Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0173

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

COM/2018/173 final - 2018/0082 (COD)

Brussell, 12.4.2018

COM(2018) 173 final

2018/0082(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

{SWD(2018) 91 final}
{SWD(2018) 92 final}
{SWD(2018) 93 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-bdiewa, il-proċessuri, il-kummerċjanti, il-grossisti, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi huma kollha atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel. L-operaturi iżgħar fil-katina tal-provvista tal-ikel għandhom probabbiltà ikbar li jaffaċċaw prattiki kummerċjali inġusti (UTP) minħabba s-saħħa tan-negozjar ġeneralment dgħajfa tagħhom meta mqabbla mal-operaturi l-kbar fil-katina. Il-produtturi agrikoli huma partikolarment vulnerabbli għall-UTP għaliex spiss ma jkollhomx is-saħħa tan-negozjar li tlaħħaq ma’ dik tas-sħab downstream tagħhom li jixtru l-prodotti tagħhom. Dan għaliex l-alternattivi sabiex iwasslu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi huma limitati.

Hemm qbil ġenerali li l-UTP iseħħu tul il-katina tal-provvista tal-ikel. Tliet komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2009 iffukaw fuq il-katina tal-provvista tal-ikel, inklużi l-UTP.

F’Ġunju 2016, riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 1 talbet lill-Kummissjoni tissottometti proposta għal qafas legali tal-Unjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti. F’Diċembru 2016, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex twettaq, f’ħin opportun, valutazzjoni tal-impatt bil-għan li jiġu proposti qafas legali tal-Unjoni jew miżuri mhux leġiżlattivi sabiex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti 2 . F’Settembru 2016, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ippubblika rapport li talab lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni rapida sabiex jipprevjenu l-UTP billi jistabbilixxu netwerk armonizzat ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-UE, bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fi ħdan is-suq uniku 3 .

Fir-rapport tagħha mill-2016, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ oqsma għal aktar titjib li jirrigwarda kemm il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar il-UTP kif ukoll l-inizjattivi volontarji tal-industrija. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tivvaluta mill-ġdid il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE sabiex tindirizza l-UTP fid-dawl ta’ żviluppi sussegwenti qabel it-tmiem tal-mandat tagħha. L-aspettattivi dwar it-titjib ma ntlaħqux b’mod sħiħ kif diskuss f’aktar dettall fil-valutazzjoni tal-impatt (it-taqsima 3.3).

Meta jseħħu, il-UTP jistgħu jpoġġu l-profitti u l-marġni tal-operaturi taħt pressjoni, li jista’ jwassal għal allokazzjoni ħażina tar-riżorsi u saħansitra joħroġ atturi altrimenti vijabbli u kompetittivi ’l barra min-negozju. Pereżempju, it-tnaqqis unilaterali retroattiv tal-kwantità kuntrattwali għal oġġetti li jitħassru jammonta għal dħul mitluf għal operatur li jista’ ma jsibx żbokk alternattiv faċilment għal dawn l-oġġetti. Il-ħlasijiet tard għal prodotti li jitħassru malajr wara li jkunu ġew ikkonsenjati u nbiegħu mix-xerrej jikkostitwixxu spiża finanzjarja addizzjonali għall-fornitur. L-obbligi possibbli għall-fornituri li jieħdu lura prodotti li ma jkunux inbiegħu mix-xerrej wara l-fornituri u x-xerrej jistgħu jikkostitwixxu trasferiment mhux dovut tar-riskju lill-fornituri li għandu riperkussjonijiet fuq is-sigurtà tal-ippjanar u tal-investiment tagħhom. Li wieħed ikun sfurzat jikkontribwixxi għall-attivitajiet promozzjonali ġeneriċi tad-distributuri fil-ħwienet mingħajr ma jieħu benefiċċju proporzjonali jista’ jnaqqas b’mod eċċessiv il-marġni ta’ fornitur.

F’kuntest ta’ politika agrikola li sar dejjem aktar orjentat lejn is-suq, il-governanza tajba tal-katina tal-provvista tal-ikel saret aktar importanti għall-operaturi, b’mod partikolari għall-produtturi agrikoli. Il-proposta jenħtieġ li tiżgura li dawn l-operaturi jkunu jistgħu jikkompetu b’kundizzjonijiet ġusti, biex b’dan il-mod jikkontribwixxu għall-effiċjenza ġenerali tal-katina. L-imġiba kummerċjali inġusta minn operaturi li jeżerċitaw saħħa tan-negozjar li mhijiex ipprojbita, jew l-eżistenza ta’ possibbiltajiet ta’ rimedju li mhumiex effettivi, jistgħu jimminaw il-vijabbiltà ekonomika tal-operaturi fil-katina. Governanza dgħajfa bħal din għandha l-probabbiltà wkoll li tnaqqas il-fiduċja fil-ġustizzja u l-funzjonament ġenerali tal-katina tal-provvista tal-ikel.

Il-katina tal-provvista tal-ikel hija kontinwu ta’ swieq relatati ma’ xulxin vertikalment. Hija kkaratterizzata minn differenzi sinifikanti fis-saħħa relattiva tan-negozjar bejn l-intrapriżi żgħar u medji u dawk akbar. Il-livelli ta’ konċentrazzjoni fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja huma għoljin fl-Istati Membri kollha. F’xi każijiet, il-UTP jaffettwaw il-produtturi aktar dgħajfa, bħall-produtturi agrikoli, anki jekk ma jkunux direttament esposti għalihom, jekk l-ispejjeż ikkawżati mill-UTP jiġu mgħoddija lura tul il-katina tal-provvista tal-ikel għall-aktar ħolqa dgħajfa li spiss tkun il-bidwi. L-effett negattiv ta’ UTP li jseħħ downstream, pereżempju bejn bejjiegħ bl-imnut u proċessur, għalhekk jista’ jimxi lura fil-katina biex finalment jilħaq il-bdiewa.

Ir-regoli speċifiċi dwar il-UTP f’20 Stat Membru huma xhieda tat-tħassib sinifikanti dwar il-UTP fil-livell nazzjonali. Madankollu, l-eteroġeneità fit-trattament tal-UTP fl-Istati Membri hija sinifikanti. F’ċerti Stati Membri, ma hemm l-ebda protezzjoni speċifika, jew hemm biss protezzjoni speċifika ineffettiva kontra l-UTP.

Id-dritt (kuntrattwali) ġenerali jista’ jipprojbixxi ċerti prattiki u dawk li ffaċċaw il-UTP għandhom l-opzjoni li jfittxu rimedju quddiem qorti tad-dritt ċivili. Iżda dritt kuntrattwali ġenerali, sa fejn ikopri l-prattika li qed tiġi diskussa, jista’ de facto jkun diffiċli biex jiġi infurzat: parti iktar dgħajfa għal tranżazzjoni kummerċjali spiss ma tkunx tixtieq tirreġistra lment għax tibża li tikkomprometti relazzjoni kummerċjali eżistenti ma’ parti iktar b’saħħitha (“fattur tal-biża”).

Id-diverġenza tal-approċċi regolatorji tal-Istati Membri għall-UTP twassal ukoll għal kundizzjonijiet differenti ta’ kompetizzjoni għall-operaturi. Bl-approċċ ifframmentat preżenti, il-livell ta’ protezzjoni li jingħataw l-operaturi kontra l-UTP jiddependi mill-Istat Membru. Id-diverġenza tar-regoli tista’ twassal għal differenzi fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

Hemm ukoll ftit koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri, minħabba n-nuqqas ta’ strutturi formali ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE. Tali koordinazzjoni tista’ ttejjeb il-prattiki ta’ infurzar fl-Istati Membri.

L-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista (SCI) 4 volontarja hija inizjattiva privata tal-industrija li tfittex li tirregola l-UTP. Inizjattivi nazzjonali simili jeżistu fl-Istati Membri flimkien ma’ miżuri nazzjonali mandatorji. Mill-bidu tagħha, l-SCI kellha rwol importanti fl-Istati Membri sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-UTP u tiġi promossa l-korrettezza tal-imġiba kummerċjali. Din evolviet u dan l-aħħar innominat President indipendenti. Tipprovdi forum għal soluzzjoni bikrija u mhux kontenzjuża għat-tilwim. Madankollu, l-SCI mhijiex probabbli li tiżviluppa f’qafas ta’ governanza komprensiv li jagħmel il-miżuri ta’ governanza pubbliċi, inkluż l-infurzar, superfluwi. Il-parteċipazzjoni fl-SCI hija volontarja u l-SCI s’issa ma tkoprix l-operaturi kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel. Pereżempju, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut huma membri tal-SCI, l-alleanzi tax-xiri tal-bejjiegħa bl-imnut ma jipparteċipawx fl-SCI, u lanqas l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-produtturi agrikoli. Dawn tal-aħħar ma ssieħbux fl-SCI billi, fil-fehma tagħhom, din ma tiżgurax kunfidenzjalità suffiċjenti għall-partijiet li jressqu l-ilmenti u ma tipprovdix għal investigazzjonijiet indipendenti jew sanzjonijiet 5 . Madankollu, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-agrikoltura jipparteċipaw fl-inizjattivi nazzjonali tal-katina tal-provvista.

Ċerti limitazzjonijiet għal kodiċi volontarju jistgħu jkunu wkoll strutturali. L-SCI ma għandha l-ebda kapaċità li timponi sanzjonijiet, u d-deċiżjonijiet ma jiġux ippubblikati (l-ebda effett ta’ deterrent). It-tilwim bejn parti u oħra ma jiġix ittrattat b’mod li jiżgura l-kunfidenzjalità tal-ilmenti, lanqas fl-istadji bikrija tal-proċedura. Barra minn hekk, ma hemmx l-abbiltà li jitwettqu investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja. It-tħassib dwar l-infurzar effettiv jispjega l-livell baxx kontinwu ta’ parteċipazzjoni tal-produtturi agrikoli fl-SCI. Barra minn hekk, inizjattiva volontarja ma tistax tindirizza, minnha nfisha, il-frammentazzjoni tar-regoli dwar il-UTP fl-Istati Membri.

Għalhekk, din il-proposta għal Direttiva timmira li tnaqqas l-okkorrenza tal-UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel billi tintroduċi standard minimu komuni ta’ protezzjoni madwar l-UE li jikkonsisti minn lista qasira ta’ UTP speċifiċi pprojbiti. Il-protezzjoni tkopri l-fornituri żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel sa fejn dawn ibiegħu prodotti tal-ikel lil xerrejja li ma jkunux żgħar u medji. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni jimmira li jikkontribwixxi għal livell ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola, li huwa għan tal-politika agrikola komuni skont l-Artikolu 39 TFUE.

Id-dispożizzjonijiet li jimmiraw ir-rekwiżiti minimi ta’ infurzar, applikabbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, iżidu l-karattru ta’ deterrent tar-reġim propost. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ infurzar iffaċilitat mill-Kummissjoni jippermetti l-iskambju ta’ dejta dwar l-għadd u t-tip ta’ investigazzjonijiet ta’ ksur imwettqa u jipprovdi wkoll forum għall-iskambju tal-aqwa prattiki, bil-ħsieb li tittejjeb l-effettività tal-infurzar.

Il-miżuri proposti huma kumplimentari għall-miżuri eżistenti fl-Istati Membri u l-kodiċi ta’ kondotta tal-SCI (approċċ ta’ armonizzazzjoni minima).

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fis-settur

S’issa, għad m’hemmx regoli orizzontali tal-UE dwar il-UTP bejn in-negozji. Il-korrettezza fl-attivitajiet tas-suq fil-kuntest ta’ minn negozju għal negozju huwa l-għan speċifiku tad-Direttiva 2006/114/KE, li tittratta l-prattiki qarrieqa u r-rekwiżiti tar-reklamar komparattiv. Madankollu, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva ma jindirizzawx il-prattiki kummerċjali minn negozju għal negozju kif identifikati f’din il-proposta.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Id-dritt tal-kompetizzjoni għandu kamp ta’ applikazzjoni li huwa differenti mir-regoli dwar il-UTP. Il-UTP huma prattiki unilaterali li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jimplikawx ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni għaliex tali ksur jirrikjedi l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti f’suq partikolari, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ abbuż minn dik il-pożizzjoni li jaffettwa s-suq b’mod ġenerali. B’mod komparattiv, ir-regoli dwar il-UTP jindirizzaw kwalunkwe sitwazzjoni ta’ saħħa ta’ negozjar mhux ugwali (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mingħajr pożizzjoni dominanti fis-suq) u jipprojbixxu lill-impriżi milli jimponu fuq is-sħab kummerċjali tagħhom, jew milli jiksbu jew jippruvaw jiksbu mingħandhom, termini u kundizzjonijiet li jkunu meqjusa mhux ġustifikati, sproporzjonati jew mingħajr konsiderazzjoni (mingħajr ma jaffettwaw neċessarjament is-suq b’mod ġenerali). Għaldaqstant, ir-regoli dwar il-UTP se jkunu kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u kumplimentari għalihom.

Id-diverġenza regolatorja u l-protezzjoni inadegwata ta’ tipi li huma simili għall-UTP wasslu għal inizjattivi tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni min-negozju għall-konsumatur. Xi Stati Membri estendew tali regoli għal sitwazzjonijiet nazzjonali ta’ minn negozju għal negozju. L-approċċ kunċettwali skont ir-regoli tal-UE ta’ min-negozju għall-konsumatur jikkondividi karatteristiċi rilevanti mar-regoli eżistenti tal-Istati Membri dwar il-UTP li jirregolaw it-tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju, jiġifieri l-iffukar fuq il-partijiet relattivament aktar dgħajfa fi tranżazzjoni kummerċjali.

Id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard (2011/7/UE) tipprevedi li fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn in-negozji (“intrapriżi”"), il-perjodu ta’ ħlas fil-kuntratt jenħtieġ li ma jaqbiżx it-30 jum tal-kalendarju, li jista’ jiġi estiż għal 60, sakemm ma jkunx espressament maqbul mod ieħor fil-kuntratt u bil-kundizzjoni li ma jkunx inġust ħafna għall-kreditur. Għalhekk in-nuqqas ta’ perjodu massimu vinkolanti ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju spiss jiġi sfruttat sabiex jiġu imposti perjodi ta’ ħlas ferm itwal minn dak li l-kreditur ikun komdu bihom, jew li ma jkunux ġustifikati mill-prattiki tal-kummerċ jew min-natura tal-kuntratt. Il-proposta għalhekk timmira li tistabbilixxi perjodu massimu ta’ ħlas ta’ 30 jum kalendarju fi tranżazzjonijiet kummerċjali fir-rigward tax-xiri u tal-bejgħ ta’ prodotti tal-ikel bejn in-negozji. Dan il-perjodu huwa vinkolanti u ma għandu jinqabeż għall-ebda raġuni. Filwaqt li din il-proposta tikkostitwixxi lex specialis fir-rigward tal-perjodi ta’ ħlas għall-kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard xorta tibqa’ applikabbli kull meta jseħħ ħlas tard, għad-dispożizzjonijiet li jifdal, b’mod partikolari l-partijiet li jirrigwardaw il-ħlasijiet u r-rati tal-imgħax, il-kumpens, it-termini u l-prattiki kuntrattwali inġusti, il-proċeduri mħaffa sabiex jinkisbu ordnijiet ta’ ħlasijiet, l-iskedi tal-ħlasijiet, iż-żamma tat-titolu.

2.    BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Għan ewlieni tal-PAK huwa li tiżgura livell ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola (l-Artikolu 39 TFUE). L-enfasi kostituzzjonali tal-UE fuq il-benessri tal-produtturi hija unika għas-settur agrikolu li tindika r-responsabbiltà komprensiva tal-PAK għall-agrikoltura Ewropea. It-Trattat jelenka erba’ għanijiet oħra għall-PAK, jiġifieri ż-żieda fil-produzzjoni agrikola, l-istabbilizzazzjoni tas-swieq, il-garanzija tad-disponibbiltà tal-provvisti u l-iżgurar ta’ prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi.

L-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jispeċifika li l-politika agrikola komuni (PAK) għandha tiżgura livell ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola kif ukoll żieda fil-produzzjoni agrikola, l-istabbilizzazzjoni tas-swieq, il-garanzija tad-disponibbiltà tal-provvisti u l-iżgurar ta’ prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi. L-Artikolu 40 TFUE jistipula li l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għandha teskludi d-diskriminazzjoni bejn il-produtturi. L-Artikolu 43 TFUE jispeċifika li l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għandha tiżgura kundizzjonijiet għall-kummerċ fl-Unjoni li huma simili għal dawk eżistenti f’suq nazzjonali.

It-taħlita ta’ regoli dwar il-UTP fl-Istati Membri jew in-nuqqas tagħhom għandhom il-probabbiltà li jdgħajfu l-għan li jiġi żgurat livell ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola. Il-UTP jipperikolaw il-profittabilità tal-produtturi agrikoli u jwasslu għal pressjoni ’l isfel fuq id-dħul mis-suq tagħhom. Il-governanza tagħhom għalhekk taqa’ fi ħdan il-mandat ta’ prinċipju tal-PAK.

In-nuqqas ta’ qafas komuni dwar il-UTP jikkuntrasta ma’ oqsma oħra li tirregola l-PAK, u li għandhom rilevanza diretta għall-operaturi, bħar-regoli tal-kompetizzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat u l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. F’dawn l-oqsma, l-organizzazzjoni komuni tas-swieq (ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013) tistabbilixxi regoli komuni rilevanti għall-kundizzjonijiet tas-suq li jaffaċċaw l-operaturi fl-UE, sabiex tikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, kif ukoll għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq uniku.

Skont l-Artikolu 38(2) u (3) TFUE, il-PAK tkopri primarjament il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness 1 tat-TFUE. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat espliċitament li l-prodotti tal-ikel mhux elenkati fl-Anness I TFUE (il-prodotti tal-Anness I huma kkunsidrati bħala “prodotti agrikoli” skont it-Trattat) jistgħu jiġu koperti minn atti adottati skont l-Artikolu 43 TFUE jekk dan jikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-PAK u l-prodotti agrikoli huma prinċipalment koperti 6 .

Barra minn hekk, approċċ li jipproteġi l-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (kooperattivi u organizzazzjonijiet oħra tal-produtturi) irid jikkunsidra wkoll l-effetti negattivi indiretti li dawn jistgħu jsofru minħabba UTP li jokkorru downstream fil-katina tal-provvista tal-ikel, jiġifieri minn operaturi li mhumiex bdiewa iżda li l-pożizzjoni ta’ negozjar dgħajfa tagħhom fil-katina downstream tagħmilhom vulnerabbli għall-UTP. Il-protezzjoni kontra l-UTP li japplikaw għall-fornituri downstream tipprevjeni l-konsegwenzi mhux intenzjonati għall-bdiewa minħabba d-devjazzjoni tal-kummerċ lejn il-kompetituri tagħhom li jkunu proprjetà tal-investituri – pereżempju fil-fażi tal-ipproċessar – li ma jkollhomx protezzjoni (eż. anqas riskju legali għax-xerrejja li jiġu kkonfrontati b’akkużi ta’ UTP).

Fid-dawl ta’ dan, l-Artikolu 43 TFUE, li jagħti lil-leġiżlatur tal-Unjoni s-setgħat legali biex jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli fl-UE, jista’ fil-prinċipju jservi bħala l-bażi ġuridika għal miżuri li jkopru l-UTP li jokkorru fil-katina tal-provvista tal-ikel fir-rigward tal-kummerċ ta’ prodotti tal-ikel li joriġinaw minn produtturi agrikoli.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklussiva)

Ma jeżistux regoli komuni tal-UE li jipprevedu standard minimu Ewropew ta’ protezzjoni billi japprossimizzaw jew jarmonizzaw il-miżuri diverġenti tal-Istati Membri dwar il-UTP. Fin-nuqqas ta’ miżuri tal-UE, l-Istati Membri ma għandhomx mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni sabiex jiksbu tali approssimazzjoni, u ma għandhomx lanqas inċentivi ovvji sabiex jallinjaw ruħhom. Għadu ma jeżistix standard minimu ta’ protezzjoni kontra l-UTP fl-Istati Membri, minkejja r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha.

Ċerti Stati Membri ma għandhom l-ebda regola speċifika li tipproteġi kontra l-UTP. Oħrajn ma jindirizzawx aspetti importanti tal-infurzar effettiv tal-UTP. Dan iwassal għal protezzjoni inadegwata tal-operaturi vulnerabbli, b’mod partikolari l-produtturi agrikoli. Barra minn hekk, minkejja l-effetti pożittivi tagħhom fil-qasam tal-governanza privata tal-UTP, il-kodiċijiet volontarji, inkluż l-SCI – sa fejn japplikaw fl-Istati Membri – ma jistgħux jissostitwixxu b’mod effettiv il-miżuri ta’ governanza pubblika.

Għalhekk huma meħtieġa miżuri tal-UE li jindirizzaw il-problema tal-protezzjoni inadegwata kontra l-UTP billi jipprovdu standard minimu komuni għall-UE kollha. Wara snin ta’ diskussjoni, analiżi u rakkomandazzjonijiet, li tejbu s-sitwazzjoni reali biss sa ċertu punt, il-leġiżlazzjoni tal-UE hija mezz li jista’ jiżgura tali standard minimu ta’ protezzjoni fl-UE kollha, inkluż fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-infurzar.

L-effettività tar-regoli tal-UE tikkonsisti fi standard minimu li jkun komuni fl-Istati Membri u li jintroduċi l-protezzjoni f’dawk l-Istati Membri li attwalment ma għandhomx regoli li jipproteġu kontra l-UTP. L-approċċ magħżul huwa proporzjonat fir-rigward tal-problema affaċċata u fir-rigward tal-miżuri eżistenti fl-Istati Membri. Ma jistabbilix qafas komprensiv tal-UE li jirregola l-UTP fl-Istati Membri. Pjuttost, f’konformità ma’ approċċ ta’ armonizzazzjoni minima, jindirizza lista qasira ta’ prattiki kummerċjali manifestament inġusti iżda jħalli lill-Istati Membri spazju sabiex iżommu jew jipprovdu miżuri aktar komprensivi. Ir-regoli nazzjonali aktar komprensivi dwar il-UTP u l-kodiċijiet volontarji bħall-SCI mhux se jiġu sostitwiti iżda pjuttost se jiġu kkumplimentati. Standard minimu tal-UE għalhekk huwa mistenni li jwassal għal sinerġiji pjuttost milli t-tħassir tal-vantaġġi ta’ dawn ir-reġimi. It-tieni nett, id-Direttiva proposta tistabbilixxi setgħat effettivi ta’ infurzar li kienu ppruvati bħala effettivi sabiex jiġi indirizzat il-fattur tal-biża’, kif ukoll sabiex jittejjeb l-effett ta’ deterrent u jittejbu l-possibbiltajiet ta’ rimedju fl-Istati Membri. Għal darba oħra, l-approċċ segwit huwa dak ta’ armonizzazzjoni minima u jiddependi fuq l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri pjuttost milli xi awtorità tal-infurzar ċentralizzata. It-tielet nett, id-Direttiva proposta tinkludi l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ koordinazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar iffaċilitat mill-Kummissjoni li se jippermetti l-iskambju tal-aqwa prattiki ta’ infurzar u pjattaforma li permezz tagħha tiġi diskussa u mtejba l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-UTP. L-esperjenza mill-infurzar tal-UTP mill-Grocery Code Adjudicator tar-Renju Unit turi li reġim ta’ protezzjoni effettiv jista’ jnaqqas l-okkorrenza tal-UTP u jtejjeb ir-rimedju effettiv kontrihom.

Il-miżuri fil-livell tal-UE, kumplimentari għar-reġimi tal-Istati Membri u l-SCI, jikkonsistu f’regoli komuni dwar il-UTP li jimmiraw li jtejbu l-governanza tal-katina tal-provvista tal-ikel u jsegwu l-għan li jiġu żgurati livelli ġusti ta’ għajxien għall-komunità agrikola (l-Artikolu 39 TFUE). L-approċċ adottat jieħu l-forma ta’ armonizzazzjoni (minima) parzjali u jqis l-effetti pożittivi ta’ arranġamenti kuntrattwali xprunati mis-suq bejn il-partijiet. Billi l-UTP jokkorru tul il-katina tal-provvista tal-ikel u għandhom riperkussjonijiet li x’aktarx jiġu mgħoddija lill-produtturi agrikoli, jagħmel sens li dawn jiġu indirizzati b’mod komprensiv u jiġu mmirati tul il-katina.

Proporzjonalità

Il-pakketti ta’ opzjonijiet diskussi fil-valutazzjoni tal-impatt ivarjaw skont l-ambizzjoni tagħhom. Fir-rigward tal-adegwatezza tagħhom sabiex jindirizzaw b’mod effettiv il-kwistjoni, fil-prinċipju kollha huma adatti sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet dikjarati, li huma li titnaqqas l-okkorrenza tal-UTP u li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ protezzjoni inadegwata. Madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet tal-UE ftit jistgħu jagħmlu aktar minn hekk fir-rigward tal-għanijiet segwiti. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-2014 u tal-2016 mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u l-SCI ma ngħatawx effett sħiħ, parzjalment għaliex ċerti eżiti jistgħu jiddependu minn approċċ obbligatorju komuni. Għalhekk, l-approċċ magħżul fid-Direttiva preżenti huwa aktar effettiv sabiex ikun żgurat l-għan ta’ livell minimu komuni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri u jista’, kif intwera mill-eżempju ta’ ċerti Stati Membri, jindirizza wħud mill-problemi identifikati fir-rigward tal-UTP, inkluż in-nuqqasijiet fl-infurzar. Bl-istess mod, jidher li mezzi anqas intrużivi mhumiex probabbli li jilħqu l-għan b’mod daqstant effettiv.

L-approċċ magħżul huwa prudenti f’modi differenti u għalhekk huwa proporzjonat għall-għan segwit. Hija proposta armonizzazzjoni parzjali, mhux armonizzazzjoni sħiħa. L-Istati Membri se jkomplu jkunu jistgħu jkollhom regoli dwar il-UTP apparti mill-istandard minimu ta’ protezzjoni li din id-Direttiva beħsiebha tintroduċi (suġġett għad-dritt applikabbli tal-UE). Aktar minn hekk, id-Direttiva tissuġġerixxi approċċ li huwa bbażat fuq infurzar deċentralizzat mill-Istati Membri. Id-Direttiva hija kumplimentari għal regoli eżistenti, inkluż dawk stabbiliti permezz ta’ inizjattivi volontarji bħall-SCI. Għalhekk, id-Direttiva ma tfittix li tiddefinixxi l-prattiki kollha li jistgħu jkunu UTP iżda tistabbilixxi lista qasira ta’ UTP ipprojbiti. L-ambitu tal-protezzjoni huwa limitat għall-fornituri tal-SME fil-katina tal-provvista tal-ikel u għalhekk ma jinterferixxix mar-relazzjonijiet kummerċjali ta’ atturi kbar li huma anqas probabbli li jiġu affettwati mill-UTP jew li jistgħu jkunu mistennija jikkumpensaw għall-pressjoni mhux dovuta mill-eżistenza tal-UTP, u li ma jkunux suġġetti għall-fattur ta’ biża’ diskuss fir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt bl-istess mod bħall-operaturi SME.

It-taqsimiet 3.2 u 3.3 tal-valutazzjoni tal-impatt jindirizzaw il-proporzjonalità. Il-karatteristiċi tal-opzjoni preferuta, li jagħmlu l-proposta proporzjonali skont it-tifsira ta’ hawn fuq, huma diskussi fit-taqsimiet 5 u 6 u eventwalment fit-taqsima 8, li tippreżenta l-opzjoni preferuta.

Għażla tal-istrument

L-istrument magħżul huwa Direttiva, billi approċċ ta’ liġi mhux vinkolanti jirriskja li ma jkunx effettiv sabiex jiżgura l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni minimi mixtieqa. L-approvazzjoni ta’ Direttiva bħala l-istrument rilevanti għal miżuri dwar il-UTP tikkunsidra wkoll is-sussidjarjetà: Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jintegraw il-protezzjoni minima fl-ordnijiet legali nazzjonali tagħhom b’mod li jkun kompatibbli mal-għażliet tagħhom ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi.

3.    RIŻULTATI TAL-VALUTAZZJONIJIET EX POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Valutazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità ta’ leġiżlazzjoni eżistenti

Billi għad ma hemmx qafas leġiżlattiv tal-UE sabiex jiġu indirizzati l-UTP, f’dan l-istadju mhuwiex possibbli li tiġi ppreżentata evalwazzjoni bbażata fuq l-evidenza dwar kif jaħdmu l-miżuri tal-UE. Madankollu, xi Stati Membri wettqu evalwazzjonijiet ex ante jew ex post fir-rigward tal-effettività u tal-effiċjenza tal-politiki tagħhom dwar il-UTP.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proċess ta’ konsultazzjoni kien jinkludi konsultazzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu, konsultazzjoni pubblika miftuħa, konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet ikkonċernati tal-katina tal-provvista tal-ikel (impriżi fil-katina tal-provvista tal-ikel u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi), konsultazzjoni mal-Istati Membri, workshop akkademiku dwar il-UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel (organizzat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka), laqgħat ad hoc ma’ partijiet ikkonċernati tal-katina tal-provvista tal-ikel, u impenji ma’ gruppi ta’ Djalogu tas-Soċjetà Ċivili dwar il-PAK. Il-proċess ta’ konsultazzjoni kellu l-għan primarju li jiġbor l-evidenza sabiex jinforma r-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Il-partijiet ikkonċernati kienu mistiedna joffru kummenti u evidenza dwar id-definizzjoni tal-problema, l-għanijiet ta’ politika, il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE, l-opzjonijiet ta’ politika, dwar l-impatt probabbli tal-opzjonijiet ta’ politika, u dwar kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni, inkluż il-monitoraġġ u l-infurzar.

Il-partijiet ikkonċernati fil-biċċa l-kbira qalu li qed jokkorru UTP frekwenti u ta’ ħsara fil-katina tal-provvista tal-ikel, u jappoġġaw azzjoni legali fil-livell tal-UE (bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bejgħ bl-imnut), inkluż standards minimi ta’ infurzar. Il-bejjiegħa bl-imnut (kbar) ma jaqblux li l-UTP jokkorru b’mod estensiv u huma kontra miżuri tal-UE. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi kellhom parteċipazzjoni limitata fil-proċess ta’ konsultazzjoni iżda esprimew interess li jkunu involuti fl-istadju leġiżlattiv.

90% tar-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa qablu jew qablu parzjalment li kien hemm prattiki fil-katina tal-provvista tal-ikel li setgħu jitqiesu bħala UTP. Dawn ir-riżultati kienu ġeneralment simili għall-gruppi kollha ta’ partijiet ikkonċernati (produtturi, proċessuri, kummerċjanti, riċerkaturi, eċċ.) bl-eċċezzjoni tas-settur tal-bejgħ bl-imnut (12% qablu jew qablu parzjalment li jeżistu l-UTP fil-provvista tal-ikel). L-aktar prattiki ta’ ħsara li ġew identifikati fil-konsultazzjoni kienu jaqblu b’mod ġenerali ma’ dawk identifikati mill-SCI fil-Prinċipji ta’ Prattika Tajba tagħha. B’mod ġenerali, 87% tar-rispondenti huma tal-fehma li jenħtieġ li tittieħed azzjoni mill-Unjoni Ewropea (flimkien mal-Istati Membri, 58%; jew mill-UE waħedha, 29%). F’termini ta’ effettività ta’ infurzar, l-aktar karatteristiċi importanti li ssemmew mir-rispondenti kienu: it-trasparenza tal-investigazzjonijiet u tar-riżultati (94%), il-possibbiltà ta’ multi fil-każ ta’ ksur tar-regoli (93%), il-possibbiltà li jitressqu lmenti kollettivi (92%), l-abbiltà li jsiru u jiġu ttrattati lmenti kunfidenzjali (89%), il-ħatra ta’ awtorità kompetenti (89%), u l-abbiltà li jitwettqu investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja (73%).

L-input tal-partijiet ikkonċernati ġie inkorporat fl-analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt fit-test kollu u ġie kkunsidrat fil-proposta għad-Direttiva. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati talbu għal regolamentazzjoni estensiva ta’ diversi tipi ta’ UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-proposta tal-Kummissjoni tippreżenta approċċ ristrett biex ikopri biss ftit tipi ta’ UTP li huma partikolarment ta’ ħsara. Il-Kummissjoni b’mod ġenerali taqbel mal-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati dwar l-importanza ta’ kapaċità b’saħħitha ta’ infurzar tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u koordinazzjoni tal-infurzar fil-livell tal-UE.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Minbarra l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati deskritti hawn fuq, l-analiżi għall-valutazzjoni tal-impatt kienet ibbażata fuq firxa wiesgħa ta’ għarfien xjentifiku, legali u applikat. Għad-definizzjoni tal-linja bażi, l-informazzjoni nġabret mill-Istati membri u ġiet ipproċessata u analizzata minn esperti legali esterni; inġabret ukoll informazzjoni addizzjonali mill-Istati Membri li hija assoċjata mal-impatti possibbli tal-opzjonijiet, kif ukoll minn informazzjoni disponibbli fil-livell pubbliku. B’mod aktar ġenerali, il-bażi tal-evidenza tal-valutazzjoni tal-impatt tinkludi dejta u informazzjoni miksuba permezz tal-konsultazzjonijiet imsemmija hawn fuq, permezz ta’ workshop akkademiku u rapport tekniku, permezz ta’ reċensjonijiet indipendenti tal-letteratura, u permezz ta’ skambji ma’ Stati Membri u pajjiżi terzi b’esperjenza fir-regolamentazzjoni tal-UTP. Pereżempju, fir-rapport tagħha “The supply of groceries in the UK market investigation” mill-2008, il-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni tar-Renju Unit sabet li ċerti UTP jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u l-benessri tal-konsumatur. Fi studju għad-DĠ GROW fl-2016, Areté ddiskutiet il-limiti tal-SCI sabiex tindirizza l-UTP. U f’rapport dwar il-UTP fl-2013, SEO kkonfermat ir-rwol li għandha l-biża’ ta’ ritaljazzjoni fil-każijiet tal-UTP.

Barra minn hekk, il-kompetenza interna kemm tar-riċerkaturi fil-JRC, b’mod partikolari l-Unità tiegħu dwar l-Ekonomiji tal-Agrikoltura, kif ukoll tal-esperti ekonomiċi u legali fi ħdan id-DĠ AGRI ntużat fil-valutazzjoni tal-impatt.

Workshop akkademiku dwar il-UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel

Flimkien ma’ DĠ AGRI, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) f’Lulju 2017 organizza workshop dwar “Prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel”. Aktar minn tużżana parteċipanti f’dan il-workshop ġew minn universitajiet madwar l-UE kif ukoll mill-Istati Uniti.

Abbażi tal-eżiti tal-workshop, u bl-appoġġ tar-relaturi akkademiċi tal-workshop, il-JRC ipproduċa rapport tekniku li kkonferma l-eżistenza tal-UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel u għamel referenza għall-ħidma regolatorja u analitika estensiva dwar dan is-suġġett.

Studju dwar ir-regoli nazzjonali dwar il-UTP fl-Istati Membri

Bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq kwestjonarju, il-Kummissjoni ġabret feedback mill-Istati Membri dwar l-esperjenzi tagħhom bir-regoli dwar il-UTP u dwar id-dejta u l-informazzjoni li jistgħu jikkondividu f’dan il-kuntest. B’mod partikolari, l-Istati Membri kienu mitluba (i) jaġġornaw l-informazzjoni dwar l-eżistenza, l-implimentazzjoni, u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-UTP li kienet inġabret fi studju preċedenti fl-2015, (ii) jikkondividu l-informazzjoni minn valutazzjonijiet tal-impatt li setgħu wettqu għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-regoli nazzjonali dwar il-UTP, u (iii) jipprovdu dejta u informazzjoni dwar l-ispejjeż amministrattivi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi mill-introduzzjoni ta’ regoli nazzjonali dwar il-UTP.

It-tweġibiet mill-Istati Membri ntużaw bħala input għal ħarsa ġenerali dwar ir-“Regolamenti speċifiċi dwar prattiki kummerċjali inġusti fl-Istati Membri fil-katina ta’ provvista tal-bejgħ bl-imnut minn negozju għal negozju” (Cafaggi, F. u P. Iamiceli, l-Anness F tal-valutazzjoni tal-impatt). Barra minn hekk, DĠ AGRI uża l-istimi tal-Istati Membri dwar l-ispejjeż amministrattivi tagħhom relatati mal-introduzzjoni u l-infurzar tar-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-UTP fl-abbozzar tal-valutazzjoni tal-impatt u t-tfassil tal-opzjonijiet differenti.

Analiżi tal-impatt tar-regolamentazzjoni tal-UTP

L-Ekonomist Ewlieni tad-DĠ COMP ipprovda analiżi tal-impatt possibbli tar-regolamentazzjoni tal-prattiki kummerċjali fil-katina tal-provvista tal-ikel, li kienet tinkludi l-identifikazzjoni tal-benefiċċji u l-iżvantaġġi possibbli (għall-operaturi u l-konsumaturi) tar-regolamentazzjoni ta’ tipi differenti ta’ prattiki.

Valutazzjoni tal-impatt

Id-DĠ AGRI ppreżenta l-valutazzjoni tal-impatt lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fil-21 ta’ Frar 2018. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni negattiva fit-23 ta’ Frar 2018. Il-Bord talab li ssir aktar ħidma u talab li jerġa’ jiġi ppreżentat ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt. Il-Bord identifika diversi nuqqasijiet li kienu jeħtieġu li jiġu indirizzati f’verżjoni riveduta. Fil-5 ta’ Marzu 2018 ġiet ippreżentata verżjoni riveduta tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u fit-12 ta’ Marzu 2018 il-Bord ħareġ it-tieni opinjoni li kienet pożittiva bir-riżervi. Ħarsa ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord u l-bidliet li saru tinsab fl-Anness 1 tal-valutazzjoni tal-impatt.

L-opzjonijiet ta’ politika differenti huma ppreżentati u diskussi fit-taqsima 5 tal-valutazzjoni tal-impatt. Dawn l-opzjonijiet imbagħad huma evalwati u kombinati f’diversi pakketti ta’ opzjonijiet plawsibbli differenzjati (it-taqsima 6.4). Il-pakkett tal-opzjoni preferuta huwa ppreżentat fit-Taqsima 8. Il-metodoloġija użata u l-valutazzjoni tal-effettività u tal-effiċjenza tal-pakketti u tal-elementi sottostanti tagħhom hija deskritta fl-Anness E.

Fir-rigward tal-elementi tal-opzjonijiet, huma importanti l-konsiderazzjonijiet li ġejjin. Armonizzazzjoni dettaljata tar-regoli dwar il-UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel tal-UE, abbażi tal-evidenza disponibbli, ma tidhirx ġustifikata. Approċċ ta’ armonizzazzjoni parzjali b’regoli sostantivi dwar il-UTP jista’ jakkomoda r-regoli aktar stretti tal-Istati Membri dwar il-UTP filwaqt li fl-istess ħin jintroduċi standard minimu komuni ta’ protezzjoni fl-UE li jappoġġa l-għan tat-tnaqqis fl-okkorrenza ta’ UTP.

Klawsola ġenerali li tipprojbixxi l-UTP tipprovdi standard komuni ta’ protezzjoni kontra l-UTP fl-Istati Membri. Filwaqt li din tiġi interpretata mill-awtoritajiet fl-Istati Membri fuq bażi ta’ każ b’każ, tkun tinvolvi aspettattivi dwar applikazzjoni uniformi. Klawsola ġenerali tista’ għalhekk de facto timplika grad ta’ armonizzazzjoni li jista’ jwassal għal tensjoni fir-rigward tar-reġimi eżistenti tal-Istati Membri li ħafna drabi, ġustifikament, jibbażaw fuq projbizzjonijiet nazzjonali ġenerali. Il-projbizzjonijiet ta’ UTP speċifiċi - li huwa l-approċċ meħud f’din il-proposta għal Direttiva - ma għandhomx dan l-effett wiesa’ de facto ta’ armonizzazzjoni. Il-projbizzjonijiet ifformulati konkretament, immirati lejn UTP speċifiċi, inaqqsu wkoll l-inċertezza legali għat-tranżazzjonijiet kummerċjali li tista’ tirriżulta minn projbizzjoni aktar ġenerali. Minħabba l-ispeċifiċità tagħhom, ir-regoli għandhom l-għan li jkunu prevedibbli għall-operaturi u li jkunu fattibbli għall-awtoritajiet fdati bl-infurzar tagħhom.

Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-prattiki li jkunu previsti f’termini ċari u mhux ambigwi fil-ftehim ta’ forniment bejn il-partijiet qabel ma tibda t-tranżazzjoni, u l-prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-tranżazzjoni mingħajr ma jkunu ġew miftiehma minn qabel f’termini ċari u mhux ambigwi. L-ewwel kategorija ta’ prattiki hija probabbli li tiġġenera effiċjenzi filwaqt li t-tieni kategorija mhijiex probabbli li tiġġenera effiċjenzi għall-partijiet. Id-definizzjoni ta’ ċerti UTP f’din il-proposta għalhekk takkomoda l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-partijiet sakemm ma jkunux jistgħu raġonevolment jitqiesu bħala li joħolqu effiċjenzi, pereżempju jekk jagħtu setgħat vagi u mhux speċifikati lill-parti aktar b’saħħitha sabiex tiddeċiedi b’mod unilaterali dwar tali prattiki f’xi ħin wara li tkun bdiet it-tranżazzjoni (imprevedibbiltà) jew għaliex xi prattiki huma min-natura tagħhom inġusti.

Ir-regoli proposti dwar il-UTP jiffokaw fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I TFUE u huma għall-użu alimentari kif ukoll għal prodotti agrikoli pproċessati negozjati tul il-katina tal-provvista tal-ikel, u għalhekk ikopru l-prodotti tal-ikel kollha li jiġu nnegozjati. Ix-xiri ta’ dawn il-prodotti minn xerrejja mhux SMEs fil-katina jrid jirrispetta r-regoli tal-UE dwar il-UTP. Dan il-kamp ta’ applikazzjoni komprensiv huwa konsistenti mal-approċċ tal-SCI u mal-miżuri dwar il-UTP fl-Istati Membri. Li jiġu koperti biss il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I, ikun ta’ riskju li jinħolqu distorsjonijiet fil-katina tal-provvista li finalment jaffettwaw b’mod negattiv il-kummerċ fil-prodotti agrikoli u l-produtturi agrikoli.

Il-protezzjoni mmirata ta’ fornituri żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel hija ġustifikata għaliex dawn ħafna drabi huma dawk li ma jistgħux jiddefendu ruħhom kontra l-UTP minħabba n-nuqqas ta’ saħħa ta’ negozjar tagħhom. Hemm ukoll ir-riskju ta’ konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn operaturi akbar. Għalhekk, għalkemm fil-valutazzjoni tal-impatt, il-UTP huma definiti f’termini ta’ konsiderazzjonijiet ta’ korrettezza assoluta, protezzjoni mmirata hija aktar proporzjonata f’dan l-istadju. Bl-istess mod, ir-regoli għandhom japplikaw għax-xerrejja mhux żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel, li huma dawk li jistgħu jużaw is-saħħa tan-negozjar tagħhom kontra operaturi iżgħar b’mod li jippermetti l-użu ta’ UTP.

Ċerti setgħat proċedurali għall-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jimmonitorjaw ir-regoli dwar il-UTP – u l-eżistenza ta’ awtorità bħal din fl-ewwel istanza – taw prova li huma importanti għall-perċezzjoni tal-operaturi li jeżisti infurzar effettiv u jista’ jindirizza l-kawżi ewlenin għaliex dawk li kienu ffaċċjati b’UTP ma jfittxux rimedju (il-fattur ta’ biża’). L-Istati Membri għalhekk huma meħtieġa jaħtru awtorità kompetenti għall-infurzar dwar il-UTP li tingħata ċerti setgħat minimi ta’ infurzar ispirati mill-aqwa prattiki fir-reġimi eżistenti tal-Istati Membri.

Jenħtieġ li mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti jakkumpanja r-regoli tal-UE u jiżgura l-applikazzjoni koordinata tagħhom, u jenħtieġ li jiffaċilita skambju tal-aqwa prattiki. Importanti wkoll jenħtieġ li jiġbor id-dejta permezz tar-rapportar tal-Istati Membri li tista’ tinforma rieżami tal-miżuri fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni tkun qed tiffaċilita n-netwerk billi tospita l-laqgħat annwali bbażati fuq ir-rapporti annwali ta’ applikazzjoni ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Fir-rigward tal-impatti tar-regoli dwar il-UTP, diffiċli tingħata stima kwantitattiva preċiża tal-benefiċċji li se jirriżultaw għall-operaturi. Madankollu, kull waħda mill-UTP immirati għandha impatt negattiv ċar fuq id-dħul tagħhom permezz tat-trasferiment mhux dovut tar-riskju u l-ġenerazzjoni tal-inċertezza, jiġifieri permezz ta’ spejjeż li fi swieq kompetittivi ma jkunux parti mill-aġenzija intraprenditorjali tagħhom. Ir-rispondenti fid-diversi stħarriġiet ċitati f’din il-valutazzjoni tal-impatt kważi kollha jaqblu fit-tħassib tagħhom dwar l-okkorrenza ta’ UTP u l-ħsara tagħhom, kif ukoll fl-aspettattivi tagħhom ta’ effetti pożittivi mir-regoli pubbliċi (tal-UE) dwar il-UTP u l-infurzar effettiv tagħhom. Pereżempju fir-Renju Unit, il-Grocery Code Adjudicator jirrapporta li kien effettiv sabiex titnaqqas l-okkorrenza tal-UTP.

L-istimi tal-ħsara li jikkawżaw il-UTP huma mogħtija fit-taqsimiet 2.5 u 6.2.1 tal-valutazzjoni tal-impatt. Skont stħarriġ tal-2013 ta’ produtturi u kooperattivi agrikoli bbażat fuq definizzjoni wiesgħa tal-UTP, il-ħsara stmata mill-UTP kienet tammonta għal aktar minn EUR 10 biljuni fis-sena. Il-manifatturi tal-prodotti tal-ikel li pparteċipaw fi stħarriġ fl-2011 ibbażat fuq definizzjoni wiesgħa tal-UTP irrapportaw li l-ispejjeż tagħhom relatati mal-UTP kienu jammontaw għal 0.5% tal-fatturat tagħhom, li huma ekwivalenti għal EUR 4.4 biljun jekk jiġu estrapolati għall-fatturat globali tal-industrija tal-ikel f’dik is-sena.

Il-benefiċċji mistennija tat-tnaqqis fl-okkorrenza tal-UTP jistgħu jitqiesu bħala spejjeż għal dawk l-operaturi aktar b’saħħithom li kienu qegħdin japplikawhom u li ma jridux japplikawhom aktar minħabba r-regoli dwar il-UTP. Madankollu, minħabba konsiderazzjonijiet soċjetali dwar il-ġustizzja, tali benefiċċji, li jirriżultaw għax il-fornituri jiġu soġġetti għal UTP, mhumiex ikkunsidrati bħala ġustifikati fl-ewwel istanza. Għalhekk il-benefiċċji li jirriżultaw mill-projbizzjoni tal-UTP jiżbqu din il-forma speċifika ta’ “ħsara”.

L-ispejjeż prinċipali għall-operaturi li jiġu soġġetti għar-regoli dwar il-UTP se jkunu l-ispejjeż ta’ konformità. F’dan il-kuntest, l-ispejjeż ta’ konformità huma ġeneralment spejjeż li jirrigwardaw strettament it-taħriġ u l-osservanza tar-regoli. Ir-regoli proposti dwar il-UTP ma jirrikjedux li l-operaturi jwettqu ċerti attivitajiet, jipprojbixxu biss ċerta mġiba li hija meqjusa bħala inġusta. Barra minn hekk, mill-anqas il-firmatarji tal-SCI diġà ġarrbu spejjeż ta’ konformità sabiex jirrispettaw il-kodiċi volontarju tal-SCI. Bejjiegħ bl-imnut kbir, pereżempju, nefaq EUR 200,000 fuq miżuri ta’ taħriġ ta’ darba għall-persunal fir-rigward tal-kodiċi ta’ kondotta tal-SCI.

Armonizzazzjoni parzjali tar-regoli dwar il-UTP fil-livell tal-UE hija mistennija li jkollha effetti limitati fuq il-konsumaturi. Fil-konsultazzjoni pubblika miftuħa, l-operaturi b’mod ġenerali ma jsostnux li l-UTP (eż. permezz tal-SCI) iwasslu għal vantaġġi għall-konsumaturi, pereżempju permezz ta’ prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi li jsiru possibbli permezz ta’ marġni li ttieħdu mill-fornituri upstream permezz tal-UTP. Xi drabi jiġi argumentat li l-prezzijiet għall-konsumatur huma affettwati b’mod negattiv mill-projbizzjonijiet tal-bejgħ bi prezz anqas mill-ispiża, iżda dawn mhumiex koperti mill-valutazzjoni tal-impatt. L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur li rreaġixxew għall-konsultazzjoni jinkoraġġixxu regoli pubbliċi dwar il-UTP għaliex jistennew effett negattiv aktar fit-tul tal-UTP fuq il-prezzijiet għall-konsumatur.

L-Istati Membri jridu jittrasponu r-regoli dwar il-UTP fil-liġi nazzjonali. L-għażla ta’ Direttiva tħalli lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni dwar kif jimplimentaw din it-traspożizzjoni. L-Istati Membri jistgħu jadottaw u japplikaw fit-territorju tagħhom liġijiet nazzjonali iktar stretti li jipproteġu lix-xerrejja żgħar u medji, kif ukoll lill-fornituri msemmija speċifikament f’din id-Direttiva. Il-UTP kienu soġġetti għal varjetà ta’ miżuri leġiżlattivi eteroġenji fl-Istati Membri matul is-snin. Għalhekk, il-maġġoranza tal-Istati Membri diġà jipprovdu għal qafas ta’ governanza għall-UTP. L-impatt tar-regoli tal-UE dwar il-UTP fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri se jiddependi mill-(kamp ta’ applikazzjoni) tar-regoli nazzjonali eżistenti. Fil-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda qafas, l-Istat Membru jkun irid jimplimenta l-miżuri ġodda, inkluża l-ħatra ta’ awtorità tal-infurzar. Madankollu, u kif intwera minn xi Stati Membri, jista’ jitwessa’ l-mandat ta’ awtorità eżistenti (eż. awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni). Għalhekk, tali spejjeż ta’ implimentazzjoni jistgħu jiġu assorbiti sa ċertu punt mill-istrutturi attwali fl-Istati Membri u għalhekk dawn l-ispejjeż ikunu limitati. Bħala eżempju, l-ispejjeż operazzjonali tal-Grocery Code Adjudicator tar-Renju Unit kienu jlaħħqu GBP 1 786 000 fis-sena finanzjarja 2015/2016, u GBP 622 000 fis-sena finanzjarja 2016/2017. Il-biċċa l-kbira tad-differenza hija dovuta għal investigazzjoni fuq skala kbira dwar bejjiegħ bl-imnut wieħed fl-2015/2016.

Fl-aħħar nett, ir-regoli dwar il-UTP mhumiex mistennija li jkollhom impatt dirett sinifikanti fuq l-ambjent, għalkemm l-operaturi li ma jkunux soġġetti għal UTP jista’ jibqgħalhom marġni ekonomiku akbar sabiex jinvestu fil-produzzjoni b’modi ambjentalment sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-klima u biex jipprevjenu l-ħela tal-ikel, jew jistgħu jħossuhom anqas pressati li jikkumpensaw għall-marġni mitluf billi jaqtgħu għad-dritt f’dak li għandu x’jaqsam mal-leġiżlazzjoni ambjentali u dwar is-sikurezza tal-ikel.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-SMEs huma mistennija jibbenefikaw mill-proposta. Filwaqt li l-SMEs jistgħu wkoll jaffaċċaw spejjeż ta’ konformità, din ma kinitx kwistjoni mqajma fit-tweġibiet għall-konsultazzjoni. Barra minn hekk, regoli volontarji bħal dawk tal-SCI diġà japplikaw irrispettivament mid-daqs.

Drittijiet fundamentali

Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rapportar. L-UE hija impenjata għal standards għoljin ta’ drittijiet fundamentali. Sistema ġusta u effettiva ta’ protezzjoni kontra l-UTP se tikkontribwixxi għall-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati li jamministraw negozju (ara l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (CFR). Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni trid tirrispetta d-drittijiet minquxa fil-Karta (l-Artikoli 51, 52 CFR). Is-setgħat ta’ infurzar għalhekk iridu jiġu mfassla b’mod kompatibbli mad-drittijiet tad-difiża (l-Artikolu 48 CFR), eż. billi jiġi pprovdut rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni ta’ awtorità tal-infurzar li tkun qiegħda timponi penali. B’mod partikolari għat-trattament kunfidenzjali tal-ilmenti, irid jinstab bilanċ fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża.

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta jkollha impatt limitat fuq il-baġit tal-UE. Tkun tinvolvi laqgħa ta’ koordinazzjoni waħda annwali tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri fi Brussell u l-ħolqien u l-ġestjoni ta’ sit web bażiku għall-iskambju ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni.

5.    ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ, valutazzjoni u arranġamenti dwar ir-rapportar

Ma hemm ebda statistika rilevanti disponibbli fil-livell tal-UE fil-bażi tad-dejta ta’ Eurostat li tista’ sservi ta’ sors primarju ta’ dejta għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-istatistika dwar il-prezzijiet għall-produtturi, għall-proċessuri u għall-konsumaturi, miġbura minn Eurostat jew direttament fil-qafas tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, se tintuża mill-Kummissjoni bħala bażi għall-ħidma ekonometrika b’appoġġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-Direttiva.

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għalhekk se jkunu bbażati fuq id-dejta miġbura fil-qafas tad-Direttiva preżenti, prinċipalment permezz tar-rapporti annwali tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Tali rapporti se jispjegaw fid-dettall l-attività tal-awtoritajiet dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva, eż. f’termini tal-għadd ta’ lmenti li jaslu (b’mod kunfidenzjali jew le), l-għadd ta’ investigazzjonijiet imnedija (fuq inizjattiva proprja jew fuq talba) jew il-proporzjon ta’ każijiet li jirriżultaw f’sejbiet ta’ ksur. Ir-rapporti annwali se jkopru wkoll prattiki u esperjenzi konkreti, bil-għan li jiffaċilitaw l-adozzjoni tal-aqwa prattiki. Dan se jkun ikkumplimentat ulterjorment minn stħarriġ ta’ impriżi fl-UE (minn produtturi agrikoli sa bejjiegħa bl-imnut) li jeżamina l-perċezzjonijiet, kif diġà twettaq minn xi Stati Membri u inizjattivi volontarji. Kemm l-esperjenzi kif ukoll il-perċezzjonijiet huma fatturi importanti li jinfluwenzaw l-imġiba tan-negozji fis-Suq Uniku. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se twettaq direttament jew tikkummissjona studji ekonomiċi mmirati sabiex ikejlu l-impatt tal-prattiki differenti konċernati minn regoli nazzjonali u inizjattivi volontarji fil-livell mikro- u makroekonomiku.

Skont l-indikaturi identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni se tevalwa l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE ta’ din il-politika, kif ukoll possibbilment kriterji ta’ evalwazzjoni rilevanti oħra bħall-utilità, l-ekwità u l-aċċettabbiltà jew il-koordinazzjoni (mar-regoli tal-Istati Membri u inizjattivi volontarji ta’ awtoregolamentazzjoni). Dawn l-indikaturi jistgħu jservu bħala l-bażi għall-evalwazzjoni li jenħtieġ li tiġi ppreżentata mhux qabel tliet snin wara l-applikazzjoni tad-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li jkun disponibbli sett ta’ dejta suffiċjenti.

Mhux meħtieġ pjan ta’ implimentazzjoni għal din id-Direttiva, li għandha kamp ta’ applikazzjoni limitat, ma tipproponix armonizzazzjoni sħiħa, u ma tinvolvix sfidi tekniċi, ta’ konformità jew ta’ żmien partikolari. Barra minn hekk, diversi azzjonijiet ta’ appoġġ huma previsti mid-Direttiva nfisha, li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u l-istabbiliment ta’ sit web għal dan il-għan.

Dokumenti spjegattivi (għad-Direttivi)

Għar-raġunijiet mogħtija aktar ’il fuq fit-taqsima dwar il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni mhux se titlob dokumenti ta’ spjegazzjoni dwar it-traspożizzjoni mill-Istati Membri.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-Direttiva proposta tikkonsisti minn 14-il Artikolu.

L-Artikolu 1 jiddefinixxi s-suġġett tad-Direttiva, li ssegwi approċċ ta’ armonizzazzjoni (minima) parzjali biex tintroduċi standard minimu ta’ protezzjoni fir-rigward tal-UTP fl-Istati Membri. Il-protezzjoni tapplika biss għal fornituri SME fil-katina tal-provvista tal-ikel fir-rigward tal-bejgħ tagħhom lil xerrejja li ma jkunux SMEs.

L-Artikolu 2 jipprovdi d-definizzjonijiet tat-termini użati b’mod rikorrenti fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva: “xerrej”, “fornitur”, “intrapriżi żgħar u medji”, “prodotti tal-ikel”, u “suxxettibbiltà għat-taħsir”. Dawn id-definizzjonijiet jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

F’termini tal-prodotti koperti, id-Direttiva tkopri “prodotti tal-ikel”, jiġifieri prodotti agrikoli kif elenkati fl-Anness I TFUE għall-użu bħala ikel, inklużi l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u l-prodotti agrikoli pproċessati għall-użu alimentari – jiġifieri prodotti tal-ikel ipproċessati li ma jkunux diġà koperti fl-Anness I TFUE.

Ir-relazzjoni bejn il-fornituri u x-xerrejja flimkien mal-kopertura tal-prodotti tirriżulta f’kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri li japplika tul il-katina tal-provvista tal-ikel u li jkopri UTP li jistgħu jimxu lura biex eventwalment ipoġġu l-bdiewa taħt pressjoni, direttament jew indirettament. Il-protezzjoni tkopri produtturi agrikoli żgħar u medji (inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tagħhom bħall-kooperattivi) u fornituri SME oħra fil-katina, filwaqt li r-regoli dwar il-UTP jirrestrinġu l-imġiba ta’ xerrejja li mhumiex SMEs.

Il-proposta tqis li l-UTP mhux neċessarjament dejjem ikunu stabbiliti f’kuntratt bil-miktub u jistgħu, fil-prinċipju, iseħħu fi kwalunkwe stadju tat-tranżazzjoni kummerċjali bejn ix-xerrej u l-fornitur tal-katina tal-provvista tal-ikel, inkluż ex post wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt.

Billi l-katina tal-provvista tal-ikel tikkonsisti minn relazzjonijiet ta’ provvista vertikali interkonnessi, u l-UTP li jokkorru f’livelli suċċessivi tal-katina jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-produtturi agrikoli u b’mod ġenerali fuq l-effiċjenza tal-katina tal-provvista tal-ikel, il-proposta ma tillimitax il-kunċett ta’ “fornitur” għall-produtturi agrikoli u l-organizzazzjonijiet tagħhom, iżda tkopri kwalunkwe fornitur, jiġifieri inklużi l-manifatturi u d-distributuri, tul il-katina tal-provvista tal-ikel sakemm dawn ikunu intrapriżi żgħar u medji.

Is-settur tal-manifattura, b’mod partikolari, għandu proporzjon konsiderevoli ta’ SMEs. Il-kopertura tal-proposta tqis li l-intermedjarji żgħar u medji li jistgħu ma jkunux kapaċi jirreżistu l-UTP użati minn xerrejja mhux SME, jistgħu jgħaddu l-ispejjeż li jirriżultaw minn dawn il-prattiki lill-fornituri tagħhom stess, b’mod partikolari l-produtturi agrikoli. Barra minn hekk, fornituri barranin stabbiliti barra mill-Unjoni jistgħu jinvokaw il-projbizzjoni jekk huma jbigħu lil xerrejja stabbiliti fl-Unjoni.

L-Artikolu 3 jelenka l-UTP ipprojbiti. Filwaqt li l-paragrafu 2 jagħmel dan suġġett għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet, fi kliem ieħor jagħmel il-kwalifika ta’ UTP suġġetta għad-diskrezzjoni tal-partijiet li jiddeċiedu mod ieħor permezz ta’ ftehim, il-UTP elenkati fil-paragrafu 1 mhumiex suġġetti għad-diskrezzjoni kuntrattwali tal-partijiet minħabba n-natura inġusta tagħhom “bħala tali”.

Il-grupp ta’ prattiki fil-paragrafu 1 ikopri l-projbizzjoni li x-xerrejja jħallsu lill-fornituri tagħhom wara 30 jum, meta l-provvista tirrigwarda prodotti li jitħassru malajr. Din id-dispożizzjoni se tikkostitwixxi lex specialis għas-settur tal-ikel għad-dispożizzjonijiet biss li jirrigwardaw it-termini ta’ ħlas tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard li tapplika għas-setturi kollha tal-ekonomija. Dan il-grupp ikopri wkoll kanċellazzjoni ta’ ordni ta’ avviż qasir għall-prodotti li jitħassru u bidliet unilaterali u retroattivi f’termini ta’ ftehim ta’ forniment: dawn il-prattiki huma espressjonijiet ta’ allokazzjoni sproporzjonata ta’ riskju favur ix-xerrej, huma inġusti b’mod ċar, u jenħtieġ li jiġu pprojbiti.

Prattiki oħra li huma inġusti meta jiġu applikati mingħajr ftehim jistgħu jkunu aċċettabbli u saħansitra jwasslu għal effiċjenza li tkun ta’ benefiċċju reċiproku jekk ikunu koperti minn ftehim bejn il-partijiet. Għalhekk dawn il-prattiki jenħtieġ li jiġu ttrattati b’mod differenti mir-regoli dwar il-UTP, sabiex jiġu permessi prattiki li jtejbu l-effiċjenza li finalment iwasslu għal provvisti u prezzijiet xierqa.

It-termini ta’ ftehim bħal dan iridu jkunu ċari u mhux ambigwi. Ftehim vag li jawtorizza waħda mill-partijiet sabiex aktar tard tiddetermina l-kundizzjonijiet fir-rigward ta’ dawk il-prattiki jkun imprevedibbli u għalhekk ma jistax jitqies li jifdi tali determinazzjoni jew prattika aktar tard u jipprevjeni l-prattika kkonċernata milli tiġi kwalifikata bħala UTP.

Dan it-tieni grupp ta’ UTP jinkludi r-ritorn ta’ prodotti mhux mibjugħa jew moħlija. Il-ħlasijiet għall-istokkjar, il-wiri jew l-elenkar ta’ prodotti tal-ikel tal-fornitur jistgħu jipproduċu effiċjenzi favur iż-żewġ imsieħba kuntrattwali u għalhekk iwasslu għal sitwazzjonijiet fejn jirbaħ kulħadd. Dan japplika wkoll għall-attivitajiet ta’ promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni. Ix-xerrej irid jipprovdi lill-fornitur stima tal-ħlas jekk jintalab jagħmel dan. Fil-każ tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u stokkjar, wiri jew elenkar, ix-xerrej irid - fuq talba - jipprovdi lill-fornitur ukoll bi stima tal-kostijiet.

Dawn huma aċċettabbli jekk ikunu maqbula mill-partijiet u jekk stimi oġġettivi u raġonevoli tal-kostijiet ikunu fil-bażi tal-ħlas għall-istokkjar u l-elenkar ta’ prodotti. Il-kontribuzzjonijiet tal-fornituri għall-promozzjoni tal-prodotti jew il-kummerċjalizzazzjoni tax-xerrejja jistgħu jkunu wkoll effiċjenti jekk maqbula mill-partijiet.

L-Artikolu 4 jitlob lill-Istati Membri jaħtru awtorità kompetenti tal-infurzar għall-UTP ipprojbiti. L-awtoritajiet eżistenti tal-infurzar, pereżempju, fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni (l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni) jistgħu jintgħażlu bħala l-awtorità kompetenti sabiex jiġu realizzati ekonomiji tal-ambitu.

L-Artikolu 5 jittratta l-ilmenti u jistipula li l-awtorità tal-infurzar għandha tkun kapaċi tittratta lmenti kunfidenzjali u tipproteġi, meta mitluba, l-identità tal-persuna li tagħmel l-ilment. Anki l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżentaw lment lill-awtorità tal-infurzar, mhux biss fid-dritt tagħhom bħala sieħeb fil-kuntratt, iżda wkoll biex jirrappreżentaw l-interessi tal-membri tagħhom (jew il-membri tal-membri tagħhom) jekk dawn il-membri jkunu SMEs.

Skont l-Artikolu 6, l-awtoritajiet tal-infurzar huma mogħtija s-setgħat neċessarji sabiex jibdew investigazzjoni fuq inizjattiva proprja tagħhom jew abbażi ta’ lment, jiġbru informazzjoni, jitterminaw ksur u jimponu multi u jippubblikaw id-deċiżjonijiet meħuda sabiex jinkiseb effett ta’ deterrent.

Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar hija prevista fl-Artikolu 7. Din tkopri l-laqgħat annwali ffaċilitati mill-Kummissjoni u r-rapporti annwali li jridu jissottomettu l-awtoritajiet tal-infurzar. Sa fejn ikun possibbli, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin fl-investigazzjonijiet tagħhom.

L-Artikolu 8 tal-proposta jikkjarifika li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu regoli addizzjonali mfassla sabiex jiġu miġġielda l-UTP, li jmorru lil hinn minn dan l-istandard minimu tal-Unjoni, sakemm dawk ir-regoli jirrispettaw ir-regoli dwar is-suq intern.

Fl-Artikolu 9 huma stabbiliti l-obbligi ta’ rapportar tal-Istati Membri. Id-dispożizzjoni tipprevedi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni f’dan il-qasam tar-rapportar li jista’ jispeċifika modalitajiet siewja.

L-Artikolu 10 jipprovdi għall-proċedura ta’ kumitat li se tassisti lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

L-Artikolu 11 jipprovdi għal evalwazzjoni li għandha titwettaq mill-Kummissjoni mhux qabel tliet snin wara l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kif ukoll rapport interim dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva.

Id-dispożizzjonijiet dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva jinsabu fl-Artikolu 12. Id-dispożizzjonijiet huma proċedura standard għad-Direttivi.

L-Artikolu 13 huwa dwar id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 14 jistipula li d-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

2018/0082 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 7 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 8 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Tliet komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2009 9 iffukaw fuq l-operat tal-katina tal-provvista tal-ikel, inkluż l-okkorrenza ta’ prattiki kummerċjali inġusti. F’dak il-kuntest, il-prattiki kummerċjali inġusti huma definiti bħala prattiki li jiddevjaw b’mod qawwi minn imġiba kummerċjali korretta, huma kuntrarji għall-bona fede u n-negozjar ġust u jiġu imposti b’mod unilaterali minn sieħeb kummerċjali wieħed fuq ieħor. Il-Kummissjoni ssuġġeriet karatteristiċi mixtieqa għall-oqfsa ta’ governanza nazzjonali u volontarji tal-prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel. Mhux dawk il-karatteristiċi kollha saru parti mill-qafas legali u r-reġimi ta’ governanza volontarji fl-Istati Membri, li ħalla l-okkorrenza ta’ tali prattiki fil-fokus tad-dibattitu politiku fl-Unjoni.

(2)F’Ġunju 2016, riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 10 stiednet lill-Kummissjoni tissottometti proposta għal qafas legali tal-Unjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti. F’Diċembru 2016, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni twettaq, f’ħin opportun, valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li jiġu proposti qafas legali tal-Unjoni jew miżuri mhux leġiżlattivi sabiex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti 11 . Il-Kummissjoni ħejjiet valutazzjoni tal-impatt li kienet preċeduta minn konsultazzjoni pubblika miftuħa kif ukoll konsultazzjonijiet immirati.

(3)Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti tal-ikel mill-“farm sal-furketta”. Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, u prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f’dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel.

(4)Filwaqt li r-riskju tan-negozju huwa inerenti fl-attività ekonomika kollha, il-produzzjoni agrikola hija partikolarment mimlija bl-inċertezza minħabba d-dipendenza tagħha fuq proċessi bijoloġiċi, għaliex il-prodotti agrikoli huma xi ftit jew wisq suxxettibbli għat-tħassir u staġjonali, u l-esponiment tagħha għall-kundizzjonijiet tat-temp. F’ambjent ta’ politika agrikola deċiżament aktar orjentat lejn is-suq milli fil-passat, il-protezzjoni kontra l-prattiki kummerċjali inġusti saret aktar importanti għall-operaturi attivi fil-katina tal-provvista tal-ikel u b’mod partikolari għall-produtturi agrikoli u l-organizzazzjonijiet tagħhom.

(5)L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta’ konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma b’mod partikolari ta’ ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, huma fil-biċċa l-kbira ta’ daqs żgħir u medju.

(6)Il-maġġoranza tal-Istati Membri kollha, iżda mhux kollha, għandhom regoli nazzjonali speċifiċi li jipproteġu l-fornituri kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jseħħu fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Fejn huwa possibbli li wieħed jirrikorri għad-dritt kuntrattwali jew għal inizjattivi awtoregolatorji, il-biża’ ta’ ritaljazzjoni kontra l-ilmentatur jillimita l-valur prattiku ta’ dawn il-forom ta’ rimedju. Ċerti Stati Membri, li għandhom fis-seħħ regoli speċifiċi dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalhekk jafdaw l-infurzar tagħhom f’idejn l-awtoritajiet amministrattivi. Madankollu, ir-regoli tal-Istati Membri dwar il-prattiki kummerċjali inġusti - sa fejn jeżistu - huma kkaratterizzati minn diverġenza sinifikanti.

(7)Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta’ protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta’ dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta’ għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li jibbenefika lill-prodotturi kollha tal-agrikoltura jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-prodotturi, sakemm dawk il-persuni kollha jissodisfaw id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji kif stabbilit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 12 . Dawk il-fornituri mikro, żgħar u medji huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti u l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Billi l-pressjoni finanzjarja fuq l-intrapriżi żgħar u medji kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji żgħar u medji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b’mod partikolari f’termini ta’ żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta’ devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

(8)Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti tal-ikel lil xerrejja stabbiliti fl-Unjoni sabiex jevitaw l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

(9)Ir-regoli rilevanti jenħtieġ li japplikaw għall-imġiba kummerċjali minn operaturi akbar, jiġifieri mhux ta’ daqs żgħir jew medju, fil-katina tal-provvista tal-ikel billi dawn huma dawk li normalment għandhom saħħa ta’ negozjar relattiva aktar b’saħħitha meta jinnegozjaw ma’ fornituri żgħar u medji.

(10)Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm diverġenti, huwa xieraq li tintuża l-għodda ta’ Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta’ protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b’mod li jinkiseb reġim koeżiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli fit-territorju tagħhom jadottaw u japplikaw liġijiet nazzjonali aktar stretti sabiex jipproteġu fornituri u xerrejja żgħar u medji kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, suġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern.

(11)Billi l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta’ prodott tal-ikel, jiġifieri qabel, waqt jew wara tranżazzjoni ta’ bejgħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għal tali prattiki kull meta jseħħu.

(12)Fid-deċiżjoni dwar jekk prattika kummerċjali partikolari tiġix meqjusa bħala inġusta, huwa importanti li jitnaqqas ir-riskju li jiġi limitat l-użu ta’ ftehimiet ġusti u ta’ ħolqien tal-effiċjenza li jkunu maqbula bejn il-partijiet. B’riżultat ta’ dan, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prattiki li jkunu previsti f’termini ċari u mhux ambigwi fi ftehimiet ta’ forniment bejn il-partijiet u l-prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-tranżazzjoni mingħajr ma jkunu ġew miftiehma minn qabel f’termini ċari u mhux ambigwi, sabiex jiġu pprojbiti biss bidliet unilaterali u retrospettivi għal dawk it-termini rilevanti tal-ftehim ta’ forniment. Madankollu, ċerti prattiki kummerċjali huma meqjusa bħala inġusti min-natura tagħhom stess u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet li jiddevjaw minnhom.

(13)Sabiex jiżguraw infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità li tkun fdata bl-infurzar tagħhom. L-awtorità jenħtieġ li tkun kapaċi taġixxi fuq inizjattiva proprja tagħha jew permezz ta’ lmenti mill-partijiet affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel. Fejn ilmentatur jitlob li l-identità tiegħu tibqa’ kunfidenzjali minħabba l-biża’ ta’ ritaljazzjoni, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jonoraw tali talba.

(14)L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta’ membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

(15)L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji li jippermettulhom jiġbru b’mod effettiv kwalunkwe informazzjoni fattwali permezz ta’ talbiet għall-informazzjoni. Jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jordnaw it-terminazzjoni ta’ prattika pprojbita, fejn applikabbli. L-eżistenza ta’ deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti multi u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet, tista’ tinkoraġġixxi bidla fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu informazzjoni u jassistu f’investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

(16)Sabiex tiffaċilita l-infurzar effettiv, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin torganizza laqgħat bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri, fejn jistgħu jiġu skambjati l-aqwa prattiki u tiġi kondiviża informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi u ġġestixxi sit web sabiex tiffaċilita dawk l-iskambji.

(17)Ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva jenħtieġ li ma jnaqqsux il-possibbiltà li l-Istati Membri jżommu regoli eżistenti li jkunu aktar komprensivi jew li jadottaw tali regoli fil-ġejjieni, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-regoli japplikaw flimkien ma’ regoli ta’ governanza volontarji.

(18)Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tivvaluta l-effettività ta’ din id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu rapporti annwali lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ rapportar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 . Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli jenħtieġ li jassisti lill-Kummissjoni f’din il-proċedura.

(19)Fl-interess ta’ implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rieżami jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-protezzjoni tax-xerrejja żgħar u medji ta’ prodotti tal-ikel fil-katina ta’ provvista – flimkien mal-protezzjoni tal-fornituri żgħar u medji - tkunx ġustifikata fil-futur,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.Din id-Direttiva tistabbilixxi lista minima ta’ prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti bejn ix-xerrejja u l-fornituri fil-katina tal-provvista tal-ikel u tistabbilixxi regoli minimi rigward l-infurzar tagħhom u arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar.

2.Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta’ prodotti tal-ikel minn fornitur li jkun intrapriża żgħira u medja lil xerrej li ma jkunx intrapriża żgħira u medja.

3.Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ftehimiet ta’ forniment konklużi wara d-data ta’ applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“xerrej” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tixtri prodotti tal-ikel bħala kummerċ. It-terminu “xerrej” jista’ jinkludi grupp ta’ tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

(b)“fornitur” tfisser kwalunkwe produttur agrikolu jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom, li jbigħu prodotti tal-ikel. It-terminu “fornitur” jista’ jinkludi grupp ta’ tali produtturi agrikoli jew tali persuni fiżiċi u ġuridiċi, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c)“intrapriża żgħira u medja” tfisser intrapriża skont it-tifsira tad-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju stabbilita fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 14 ;

(d)“prodotti tal-ikel” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat maħsuba għall-użu bħala ikel kif ukoll il-prodotti mhux elenkati f’dak l-Anness, iżda pproċessati minn dawk il-prodotti għall-użu bħala ikel;

(e)“prodotti tal-ikel li jitħassru” tfisser prodotti tal-ikel li ma jibqgħux tajbin għall-konsum mill-bniedem sakemm ma jinħażnux, jiġu ttrattati, ippakkjati jew konservati mod ieħor bħala prevenzjoni kontra t-tħassir.

Artikolu 3

Projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali inġusti

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali li ġejjin:

(a)xerrej iħallas lil fornitur għal prodotti tal-ikel li jitħassru aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara li jirċievi l-fattura tal-fornitur jew aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara d-data ta’ konsenja tal-prodotti tal-ikel li jitħassru, skont liema tkun l-aħħar. Din il-projbizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju:

- għall-konsegwenzi tal-ħlasijiet tard u r-rimedji kif stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE;

15 - għall-opzjoni ta’ xerrej u fornitur li jaqblu dwar klawżola ta’ kondiviżjoni tal-valur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 172 a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(b)xerrej jikkanċella ordnijiet ta’ prodotti tal-ikel li jitħassru malajr fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti;

(c)xerrej jibdel b’mod unilaterali u retroattiv it-termini tal-ftehim ta’ forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità jew il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel;

(d)fornitur iħallas għall-ħela ta’ prodotti tal-ikel li tokkorri għand il-bejjiegħ u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali li ġejjin ikunu pprojbiti, meta ma jkunux maqbula f’termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta’ forniment:

(a)xerrej jirritorna prodotti tal-ikel mhux mibjugħa lil fornitur;

(b)xerrej jimponi ħlas fuq fornitur bħala kundizzjoni għall-istokkjar, il-wiri jew l-elenkar ta’ prodotti tal-ikel tal-fornitur;

(c)fornitur iħallas għall-promozzjoni ta’ prodotti tal-ikel mibjugħa mix-xerrej. Qabel promozzjoni u jekk dik il-promozzjoni tinbeda mix-xerrej, ix-xerrej għandu jispeċifika l-perjodu tal-promozzjoni u l-kwantità mistennija tal-prodotti tal-ikel li għandha tiġi ordnata;

(d)fornitur iħallas għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-ikel mix-xerrej.

3.Jekk jintalab ħlas mix-xerrej għas-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2, ix-xerrej għandu, jekk jintalab mill-fornitur, jipprovdi lill-fornitur stima tal-ħlasijiet għal kull unità jew globali, skont liema tkun xierqa, u sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 2, stima wkoll tal-kostijiet u l-bażi għal tali stima.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti li japplikaw għal kwalunkwe sitwazzjoni li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mid-dritt li kieku kien ikun applikabbli għall-ftehim ta’ forniment bejn il-partijiet.

Artikolu 4

Awtorità maħtura tal-infurzar

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità pubblika sabiex tinforza l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-livell nazzjonali (“awtorità tal-infurzar”).

Artikolu 5

Ilmenti u kunfidenzjalità

1.Fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

2.L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment.

3.L-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura, jekk tintalab dan mill-ilmentatur, il-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur u kwalunkwe informazzjoni oħra, li l-ilmentatur iħoss li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ ħsara għall-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni f’talba possibbli għall-kunfidenzjalità.

4.Fejn l-awtorità tal-infurzar tqis li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex taġixxi fuq ilment, għandha tinforma lill-ilmentatur dwar ir-raġunijiet.

Artikolu 6

Setgħat tal-awtorità tal-infurzar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-infurzar tkun mgħammra tajjeb u għandhom jagħtuha s-setgħat li ġejjin:

(a)li tibda u twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja jew abbażi ta’ lment;

(b)li tirrikjedi lix-xerrejja u l-fornituri jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq l-investigazzjonijiet dwar il-prattiki kummerċjali pprojbiti;

(c)li tieħu deċiżjoni li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u tirrikjedi li x-xerrej iwaqqaf il-prattika kummerċjali pprojbita. L-awtorità tista’ tastjeni milli tieħu kwalunkwe deċiżjoni bħal din, jekk tali deċiżjoni tirriskja li tiżvela l-identità ta’ lmentatur jew tikxef kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ ħsara għall-interessi tiegħu, bil-kundizzjoni li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 5(3);

(d)li timponi multa pekunarja fuq l-awtur tal-ksur. Il-multa għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva b’kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur;

(e)li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-punti (c) u (d);

(f)li tinforma lix-xerrejja u lill-fornituri dwar l-attivitajiet tagħha, permezz ta’ rapporti annwali, li fost l-oħrajn għandhom jiddeskrivu l-għadd ta’ lmenti riċevuti u l-investigazzjonijiet mibdija u magħluqin minnha. Għal kull investigazzjoni, ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni sommarja tal-kwistjoni u l-eżitu tal-investigazzjoni.

Artikolu 7

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw b’mod effettiv ma’ xulxin u jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin fl-investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

2.L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiltaqgħu darba fis-sena biex jiddiskutu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva abbażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-aqwa prattiki fil-qasam li tkopri. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawk il-laqgħat.

3.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u ġġestixxi sit web li jipprovdi l-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u l-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-laqgħat annwali.

Artikolu 8

Regoli nazzjonali

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli mfassla sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 6 u 7, bil-kundizzjoni li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

Artikolu 9

Rapportar mill-Istati Membri

1.Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari, id-dejta rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru konċernat fis-sena preċedenti.

2.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw:

(a)ir-regoli dwar l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1;

(b)l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li għandha tintbagħat u regoli dwar il-kontenut u l-forma;

(c)l-arranġamenti għat-trażmissjoni, jew li jagħmlu l-informazzjoni u d-dokumenti disponibbli, għall-Istati Membri, għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi, jew għall-pubbliku, suġġett għall-protezzjoni tad-dejta personali u l-interess leġittimu tal-produtturi u tal-impriżi agrikoli fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 10

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit permezz tal-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 11

Evalwazzjoni

1. Mhux qabel tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

3. Sitt xhur wara d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport intermedjarju dwar l-istat tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i)

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar prattiki kummerċjali inġusti (UTP) fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) 

Politika Agrikola

Politika dwar il-Kompetizzjoni

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 16  

Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta timmira li tillimita l-prattiki kummerċjali inġusti li jirriżultaw minn saħħa tan-negozjar mhux ugwali fil-katina tal-provvista tal-ikel, sabiex tikkontribwixxi għar-raba’ prijorità Juncker għal “suq intern aktar ġust u aktar profond b’bażi industrijali msaħħa” li hija tradotta fl-għan ġenerali ta’ “produzzjoni vijabbli tal-ikel” tal-Politika Agrikola Komuni.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi

Għan speċifiku Nru

Tinżamm l-istabbiltà tas-suq

Jitjieb id-dħul tal-produtturi agrikoli

Titjieb il-kompetittività agrikola

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li jenħtieġ li jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

1. Tnaqqis fl-okkorrenza tal-UTP

2. Tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni

3. Tippermetti rimedju effettiv

Impatt: pożizzjoni aħjar tal-produtturi agrikoli fil-katina tal-ikel li jkollha effett pożittiv fuq id-dħul tal-produtturi agrikoli.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Ad 1. Okkorrenzi dikjarati ta’ kull UTP konċernata mill-impriżi (proporzjon tad-ditti li jiddikjaraw u l-frekwenza dikjarata, il-kostijiet perċepiti tal-UTP)

Ad 1. Spejjeż ta’ konformità għad-ditti

Ad 1. Effetti potenzjali ta’ devjazzjoni tal-kummerċ għad-detriment tal-partijiet protetti

Ad 2. Allinjament tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-UTP (eż. l-għadd ta’ bidliet fir-regoli nazzjonali bil-ħsieb ta’ approssimazzjoni tal-prattiki)

Ad 2. Għadd ta’ rakkomandazzjonijiet tal-aqwa prattiki adottati

Ad 2. Kostijiet amministrattivi dikjarati għall-Istati Membri

Ad 2. Bidliet relattivi fil-produzzjoni u fil-prezzijiet għall-konsumatur

Ad 3. Għadd ta’ lmenti riċevuti (b’mod anonimu jew le)

Ad 3. Għadd ta’ laqgħat ta’ medjazzjoni, jekk applikabbli

Ad 3. Għadd ta’ investigazzjonijiet imnedija (fuq inizjattiva proprja jew fuq talba)

Ad 3. Proporzjon ta’ każijiet li jirriżultaw f’sejbiet ta’ ksur

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Din il-proposta timmira li tillimita l-UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel billi tiżgura livell minimu ta’ protezzjoni madwar l-UE permezz ta’ qafas li jipprojbixxi l-aktar UTP serji u tipprovdi possibbiltajiet għal rimedju. Billi tneħħi impediment għall-effiċjenza, il-proposta ttejjeb ukoll il-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel b’mod ġenerali.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. żidiet fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplimentaritajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta minn intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jispeċifika li l-politika agrikola komuni għandha tiżgura livell ġust ta’ għajxien għall-popolazzjoni agrikola. L-Artikolu 40 TFUE jistipula li l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għandha teskludi d-diskriminazzjoni bejn il-produtturi agrikoli. L-Artikolu 43 TFUE jispeċifika li l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għandha tiżgura kundizzjonijiet għall-kummerċ fl-Unjoni li huma simili għal dawk eżistenti f’suq nazzjonali.

Ħafna mill-Istati Membri introduċew regoli dwar il-UTP, iżda ħadu approċċi diverġenti għall-problema u l-miżuri relatati mhumiex armonizzati; L-Istati Membri ma għandhomx mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, u lanqas ma għandhom inċentivi biex jallinjaw lilhom infushom. Sabiex jintlaħaq biss livell minimu ta’ protezzjoni kontra l-UTP fl-UE kollha u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-produtturi kollha, huma meħtieġa miżuri tal-UE

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Protezzjoni minima kontra l-UTP fil-katina tal-provvista tal-ikel fl-Istati Membri u għalhekk katina tal-provvista tal-ikel li tiffunzjona aħjar u aktar effiċjenti. Kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-produtturi agrikoli.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ix-xerrejja u l-fornituri jista’ jkollhom setgħat ta’ negozjar mhux ugwali li jistgħu jwasslu għal UTP li jpoġġu l-profitti tal-fornituri affettwati taħt pressjoni u jistgħu jwasslu għal allokazzjoni ħażina tar-riżorsi, li tnaqqas l-effiċjenza tal-katina tal-provvista tal-ikel

Il-fornituri agrikoli huma partikolarment vulnerabbli għaliex ħafna drabi jiddependu minn sħab downstream akbar sabiex iwasslu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi u d-dewmien twil tal-produzzjoni u s-suxxettibbiltà għat-tħassir ta’ ħafna mill-prodotti tagħhom jillimitaw l-ispazju tagħhom għall-manuvrar.

Din il-proposta hija r-riżultat ta’ diskussjoni itwal. Fl-2013, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar is-suġġett, u fl-2016, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kollha talbu għal azzjoni dwar il-UTP.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta tikkumplimenta regoli eżistenti tal-UE dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur; s’issa, ma hemmx regoli orizzontali tal-UE dwar il-kummerċ bejn il-UTP. Il-proposta tikkumplimenta wkoll oqsma oħra ta’ rilevanza għall-operaturi li diġà huma suġġetti għal regoli komuni, bħall-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-istat, u l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

X Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

u wara dan jibda l-operat sħiħ.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 17  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu delegati lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi rregolati bil-liġi pubblika;

korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Darba fis-sena:

Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni Ewropea rapporti annwali permezz ta’ sistema bbażata fuq it-teknoloġija tal-informatika. Ir-rapporti għandhom jinkludu, b’mod partikolari, id-dejta rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva.

2.2.Sistema/sistemi ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ ħlas u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Ir-riskji ġenerali fir-rigward tar-regoli fil-proposta li jistgħu jiġu identifikati jirrigwardaw l-effettività tal-proposta, u mhux fir-rigward tan-nefqa tal-UE minħabba l-ammonti relattivament insinifikanti li huma involuti.

Ir-riskji jistgħu jkunu marbuta ma’ nuqqasijiet fl-awtorità amministrattiva tal-infurzar, inkluż il-ġestjoni tal-ilmenti u l-kunfidenzjalità, ir-rapportar mill-Istati Membri u s-superviżjoni mill-Kummissjoni.

Ir-rapporti annwali, il-laqgħa annwali u s-sit web dedikat jenħtieġ li jiżguraw segwitu xieraq dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri tal-UE.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i interni ta’ kontroll stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

In-nefqa involuta permezz ta’ din il-proposta għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni permezz ta’ ġestjoni diretta, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni – ir-Regolament Finanzjarju.

Kif jitlob ir-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali daħħal fis-seħħ l-istruttura organizzattiva u l-proċessi ta’ kontroll intern adatti għall-kisba tal-għanijiet ta’ politika u ta’ kontroll, skont l-istandards ta’ kontroll intern adottati mill-Kummissjoni u b’konsiderazzjoni tar-riskji assoċjati mal-ambjent li fih topera l-politika.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-kontrolli tal-legalità u tar-regolarità tal-ħlasijiet wara d-direttiva l-ġdida se jkunu koperti mid-dispożizzjonijiet eżistenti għall-ġestjoni diretta fil-Kummissjoni.

In-nefqa involuta b’din il-proposta mhux se twassal għal żieda fir-rata ta’ errur għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, meta jitqiesu l-ammonti insinifikanti involuti u l-mod ta’ implimentazzjoni (ġestjoni diretta).

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex ikun żgurat li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz tat-twettiq ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod skorrett kif ukoll, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonali u deterrenti, skont l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2988/95 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, u t-titolu IV tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni. L-OLAF għandu jkun awtorizzat iwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 bil-ħsieb jiġi stabbilit li kien hemm frodi. Id-deċiżjonijiet, il-ftehimiet u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inklużi l-OLAF, u l-Qorti tal-Awdituri, li jwettqu tali awditi, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 2: Riżorsi naturali ta’ tkabbir sostenibbli

Intestatura 5: Amministrazzjoni

Diff./Mhux diff 18 .

minn pajjiżi tal-EFTA 19

minn pajjiżi kandidati 20

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

05 01 02 11 – Persunal estern u nefqa amministrattiva oħra b’appoġġ għall-qasam ta’ politika “Żvilupp Agrikolu u Rurali” – Nefqa amministrattiva oħra

05 08 09 – Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Assistenza teknika operattiva

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

2

Riżorsi naturali ta’ tkabbir sostenibbli

DĠ AGRI

Sena
2020 21

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet operattivi

05 08 09 – Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Assistenza teknika operattiva

Impenji

(1)

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Ħlasijiet

(2)

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 22  

(3)

-

-

-

-

TOTAL approprjazzjonijiet
għal DĠ AGRI

Impenji

=1+3

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Ħlasijiet

=2+3

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Ħlasijiet

(5)

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

-

-

-

-

TOTAL approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Ħlasijiet

=5+6

0,05

0,05

0,05

0,05

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: AGRI

Riżorsi umani

0,215

0,215

0,215

0,215

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Nefqa amministrattiva oħra (laqgħa waħda fis-sena ma’ esperti mill-awtoritajiet tal-infurzar)

0,017

0,017

0,017

0,017

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

TOTAL DĠ AGRI

Approprjazzjonijiet

0,232

0,232

0,232

0,232

0,232

Għandu jiġi indiċjat

TOTAL approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Ħlasijiet totali)

0,232

0,232

0,232

0,232

0,23

Għandu jiġi indiċjat

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2020 23

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,282

0,282

0,282

0,282

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Ħlasijiet

0,282

0,282

0,282

0,282

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

X    Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 24

Spiża medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Għadd totali

Spiża totali

Għat-tliet GĦANIJIET SPEĊIFIĊI kollha 25

Bini u manutenzjoni tas-sit web

Użu tas-sit web

0,05

1

0,05

1

0,05

1

0,05

1

0,05

Sakemm iddum teżisti d-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Subtotal għall-għanijiet speċifiċi

1

0,05

1

0,05

1

0,05

1

0,05

Sakemm iddum teżisti d-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

KOST TOTALI

1

0,05

1

0,05

1

0,05

1

0,05

Sakemm iddum teżisti d-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2020 26

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,215

0,215

0,215

0,215

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Nefqa amministrattiva oħra

0,017

0,017

0,017

0,017

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

Għandu jiġi indiċjat

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,232

0,232

0,232

0,232

0,232

Għandu jiġi indiċjat

Barra mill-INTESTATURA 5 27 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,232

0,232

0,232

0,232

0,232

Għandu jiġi indiċjat

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: 

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2020

Sena
2021

Sena 2022

Sena 2023

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

05 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1,5

1,5

1,5

1,5

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) 28

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  29

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

1,5

1,5

1,5

1,5

Sakemm iddum fis-seħħ id-direttiva

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie allokat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

3 uffiċjali AD part time 50 %

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

(1)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2016 dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (2015/2065(INI)).
(2)    Il- Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-indirizzar ta’ prattiki kummerċjali inġusti.
(3)     COM(216) 32 final , 30 ta’ Settembru 2016.
(4)     http://www.supplychaininitiative.eu/ L-SCI nħolqot formalment fl-2013 iżda l-“Prinċipji ta’ Prattika Tajba” tagħha, speċi ta’ kodiċi ta’ kondotta, jmorru lura għall-2011.
(5)    Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta’ provvista alimentari bejn in-negozji, Jannar 2016, p. 8.
(6)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, C-343/07 , 2 ta’ Lulju 2009, il-paragrafi 50-51.
(7)    ĠU C , , p. .
(8)    ĠU C , , p. .
(9)    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar, COM(2009) 591.    
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-indirizzar ta’ prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta’ provvista alimentari bejn in-negozji, COM(2014)472 final.
   
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta’ provvista alimentari bejn in-negozji, COM(2016)032 final.
(10)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2016 dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (2015/2065(INI)).
(11)    Il- Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-indirizzar ta’ prattiki kummerċjali inġusti.
(12)    ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(13)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(15)    Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(16)    Kif jissemma fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(17)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(18)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati.
(19)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(20)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(21)    Is-sena 2020 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(22)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(23)    Is-sena 2020 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(24)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti finanzjati, għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(25)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…” Is-sit web huwa dedikat għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u s-servizzi tal-Kummissjoni u bħala tali jikkontribwixxi għat-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-ikel madwar l-UE, għat-titjib tal-kompetittività tagħhom, għaż-żieda fid-dħul tagħhom u ż-żamma tal-istabbiltà tas-swieq.
(26)    Is-sena 2020 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(27)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(28)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(29)    Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi (linji “BA” preċedenti).
Top