EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9215

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9215 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Kinto Corporation) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

OJ C 437, 4.12.2018, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/38


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9215 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Kinto Corporation)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 437/10)

1.   

Fis-27 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna lill-impriżi li ġejjin:

Sumitomo Corporation (il-Ġappun)

Toyota Motor Corporation (il-Ġappun)

Kinto Corporation (il-Ġappun)

Sumitomo Corporation u Toyota Motor Corporation, jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kinto Corporation, kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u ta’ trasferiment ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Sumitomo Corporation: kumpanija kummerċjali u ta’ investiment attiva fil-lokazzjoni ta’ karozzi, fil-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, fit-trasport, fil-media, fir-riżorsi minerali, fl-enerġija, fil-prodotti kimiċi u fl-elettronika.

—   għal Toyota Motor Corporation: kumpanija attiva fis-settur tal-manifattura, tal-bejgħ, tal-lokazzjoni u tat-tiswija ta’ vetturi bil-mutur, tal-vapuri, tal-inġenji tal-ajru u tagħmir ieħor tat-trasport, kif ukoll fil-bejgħ ta’ tagħmir għall-immaniġġjar ta’ materjal.

—   għal JV: forniment ta’ servizzi ta’ mobbiltà, inklużi servizzi ta’ lokazzjoni fil-Ġappun.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:

M.9215 — Sumitomo Corporation/Toyota Motor Corporation/Kinto Corporation

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top