membri tal-Bord Amministrattiv u tal-membri supplenti tagħhom għandu jkun ta’ erba’ snin u jista’ jiġġedded darba.

6.Fejn ikun xieraq, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-kundizzjonijiet għal tali parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 98 u għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 74

President tal-Bord Amministrattiv

1.Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu, li jkollhom id-drittijiet tal-vot. Il-Viċi President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu.

2.Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ sentejn u jista’ jiġġedded darba. Dan għandu jintemm f’każ li dik il-persuna ma tibqax tkun membru tal-Bord Amministrattiv.

3.Il-Bord Amministrattiv għandu jkollu s-setgħa li jneħħi mill-kariga lill-President, lill-Viċi President jew lit-tnejn li huma.

Artikolu 75

Laqgħat tal-Bord Amministrattiv

1.Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-President ma jiddeċidix mod ieħor. Dan ma għandux ikollu d-dritt li jivvota.

3.Il-Bord Amministrattiv għandu jorganizza laqgħa ordinarja darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba ta’ minn tal-inqas terz tal-membri tiegħu.

4.Il-Bord Amministrattiv jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna, li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess, biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġett għar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew minn esperti.

5.[Għal kwalunkwe komponent tal-Programm li jinvolvi l-użu tal-infrastruttura nazzjonali sensittiva, jistgħu jattendu l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv u jieħdu sehem fil-votazzjoni r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura u r-rappreżentant tal-Kummissjoni biss. Fejn il-President tal-Bord Amministrattiv ma jkunx jirrappreżenta wieħed mill-Istati Membri li jkollhom tali infrastruttura, dan għandu jiġi sostitwit mir-rappreżentanti ta’ Stat Membru li jkollu tali infrastruttura.]

6.L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Bord Amministrattiv.

Artikolu 76

Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord Amministrattiv

1.Sakemm dan ir-Regolament ma jkunx jistipula mod ieħor, il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu bil-maġġoranza tal-membri tiegħu li jivvotaw.

Għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jivvotaw għall-elezzjoni u għat-tneħħija mill-kariga tal-President u tal-Viċi President tal-Bord Amministrattiv u għall-adozzjoni tal-baġit u tal-programmi ta’ ħidma.

2.Kull rappreżentant tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta’ membru li jkollu d-dritt tal-vot, il-membru supplenti tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni. Id-deċiżjonijiet abbażi tal-punti (a), (b), (f), (j) u (k) tal-Artikolu 77(2) jew tal-Artikolu 77(5), għajr għal kwistjonijiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, għandhom jiġu adottati biss b’vot favorevoli mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

3.Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv għandhom jistabbilixxu arranġamenti iktar dettaljati tal-votazzjoni, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet biex membru jaġixxi f’isem membru ieħor.

Artikolu 77

Kompiti tal-Bord Amministrattiv

1.Il-Bord Amministrattiv għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-ħidma fdata lilha, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u għandu jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal dan l-għan, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi fdati lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet fil-qafas tal-Kapitolu II tat-Titolu V.

2.Il-Bord Amministrattiv għandu wkoll:

(a)jadotta, sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara, wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, b’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 80, u wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni;

(b)iwettaq il-funzjonijiet baġitarji stabbiliti fl-Artikolu 84(5), (6), (10) u (11);

(c)jissorvelja l-operat taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà ta’ Galileo kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 34(3);

(d)jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 32 , skont l-Artikolu 94;

(e)japprova l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 98, wara li jikkonsulta l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-arranġamenti dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

(f)jadotta l-proċeduri tekniċi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(g)jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija, wara li tkun ġiet inkorporata fih, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà skont il-punt (c) tal-Artikolu 80 u jibagħtu, sal-1 ta’ Lulju, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

(h)jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet u mill-awditjar imsemmija fl-Artikolu 102, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mir-rapporti kollha tal-awditjar intern jew estern, u jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għall-eżitu tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni;

(i)jiġi kkonsultat mid-Direttur Eżekuttiv dwar il-ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 31(2) qabel ma jiġu ffirmati; 

(j)jadotta r-regoli dwar is-sigurtà tal-Aġenzija kif imsemmija fl-Artikolu 96;

(k)japprova, abbażi ta’ proposta mid-Direttur Eżekuttiv, strateġija kontra l-frodi;

(l)japprova, fejn ikun meħtieġ u abbażi ta’ proposti mid-Direttur Eżekuttiv, l-istrutturi organizzattivi msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 77(1);

(m)jistabbilixxi korp konsultattiv dwar is-sigurtà, li jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, li jintgħażlu minn fost esperti rikonoxxuti fil-qasam, u bl-involviment xieraq tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli, sabiex jipprovdi għarfien espert tekniku lill-Aġenzija dwar is-sigurtà, b’mod partikolari fir-rigward tat-theddidiet ċibernetiċi;

(n)jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, li jista’ jkun l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u li għandu jkun indipendenti għalkollox fit-twettiq ta’ dmirijietu;

(o)jadotta u jippubblika r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

3.Fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita s-setgħat ikkonferiti bir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Regolamenti tal-Persunal”) fuq l-awtorità tal-ħatra u bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra fuq l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti tax-xogħol (is-“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”).

Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom din id-delega ta’ setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lura lill-Bord Amministrattiv dwar l-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat delegati. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Bl-applikazzjoni tat-tieni sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu li dan isir, il-Bord Amministrattiv, permezz ta’ deċiżjoni, jista’ jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u ta’ dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil xi membru tal-persunal ieħor għajr id-Direttur Eżekuttiv.

B’deroga mit-tieni sottoparagrafu, il-Bord Amministrattiv għandu jkun meħtieġ jiddelega lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà s-setgħat imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu fir-rigward tar-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V kif ukoll il-miżuri dixxiplinari li jridu jittieħdu fir-rigward ta’ tali persunal.

Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal. Għandu jikkonsulta l-ewwel lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u mbagħad iqis l-osservazzjonijiet tiegħu fir-rigward tar-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal involut fl-attivitajiet skont il-Kapitolu II tat-Titolu V u l-miżuri dixxiplinari rilevanti li jridu jittieħdu.

Għandu jadotta wkoll deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Aġenzija. Qabel ma jadotta dik id-deċiżjoni, il-Bord Amministrattiv għandu jikkonsulta lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà fir-rigward tal-issekondar ta’ esperti nazzjonali involuti fl-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu V u għandu jqis debitament l-osservazzjonijiet tiegħu.

4.Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jista’ jestendilu jew itemmlu l-mandat tiegħu skont l-Artikolu 89.

5.Il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-prestazzjoni tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Aġenzija, għajr fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa skont il-Kapitolu II tat-Titolu V.

Artikolu 78

Direttur Eżekuttiv

L-Aġenzija għandha tiġi ġestita mid-Direttur Eżekuttiv tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont ta’ għemilu lill-Bord Amministrattiv.

Artikolu 79

Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)jirrappreżenta lill-Aġenzija u jiffirma l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 31(2);

(b)iħejji l-ħidma tal-Bord Amministrattiv u jipparteċipa, mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot, fil-ħidma tal-Bord Amministrattiv, soġġett għat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 76;

(c)jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv;

(d)iħejji l-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-partijiet imħejjija u adottati mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 80;

(e)jimplimenta l-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali, bl-eċċezzjoni tal-partijiet implimentati mill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

(f)iħejji rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u, fejn ikun rilevanti, tal-programm ta’ ħidma pluriennali għal kull laqgħa tal-Bord Amministrattiv, filwaqt li jinkorpora fih, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mħejjija mill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

(g)iħejji r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija bl-eċċezzjoni tat-taqsima mħejjija u approvata mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà b’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 80 dwar l-attivitajiet koperti bit-Titolu V, u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;

(h)jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi l-adozzjoni tal-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

(i)ifassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija skont l-Artikolu 84 u jimplimenta l-baġit skont l-Artikolu 85;

(j)jiżgura li l-Aġenzija, bħala l-operatur taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà ta’ Galileo, tkun tista’ tirrispondi għall-istruzzjonijiet ipprovduti skont id-Deċiżjoni 2014/496/PESK u twettaq ir-rwol tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE;

(k)jiżgura ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà, fl-istruttura tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 72(1);

(l)jistabbilixxi, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għal kwistjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, l-istrutturi organizzattivi tal-Aġenzija u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni. Dawk l-istrutturi għandhom jirriflettu l-karatteristiki speċifiċi tad-diversi komponenti tal-Programm;

(m)jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 37(3), sal-punt li dawk is-setgħat ikunu ġew iddelegati lilu b’konformità mat-tieni sottoparagrafu tiegħu;

(n)jiżgura li s-servizzi tas-segretarjat u r-riżorsi kollha meħtieġa għall-funzjonament tagħhom kif suppost jiġu pprovduti lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 37(3) u lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

(o)iħejji pjan ta’ azzjoni għall-iżgurar tas-segwitu tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 102, bl-eċċezzjoni tat-taqsima tal-pjan ta’ azzjoni dwar l-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, u jippreżenta lill-Kummissjoni, wara li jkun inkorpora, mingħajr l-ebda tibdil, it-taqsima mfassla mill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, rapport ta’ progress darbtejn fis-sena, li għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Bord Amministrattiv għall-informazzjoni;

(p)jieħu l-miżuri li ġejjin għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

i)il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra u l-użu ta’ miżuri superviżorji effettivi;

ii)l-irkupru ta’ ammonti li ma kellhomx jitħallsu fejn jiġu identifikati l-irregolaritajiet u, fejn ikun xieraq, l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(q)ifassal strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija li tkun proporzjonata għar-riskju ta’ frodi, filwaqt li titqies analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati u jitqiesu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;

(r)jipprovdi rapporti lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta’ dmirijietu meta jiġi mistieden biex jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar dmirijietu.

2.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li impjegat wieħed jew iktar mill-persunal kollu jkun jinsab fi Stat Membru wieħed jew iktar għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u effettiv. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b’tali mod li jiġu evitati l-kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija. Jaf ikun meħtieġ ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali mal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i).

Artikolu 80

Kompiti ta’ ġestjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 37, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu, bħala parti mill-ġestjoni tal-Aġenzija:

(a)iħejji u japprova dik il-parti tal-programm ta’ ħidma pluriennali fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fiż-żmien propizju sabiex tiġi inkorporata fil-programm ta’ ħidma pluriennali;

(b)iħejji u japprova dik il-parti tal-programm ta’ ħidma annwali fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fiż-żmien propizju sabiex tiġi inkorporata fil-programm ta’ ħidma annwali;

(c)iħejji u japprova dik il-parti tar-rapport annwali fir-rigward tal-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jitwettqu dawk l-attivitajiet u l-prospetti, u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv fiż-żmien propizju sabiex tiġi inkorporata fir-rapport annwali.

Artikolu 81

Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom id-dritt tal-vot. Fejn ma tinkisibx maġġoranza ta’ żewġ terzi wara żewġ laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, għandha tkun meħtieġa maġġoranza sempliċi.

2.Il-Viċi President għandu jissostitwixxi awtomatikament lill-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu.

3.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu s-setgħa li jneħħi mill-kariga lill-President, lill-Viċi President, jew lit-tnejn li huma. Għandu jadotta d-deċiżjoni tat-tneħħija mill-kariga b’maġġoranza ta’ żewġ terzi.

4.Il-mandat tal-President u tal-Viċi President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun ta’ sentejn u jista’ jiġġedded darba. Kull mandat għandu jintemm meta dik il-persuna ma tibqax membru tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

Artikolu 82

Aspetti organizzattivi tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkollu aċċess għar-riżorsi umani u materjali kollha meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod indipendenti. Għandu jkollu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni utli għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u li tkun fil-pussess tal-korpi l-oħra tal-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tal-awtonomija u tal-indipendenza msemmija fl-Artikolu 36(i).

2.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u l-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tiegħu għandhom iwettqu ħidmithom b’tali mod li jiżguraw l-awtonomija u l-indipendenza fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija, b’mod partikolari l-attivitajiet operazzjonali assoċjati mal-esplojtazzjoni tas-sistemi, b’konformità mal-għanijiet tad-diversi komponenti tal-Programm. L-ebda membru tal-persunal tal-Aġenzija taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ma jista’ jiġi assenjat fl-istess ħin biex iwettaq kompiti oħra fl-Aġenzija.

Għal dak l-għan, għandha tiġi stabbilita segregazzjoni organizzattiva effettiva fl-Aġenzija bejn il-persunal involut fl-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V u l-persunal l-ieħor tal-Aġenzija. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jinforma minnufih lid-Direttur Eżekuttiv, lill-Bord Amministrattiv u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ċirkostanza li tista’ xxekkel l-awtonomija u l-indipendenza tiegħu. Fil-każ li ma jinstab l-ebda rimedju fl-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni, b’konsultazzjoni mal-partijiet rilevanti. Abbażi tal-eżitu ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni li jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.

3.Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jistabbilixxi korpi subordinati speċjali, li jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tiegħu, sabiex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi. B’mod partikolari, filwaqt li jiżgura l-kontinwità meħtieġa tal-ħidma, għandu jistabbilixxi panel biex iwettaq rieżamijiet u testijiet tal-analiżi tas-sigurtà u jipproduċi r-rapporti rilevanti dwar ir-riskji sabiex ikunulu ta’ assistenza fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu. Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista’ jistabbilixxi u jisfaxxa gruppi ta’ esperti sabiex jagħtu kontribut għall-ħidma tal-panel.

Artikolu 83

Kompiti tal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1.Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jiżgura li l-Bord iwettaq l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà b’mod totalment indipendenti u għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)iġestixxi l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

(b)jimplimenta l-parti tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V taħt is-superviżjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà;

(c)jikkoopera mad-Direttur Eżekuttiv sabiex jgħinu jħejji l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 84(4) u l-istrutturi organizzattivi tal-Aġenzija;

(d)iħejji t-taqsima tar-rapport ta’ progress fir-rigward tal-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, u jippreżentaha lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u lid-Direttur Eżekuttiv fiż-żmien propizju sabiex tkun tista’ tiġi inkorporata fir-rapport ta’ progress;

(e)iħejji t-taqsima tar-rapport annwali u tal-pjan ta’ azzjoni, dwar l-attivitajiet operazzjonali koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, u jippreżentaha lid-Direttur Eżekuttiv fiż-żmien propizju;

(f)jirrappreżenta lill-Aġenzija għall-attivitajiet u għad-deċiżjonijiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V;

(g)jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija involut fl-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, is-setgħat imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 77(3), li jkunu ddelegati lilu skont ir-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 77(3).

2.Għall-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għal skambju ta’ fehmiet quddiem dawk l-istituzzjonijiet dwar il-ħidma u l-prospetti tal-Aġenzija, inkluż fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finanzjarji marbuta mal-Aġenzija

Artikolu 84

Il-baġit tal-Aġenzija

1.Mingħajr preġudizzju għal riżorsi u għal pagamenti dovuti oħra, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 36, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn id-dħul u n-nefqa.

2.In-nefqa tal-Aġenzija għandha tkopri l-infiq tal-persunal, amministrattiv u tal-infrastruttura, il-kostijiet operazzjonali u n-nefqa assoċjata mal-funzjonament tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, inklużi l-korpi msemmija fl-Artikolu 37(3), u l-kuntratti u l-ftehimiet konklużi mill-Aġenzija sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha.

3.Id-dħul u n-nefqa għandhom ikunu bbilanċjati.

4.Id-Direttur Eżekuttiv, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, għandu jfassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, filwaqt li jagħmel distinzjoni ċara bejn dawk l-elementi tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi, marbuta mal-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà, u dawk marbuta mal-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija. Il-President tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jista’ jfassal dikjarazzjoni dwar dak l-abbozz, u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat kemm l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi kif ukoll id-dikjarazzjoni lill-Bord Amministrattiv u lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, flimkien ma’ abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment.

5.Kull sena, il-Bord Amministrattiv, abbażi tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għall-attivitajiet koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V, għandu jfassal id-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss.

6.Sal-31 ta’ Jannar, il-Bord Amministrattiv għandu jibgħat abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni li jinkludi, fost affarijiet oħra, dikjarazzjoni tal-estimi, abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment u programm ta’ ħidma annwali proviżorju, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li l-Aġenzija tkun daħlet f’arranġamenti magħhom skont l-Artikolu 98.

7.Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità baġitarja”) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

8.Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

9.L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Aġenzija.

10.Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, għandu jiġi aġġustat skont dan.

11.Il-Bord Amministrattiv għandu, mill-iktar fis possibbli, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kwalunkwe proġett marbut ma’ proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

12.Fejn fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien perjodu ta’ sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 85

Implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija

1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplementa l-baġit tal-Aġenzija.

2.Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-proċeduri tad-dmirijiet ta’ evalwazzjoni tagħhom.

Artikolu 86

Il-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenzija u l-kwittanza

Il-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji u finali tal-Aġenzija u tal-kwittanza għandha ssegwi r-regoli u l-iskeda tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament Finanzjarju Qafas għall-korpi msemmija fl-[Artikolu 70] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 87

Dispożizzjonijiet finanzjarji marbuta mal-Aġenzija

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-[Artikolu 70] tar-Regolament Finanzjarju, sakemm tali tbegħid ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

KAPITOLU V

Ir-riżorsi umani tal-Aġenzija

Artikolu 88

Il-persunal tal-Aġenzija

1.Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Aġenzija.

2.Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn aġenti impjegati mill-Aġenzija kif meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha. Dawn għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li jkunu qed jittrattaw.

3.Ir-regoli interni tal-Aġenzija, bħar-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv, ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli għall-aċċess għad-dokumenti, għandhom jiżguraw l-awtonomija u l-indipendenza tal-persunal li jwettaq l-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà fil-konfront tal-persunal li jwettaq l-attivitajiet l-oħra tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 36(i).

Artikolu 89

Il-ħatra u l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi rreklutat bħala aġent temporanju tal-persunal tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv abbażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll abbażi tal-kompetenza u tal-esperjenza rilevanti, minn lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni, b’kompetizzjoni miftuħa u trasparenti, wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew xi mkien ieħor.

Il-kandidat li jintgħażel mill-Bord Amministrattiv għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden mill-iktar fis biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u biex iwieġeb il-mistoqsijiet mill-Membri tiegħu.

Il-President tal-Bord Amministrattiv għandu jirrappreżenta lill-Aġenzija għall-iskop tal-konklużjoni tal-kuntratti tad-Direttur Eżekuttiv.

Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

2.Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Fi tmiem dak il-mandat, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, filwaqt li tqis il-kompiti u l-isfidi li tkun se tiffaċċja l-Aġenzija fil-ġejjieni.

Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, il-Bord Amministrattiv jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal perjodu ta’ żmien sa erba’ snin.

Kwalunkwe deċiżjoni ta’ estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandha tiġi adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord Amministrattiv.

Wara li jkun ġie estiż il-mandat ta’ Direttur Eżekuttiv, dan ma jkunx jista’ jipparteċipa fi proċedura tal-għażla għall-istess kariga.

Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Qabel l-estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri tiegħu.

3.Il-Bord Amministrattiv jista’ jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga tiegħu, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni jew abbażi ta’ terz tal-membri tiegħu, permezz ta’ deċiżjoni adottata minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

4.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv għal skambju ta’ fehmiet quddiem dawk l-istituzzjonijiet dwar il-ħidma u l-prospetti tal-Aġenzija, inkluż fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali. Dak l-iskambju ta’ fehmiet ma għandux ikun fuq kwistjonijiet marbuta mal-attivitajiet ta’ akkreditazzjoni tas-sigurtà koperti bil-Kapitolu II tat-Titolu V.

Artikolu 90

L-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Aġenzija

L-Aġenzija tista’ timpjega esperti nazzjonali mill-Istati Membri, minn aġenziji tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn l-esperti għandu jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà xierqa għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li jkunu qed jittrattaw. Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra ma għandhomx japplikaw għal dan il-persunal.

KAPITOLU VI

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 91

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija u għall-persunal tagħha.

Artikolu 92

Il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet tat-tħaddim

1.L-arranġamenti meħtieġa fir-rigward tal-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li dak l-Istat Membru jrid jara li jkunu disponibbli flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Amministrattiv, għall-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn ikun tkun tinsab is-sede, li jiġi konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv.

2.L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli biex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u bla intoppi tal-Aġenzija, inkluż servizz ta’ skola multilingwi Ewropea u konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 93

Arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija

1.Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li jridu jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea 33 għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2.Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 94

Politika dwar l-aċċess għad-dokumenti li jkollha l-Aġenzija

1.Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti li jkollha l-Aġenzija.

2.Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rispettivament.

Artikolu 95

Il-prevenzjoni tal-frodi mill-Aġenzija

1.Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fi żmien sitt xhur mill-jum li ssir operazzjonali, l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) 34 u tadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.

2.Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

3.L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew ma’ kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet dwar għotjiet u d-deċiżjonijiet dwar għotjiet tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dan l-awditjar u dawn l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 96

Il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata jew ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata mill-Aġenzija

Soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha stess li jkunu ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-IKUE u tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi r-regoli dwar l-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni, b’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni 35 u 2015/444 36 .

Artikolu 97

Ir-responsabbiltà tal-Aġenzija

1.Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tiġi rregolata bil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li toħroġ sentenza fir-rigward ta’ kwalunkwe klawżola li jkun hemm fil-kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija, b’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-aġenti impjegati magħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

4.Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fit-tilwimiet dwar il-kumpens għad-danni msemmija fil-paragrafu 3.

5.Ir-responsabbiltà personali tal-aġenti fil-konfront tal-Aġenzija li timpjegahom għandha tiġi rregolata bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra applikabbli għalihom.

Artikolu 98

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

1.L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dan ir-rigward.

2.Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, il-livell u l-mod tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi kkonċernati fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet marbuta mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-Aġenzija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom, fi kwalunkwe każ, ikunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal.

3.Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta strateġija dwar ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li l-Aġenzija tkun kompetenti fihom.

4.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, l-Aġenzija taġixxi skont il-mandat tagħha u l-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġament xieraq ta’ ħidma mad-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 99

Kunflitti ta’ interess

1.Il-Membri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali ssekondati u l-osservaturi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw l-assenza jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett, li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu akkurati u kompluti. Għandhom isiru bil-miktub mad-dħul fis-servizz tal-persuni kkonċernati u għandhom jiġġeddu kull sena. Għandhom jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ, b’mod partikolari fil-każ ta’ tibdil rilevanti fiċ-ċirkostanzi personali tal-persuni kkonċernati.

2.Qabel kwalunkwe laqgħa li jridu jattendu, il-membri tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, id-Direttur Eżekuttiv, l-esperti nazzjonali ssekondati, l-osservaturi u l-esperti esterni li jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma ad hoc għandhom jiddikjaraw b’mod akkurat u komplut l-assenza jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta’ kwalunkwe punt fuq l-aġenda, u għandhom jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjoni u fil-votazzjoni ta’ tali punti.

3.Il-Bord Amministrattiv u l-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jistabbilixxu, fir-regoli ta’ proċedura tagħhom, l-arranġamenti prattiċi għar-regoli dwar id-dikjarazzjoni tal-interessi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess.

TITOLU X

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 100

Programm ta’ ħidma

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, li jistgħu jkunu speċifiċi għal kull komponent tal-Programm. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn ikun applikabbli, l-ammont ġenerali rriżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

Artikolu 101

Monitoraġġ u rapportar

1.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4 huma stabbiliti fl-Anness.

2.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 dwar emendi għall-Anness biex tirrieżamina u/jew tikkumplementa l-indikaturi fejn jitqies li dan ikun meħtieġ.

3.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dak l-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti proporzjonati ta’ rapportar fuq ir-riċevituri tal-fondi mill-UE u, fejn ikun rilevanti, fuq l-Istati Membri.

4.Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, ir-riċevituri tal-fondi mill-Unjoni huma obbligati jipprovdu l-informazzjoni xierqa. Id-data meħtieġa għall-verifika tal-prestazzjoni għandha tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu.

Artikolu 102

Evalwazzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet f’waqthom tal-Programm sabiex jagħtu kontribut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-programm, iżda mhux iktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

3.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux iktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm.

4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.L-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprovdu d-data u l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.

6.Sat-30 ta’ Ġunju 2024, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija, b’rabta mal-għanijiet, mal-mandat, mal-kompiti u mal-post fejn tinsab, b’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifikazzjoni ta’ dan it-tip. Għandha wkoll tindirizza l-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta’ interess, l-indipendenza u l-awtonomija tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li ma jkunx għad hemm raġunijiet biex l-Aġenzija tkompli twettaq l-attivitajiet tagħha, minħabba l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha, tista’ tipproponi li temenda dan ir-Regolament kif ikun xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Aġenzija kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bord Amministrattiv u lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tal-Aġenzija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament.

Artikolu 103

Awditjar

L-awditjar dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inklużi oħrajn għajr dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 104

Il-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza

Id-data personali kollha li tintuża fil-kuntest tal-kompiti u tal-attivitajiet previsti f’dan ir-Regolament, inkluż mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ispazju, għandha tiġi pproċessata skont id-dritt applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk li jikkonċernaw il-ħatra ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. Dawk il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti wara li jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

TITOLU XI

DELEGA U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 105

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 52 u 101 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat sal-31 ta’ Diċembru 2028.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 52 u 101 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 52 u 101 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 106

Proċedura ta’ urġenza

1.Att delegat adottat skont il-proċedura ta’ urġenza għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien u għandu japplika sakemm ma jkunx hemm xi oġġezzjoni b’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien perjodu ta’ [sitt ġimgħat] mid-data tan-notifika. F’dak il-każ, l-att ma għandux jibqa’ applikabbli. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn oġġezzjonat għall-att delegat.

Artikolu 107

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 108

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

3.L-Aġenzija tista’ tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fil-qasam ta’ kompetenza tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhomx ikunu ta’ detriment għat-twettiq effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 30. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu b’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u ta’ disseminazzjoni adottati mill-Bord Amministrattiv.

Artikolu 109

Tħassir

1.Ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 110

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u kontinwità tas-servizzi wara l-2027

1.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifikazzjoni tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 377/2014, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 912/2010 u abbażi tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, li għandhom jibqgħu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. B’mod partikolari, il-Konsorzju stabbilit skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 541/2014/UE għandu jipprovdi s-Servizzi tal-SST sa tliet xhur wara l-iffirmar mill-Entitajiet Nazzjonali Kostitwenti tal-ftehim li joħloq is-sħubija tal-SST prevista fl-Artikolu 57.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolamenti (UE) Nru 377/2014 u (UE) Nru 1285/2013 u abbażi tad-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE.

3.Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-kostijiet previsti fl-Artikolu 4(4), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux ikkompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 111

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

[Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Modalità/modalitajiet ta’ ġestjoni ppjanata/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Programm Spazjali tal-Unjoni

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament tal-programm)

Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

04.0201 PROGRAMM SPAZJALI

04.01 AMMINISTRAZZJONI TAL-PROGRAMM SPAZJALI

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata:

ma’ azzjoni ġdida 

ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija 37  

mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew iżjed lejn azzjoni oħra/azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm Spazjali jirrikjedu:

- Il-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni meħtieġa mal-partijiet ikkonċernati differenti sabiex jiġu żgurati l-kontinwità tas-servizzi (GNSS u Copernicus) u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ġodda (SSA u GOVSATCOM). Dawn il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni jkopru l-azzjonijiet kollha li jridu jittieħdu u jiġu mmonitorjati sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet kollha ppjanati fil-qafas tal-Programm Spazjali,

- Il-persunal meħtieġ fil-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi ġestit il-programm u tiġi mmonitorjata b’mod effettiv il-ħidma tal-aġenziji differenti, b’mod partikolari l-Aġenzija.

- Il-persunal u l-baġit meħtieġ għall-Aġenzija sabiex timplimenta kif suppost l-azzjonijiet differenti li l-Aġenzija tkun responsabbli għalihom skont ir-Regolament tal-ġejjieni.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività ikbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

L-Artikolu 189 tat-TFUE huwa l-bażi prinċipali għall-kompetenza tal-Unjoni fil-qasam tal-politika spazjali. Din hija kompetenza kondiviża mal-Istati Membri.

L-iżvilupp u t-tħaddim ta’ Programm Spazjali jeċċedi l-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-Istati Membri individwali u jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-UE. Ma hemm l-ebda argument għall-vijabbiltà tas-settur kummerċjali u l-ebda possibbiltà biex xi Stat Membru individwali jibni u jħaddem l-infrastrutturi meħtieġa. Dawn it-tipi ta’ investimenti spazjali proposti permezz ta’ dan ir-Regolament huma wisq riskjużi għas-settur privat u jindirizzaw oqsma fejn ir-redditu fuq l-investiment huwa wisq fit-tul (b’mod partikolari, imorru lil hinn miċ-ċiklu tal-ħajja tas-satelliti li matulu l-operaturi privati jeħtieġ li jifdu l-investimenti tagħhom).

Fil-mudell attwali għas-Sistemi Globali tan-Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), peress li joffri aċċess mingħajr ħlas għas-sinjali satellitari, l-ebda investitur privat mhu interessat jinvesti f’sistema globali tan-navigazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-eżistenza ta’ żewġ kompetituri maġġuri (GPS tal-Istati Uniti u Glonass tar-Russja) li joffru aċċess mingħajr ħlas għad-data għall-utenti kollha. Galileo u EGNOS huma infrastrutturi kritiċi Ewropej li jagħtu kontribut għal Ewropa sikura u sigura. Jippromwovu wkoll Ewropa iktar b’saħħitha fix-xena globali. Minħabba l-kompetizzjoni li qed tiżdied ma’ sistemi oħra tan-navigazzjoni bis-satellita (kollha b’sjieda Statali), huwa kruċjali li l-Unjoni tiżviluppa u ssostni sistemi effiċjenti biex tibqa’ sħab attraenti fix-xena internazzjonali.

Inizjalment kien maħsub li l-klijenti għad-data mibgħuta ta’ Copernicus ikunu tas-settur pubbliku. Id-data tiġi pprovduta mingħajr ħlas lis-settur privat u lis-settur pubbliku sabiex l-użu u l-valur miżjud tagħha għall-ekonomija tal-UE jingħataw spinta. Copernicus joffri servizz tas-settur pubbliku, li mhuwiex kopert mis-suq u li għalih l-industrija mhux se tuża l-infrastruttura minħabba li l-investiment inizjali jkun wisq għoli, wisq riskjuż, jew il-bażi tal-utenti tkun wisq frammentata. B’hekk, li kieku d-disponibbiltà ta’ tali data kellha titħalla f’idejn is-settur privat waħdu, din tibqa’ inċerta, bil-konsegwenza addizzjonali li ma jkollux is-sjieda tal-assi rilevanti.

Is-sjieda tas-satelliti hija l-aqwa mod fit-tul biex jiġi implimentat u jinżamm l-għan ta’ politika tad-data mingħajr ħlas, sħiħa u miftuħa, peress li l-UE ma tiddependix fuq ir-rieda ta’ operatur privat li jinvesti f’kostellazzjoni ta’ satelliti biex tiġi pprovduta d-data (riskju ta’ sitwazzjoni ta’ monopolju ta’ fornitur privat tad-data).

Fil-qosor, fir-rigward ta’ Copernicus u ta’ EGNSS, il-perjodu ta’ żmien għal investiment u l-inċertezza ta’ dħul suffiċjenti jimponu finanzjament pubbliku.

Fl-aħħar nett, l-SST u GOVSATCOM waħedhom huma għaljin wisq biex jiġu ffinanzjati fil-livell nazzjonali. Hemm benefiċċju ulterjuri tal-akkomunament tar-riżorsi u tal-assi fil-livell tal-UE.

Il-Programm Spazjali tal-UE li huwa previst jitqies li huwa proporzjonat peress li huwa limitata għal dawk l-aspetti li l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu b’mod sodisfaċenti waħedhom u fejn l-Unjoni tista’ tagħmel aħjar. Is-sostenn qawwi mill-Istati Membri għall-Istrateġija Spazjali juri li l-Istati Membri jikkunsidraw li l-elementi tal-Programm Spazjali huma essenzjali.

Impatt Mistenni:

Copernicus

L-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjetali ta’ Copernicus ġie analizzata fi studju dettaljat tal-kostijiet u tal-benefiċċji. L-eżitu prinċipali huwa li Copernicus mistenni li jiġġenera minn EUR 67 biljun sa EUR 131 biljun f’benefiċċji għas-soċjetà Ewropea bejn l-2017 u l-2035. Madwar 84 % tal-benefiċċji se jiġu ġġenerati fis-settur downstream u fis-segmenti tal-utenti finali (il-kumplament fis-setturi upstream u midstream). L-iżgurar tat-tkomplija tal-programm wara l-2021 jiġġenera benefiċċji li jkunu minn 10 darbiet sa 20 darba ikbar mill-kostijiet.

Attwalment, l-utenti tas-settur downstream u l-utenti finali diġà jibbenefikaw minn:

Benefiċċji ekonomiċi, pereżempju:

- Żieda fid-dħul fis-settur downstream tal-osservazzjoni tad-dinja

- Titjib fil-produttività agrikola bis-saħħa tal-agrikoltura intelliġenti u ta’ preċiżjoni

Benefiċċji ambjentali, pereżempju:

- Iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ CO2 bis-saħħa ta’ żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli

- Ettari ta’ foresti salvati bis-saħħa ta’ titjib fil-prevenzjoni tan-nirien

- Konservazzjoni tal-bijodiversità bis-saħħa tal-monitoraġġ tal-kopertura tal-art u tal-użu tal-art

Benefiċċji soċjetali, pereżempju:

- Ħajjiet salvati bis-saħħa ta’ rispons iktar veloċi għad-diżastri naturali

- Tnaqqis fit-traffikar bis-saħħa ta’ titjib fis-sorveljanza tal-fruntieri

Fis-settur upstream, huwa mistenni l-ħolqien ta’ madwar 12 000 sena ta’ impjiegi, li jirrappreżenta medja ta’ 1 700 impjieg permanenti bejn l-2021 u l-2027. Dan il-ħolqien huwa apparti mit-18 000 sena ta’ impjiegi mogħtija sostenn bejn l-2008 u l-2020. Fis-settur downstream, huwa mistenni l-ħolqien ta’ bejn 27,000 u 37,000 sena ta’ impjiegi. Il-benefiċċji addizzjonali mhumiex kwantifikabbli (minħabba n-nuqqas ta’ data jew inċertezza għolja) iżda huma estremament importanti għad-deċiżjonijiet politiċi:

- Il-valur tal-awtonomija Ewropea (nuqqas ta’ dipendenza fuq sorsi ta’ data ta’ pajjiżi terzi).

- Benefiċċji fit-tul ħafna (30-50 sena) ta’ osservazzjoni tad-dinja fuq bażi sostnuta u regolari (bl-importanza dejjem tikber tal-iżvilupp sostenibbli u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima)

- Iffrankar tal-kostijiet bis-saħħa ta’ programm uniku tal-UE u bis-saħħa ta’ koordinazzjoni tal-inizjattivi nazzjonali

- Benefiċċji assoċjati ma’ azzjonijiet esterni.

Galileo u EGNOS

Skont stħarriġ dettaljat permezz tal-Monitoraġġ tas-Suq tal-GNSS tal-GSA, is-suq globali għall-prodotti u għas-servizzi tan-navigazzjoni bis-satellita se jkompli bit-tkabbir qawwi tiegħu, u se jilħaq madwar EUR 250 biljun sal-2030.

Il-valur miżjud tal-GNSS Ewropea jinsab mhux biss fl-iżgurar tal-eċċellenza Ewropea fir-rigward ta’ teknoloġija kritika iżda anke fl-iżgurar ta’ benefiċċji makroekonomiċi importanti għall-Unjoni Ewropea, fl-ixprunar tal-iżvilupp ta’ servizzi u ta’ prodotti ġodda abbażi tal-GNSS u fil-ġenerazzjoni ta’ spin-offs teknoloġiċi li jkunu ta’ benefiċċju għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni.

Illum iktar minn 100 miljun apparat tal-utenti li jirċievu s-servizzi ta’ EGNOS u/jew ta’ Galileo huma f’idejn iċ-ċittadini Ewropej, filwaqt li huwa mistenni li l-vjeġġi ta’ apparati tal-GNSS fl-Unjoni Ewropea jilħqu l-290 miljun fl-2027, u b’hekk il-bażi tal-utenti tas-servizzi ta’ EGNOS u ta’ Galileo tkun ferm ikbar.

Is-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni, tal-agrikoltura u tas-sikurezza se jkunu s-setturi l-iżjed affettwati u huwa mistenni li l-utenti finali jibbenefikaw minn:

- għadd ta’ applikazzjonijiet ġodda tal-GNSS;

- 3,000 impjieg fl-industrija upstream u 50,000 impjieg fl-industrija downstream;

- titjib fis-servizzi tat-trasport u fil-ġestjoni tat-traffiku, li jkun ta’ benefiċċju għal firxa usa’ ta’ oqsma;

- servizzi ta’ emerġenza iktar effiċjenti u iktar aċċessibbli faċilment;

- benefiċċji ambjentali, bħat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2; u

- titjib fil-ġestjoni tal-għelejjel u fid-disponibbiltà ta’ ikel sostenibbli.

Telekomunikazzjoni satellitari sigura (GOVSATCOM)

Il-GOVSATCOM tal-UE se jiżgura aċċess garantit għall-komunikazzjoni sigura bis-satellita. Għalhekk, b’mod indirett, se tagħti kontribut għall-interessi tas-sigurtà tal-UE. Fl-Istati Membri, se tagħti sostenn pereżempju lill-forzi tal-protezzjoni ċivili u tal-pulizija nazzjonali, lill-korpi b’funzjonijiet ta’ sigurtà pubblika, lill-gwardji tal-fruntieri, kif ukoll lill-komunitajiet marittimi. Fil-livell tal-UE, se tiffaċilita l-ħidma tal-aġenziji tal-UE bħal FRONTEX u l-EMSA, u se ttejjeb l-effettività tal-interventi umanitarji u tal-protezzjoni ċivili fl-UE u globalment.

Is-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju (SST)

L-SST huwa azzjoni maġġuri biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-Assi Spazjali. Tabilħaqq, wara ż-żieda qawwija tal-illanċjar, kien hemm proliferazzjoni esponenzjali tat-tifrik spazjali. Skont id-data pprovduta mill-Istati Uniti, iktar minn 500 000 biċċa ta’ tifrik spazjali, jew ta’ “skart spazjali”, qed jorbitaw madwar id-dinja u jirrappreżentaw theddida importanti ħafna għas-satelliti fl-orbita, li x’aktarx joħolqu danni gravi lil xi satellita f’każ ta’ kolliżjoni, li potenzjalment twassal għal qerda sħiħa. L-azzjonijiet proposti tal-SST jinkludu l-finanzjament tal-forniment tas-servizzi tal-SST, u n-netwerking u l-aġġornamenti tal-kapaċitajiet nazzjonali eżistenti tal-SST, b’sostenn possibbli għall-iżvilupp ta’ assi ġodda tal-SST. L-għan ikun li jiżdiedu l-prestazzjoni u l-effettività tal-SST tal-UE u l-kumplementarjetà tiegħu mal-Istati Uniti. B’hekk l-UE tkun tista’ tipprevjeni aħjar il-kolliżjonijiet ta’ satelliti mat-tifrik u għaldaqstant toffri protezzjoni aħjar għall-assi tal-UE.

It-Temp Spazjali u l-Oġġetti Qrib id-Dinja

It-temp spazjali jinkludi tipi differenti ta’ avvenimenti (tempesti tar-radjazzjoni, fluttwazzjoni tal-kampi manjetiċi, u żegħid ta’ partiċelli enerġetiċi) u kull wieħed minnhom ikollu effett differenti fuq l-assi spazjali jew fuq l-assi tal-art. It-temp spazjali jista’ potenzjalment ikollu impatt fuq l-assi kollha tal-UE li jikkostitwixxu l-bażi għall-azzjonijiet spazjali tal-UE u għalhekk l-iżvilupp ta’ qafas għat-temp spazjali huwa meħtieġ biex jiġu protetti u biex jiġu żgurati servizzi effiċjenti u affidabbli pprovduti permezz ta’ attivitajiet spazjali oħra. Is-servizzi tat-temp spazjali qed jiġu żviluppati u kkoordinati mill-ESA u minn xi Stati Membri. Madankollu, fil-biċċa l-kbira dawk huma ffukati fuq ix-xjenza u jeħtieġ li jiġu mfassla b’tali mod li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti operazzjonali. Filwaqt li tibni fuq l-attivitajiet nazzjonali u tal-ESA kif ukoll b’kumplementarjetà magħhom, l-UE qed tipproponi li tagħti sostenn għall-forniment kontinwu tas-servizzi operazzjonali tat-temp spazjali skont il-ħtiġijiet tal-utenti tal-UE. Dan jgħin biex ikun hemm prevenzjoni tad-danni għall-infrastrutturi spazjali u tal-art.

Fir-rigward tal-Oġġetti Qrib id-Dinja (NEO), l-għan mhuwiex l-iżvilupp ta’ servizzi operazzjonali ġodda iżda l-immappjar u l-ħolqien ta’ netwerk tal-assi eżistenti tal-NEO fl-Ewropa u s-sostenn għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-UE responsabbli għall-protezzjoni ċivili. Dan jagħti sostenn biex jiġu ffederati l-attivitajiet fil-livell tal-UE u b’hekk issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha mas-sħab internazzjonali ewlenin.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Tagħlimiet meħuda minn programmi preċedenti

Kisbiet u tagħlimiet meħuda mill-GNSS u minn Copernicus

Il-kisbiet u l-importanza tal-GNSS u ta’ Copernicus

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni Ewropea wriet il-ħila tagħha li timplimenta l-azzjonijiet eżistenti tal-GNSS u ta’ Copernicus bis-sostenn tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, bħall-ESA, u b’bażi industrijali Ewropea b’saħħitha.

L-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu ta’ EGNOS, ta’ Galileo u ta’ Copernicus, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA), enfasizzaw l-importanza ta’ dawn l-investimenti għall-UE u kkonfermaw il-kisbiet maġġuri tagħhom sa issa.

It-tagħlimiet meħuda mill-GNSS

Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-GNSS Ewropea identifika għadd ta’ sfidi marbuta i) mal-governanza u ii) mal-governanza tas-sigurtà.

i) Governanza

L-istruttura tal-governanza żvelat xi nuqqas ta’ effiċjenza f’termini ta’ reattività baxxa tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet minħabba l-għadd ta’ atturi involuti, iżda anke minħabba struttura differenti ta’ governanza bejn il-varar (ftehim ta’ delega bejn il-KE u l-ESA) u l-esplojtazzjoni (ftehim ta’ delega bejn il-KE u l-GSA u arranġament ta’ ħidma bejn il-GSA u l-ESA).

ii) Governanza tas-Sigurtà

Fir-rigward tal-governanza tas-sigurtà, l-illanċjar tas-servizzi inizjali u t-tranżizzjoni mill-fażi tal-varar għal dik tal-esplojtazzjoni wasslu għal xi sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati kif suppost sabiex jinżamm u jittejjeb il-livell xieraq ta’ sigurtà għat-tħaddim tas-sistemi tal-EGNSS.

It-tagħlimiet meħuda minn Copernicus

Fir-rigward ta’ Copernicus, is-suċċess bla preċedent tal-programm u l-volum ta’ data tiegħu wasslu għas-sejbiet li ġejjin:

i) Il-ħtieġa li jittejbu d-distribuzzjoni tad-data u l-aċċess għaliha

Minħabba l-għadd għoli ħafna ta’ reġistrazzjonijiet tal-utenti, l-aspetti tal-komunikazzjoni, id-distribuzzjoni tad-data u l-aċċess għaliha, kif ukoll it-tniżżil tad-data jeħtieġ li jittejbu. Jeħtieġ li tkun disponibbli u possibbli l-kombinazzjoni ma’ data oħra b’volumi kbar ta’ data u ta’ informazzjoni satellitari (10 pB fis-sena ġġenerati b’sistema ta’ distribuzzjoni u ta’ aċċess li jeħtieġ li twassal 10 darbiet iktar minn dan il-volum peress li l-ġenerazzjoni tad-data timplika tniżżil ta’ 10 darbiet iktar);

ii) Il-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrazzjoni tad-data dwar l-ispazju f’oqsma oħra ta’ politika u f’setturi ekonomiċi oħra permezz ta’ enfasi ikbar fuq l-użu mill-utenti

Copernicus qed jilħaq kostitwenzi tal-utenti mill-qasam spazjali tradizzjonali iżda sa issa ma rnexxielux jilħaq b’mod suffiċjenti lil utenti potenzjali oħra ’l barra mill-qasam spazjali.

Kisbiet u tagħlimiet meħuda mill-Qafas għall-Appoġġ tal-SST

Kisbiet

Ir-rapport ta’ implimentazzjoni dwar il-Qafas għall-Appoġġ tal-SST enfasizza r-riżultati fl-istabbiliment u fit-tħaddim tat-tliet funzjonijiet kollha (is-sensur, l-ipproċessar u s-servizz), filwaqt li kkunsidra l-perjodu ta’ żmien relattivament qasir minn mindu s-servizz tal-SST tal-UE ilu disponibbli għall-utenti Ewropej. Madankollu, jeħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi intensifikata fil-fażi li jmiss u jeħtieġ li l-Qafas għall-Appoġġ tal-SST tal-UE jevolvi iktar biex itejjeb l-effettività tiegħu.

Tagħlimiet meħuda mill-Qafas għall-Appoġġ tal-SST eżistenti

Il-feedback tar-rapport enfasizza erba’ problemi prinċipali:

i – Nuqqas ta’ dimensjoni Ewropea

Minkejja l-kisbiet sinifikanti, is-servizzi jbatu minn livell baxx ta’ kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati spiss jaġixxu għal rashom minflok jiżviluppaw approċċ ikkoordinat.

ii – Nuqqas ta’ indipendenza Ewropea

Attwalment, id-data prinċipali tiġi pproċessata u rfinata fl-Istati Uniti.

iii – Problema ta’ governanza

Ir-regola attwali ta’ konsensus toħloq kumplikazzjonijiet fil-ġestjoni ta’ kuljum għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

iv – Kumplessità tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament

Għotjiet u sejħiet differenti kienu ta’ piż tekniku u amministrattiv.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-Programm Spazjali ma jkoprix ir-Riċerka koperta bid-disa’ Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Horizon Europe): is-sinerġiji jitrawmu permezz ta’ data u ta’ servizzi spazjali li jiġu pprovduti permezz tal-Programm Spazjali tal-UE, li jintuża biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet rivoluzzjonarji.

Ir-riċerka spazjali għandha tkun parti integrali mill-pilastru dwar l-Isfidi Globali ta’ Horizon Europe, filwaqt li l-ekosistema tal-innovazzjoni imprenditorjali tal-ispazju se tiġi promossa permezz tal-pilastru dwar l-Innovazzjoni Miftuħa u l-limiti tax-xjenza spazjali se jitwessgħu permezz tal-pilastru dwar ix-Xjenza Miftuħa. Sussegwentement, il-Programm Spazjali tal-Unjoni Ewropea se jibbenefika mir-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni spazjali ffinanzjati permezz ta’ Horizon Europe. Dan se jirfed l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, kif ukoll se jagħti spinta lill-kompetittività tas-settur spazjali.

Il-Programm Spazjali għandu għanijiet simili bħal ta’ programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari Horizon Europe, il-Fond InvestEU, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

B’mod partikolari, is-sinerġiji bejn il-programmi spazjali tal-Unjoni u dawk ta’ Horizon Europe għandhom jiżguraw li:

(a)    Il-ħtiġijiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni tas-setturi spazjali upstream u downstream fl-UE jkunu identifikati u stabbiliti bħala parti mill-proċess tal-ippjanar strateġiku tar-riċerka u tal-innovazzjoni ta’ Horizon Europe;

(b)    Id-data u s-servizzi spazjali li jkunu disponibbli bħala ġid pubbliku bis-saħħa tal-Programm Spazjali Ewropew se jintużaw biex jiġu żviluppati soluzzjoni rivoluzzjonarji permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, inkluż fil-Programm Qafas, b’mod partikolari għall-ikel sostenibbli u għar-riżorsi naturali, għall-monitoraġġ tal-klima, għall-bliet intelliġenti, għall-vetturi awtomatizzati jew għall-ġestjoni tad-diżastri.

(c)    Is-Servizzi ta’ Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni ta’ Copernicus se jagħtu kontribut għall-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa u b’hekk se jiffaċilitaw l-aċċess għad-data ta’ Copernicus għar-riċerkaturi u għax-xjentisti. L-infrastrutturi tar-riċerka, b’mod partikolari n-netwerks tal-osservazzjoni fil-post se jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-infrastruttura tal-osservazzjoni fil-post li tippermetti t-twassil tas-servizzi ta’ Copernicus. Min-naħa l-oħra, dawn se jibbenefikaw mill-informazzjoni li tiġi prodotta mis-servizzi ta’ Copernicus.

Is-sinerġiji mal-programm tal-Unjoni InvestEU għandhom jiżguraw li l-opportunitajiet ta’ imprenditorija u ta’ negozju jitrawmu permezz tal-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju.

Barra minn hekk, ħafna politiki tal-UE jibbenefikaw ukoll mill-Azzjonijiet Spazjali tal-UE:

il-politiki tal-UE f’oqsma bħall-Monitoraġġ tat-Tibdil fil-Klima, il-Politika tal-Ambjent jew l-Agrikoltura pereżempju, jibbenefikaw mill-volum, mill-kwalità u mid-diversità tad-data pprovduta permezz tas-Servizzi ta’ Copernicus. Tabilħaqq, ħafna politiki tal-UE jeħtieġu data preċiża u affidabbli biex jistabbilixxu settijiet tad-data fit-tul, immappjar preċiż, eċċ., li eventwalment jippermettu li jsir il-monitoraġġ fit-tul ta’ indikaturi ewlenin fl-oqsma tagħhom u jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-politiki tagħhom. Flimkien mas-servizzi tan-navigazzjoni, jistgħu jiġu żviluppati wkoll politiki ġodda tal-UE f’oqsma bħall-Agrikoltura Intelliġenti jew it-Trasport Intelliġenti fejn ikunu meħtieġa l-ogħla akkuratezza u pożizzjonament.

1.5.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 durata limitata

   b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027

   Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 sal-2027 u lil hinn għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Modalità/modalitajiet ta’ ġestjoni ppjanata/i 38  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi jiġu inkarigati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi maħtura minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

 lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

 lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tiġi indikata iktar minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-atturi differenti fil-governanza se jkollhom ir-responsabbiltajiet li ġejjin:

(i) Il-Kummissjoni jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-Programm Spazjali tal-UE u tal-azzjonijiet relatati (Galileo, EGNOS, Copernicus, l-SSA u GOVSATCOM) – inklużi l-attivitajiet speċifiċi ta’ sostenn marbuta mal-lanċjaturi, mal-kooperazzjoni internazzjonali u mal-ekonomija spazjali – filwaqt li tiddefinixxi livell għoli ta’ sigurtà u l-għanijiet ta’ politika tal-azzjonijiet kif ukoll tissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom.

(ii) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (li tinsab fi Praga) se tkun responsabbli:

- Għall-esplojtazzjoni ta’ Galileo u ta’ EGNOS;

- Għat-tħaddim taċ-ċentri ta’ monitoraġġ tas-sigurtà ta’ Galileo;

- Għall-kompiti marbuta mal-akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-azzjonijiet spazjali kollha (attwalment għal Galileo biss);

- L-attivitajiet marbuta mal-komunikazzjoni, mal-promozzjoni u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-attivitajiet tad-data u tal-informazzjoni fir-rigward tas-servizzi offruti mill-komponenti kollha tal-Programm Spazjali tal-UE (“l-użu min-naħa tas-suq u tal-utenti”) li attwalment jitwettqu biss għal Galileo u għal EGNOS;

- Il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Barra minn hekk, ir-Regolament jiftaħ il-possibbiltà għall-Aġenzija biex timplimenta kompiti oħra b’sostenn għall-attivitajiet spazjali kollha. Pereżempju, f’każ ta’ missjonijiet u ta’ operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, l-Aġenzija tista’ tkun responsabbli għall-il-koordinazzjoni ġenerali ta’ aspetti marbuta mal-utenti ta’ GOVSATCOM b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u mas-SEAE.

(iii) Soġġett għal adattamenti fil-proċess intern tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-UE, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) tiġi inkarigata bl-istess kompiti li għandha llum il-ġurnata: b’mod partikolari r-Riċerka u l-Iżvilupp u l-evoluzzjoni, partijiet mill-infrastruttura spazjali, is-segmenti spazjali u tal-art tal-GNSS u s-segment spazjali għal Copernicus. Ir-relazzjonijiet mal-ESA se jiġu ssimplifikati fi ftehim qafas uniku ta’ sħubija finanzjarja mal-Unjoni (kif definit fir-Regolament Finanzjarju), u se jiddefinixxu sett ta’ prinċipji u ta’ regoli komuni, filwaqt li llum il-Kummissjoni u l-Aġenzija ffirmaw diversi ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u arranġamenti ta’ ħidma b’regoli differenti ta’ implimentazzjoni.

(iv) Is-sinerġiji mal-aġenziji spazjali nazzjonali u mal-programmi eżistenti tagħhom se jiġu msaħħa, b’mod partikolari permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, ġestjoni kondiviża u inizjattivi konġunti għall-promozzjoni tal-użu tal-applikazzjonijiet spazjali jew għall-għoti ta’ sostenn għall-kompetittività u għall-imprenditorija.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ tal-azzjonijiet spazjali se jsir permezz ta’ sett ta’ indikaturi adattati għal kull azzjoni speċifika. Dawn l-indikaturi se jiġu żviluppati skont in-negozjati tal-ġejjieni għall-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ta’ kull azzjoni u biex tiġi definita s-superviżjoni tal-azzjonijiet. Diversi indikaturi diġà ġew identifikati, ġew immonitorjati regolarment u ġew evalwati matul l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għall-azzjonijiet spazjali stabbiliti (Copernicus, Galileo u EGNOS). Huwa mistenni li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-indikaturi jinżammu u jintużaw ukoll bħala referenza għall-azzjonijiet il-ġodda. Se jiġu definiti wkoll miri speċifiċi addizzjonali kif ikun xieraq fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet. Barra minn hekk, se jkun hemm fis-seħħ il-monitoraġġ tal-finanzjament allokat għall-użu tar-riżultati tar-riċerka u tal-innovazzjoni, b’mod partikolari mill-Programmi Oqfsa tal-UE.

Il-preżentazzjoni attwali tal-indikaturi differenti hija marbuta mal-preżentazzjoni mill-entitajiet inkarigati tar-rapporti tagħhom ta’ kull tliet xhur; huwa ppjanat li l-preżentazzjonijiet fil-ġejjieni se jsegwu l-istess skeda, mingħajr ma jimpedixxu lill-Kummissjoni milli titlob xi rapportar ad hoc.

Għalhekk, il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni fil-ġejjieni, bħalma hu l-każ attwalment, se jipprovdu l-qafas ġuridiku relatat mar-rapportar u se jispeċifikaw b’mod partikolari d-definizzjoni eżatta tal-indikaturi u l-frekwenza tal-preżentazzjonijiet.

Apparti dawn il-miżuri standard, il-Kummissjoni, meta teżerċita s-setgħat tagħha ta’ superviżjoni politika fuq il-Programm Spazjali, se ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni fuq l-entitajiet inkarigati billi titlob pjanijiet ta’ ġestjoni annwali u rapporti ta’ implimentazzjoni dettaljati kif ukoll billi torganizza laqgħat regolari dwar il-progress tal-programm u billi twettaq awditjar finanzjarju u teknoloġiku.

L-Istati Membri wkoll se jintalbu jagħtu kontribut għal dan l-eżerċizzju, speċjalment għal oqsma taħt ir-responsabbiltà diretta jew indiretta tagħhom.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-modalità/tal-modalitajiet ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Il-mudell ta’ governanza propost għall-perjodu finanzjarju li jmiss jissejjes fuq il-qafas attwali, filwaqt li jieħu vantaġġ, fejn ikun xieraq, mis-sinerġiji, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà.

Il-Kummissjoni Ewropea se tkun responsabbli b’mod prinċipali għas-superviżjoni politika ġenerali tal-programmi. Se tkun tista’ tuża l-ġestjoni indiretta billi tiddelega l-ġestjoni tal-attivitajiet operazzjonali lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea u lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, skont il-qasam ta’ kompetenza tagħhom. Se tkun tista’ wkoll tikkonsulta l-esperti u l-Aġenziji Spazjali Nazzjonali dwar kwistjonijiet tekniċi speċifiċi.

Fir-rigward tar-rwol tal-GSA, ġie propost li tkompli tibni fuq l-esperjenza tagħha fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-GNSS sabiex tkun responsabbli għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-azzjonijiet spazjali kollha (Galileo, EGNOS, Copernicus, SSA u GOVSATCOM).

Fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-ESA, l-għan huwa li jiġi ssimplifikat il-qafas attwali. Illum ġew konklużi mal-ESA diversi ftehimiet ta’ delega u arranġamenti ta’ ħidma b’regoli differenti ta’ implimentazzjoni. Ġie propost li jiġi stabbilit mal-ESA ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li jkopri l-programmi kollha, sabiex ikun hemm koerenza fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet mill-ESA. Jenħtieġ li l-kompiti mwettqa mill-ESA jibqgħu l-istess.

Jenħtieġ li l-modalitajiet ta’ pagament jibqgħu simili għall-modalitajiet li kien hemm fil-QFP preċedenti: il-pagament previst jitħejja mill-aġenziji, jiġi kkontrollat mill-Kummissjoni (b’mod partikolari fir-rigward tal-pakkett delegat totali) u l-pagament isir fuq bażi regolari sabiex l-entitajiet inkarigati jkunu jistgħu jiġġestixxu l-akkwist b’mod effettiv u jevitaw kwalunkwe problema għat-teżor. Il-Kummissjoni jibqa’ jkollha l-awtorità f’idejha meta tapprova pagament, b’mod partikolari jkollha d-dritt ġuridiku li tnaqqsu jekk id-domanda u t-tbassir assoċjat jitqiesu li jkunu eċċessivi.

L-istrateġija ta’ kontroll li tiġi definita fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni tissejjes fuq l-esperjenza miksuba fil-QFP preċedenti, b’mod partikolari fil-proċess ta’ rapportar kull tliet xhur (li jinkludi r-rapportar programmatiku, finanzjarju u dwar il-ġestjoni tar-riskji) u s-saffi differenti ta’ bordijiet (il-bord tal-akkwist pereżempju) u ta’ laqgħat. L-istrateġija ta’ kontroll tal-ġejjieni se tiddependi fuq id-definizzjoni tar-riskji kollha li l-programm jista’ jiffaċċja u se tqis l-importanza relattiva u l-impatt potenzjali tal-programm. Din l-organizzazzjoni tal-kontroll kienet effettiva għall-azzjonijiet prinċipali ta’ Galileo, ta’ EGNOS u ta’ Copernicus kif iddikjarat fl-evalwazzjonijiet rispettivi ta’ nofs it-terminu.

L-istrateġija ta’ kontroll attwalment fis-seħħ ġiet awditjata mill-Qorti tal-Awdituri permezz tal-proċess ta’ verifika tagħhom tat-tranżazzjonijiet annwali u mill-IAS permezz ta’ awditjar speċifiku; ir-rakkomandazzjonijiet kienu minuri u effettivament ġew implimentati.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u dwar is-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Riskji identifikati

Ir-riskji identifikati huma simili għar-riskji li ġew definiti fil-QFP preċedenti għall-azzjonijiet eżistenti, b’mod prinċipali l-GNSS u Copernicus u fuq livell inferjuri l-SST:

Riskji Teknoloġiċi: l-azzjonijiet spazjali jużaw teknoloġija avvanzata li għad trid tiġi vvalidata u li l-ispeċifikazzjonijiet tagħha qed jevolvu b’mod kostanti.

Riskji Industrijali: l-istabbiliment u l-aġġornament tal-infrastrutturi jinvolvi ħafna atturi industrijali, f’għadd ta’ pajjiżi, li xogħolhom irid jiġi kkoordinat b’mod effettiv sabiex dan jirriżulta f’sistemi li jkunu affidabbli u integrati għalkollox, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà.

Riskji ta’ Dewmien: kwalunkwe dewmien fl-implimentazzjoni jipperikola t-tieqa ta’ opportunità u x’aktarx jiġġenera kostijiet li jaqbżu l-baġit.

Riskji għall-Governanza: il-governanza tal-programmi tirrikjedi li diversi entitajiet jaħdmu flimkien, u jrid jiġi ggarantit livell xieraq ta’ stabbiltà u ta’ organizzazzjoni. Barra minn hekk, iridu jitqiesu d-differenzi fl-opinjonijiet tad-diversi partijiet involuti, u b’mod partikolari minn Stat Membru għall-ieħor, fir-rigward ta’ diversi problemi maġġuri. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-kondiviżjoni ta’ xi riskji, inklużi r-riskji finanzjarji u għas-sigurtà, fost dawk l-atturi li jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jindirizzawhom.

Ir-riskji finanzjarji huma limitati minħabba s-segwitu rigoruż mill-Kummissjoni tal-akkwisti ġestiti mill-entitajiet inkarigati (pereżempju, il-parteċipazzjoni tal-KE f’bordijiet ewlenin tal-akkwist, l-iskrutinju tal-ippjanar fit-tul u l-baġits tal-akkwist, eċċ.), il-baġit li huwa limitat legalment u l-aġġustamenti, fil-qafas tal-baġit, f’każ li jinqabeż il-baġit f’xi parti jew oħra tal-programm.

Attivitajiet attwali

Fir-rigward tas-servizzi ta’ Galileo, EGNOS u Copernicus, ir-riskji huma marbuta mal-kontinwità tas-servizzi u mal-evoluzzjonijiet tagħhom u għaldaqstant huma limitati abbażi ta’ diversi snin ta’ esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet kienet suċċess skont il-konklużjonijiet tar-rieżamijiet ta’ nofs it-terminu relatat, li ġew ikkonfermati mit-twassil kontinwu tas-servizzi u tad-data. Barra minn hekk, il-ġestjoni tar-riskji hija parti integrali mill-ġestjoni tal-azzjonijiet spazjali, li tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni. Il-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Programm, li huwa parti integrali mill-ftehimiet ta’ delega ffirmati mal-ESA, jipprovdi speċifikament l-għodod u l-miżuri kollha (ir-rapportar, il-bordijiet ta’ kontroll, eċċ.) fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskji. L-azzjonijiet tal-proċessi ta’ monitoraġġ u tal-ġestjoni tar-riskji li ġew stabbiliti fil-QFP attwali se jintużaw għad-definizzjoni tal-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni tal-ġejjieni.

Attivitajiet ġodda

Hemm riskji relatati mal-iżvilupp tal-SST u ta’ GOVSATCOM peress li huma attivitajiet ġodda. Madankollu, dawn ir-riskji jittaffew peress li:

- Parti importanti mill-attivitajiet tal-SSA diġà bdiet bil-Qafas għall-Appoġġ tal-SST (ħames snin). Attwalment, it-tagħlimiet meħuda mill-ewwel snin ta’ implimentazzjoni qed iwasslu għal tibdil fl-istruttura u fl-implimentazzjoni tal-programm (il-governanza, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, eċċ.). Ir-Regolament il-ġdid se jqis dan it-tibdil meħtieġ sabiex jitnaqqas ir-riskju li l-għanijiet ma jintlaħqux.

- Ġie ppjanat li l-inizjattiva ta’ GOVSATCOM tiġi implimentata gradwalment sabiex ikun hemm biżżejjed flessibbiltà u aġġustament għall-evoluzzjoni tad-domanda u tal-ħtiġijiet. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-għarfien espert tal-UE fil-qasam tal-ġestjoni tal-azzjonijiet spazjali, flimkien mal-modularità ta’ din l-inizjattiva, l-ambitu tal-inizjattiva jista’ jiġi aġġustat sabiex jiġi evitat pereżempju li jsir xi akkwist kbir wisq.

Kontroll intern

Is-sistema ġenerali ta’ kontroll intern tad-DĠ GROW tiddependi fuq ir-rapporti differenti pprovduti kull tliet xhur mill-entitajiet inkarigati. Dawn ir-rapporti jiġu segwiti b’rieżamijiet iddedikati sabiex jiżguraw li l-ippjanar jiġi rrispettat, u sabiex jinstab tarf kwalunkwe diffikultà teknika, dawn ir-rieżamijiet jinkludu segwitu tar-riskji assoċjati mal-implimentazzjoni tal-programm. Barra minn hekk, id-DĠ GROW iwettaq awditjar ex post sabiex jiżgura l-ġestjoni finanzjarja tajba mill-entitajiet inkarigati.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ bil-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija ta’ riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)

Il-baġit prinċipali tal-programm huwa ġestit mill-Aġenzija, mill-ESA u mill-EUMETSAT permezz ta’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni. Abbażi tad-data tal-imgħoddi, huwa stmat li l-kostijiet tal-kontrolli ġenerali tal-entitajiet kollha inkarigati mill-Kummissjoni huma madwar 0,3 % tal-fondi relatati ġestiti. Il-kost tal-korpi ta’ implimentazzjoni jkun stmat, abbażi tal-perjodu preċedenti, għal bejn 5 % u 10 %.

Il-livelli mistennija ta’ riskju ta’ żball, kemm mal-pagament u kemm fl-għeluq, huma limitati, meta jitqies il-mekkaniżmu tal-akkwist: il-Kummissjoni tiddelega l-akkwist lill-Aġenzija jew lill-ESA f’qafas finanzjarju pluriennali u dawn l-aġenziji jirrapportaw kull tliet xhur dwar l-akkwisti reali u previsti, fil-limiti tal-ammonti ddelegati.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni li jirriżultaw mir-Regolament dwar il-Programm Spazjali li se jiġu konklużi ma’ partijiet terzi x’aktarx li għandhom jipprevedu s-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha, flimkien mal-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri jew mill-OLAF, skont id-diskrezzjoni tal-UE, jekk ikunu meħtieġa fuq il-post.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i ġdida/ġodda tan-nefqa proposti

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

01

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali – Raggruppament 4 – Spazju

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

04.0201 Approprjazzjonijiet operazzjonali tal-Programm Spazjali Ewropew

Impenji

(1a)

2140.879

2183.957

2229.896

2277.715

2322.428

2369.057

2416.068

15 940.000

Pagamenti

(2a)

1123.106

1694.827

1942.491

2068.738

2239.144

2326.57

2370.309

2174.816

15 940.000

04.01 Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm

Impenji = Pagamenti

(3)

8.000

8.000

8.000

8.000

9.000

9.000

10.000

0.000

60.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

2148.879

2191.957

2237.896

2285.715

2331.428

2378.057

2426.068

16 000.000

Pagamenti

=2+3

1131.106

1702.827

1950.491

2076.738

2248.144

2335.570

2380.309

2174.816

16 000.000

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

16.321

16.321

16.321

16.321

16.321

16.321

16.321

114.247

Nefqa amministrattiva oħra

1.695

1.729

1.763

1.799

1.835

1.871

1.909

12.601

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

18.016

18.050

18.084

18.120

18.156

18.192

18.230

126.848

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

2166.895

2210.007

2255.980

2303.835

2349.584

2396.249

2444.298

0.000

16126.848

Pagamenti

1149.122

1720.877

1968.575

2094.858

2266.300

2353.762

2398.539

2174.815

16126.848

Għall-informazzjoni, minbarra l-Programm Spazjali, il-pakkett tal-QFP jinkludi pakkett separat għall-kontribuzzjoni mill-UE lill-Aġenzija

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali 04. 0202 Kontribuzzjoni mill-UE lill-Aġenzija

Impenji

(1b)

31.170

31.587

32.223

33.091

34.209

35.601

37.119

235.000

Pagamenti

(2b)

31.170

31.587

32.223

33.091

34.209

35.601

37.119

235.000

3.1.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

16.321

16.321

16.321

16.321

16.321

16.321

16.321

114.247

Nefqa amministrattiva oħra

1.695

1.729

1.763

1.799

1.835

1.871

1.909

12.601

Sottototal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

18.016

18.050

18.084

18.120

18.156

18.192

18.230

126.848

Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva (li qabel kienu l-linji “BA”)

8.000

8.000

8.000

8.000

9.000

9.000

10.000

60.000

Sottototal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

26.016

26.050

26.084.

26.120

27.156

27.192

28.230

186.848

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.1.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

93

93

93

93

93

93

93

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED 

Intestatura 7

Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

39

39

39

39

39

39

39

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

132

132

132

132

132

132

132

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

93

Persunal estern

39

3.1.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntuża(t) għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013. ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014. ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.
(3)    Id-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE. ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227.
(4)    COM(2016) 705 final.
(5)    Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Strateġija Spazjali għall-Ewropa” li ġew adottati mill-Kunsill (tal-“Kompetittività”) fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ Mejju 2017 (id-dokument nru 9817/17).
(6)    Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2017 dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa (2016/2325(INI)).
(7)    Mid-term review of the Galileo and EGNOS programmes and the European GNSS Agency (Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi Galileo u EGNOS u tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea), studju ta’ PwC, Franza, Ġunju 2017, il-Ħanut tal-kotba tal-UE: https://publications.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/56b722ee-b9f8-11e7-a7f8-01aa75ed71a1
(8)     Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità u l-governanza ambjentali : Il-Komunikazzjoni dwar “Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali”, COM(2018) 10 , id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, SWD(2018) 10, li jipprovdi dettalji dwar kull azzjoni , id-Deċiżjoni C(2018) 10 li tistabbilixxi l-Forum tal-Konformità u tal-Governanza Ambjentali .
(9)    Study on the impacts of changes in funding to the EGNSS programmes (Studju dwar l-impatti tat-tibdil fil-finanzjament tal-programmi EGNSS), studju ta’ PwC, Franza, Ġunju 2018. Għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ħanut tal-kotba tal-UE.
(10)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(11)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(12)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2-5).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1-71).
(14)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(15)    Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).
(16)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1-24.
(17)    Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
(18)    Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)(ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1).
(19)    Il-Komunikazzjoni “L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa” (COM(2018) 237 final), il-Komunikazzjoni “Għal spazju tad-data komuni Ewropew” (COM(2018) 232 final), il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (COM(2018) 8 final).
(20)    L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni tas-Satelliti Meteoroloġiċi.
(21)    Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire).
(22)    ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1-8.
(23)    ĠU L 309, 19.11.2013, p. 1-6.
(24)    ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227.
(25)    https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/white_paper_dwar_il-futur_tal-ewropa_mt.pdf
(26)    http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/intm/146072.pdf
(27)    EUCO 217/13
(28)    ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1-8.
(29)    ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75-82.
(30)    ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53-88.
(31)    ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1-50.
(32)    Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(33)    ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385-386.
(34)    ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(35)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(36)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(37)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(38)    Dettalji tal-modalitajiet ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
Top

Brussell, 6.6.2018

COM(2018) 447 final

ANNESS

tar-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE

{SWD(2018) 327 final}
{SWD(2018) 328 final}


ANNESS

INDIKATURI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-PROGRAMM

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta’ sett ta’ indikaturi maħsuba biex ikejlu kemm ikunu nkisbu l-għanijiet speċifiċi tal-Programm u bil-ħsieb li jiġu mminimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta’ indikaturi ewlenin li ġejjin:

L-indikaturi għandhom ikunu marbuta mal-għanijiet speċifiċi, iżda sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta’ koerenza, dawn ma għandhomx jiġu rrepetuti.

Għan Speċifiku Nru 1: il-forniment ta’ servizzi mill-aqwa u fejn ikun xieraq, ta’ servizzi siguri tal-pożizzjonament, tan-navigazzjoni u tat-teħid tal-ħinijiet;

Indikatur Nru 1: Akkuratezza tas-sinjal (GNSS)

Għan Speċifiku Nru 2: it-twassil ta’ data u ta’ informazzjoni akkurati u affidabbli tal-osservazzjoni tad-dinja, b’sostenn għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima, tal-agrikoltura, tal-iżvilupp rurali, tal-protezzjoni ċivili, tas-sikurezza, tas-sigurtà, kif ukoll tal-ekonomija diġitali;

Indikatur Nru 1: Għadd ta’ utenti ta’ Copernicus

Indikatur Nru 2: Żieda ta’ servizzi ġodda ta’ Copernicus

Għan Speċifiku Nru 3: it-titjib tal-kapaċitajiet tal-SST għall-monitoraġġ, għall-insegwiment u għall-identifikazzjoni tal-oġġetti spazjali, għall-monitoraġġ tat-temp spazjali u għall-immappjar u għall-ħolqien ta’ netwerk tal-kapaċitajiet tal-Unjoni fir-rigward tal-NEO

Indikatur Nru 1: Għadd ta’ utenti tal-komponenti tal-SSA

Indikatur Nru 2: Disponibbiltà tas-servizzi

Għan Speċifiku Nru 4: l-iżgurar tad-disponibbiltà fit-tul ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita affidabbli, siguri u kosteffettivi, b’garanzija xierqa ta’ aċċess u ta’ robustezza li tiflaħ għal atti b’intenzjoni ħażina

Indikatur Nru 1: Għadd ta’ utenti ta’ GOVSATCOM

Indikatur Nru 2: Disponibbiltà tas-servizzi

Għan Speċifiku Nru 5: il-kontribut għal kapaċità awtonoma, sigura u kosteffiċjenti ta’ aċċess għall-ispazju

Indikatur Nru 1: Għadd ta’ avvenimenti ta’ llanċjar għal azzjonijiet spazjali tal-UE

Għan Speċifiku Nru 6: fir-rigward tal-azzjonijiet b’sostenn għas-settur spazjali: is-sostenn u r-rinfurzar tal-kompetittività, tal-imprenditorija, tal-ħiliet u tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi mill-Unjoni, li jkunu attivi jew jixtiequ jsiru attivi f’dak is-settur, b’mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni u tal-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u tan-negozji ġodda.

Indikatur Nru 1: Tkabbir fis-settur downstream relatat mal-azzjonijiet spazjali

Top