Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0629

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IL-ĦDAX-IL RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (FAEŻR) SENA FINANZJARJA 2017

COM/2018/629 final

Brussell, 17.9.2018

COM(2018) 629 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

IL-ĦDAX-IL RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (FAEŻR)
SENA FINANZJARJA 2017


Werrej

1.Proċedura tal-baġit

1.1.Qafas finanzjarju

1.2.Abbozz tal-Baġit (AB) tal-2017

1.3.L-adozzjoni tal-Baġit tal-2017

1.4.L-adozzjoni tal-Baġits Emendatorji

2.Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

2.1.1Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

2.1.2Assistenza teknika

2.2.Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

2.2.1Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

2.2.2Assistenza teknika

3.Implimentazzjoni tal-baġit tal-2017 tal-FAEŻR

3.1.Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

3.1.1Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

3.1.2Assistenza teknika

3.2.Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

3.2.1Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

3.2.2Assistenza teknika

3.3.Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont il-miżura

3.4.Implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR

3.4.1Perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013

3.4.2Perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020

1.    Proċedura tal-baġit

1.1.    Qafas finanzjarju 

In-nefqa għall-iżvilupp rurali fl-2017 hija ffinanzjata f’żewġ oqfsa finanzjarji pluriennali (QFP): 2007-2013 u 2014-2020. Il-qafas finanzjarju 2014-2020 huwa stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1311/2013. L-allokazzjoni għall-iżvilupp rurali u l-allokazzjoni għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti wara l-aġġustament tekniku annwali tal-QFP huma ppreżentati fit-Tabella 1.

Tabella 1 – Qafas finanzjarju 2014-2020

INTESTATURA 2.

F’miljuni ta’ EUR; prezzijiet kurrenti

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL

49 857

64 692

64 262

60 191

60 267

60 344

60 421

li minnhom:

- Żvilupp Rurali a), b), c), d), e)

5 299

18 184

18 684

14 371

14 381

14 691

14 709

- Nefqa relatata mas-suq u għajnuniet diretti, a), b), c), d)

43 778

44 190

43 950

44 146

44 162

43 880

43 888

a) Wara trasferiment nett ta’ EUR 351.9 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2014 (ara n-nota f għad-dettalji)

b) Wara trasferiment nett ta’ EUR 51.6 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-sena finanzjarja 2015 (ara n-nota f għad-dettalji)

c) Wara trasferiment nett ta’ EUR 28 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-snin finanzjarji 2014-2020 (ara n-nota f għad-dettalji)

d) Wara trasferiment nett ta’ EUR 4 313.6 miljun bejn il-FAEG u l-FAEŻR għas-snin finanzjarji 2015-2020 (ara n-nota f għad-dettalji)

e) Wara r-riprogrammazzjoni tal-allokazzjoni tal-FAEŻR għall-2014 wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament QFP (UE) Nru 1311/2013, ammont totali ta’ EUR 8 705 miljun imnaqqas mill-impenji tal-2014 ġie distribwit b’mod ugwali bejn l-impenji tal-2015 u tal-2016

f) It-trasferimenti fl-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) imsemmija fin-noti a) sa d) hawn fuq jinvolvu: EUR 4 miljuni ttrasferiti fis-sena għall-perjodu sħiħ 2014-2020 mis-settur tal-qoton (EL) abbażi tal-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, EUR 296.3 miljun stabbiliti għall-aġġustament volontarju ttrasferiti għas-sena finanzjarja 2014 (UK) abbażi tal-Artikolu 10b u 10c(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, EUR 51.6 miljun għall-ammonti li ma ntefqux ittrasferiti fis-sena għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 (SE u DE) abbażi tal-Artikoli 136 u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u EUR 4 313.6 miljun għat-tnaqqis tal-pagamenti u l-flessibbiltà bejn il-pilastri abbażi tal-Artikoli 7(2) u 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

1.2.    Abbozz tal-Baġit (AB) tal-2017

L-Abbozz tal-Baġit (AB) tal-2017 ġie adottat mill-Kummissjoni u ġie propost lill-Awtorità Baġitarja fit-18 ta’ Lulju 2016.

L-Abbozz tal-Baġit kien jinkludi EUR 1 280 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Ma ntalbux approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2017 peress li l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 intemm fl-aħħar tal-2013. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-Abbozz ta’ Baġit tal-2017 kien jinkludi EUR 14 360 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 9 926 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit tal-2017 fit-12 ta’ Settembru 2016 u l-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fis-26 ta’ Ottubru 2016. Fi żmien 21 jum kellha tissejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u l-Kumitat qabel dwar test konġunt. Il-Kunsill approva t-test konġunt fid-29 ta’ Novembru 2016 u l-Parlament Ewropew approvah fl-1 ta’ Diċembru 2016.

1.3.    L-adozzjoni tal-Baġit tal-2017

Il-Baġit tal-2017 li ġie adottat fl-1 ta’ Diċembru 2016 kien, fir-rigward tal-FAEŻR, ugwali għall-proposta inizjali tal-Kummissjoni.

Tabella 2

Baġit Adottat tal-2017

Partita tal-Baġit

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

(f’EUR)

(f’EUR)

2007-2013

05.040501 (Programmi ta’ żvilupp rurali)

-

1 280 000 000

05.040502 (Assistenza teknika operazzjonali)

-

-

2014-2020

05.046001 (Programmi ta’ żvilupp rurali)

14 337 026 697

9 902 000 000

05.010404 (Assistenza teknika mhux operazzjonali)

4 910 000

4 910 000

05.046002 (Assistenza teknika operazzjonali)

18 522 000

19 022 443

1.4.    L-adozzjoni tal-Baġits Emendatorji

Fil-Baġit Emendatorju Nru 6 l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-FAEŻR għall-2007-2013 tnaqqsu b’EUR 780 miljun u l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-għajnuna teknika tnaqqsu b’EUR 1.5 miljun.

Tabella 3

Baġit tal-2017 wara l-Emendi

Partita tal-Baġit

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

(f’EUR)

(f’EUR)

2007-2013

05.040501 (Programmi ta’ żvilupp rurali)

-

500 000 000

05.040502 (Assistenza teknika operazzjonali)

-

-

2014-2020

05.046001 (Programmi ta’ żvilupp rurali)

14 337 026 697

9 902 000 000

05.010404 (Assistenza teknika mhux operazzjonali)

4 910 000

4 910 000

05.046002 (Assistenza teknika operazzjonali)

17 022 000

19 022 443

2.    Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet

2.1.    Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

2.1.1    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn marbuta mal-programmi 2014-2020, il-baġit ivvutat għall-2017 kien jammonta għal EUR 14 337 miljun.

Il-Baġit tal-2017 ma kienx fih approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-programmi tal-2007-2013 tal-FAEŻR.

Tabella 4

Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2017 – FAEŻR

Partita tal-Baġit

05.040501

(f’EUR)

Partita tal-Baġit

05.046001

(f’EUR)

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2017

-

14 337 026 697

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2017

-

14 337 026 697

Approprjazzjonijiet li ntużaw fl-2017

-

14 337 026 697

2.1.2    Assistenza teknika

L-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistipula li l-FAEŻR jista’ juża sa 0.25% tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja azzjonijiet ta’ assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Fil-Baġit tal-2017, l-ammont inizjali disponibbli għal dan l-iskop kien ta’ EUR 4.9 miljun għall-assistenza teknika mhux operazzjonali u ta’ EUR 18.5-il miljun għall-assistenza teknika operazzjonali. Permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 6 dan tal-aħħar tnaqqas b’EUR 1.5 miljun.

2.2.    Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

2.2.1    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

Għall-programmi ta’ żvilupp rurali tal-2014-2020, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-baġit ivvutat tal-2017 kienu jammontaw għal EUR 9 902 miljun. Barra minn hekk, id-dħul assenjat disponibbli, li nġabar matul is-sena, kien jammonta għal EUR 14.0-il miljun. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament ġew imsaħħa bit-trasferiment ta’ EUR 3.0 miljun mil-linja tal-assistenza teknika, bit-trasferiment tal-aħħar tas-sena li kien jammonta għal EUR 567.7 miljun u bit-trasferiment ta’ EUR 110.0 miljun ta’ dħul assenjat mill-FAEŻR għall-2007-2013 sabiex jiġu koperti bis-sħiħ id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tat-tielet trimestru tal-2017 tal-Istati Membri. Meta wieħed iqis it-trasferimenti kollha, l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2017 kien ta’ EUR 11 069.9 miljun. B’kollox, fl-2017 intużaw EUR 11 051.8 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament u EUR 18.1 miljun ta’ dħul assenjat ġew awtomatikament riportati għall-2018.

Għall-programmi ta’ żvilupp rurali tal-2007-2013, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-baġit ivvutat tal-2017 kienu jammontaw għal EUR 1 280 miljun. Barra minn hekk, id-dħul assenjat disponibbli, jew dak riportat mill-2016 jew inkella dak li nġabar matul is-sena, kien jammonta għal EUR 497.2 miljun. Il-Baġit Emendatorju Nru 6 naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’EUR 780 miljun. Barra minn hekk, tnaqqsu wkoll permezz ta’ żewġ trasferimenti lejn il-linja baġitarja għall-programmi tal-FAEŻR 2014-2020, li flimkien kienu jlaħħqu EUR 583.2 miljun. Fl-aħħar tas-sena, l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fl-2017 kien ta’ EUR 413.8 miljun. Minn dan l-ammont, intużaw EUR 43.1 miljun u EUR 370.7 miljun ta’ dħul assenjat ġew awtomatikament riportati għall-2018.

Tabella 5

Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2017

(f’EUR)

 

FAEŻR (2014-2020)

Partita tal-Baġit - 05.046001

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2017

9 902 000 000

Trasferiment mill-FAEŻR tal-2007-2013

473 190 882

Trasferiment mil-linja tal-assistenza teknika tal-FAEŻR tal-2014-2020

3 000 000

Trasferiment tal-aħħar tas-sena

567 662 308

Dħul assenjat li nġabar fl-2017

14 029 057

Trasferiment tad-Dħul assenjat mill-FAEŻR għall-2007-2013

110 000 000

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2017

11 069 882 247

Approprjazzjonijiet li ntużaw fl-2017

11 051 784 091

FAEŻR (2007-2013)

Partita tal-Baġit - 05.040501

Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2017

1 280 000 000

Trasferiment lill-FAEŻR tal-2014-2020

-473 190 882

Trasferiment għal-linja 05.087706

-182 967

Baġit emendatorju

-780 000 000

Dħul assenjat riportat mill-2016

12 134 265

Dħul assenjat li nġabar fl-2017

485 027 166

Trasferiment tad-Dħul assenjat lill-FAEŻR għall-2014-2020

-110 000 000

Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2017

413 787 582

Approprjazzjonijiet li ntużaw fl-2017

43 121 731

2.2.2    Assistenza teknika

Fir-rigward tal-assistenza teknika lill-FAEŻR, it-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2017 kien jammonta għal EUR 23.9 miljun. Ġew ittrasferiti EUR 3.0 miljun lil-linja tal-programmi tal-2014-2013 tal-FAEŻR sabiex ikopru bis-sħiħ id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tat-tielet trimestru tal-2017 tal-Istati Membri. L-ammont finali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament kien ta’ EUR 20.9 miljun.

3.    Implimentazzjoni tal-baġit tal-2017 tal-FAEŻR

3.1.    Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

3.1.1    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR    

L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli fil-baġit tal-2017 għall-programmi tal-2014-2020 tal-FAEŻR (EUR 14 337.0 miljun) ġie impenjat.

It-Tabella 6 turi, għal kull Stat Membru, l-allokazzjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 kif emendat l-aħħar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/162 u l-ammonti impenjati fl-2017.

Tabella 6

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (kif emendat) imqabbel mal-ammonti impenjati fl-aħħar tal-2017

Partita tal-baġit: 05.046001

(f’EUR)

SM

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Ammonti impenjati fl-2017

Allokazzjoni tal-2017

 

(a)

(b)

AT

562 467 745

562 467 745

BE

97 175 076

97 175 076

BG

340 409 994

340 409 994

CY

18 894 801

18 894 801

CZ

344 509 078

344 509 078

DE

1 404 073 302

1 404 073 302

DK

144 868 072

144 868 072

EE

122 865 093

122 865 093

ES

1 185 553 005

1 185 553 005

FI

340 009 057

340 009 057

FR

1 665 777 592

1 665 777 592

GR

703 471 245

703 471 245

HR

282 342 500

282 342 500

HU

488 620 684

488 620 684

IE

313 007 411

313 007 411

IT

1 493 380 162

1 493 380 162

LT

230 451 686

230 451 686

LU

14 366 484

14 366 484

LV

155 139 289

155 139 289

MT

13 914 927

13 914 927

NL

118 357 256

118 357 256

PL

1 192 025 238

1 192 025 238

PT

579 806 001

579 806 001

RO

1 186 544 149

1 186 544 149

SE

249 386 135

249 386 135

SI

119 684 133

119 684 133

SK

215 356 644

215 356 644

UK

754 569 938

754 569 938

Total

14 337 026 697

14 337 026 697

3.1.2    Assistenza teknika

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-assistenza teknika operazzjonali fil-baġit tal-2017 kien ta’ EUR 18.5 miljun. Din il-linja tnaqqset b’EUR 1.5 miljun fil-Baġit Emendatorju Nru 6. It-Tabella 7 turi l-konsum tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-assistenza teknika operazzjonali fl-2017. L-iżjed parti importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali kif ukoll is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni.

Tabella 7

Assistenza teknika – Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

Partita tal-Baġit: 05.046002

(f’EUR)

Deskrizzjoni

Ammont impenjat

Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

5 023 899

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni

2 687 741

Teknoloġija tal-informazzjoni*

2 257 024

Netwerk Ewropew tal-Evalwazzjoni

1 925 113

Awditjar u Kontrolli

668 574

Korpi ta’ Solidarjetà

500 000

Bażi tad-data dwar l-agrikoltura organika

115 000

Total

13 177 350

* Inklużi l-Uffiċċji Kompetenti fil-Broadband

3.2.    Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

3.2.1    Programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 intużaw l-approprjazzjonijiet ta’ pagament kollha disponibbli fil-Baġit tal-2017 (EUR 9 902.0 miljun). Barra minn hekk, fl-aħħar tas-sena, kien hemm bżonn ta’ rinforzi sabiex setgħet tiġi rimborżata n-nefqa ddikjarata kollha mill-Istati Membri. It-trasferimenti li ġejjin żiedu l-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli għall-FAEŻR għall-2014-2020: EUR 473.2 miljun mill-Baġit tal-2017 tal-FAEŻR għall-2007-2013, EUR 110.0 miljun tad-dħul assenjat mill-FAEŻR għall-2007-2013, EUR 3.0 miljun mill-assistenza teknika operazzjonali tal-FAEŻR għall-2014-2020, EUR 567.7 miljun mit-trasferiment tal-aħħar tas-sena. B’kollox, sal-aħħar tal-2017, mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 11 069.9 miljun disponibbli wara t-trasferimenti, intużaw EUR 11 051.8 miljun.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, ġew implimentati EUR 43.1 miljun mill-EUR 1 280 miljun inizjali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fil-baġit u mill-EUR 497.2 miljun disponibbli bħala dħul assenjat. Il-Baġit Emendatorju Nru 6 naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’EUR 780.0 miljun. Barra minn hekk, EUR 583.2 miljun (inklużi EUR 110.0 miljun ta’ dħul assenjat) ġew ittrasferiti lejn il-linja baġitarja għall-programmi tal-FAEŻR għall-2014-2020.

It-Tabella 8 turi t-tqassim tal-pagamenti li saru fl-2017 skont il-perjodu ta’ dikjarazzjoni:

Tabella 8

Pagamenti tal-2017 għall-programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR (f’miljuni ta’ EUR)

2007-2013

2014-2020

 

Partita 05.040501

Partita 05.046001

Prefinanzjament 2014-2020

-

0.0

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti qabel ir-raba’ trimestru tal-2017

0.0

26.4

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti fir-raba’ trimestru tal-2017

0.0

3 941.4

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti fl-ewwel trimestru tal-2017

0.0

1 924.2

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti fit-tieni trimestru tal-2017

0.0

2 099.1

Rimborż ta’ talbiet għal pagamenti fit-tielet trimestru tal-2017

0.0

3 060.7

Pagamenti tal-għeluq u/jew pożittivi għall-2007-2013

43.1

-

Total għall-2017

43.1

11 051.8



Il-graff ta’ hawn taħt turi l-konsum ta’ kull xahar ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament matul is-sena (minn Jannar sa Diċembru tal-2017).

Graff 1



It-tqassim għal kull Stat Membru u għal kull perjodu ta’ dikjarazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni fis-sena baġitarja tal-2017 jidher fit-Tabelli 9a u 9b.

Tabella 9a: FAEŻR 2007-2013

Pagamenti li fil-fatt saru bejn l-01/01/2017 u l-31/12/2017

FAEŻR 2007-2013 - Partita tal-baġit 05.040501 (f’EUR)

SM

Pagamenti pożittivi, l-aktar wara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja

Għeluq

Total

AT

 

 

 

BE

 

 

 

BG

1 644 120

 

1 644 120

CY

 

 

 

CZ

 

 

 

DE

2 607

 

2 607

DK

 

 

 

EE

 

 

 

ES

 

 

 

FI

 

 

 

FR

 

 

 

GR

4 843 628

 

4 843 628

HU

 

 

 

IE

 

 

 

IT

 

 

 

LT

708 137

 

708 137

LU

 

 

 

LV

 

 

 

MT

 

 

 

NL

 

 

 

PL

24 776

 

24 776

PT

 

 

 

RO

35 897 249

 

35 897 249

SE

 

 

 

SI

1 214

 

1 214

SK

 

 

 

UK

 

 

 

Total

43 121 731

0

43 121 731



Tabella 9b: FAEŻR 2014-2020

Pagamenti li fil-fatt saru bejn l-01/01/2017 u l-31/12/2017

FAEŻR tal-2014-2020 - Partita tal-baġit 05.046001

(f’EUR)

SM

Qabel ir-raba’ trimestru tal-2016

Ir-raba’ trimestru tal-2016

L-ewwel trimestru tal-2017

It-tieni trimestru tal-2017

It-tielet trimestru tal-2017

Total

AT

 

284 034 513

34 306 827

118 368 156

41 760 912

478 470 408

BE

 

5 925 045

2 756 556

19 997 126

8 452 989

37 131 717

BG

 

19 664 658

39 513 021

81 321 944

54 014 439

194 514 062

CY

 

7 106 491

2 030 516

1 212 301

4 224 143

14 573 450

CZ

 

40 792 524

95 902 134

86 375 959

36 281 185

259 351 803

DE

 

474 591 531

206 265 375

158 977 107

111 118 692

950 952 706

DK

 

27 313 513

20 805 180

31 119 758

20 639 549

99 878 000

EE

 

17 338 409

52 578 670

12 925 139

16 571 073

99 413 291

ES

 

288 516 817

126 055 741

121 249 143

166 811 391

702 633 093

FI

 

127 783 822

18 656 891

53 803 633

118 963 308

319 207 655

FR

 

801 033 393

64 649 703

69 174 381

818 850 517

1 753 707 994

GR

 

338 972 961

39 884 776

45 877 268

283 310 929

708 045 934

HR

 

12 404 315

35 760 815

79 650 699

22 357 649

150 173 479

HU

 

54 311 309

2 482 437

105 315 539

34 483 224

196 592 509

IE

 

104 218 851

24 253 168

17 117 853

108 982 160

254 572 032

IT

 

215 647 575

189 232 281

211 715 839

173 676 812

790 272 508

LT

 

84 849 526

68 844 173

55 926 201

44 354 105

253 974 006

LU

 

2 759 059

4 188 850

637 753

1 277 912

8 863 575

LV

 

63 038 107

44 521 391

22 859 330

32 078 140

162 496 969

MT

 

1 654 062

305 557

88 103

123 251

2 170 973

NL

 

11 845 693

32 549 017

10 590 136

2 628 968

57 613 814

PL

 

148 421 690

132 318 221

208 784 253

84 080 426

573 604 590

PT

 

309 074 601

87 906 633

77 268 204

49 983 739

524 233 177

RO

26 332 371

265 094 574

340 526 570

313 662 587

623 552 613

1 569 168 715

SE

 

31 826 689

34 272 890

23 227 732

14 948 891

104 276 200

SI

 

27 374 475

12 498 310

31 421 808

8 959 016

80 253 608

SK

 

51 127 107

44 801 397

38 534 466

33 400 226

167 863 196

UK

43 923

124 709 926

166 295 483

101 908 247

144 817 050

537 774 629

Total

26 376 295

3 941 431 236

1 924 162 584

2 099 110 666

3 060 703 310

11 051 784 091

It-Tabella 10 tqabbel, għal kull Stat Membru, il-pagamenti tal-FAEŻR 2014-2020 li saru fl-2017, mal-pagamenti tal-2016. Il-pagamenti żdiedu b’mod sinifikanti (b’42%) meta mqabbla mal-2016 (EUR 11.1 biljun vs. EUR 7.8 biljun). Iċ-ċifri tal-2016 jinkludu l-aħħar ħlas parzjali tal-prefinanzjament imħallas għall-programmi tal-2014-2020.

Tabella 10

Pagamenti li saru lill-Istati Membri - Tqabbil bejn l-2017 u l-2016 - FAEŻR 2014-2020

(f’EUR)

 

SM

2016

2017

Differenza bejn l-2017 u l-2016

Dividendi interim

Prefinanzjament

Total

Dividendi interim

Prefinanzjament

Total

(f’EUR)

(f’%)

AT

394 576 581

39 375 520

433 952 101

478 470 408

0

478 470 408

44 518 307

10.26%

BE

39 503 051

6 477 978

45 981 029

37 131 717

0

37 131 717

-8 849 312

-19.25%

BG

129 060 043

23 667 170

152 727 213

194 514 062

0

194 514 062

41 786 849

27.36%

CY

7 177 699

1 322 444

8 500 142

14 573 450

0

14 573 450

6 073 308

71.45%

CZ

181 882 819

23 056 740

204 939 559

259 351 803

0

259 351 803

54 412 243

26.55%

DE

647 841 345

93 607 201

741 448 545

950 952 706

0

950 952 706

209 504 160

28.26%

DK

74 929 013

14 976 097

89 905 110

99 878 000

0

99 878 000

9 972 890

11.09%

EE

87 901 431

8 233 416

96 134 846

99 413 291

0

99 413 291

3 278 445

3.41%

ES

378 590 289

82 973 888

461 564 178

702 633 093

0

702 633 093

241 068 915

52.23%

FI

327 182 929

23 804 083

350 987 012

319 207 655

0

319 207 655

-31 779 358

-9.05%

FR

524 557 370

113 848 442

638 405 812

1 753 707 994

0

1 753 707 994

1 115 302 182

174.70%

GR

227 838 949

47 182 918

275 021 867

708 045 934

0

708 045 934

433 024 067

157.45%

HR

131 044 159

20 262 225

151 306 384

150 173 479

0

150 173 479

-1 132 905

-0.75%

HU

208 468 125

34 306 645

242 774 769

196 592 509

0

196 592 509

-46 182 260

-19.02%

IE

253 822 792

21 905 922

275 728 714

254 572 032

0

254 572 032

-21 156 682

-7.67%

IT

419 548 741

104 443 808

523 992 549

790 272 508

0

790 272 508

266 279 959

50.82%

LT

173 957 330

16 130 882

190 088 212

253 974 006

0

253 974 006

63 885 794

33.61%

LU

6 355 840

1 005 746

7 361 586

8 863 575

0

8 863 575

1 501 989

20.40%

LV

108 833 038

10 756 038

119 589 076

162 496 969

0

162 496 969

42 907 893

35.88%

MT

589 457

973 269

1 562 726

2 170 973

0

2 170 973

608 248

38.92%

NL

34 449 926

10 812 454

45 262 379

57 613 814

0

57 613 814

12 351 435

27.29%

PL

362 852 034

88 961 088

451 813 122

573 604 590

0

573 604 590

121 791 467

26.96%

PT

536 945 153

40 601 404

577 546 557

524 233 177

0

524 233 177

-53 313 380

-9.23%

RO

524 017 099

81 279 964

605 297 063

1 569 168 715

0

1 569 168 715

963 871 652

159.24%

SE

191 405 372

17 455 653

208 861 025

104 276 200

0

104 276 200

-104 584 824

-50.07%

SI

77 260 537

8 378 498

85 639 035

80 253 608

0

80 253 608

-5 385 427

-6.29%

SK

105 682 050

15 885 298

121 567 349

167 863 196

0

167 863 196

46 295 847

38.08%

UK

653 010 765

48 906 195

701 916 960

537 774 629

0

537 774 629

-164 142 331

-23.38%

Total

6 809 283 936

1 000 590 984

7 809 874 920

11 051 784 091

0

11 051 784 091

3 241 909 172

41.51%

3.2.2    Assistenza teknika 

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-ammont għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-assistenza teknika operazzjonali kien ta’ EUR 19.0-il miljun. Parti minn dawn l-approprjazzjonijiet (EUR 3.0 miljun) ġiet ittrasferita biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ pagament marbuta ma’ programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR għall-2014-2020.

It-Tabella 11 li ġejja turi l-pagamenti raggruppati skont l-attivitajiet prinċipali. L-iżjed parti importanti tirrigwarda n-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Tabella 11

Assistenza teknika – Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

Partita tal-Baġit: 05.046002

(f’EUR)

Deskrizzjoni

Ammont imħallas

Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

4 057 011

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni

2 734 982

Komunikazzjoni Korporattiva

2 600 000

Teknoloġija tal-informazzjoni*

2 258 270

Netwerk Ewropew tal-Evalwazzjoni

1 375 984

Awditjar u Kontrolli

649 115

Pjattaforma ta’ Konsulenza Teknika għall-Istrumenti Finanzjarji

320 000

Korpi ta’ Solidarjetà

296 041

Bażi tad-data dwar l-agrikoltura organika

248 533

Total

14 539 936

      * Inklużi l-Uffiċċji Kompetenti fil-Broadband

3.3.    Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont il-miżura

It-Tabella 12 turi t-talbiet għal pagamenti ddikjarati mill-Istati Membri u skont il-miżura għall-iżvilupp rurali fl-2017 (mir-raba’ trimestru tal-2016 sat-tielet trimestru tal-2017), in-nefqa kumulattiva ddikjarata mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni kif ukoll il-pjan finanzjarju tal-programmi tal-FAEŻR għall-2014-2020.

In-nefqa għall-FAEŻR għall-2014-2020 fl-2017 kompliet tikkonċentra prinċipalment fuq il-Miżura 13 (Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra) u fuq il-Miżura 10 (Agrikoltura-ambjent-klima).



Tabella 12

In-nefqa ddikjarata tal-FAEŻR fl-2017 (mir-raba’ trimestru tal-2016 sat-tielet trimestru tal-2017) u n-Nefqa totali kumulattiva (mir-raba’ trimestru tal-2014 sat-tielet trimestru tal-2017)

imqabbla mal-Pjanijiet Finanzjarji - FAEŻR 2014-2020

 

In-nefqa ddikjarata tal-2017 (mir-raba’ trimestru tal-2016 sat-tielet trimestru tal-2017)

In-nefqa kumulattiva ddikjarata (mir-raba’ trimestru tal-2014 sat-tielet trimestru tal-2017)

Pjanijiet Finanzjarji għall-2014-2020

Miżura tal-FAEŻR

(f’miljuni ta’ EUR)

(%)

(f’miljuni ta’ EUR)

(%)

(f’miljuni ta’ EUR)

(%)

Miżura 01

Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni

51.4

0.5%

73.3

0.3%

1 102.7

1.1%

Miżura 02

Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli

16.0

0.1%

27.3

0.1%

763.4

0.8%

Miżura 03

Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli, u oġġetti tal-ikel

18.3

0.2%

28.8

0.1%

379.9

0.4%

Miżura 04

Investimenti f’assi fiżiċi

1 625.5

14.7%

2 811.7

13.3%

22 621.2

22.8%

Miżura 05

Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b'diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni xierqa

58.5

0.5%

111.6

0.5%

894.1

0.9%

Miżura 06

Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju

861.5

7.8%

1 277.6

6.0%

7 234.7

7.3%

Miżura 07

Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f'żoni rurali

568.5

5.2%

688.9

3.3%

6 679.5

6.7%

Miżura 08

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

341.7

3.1%

670.2

3.2%

4 532.6

4.6%

Miżura 09

Stabbiliment ta' gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet

17.4

0.2%

33.4

0.2%

413.1

0.4%

Miżura 10

Agroambjent-klima

2 031.8

18.4%

5 125.3

24.2%

16 504.1

16.6%

Miżura 11

Biedja organika

939.8

8.5%

1 739.5

8.2%

6 631.8

6.7%

Miżura 12

Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

69.6

0.6%

165.5

0.8%

576.2

0.6%

Miżura 13

Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

3 314.4

30.0%

6 532.7

30.8%

16 013.6

16.1%

Miżura 14

Trattament Xieraq tal-Annimali

287.8

2.6%

519.3

2.5%

1 509.4

1.5%

Miżura 15

Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

10.7

0.1%

20.2

0.1%

265.2

0.3%

Miżura 16

Kooperazzjoni

38.8

0.4%

60.7

0.3%

1 749.0

1.8%

Miżura 17

Ġestjoni tar-riskju

166.6

1.5%

182.3

0.9%

1 671.7

1.7%

Miżura 18

Finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplementari għall-Kroazja

17.8

0.2%

108.5

0.5%

111.9

0.1%

Miżura 19

Appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER (CLLD — żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

291.5

2.6%

417.0

2.0%

6 931.2

7.0%

Miżura 20

Assistenza teknika għall-Istati Membri

208.0

1.9%

291.7

1.4%

2 125.4

2.1%

Miżura 113

Irtirar bikri

97.4

0.9%

295.1

1.4%

631.8

0.6%

Miżura 131

Ilħuq tal-istandards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

0.0

0.0%

0.0

0.0%

0.0

0.0%

Miżura 341

Akkwist tal-ħiliet, animazzjoni u implimentazzjoni

0.4

0.0%

0.4

0.0%

0.6

0.0%

Total kumplessiv

 

11 033.6

100.0%

21 180.9

100.0%

99 343.3

100.0%

*L-Istati Membri jiddikjaraw in-nefqa tagħhom kull tliet xhur. Madankollu għas-sena n, id-dikjarazzjonijiet tar-raba’ trimestru huma ppreżentati f’Jannar tas-sena n+1. Għaldaqstant, ir-rimborżi korrispondenti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri fis-sena n isiru mir-raba’ trimestru tas-sena n-1 sat-tielet trimestru tas-sena n.

3.4.    Implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR

3.4.1    Perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013

Il-Graff 2 tippreżenta r-rata ta’ assorbiment tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-2007-2013 għal kull Stat Membru: il-pagamenti mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017, inklużi l-pagamenti tal-għeluq għall-programmi li jkunu diġà ngħalqu sa din id-data, imqabbla mal-allokazzjoni totali tal-2007-2013.

Sal-aħħar tal-2017 l-applikazzjoni tar-regola N+2 wasslet għal diżimpenji li jammontaw għal total ta’ EUR 1 867 miljun.

3.4.2    Perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020

Il-Graff 3 tippreżenta r-rata ta’ assorbiment tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-2014-2020 għal kull Stat Membru: il-pagamenti mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni inklużi l-pagamenti li saru għar-raba’ trimestru tal-2017 li jiġu rimborżati fis-sena finanzjarja 2018 imqabbla mal-allokazzjoni totali tal-2014-2020.

 

Top