Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0024

Proposta għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja

COM/2018/024 final - 2018/08 (NLE)

No longer in force, Date of end of validity: 22/05/2018

Brussell, 17.1.2018

COM(2018) 24 final

2018/0008(NLE)

Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2018) 14 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Is-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej qed jesperjenzaw innovazzjonijiet teknoloġiċi u diġitali sinifikanti kif ukoll bidliet demografiċi u fis-suq tax-xogħol. Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi tal-lum ma kinux jeżistu għaxar snin ilu u fil-futur se jinħolqu ħafna iktar forom ġodda ta’ impjieg. Fil-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, il-Kummissjoni tenfasizza li “huwa probabbli li l-biċċa l-kbira tat-tfal li jidħlu fl-iskola primarja llum għad ikollhom xogħol f’tipi ġodda ta’ impjiegi li għadhom lanqas jeżistu” u li biex ilaħħqu ma’ dan, “se jkun hemm bżonn ta’ investiment massiv fil-ħiliet kif ukoll riforma radikali fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja” 1 .

L-edukazzjoni u t-taħriġ huma parti mis-soluzzjoni biex aktar nies ikollhom impjiegi deċenti, ikun hemm reazzjoni aħjar għall-ħiliet li teħtieġ l-ekonomija u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa. Bil-progress teknoloġiku mgħaġġel u bil-bidliet relatati fil-profili u r-rekwiżiti tal-impjiegi, it-tagħlim tul il-ħajja għandu jkun ibbażat fuq il-kollaborazzjoni u s-sinerġiji b’saħħithom bejn il-kuntesti tal-industrija, tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim. Fl-istess ħin, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ li jadattaw għal din ir-realtà. B’mod partikolari, jidher li ma għadux biżżejjed li ż-żgħażagħ ikunu mgħammra b’sett fiss ta’ ħiliet jew ta’ għarfien; jeħtieġ li dawn jiżviluppaw reżiljenza, sett wiesa’ ta’ kompetenzi u l-kapaċità li jaddattaw għall-bidla 2 . Għalhekk, il-ħtieġa u l-valur ta’ perspettiva dwar it-tagħlim tul il-ħajja, fejn in-nies jiksbu kompetenzi ġodda u aktar rilevanti fil-ħajja tagħhom, hija iktar evidenti minn qatt qabel.

Fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 2017, il-mexxejja tas-27 Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea impenjaw ruħhom li jaħdmu lejn Unjoni “fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjiegi mal-kontinent kollu” 3 .

Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jiddependu ħafna fuq nies kompetenti u b’edukazzjoni għolja. Il-ħiliet bħall-kreattività, il-ħsieb kritiku, it-teħid ta’ inizjattiva u s-soluzzjoni tal-problemi għandhom rwol importanti biex huma jlaħħqu mal-kumplessità u mal-bidla fis-soċjetà tal-lum. Id-Dokument ta’ Riflessjoni dwar l-Immaniġġar tal-Globalizzazzjoni jirrikonoxxi li għal soċjetà li qed issir dejjem aktar mobbli u diġitali, hemm bżonn ta’ modi ġodda ta’ tagħlim kif ukoll ta’ mudelli edukattivi u ta’ taħriġ aktar flessibbli, u d-Dokument ta’ Riflessjoni dwar id-Dimensjoni Soċjali tal-Ewropa jenfasizza l-importanza li kulħadd ikun mgħammar b’sett xieraq ta’ ħiliet u kompetenzi biex jiġu sostnuti l-istandards ta’ għajxien fl-Ewropa 4 . It-tibdil fil-klima u l-limiti tar-riżorsi ekoloġiċi, flimkien mal-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi, ifissru li l-iżvilupp sostenibbli inevitabilment jikkonċerna l-attività kollha tal-bniedem.  5  

Kif ġie indikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzoni u l-Kultura 6 , jenħtieġ li Żona Ewropea tal-Edukazzjoni tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-mobilità tal-istudenti, tal-persunal u tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan huwa bbażat fuq l-interess kondiviż tal-Istati Membri kollha li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u l-kultura bħala xprunatur tal-impjiegi, il-ġustizzja soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha. Din tirreaġixxi għaż-żieda fil-mobilità tas-swieq tax-xogħol Ewropej, għall-ħtieġa ta’ investiment dejjem akbar fit-tagħlim tal-lingwi, u fil-kompetenzi diġitali, intaprenditorjali u ta’ STEM (ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika). Fis-segwitu tiegħu, f’Diċembru 2017 il-Kunsill Ewropew fost l-oħrajn talab li l-miżuri ta’ eżami jindirizzaw l-isfidi tal-ħiliet marbuta mad-diġitalizzazzjoni, iċ-ċibersigurtà, il-litteriżmu medjatiku u l-intelliġenza artifiċjali u l-ħtieġa ta’ approċċ għall-edukazzjoni u t-taħriġ li jkun inklużiv, ibbażat fuq it-tagħlim tul il-ħajja u xprunat mill-innovazzjoni 7 .

F’kuntrast qawwi għal dawn it-talbiet, l-aħħar dejta tal-PISA (il-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti) tal-OECD turi li wieħed minn kull ħames studenti fl-Unjoni Ewropea (UE) għandu profiċjenza biżżejjed fil-qari, il-matematika jew ix-xjenza 8 . B’mod inkwetanti, bejn l-2012 u l-2015, ix-xejra tal-prestazzjoni baxxa għall-UE kollha kemm hi, marret għall-agħar. Fil-pajjiżi involuti fl-istħarriġ tal-OECD dwar il-ħiliet tal-adulti (PIAAC) tal-2012, bejn 4,9 % u 27,7 % tal-adulti għandhom biss l-aktar livell baxx ta’ profiċjenza fil-litteriżmu filwaqt li bejn 8,1 % u 31,7 % għandhom biss l-aktar livell baxx ta’ profiċjenza fil-ħiliet numeriċi.  9  

Barra min hekk, 44 % tal-popolazzjoni tal-UE għandhom ħila diġitali baxxa jew ineżistenti (19 %) 10 , minkejja l-fatt li l-pass tal-bidla teknoloġika u diġitali qed iħalli effett kbir fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna. It-tranżizzjoni diġitali mgħaġġla tal-ekonomija tfisser li issa kważi l-impjiegi kollha jeħtieġu xi livell ta’ ħiliet diġitali, kif teħtieġ ukoll il-parteċipazzjoni fis-soċjetà inġenerali. Bħalissa l-ħiliet diġitali huma vitali daqs il-litteriżmu u n-numeriżmu, għalhekk l-Ewropa teħtieġ persuni kompetenti diġitalment li mhux biss huma kapaċi jużaw dawn it-teknoloġiji iżda wkoll li jinnovaw u jkunu minn ta’ quddiem fl-użu tagħhom.

Bħala l-ewwel prinċipju tiegħu, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistipula d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi 11 . Jekk wieħed ma jkollux il-kompetenzi meħtieġa biex jieħu sehem b’suċċess fis-soċjetà u s-suq tax-xogħol, dan ikun qed iżid ir-riskju tal-qgħad, tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali. Minbarra li jnaqqas il-kompetittività tal-industrija u l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni, dan inaqqas ukoll it-tkabbir sostenibbli u inklużiv. Kif jidher mir-riċerka, it-titjib tal-ħiliet bażiċi fil-litteriżmu, in-numeriżmu u l-kompetenzi diġitali, jimxi id f’id mal-iżvilupp tal-kompetenzi f’firxa usa' ta’ kompetenzi ewlenin; dan huwa relatat l-aktar mal-iżvilupp personali, mal-iżvilupp tal-kompetenzi tat-tagħlim u mal-kompetenzi ċiviċi 12 .

Fl-2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Rakkomandazzjoni dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja 13 . Bħala parti mill-istrateġiji tagħhom għat-tagħlim tul il-ħajja, l-Istati Membri ġew rakkomandati jiżviluppaw il-forniment tal-kompetenzi ewlenin għal kulħadd. Fil-Qafas ta’ Referenza Ewropew dwar il-Kompetenzi Ewlenin anness magħha, din ir-Rakkomandazzjoni ddefiniet il-kompetenzi li kull individwu jeħtieġ għall-iżvilupp u s-sodisfazzjoni personali, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva. L-Istati Membri ntalbu jużaw il-Qafas ta’ Referenza biex jiżguraw li l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali joffru liż-żgħażagħ kollha l-mezzi biex jiżviluppaw il-kompetenzi ewlenin sal-punt li jippreparahom għall-ħajja adulta, u biex bħala adulti jkunu kapaċi jiżviluppaw u jaġġornaw il-kompetenzi ewlenin tagħhom tul ħajjithom.

Mill-2006 s’issa, il-metodi ta’ tagħlim u apprendiment evolvew b'rata mgħaġġla: l-użu akbar tat-teknoloġija, it-tisħiħ tat-tagħlim mill-bogħod u ż-żieda tat-tagħlim informali bl-użu ta’ tagħmir diġitali mobbli, iħallu impatt fuq l-opportunitajiet li bihom jinkisbu l-kompetenzi. L-esperjenzi matul dawn l-aħħar għaxar snin urew li l-kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim jeħtieġu li jużaw aħjar dawn l-opportunitajiet ġodda biex jappoġġaw b’mod attiv l-iżvilupp tal-kompetenzi matul il-ħajja. L-esperjenzi ta’ tagħlim mill-istudenti kollha u fid-diversi l-oqsma tematiċi jeħtieġ li jiżdiedu billi tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-kuntesti ta’ tagħlim formali u mhux formali. Dan jista’ jinkiseb billi jiġu promossi t-tagħlim bejn dixxiplini differenti, it-tagħlim ibbażat fuq l-inkjesti, it-traineeships u t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol.

L-għan tar-Rakkomandazzjoni proposta huwa li ttejjeb l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għall-persuni kollha matul il-ħajja u li tippromwovi l-miżuri meħtieġa biex jinkiseb dan l-għan. Din tħeġġeġ lill-Istati Membri biex iħejju lill-persuni aħjar għas-swieq tax-xogħol li qed jinbidlu u għaċ-ċittadinanza attiva f’soċjetajiet aktar differenti, mobbli, diġitali u globali u biex jiżviluppaw it-tagħlim fl-istadji kollha tal-ħajja. B’mod speċjali din titlob li jsir investiment fil-ħiliet bażiċi, fil-kompetenzi intraprenditorjali u diġitali kif ukoll fil-kompetenzi lingwistiċi biex kulħadd ikun jista’ jipparteċipa b’mod attiv fis-soċjetà u l-ekonomija. Ir-Rakkomandazzjoni titlob ukoll li jsir investiment fil-kompetenzi ta’ STEM biex jitrawwem il-fehim xjentifiku u biex wieħed jitħajjar aktar jsegwi karriera fl-oqsma ta’ STEM. Ir-Rakkomandazzjoni proposta tieħu post ir-Rakkomandazzjoni dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja adottata fl-2006 mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill 14 . Din se:

·Tappoġġa l-implimentazzjoni tal-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali - li jenfasizza li “kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b’suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol” - kif ukoll ir-raba’ prinċipju - li jsaħħaħ id-dritt ta’ “assistenza f’waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjiegi jew il-prospetti ta’ impjiegi indipendenti”, inkluż id-dritt għal “appoġġ għal tfittxija, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ xogħol.”

·Tappoġġa l-iżvilupp ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni billi taqbel dwar il-kompetenzi ewlenin meħtieġa mill-istudenti kollha, billi tappoġġa l-mobilità tal-istudenti u tal-persunal edukattiv kif ukoll billi tappoġġa b’mod speċjali l-iżvilupp tal-kompetenzi lingwistiċi biex jiġu ffaċilitati l-mobilità u l-kooperazzjoni fl-Ewropa;

·Tappoġġa l-iżvilupp tal-kompetenzi intraprenditorjali biex jiġu żviluppati l-ħiliet u l-attitudnijiet essenzjali li jinkludu l-kreattività, it-teħid ta’ inizjattiva, il-ħidma f’tim, il-fehim tar-riskju u s-sens ta’ responsabbiltà;

·Tirreaġixxi għar-rekwiżiti għall-kompetenzi li jinbidlu, li jinkludu l-ħiliet bażiċi, il-kompetenzi diġitali, il-kompetenzi fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u tenfasizza l-miżuri biex tappoġġa l-iżvilupp tal-kompetenzi f’dawn l-oqsma;

·Tenfasizza r-rwol taċ-ċittadinanza attiva, tal-valuri komuni u tad-drittijiet fundamentali;

·Tinkorpora r-riżultati tad-Deċennju tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tal-Edukazzjoni għal Żvilupp Sostenibbli u l-impetu pprovdut mill-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 4 - Edukazzjoni 2030;

·Tgħin lill-Istati Membri, lill-kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim u lill-persunal edukattiv biex jappoġġaw aħjar l-iżvilupp tal-kompetenzi billi tistabbilixxi prattiki tajba għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin;

·Tikkontribwixxi għat-tfassil tal-Qafas strateġiku futur għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ billi tippromwovi fehim komuni tal-kompetenzi ewlenin;

·Tappoġġa l-użu tas-sorsi ta’ finanzjament Ewropej bħall-Erasmus+, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-Orizzont 2020;

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha jipprovdi aktar evidenza dwar l-esperjenzi preċedenti fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja, analiżi li tappoġġa r-Rakkomandazzjoni l-ġdida dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll eżempji tal-politiki u l-proġetti eżistenti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kompetenza f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja.

Sfond

Il-kompetenzi ewlenin huma dawk il-kompetenzi li kull individwu jeħtieġ għas-sodisfazzjoni u l-iżvilupp personali, għall-impjiegi, għall-inklużjoni soċjali u għaċ-ċittadinanza attiva. Dawn huma magħmula minn “għarfien, ħiliet u attitudnijiet” u jmorru lil hinn mill-kunċett tal-“għarfien” (akkademiku) biss.

Il-Qafas Ewropew ta’ Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja tal-2006 (il-Qafas ta’ Referenza) iddefinixxa tmien kompetenzi ewlenin:

·Il-komunikazzjoni fil-lingwa materna;

·Il-komunikazzjoni f’ilsna barranin;

·Il-kompetenza fil-matematika u kompetenzi bażiċi fix-xjenza u t-teknoloġija;

·Il-kompetenza diġitali;

·Il-kapaċità għat-tagħlim;

·Il-kompetenzi soċjali u ċiviċi;

·Is-sens ta’ inizjattiva u intraprenditorija; u

·L-għarfien u espressjoni kulturali.

Mill-adozzjoni tiegħu, il-Qafas ta’ Referenza u l-kunċett sottostanti tiegħu ntużaw mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati; il-maġġoranza tal-Istati Membri implimentaw riformi relatati. Hemm varjazzjoni kbira f’dawn ir-riformi u matul iż-żmien, l-Istati Membri adattaw ukoll id-definizzjoni tal-kompetenzi ewlenin. Il-biċċa l-kbira tar-riformi saru fl-edukazzjoni skolastika jew fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Il-progress tqies b’rabta mal-kompetenzi ewlenin li jirrilataw faċilment mas-“suġġetti” tradizzjonali tal-iskola, bħall-komunikazzjoni fil-lingwa materna u fil-lingwi barranin jew il-kompetenza matematika, aktar milli l-kompetenzi li jmorru lil hinn mill-fruntieri tas-“suġġetti” tradizzjonali bħat-tagħlim dwar kif titgħallem, l-intraprenditorija jew il-kompetenza ċivika jew soċjali 15 .

Il-kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi biex japplikaw approċċi orjentati lejn il-kompetenzi għat-tagħlim u l-apprendiment. Il-bidla mill-kunċett pjuttost statiku tal-kontenut tal-kurrikuli għal definizzjoni dinamika tal-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet li l-istudent irid jiżviluppa matul il-proċess ta’ tagħlim, teħtieġ bidla drastika fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim li taffettwa l-mod li bih jiġi organizzat u vvalutat.

Barra minn hekk, il-ħtiġijiet tal-kompetenzi mhumiex statiċi; iżda jinbidlu tul il-ħajja. Il-kompetenzi miksuba fl-iskola jridu jiġu żviluppati biex ikunu adegwati tul il-ħajja; l-aġġornament tal-kompetenzi u l-ksib ta’ oħrajn ġodda b’reazzjoni għall-ħtiġijiet li jinbidlu, huwa proċess tul il-ħajja. Għalhekk, kulħadd jeħtieġ l-opportunità li jiżviluppa l-kompetenzi tiegħu jew tagħha matul il-ħajja.

Din ir-Rakkomandazzjoni mhux biss tippreżenta Qafas Ewropew ta’ Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja aġġornat, iżda tiddeskrivi wkoll il-prattiki tajba li jappoġġaw l-iżvilupp tal-approċċi fl-edukazzjoni u t-taħriġ orjentati lejn il-kompetenzi, inkluż it-tagħlim mhux formali u f’perspettiva tul il-ħajja.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Ir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (ET 2020) jistabbilixxi prijoritajiet ċari fl-iżvilupp ta’ “għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti u ta' kwalità għolja, żviluppati matul it-tagħlim tul il-ħajja, b’enfasi fuq ir-riżultati tat-tagħlim għall-impjegabbiltà, l-innovazzjoni, iċ-ċittadinanza attiva u l-benesseri” 16 .

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzoni u l-kultura 17 tappella biex isir investiment fin-nies u fl-edukazzjoni tagħhom u biex ikun żgurat li s-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ jgħinu lill-istudenti kollha biex jiksbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jitqiesu essenzjali fid-dinja tal-lum. Din toħloq ukoll rabta b’saħħitha bejn il-fehim komuni tal-kompetenzi li jeħtieġ kulħadd u l-istabbiliment ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.

Ir-rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin tal-2006 tħabbar fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa biex jiżviluppa fehim komuni u aġġornat tal-kompetenzi ewlenin, biex irawwem l-introduzzjoni tagħhom fil-kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ u biex jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp u l-valutazzjoni aħjar tagħhom 18 .

Fl-inzjattiva “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa” adottata fis-7 ta’ Diċembru 2016 19 u l-Komunikazzjonijiet segwenti dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti 20 kif ukoll l-Immodernizzar tal-Edukazzjoni Għolja 21 f'Mejju 2017, il-Kummissjoni enfasizzat aktar il-ħtieġa li jsir investiment fl-iżvilupp tal-kompetenza u f’ambizzjonijiet ulterjuri f’dan il-qasam.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill f’Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet: opportunitajiet ġodda għall-adulti, tirrakkomanda li l-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet, għarfien u kompetenzi jingħataw l-opportunità, skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom, li jiksbu livell minimu ta’ litteriżmu, numeriżmu u kompetenza diġitali; u/jew li jiksbu sett usa' ta’ ħiliet, għarfien u kompetenzi biex jibnu fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-Kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali 22 stiednet lill-Istati Membri, f’konformità maċ-ċirkostanzi u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u skont kif iqiesu xieraq, biex sal-2018 ikollhom fis-seħħ arranġamenti għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali li jivvalidaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li l-individwi jkunu kisbu b’tagħlim mhux formali u informali u biex jiksbu kwalifika sħiħa, jew fejn applikabbli, kwalifika parzjali.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja 23  tipprovdi qafas ta’ referenza komuni li jgħin lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet iqabblu sistemi ta kwalifikazzjonijiet differenti u l-livelli tagħhom.

Il-Qafas tal-Europass 24 jgħin lin-nies biex jikkomunikaw u jiddeskrivu aħjar il-kompetenzi u l-kwalifiki tagħhom.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u tal-Kultura, il-Kummissjoni tenfasizza li l-edukazzjoni tifforma l-bażi għal forza tax-xogħol kreattiva u produttiva li eventwalment tirriżulta f’ekonomija reżiljenti. Din tisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fin-nies, fil-kompetenzi u fl-opportunitajiet tagħhom. Tirreferi b’mod speċjali għall-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fl-appoġġ għall-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin 25 .

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jissottolinja li “kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b'mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b'suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol” kif ukoll id-dritt għal “taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta' xogħol” 26 .

Il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim 27 tenfasizza b’mod partikolari l-kompetenza ċivika, kif deskritt fl-Anness għar-Rakkomandazzjoni tagħha. Din tistabbilixxi għadd ta’ azzjonijiet li jistgħu jieħdu l-Istati Membri bl-appoġġ tal-Unjoni.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 28 tistabbilixxi kif is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jużaw aħjar l-innovazzjoni u t-teknoloġija diġitali u jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kompetenzi diġitali rilevanti meħtieġa għall-ħajja u x-xogħol f’era ta’ bidla diġitali mgħaġġla. Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali jiffoka b’mod speċifiku fuq is-sistemi inizjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jkopri l-iskejjel, l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV) u l-edukazzjoni għolja.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-inizjattiva hija konformi mal-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 165 jistipula li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità billi tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li tirrispetta għalkollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni tagħhom. L-Artikolu 166 jistipula li l-Unjoni għandha timplimenta politika ta’ taħriġ vokazzjonali li għandha tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għalkollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali.

L-inizjattiva ma tipproponi l-ebda estensjoni tas-setgħa regolatorja jew l-impenji vinkolanti tal-UE fuq l-Istati Membri. L-Istati Membri se jiddeċiedu kif jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Filwaqt li ħafna Stati Membri għandhom l-oqfsa ta’ kompetenza nazzjonali tagħhom biex jiggwidaw l-edukazzjoni u t-taħriġ, bħalissa hemm skambju limitat ta’ prattiki tajba biex jappoġġaw aktar it-tagħlim u l-apprendiment orjentati lejn il-kompetenzi.

Il-valur miżjud ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fil-livell tal-UE jinsab fil-kapaċità tal-Unjoni li:

·Tfassal qafas ta’ referenza komuni għall-kompetenzi ewlenin meħtieġa;

·Tippromwovi fehim komuni dwar it-tagħlim tul il-ħajja;

·Tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien, tal-għarfien espert u tal-prattiki tajba;

·Tappoġġa inizjattivi fil-livell tal-UE biex trawwem l-iżvilupp tal-kompetenzi;

·Tappoġġa l-iżvilupp tal-oqfsa ta’ kompetenza li jgħinu biex jiddefinixxu l-eżiti tat-tagħlim u jiffurmaw il-bażi għall-prattiki ta’ valutazzjoni u validazzjoni;

·Tappoġġa l-evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-kompetenzi u timmonitorja l-progress fil-livell tal-UE.

Proporzjonalità

Il-proposta ssaħħaħ fehim komuni ta’ kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja u twitti t-triq għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex jikkondividu prattiki tajba u jiżviluppaw politiki kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE li jappoġġaw il-ksib tal-kompetenzi ewlenin. Il-proposta tkopri l-livelli kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ, ta’ tagħlim mhux formali u informali u tal-gruppi ta’ etajiet differenti. Peress li l-impenji li se jieħdu l-Istati Membri huma ta’ natura volontarja u kull Stat Membru jiddeċiedi l-approċċ li se jieħu, il-miżura titqies bħala proporzjonata.

Għażla tal-istrument

Biex jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dan it-Trattat jawtorizza l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni.

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ l-istrument xieraq huwa Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, fejn l-UE għandha kompetenza ta’ appoġġ u hija strument li ġie użat spiss għal azzjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Bħala strument legali, din turi l-impenji tal-Istati Membri lejn il-miżuri fit-test u tipprovdi bażi politika aktar b’saħħitha għall-kooperazzjoni f’dan il-qasam, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istat Membru fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mill-Forum dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ u ż-Żgħażagħ ta’ Ottubru 2016, saru sensiela ta’ laqgħat iddedikati ta’ konsultazzjoni u ta’ seminars tal-esperti. Ir-rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin kien ukoll diskuss ħafna mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Livell Għoli ET 2020, fil-laqgħat tad-Diretturi Ġenerali dwar l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja kif ukoll fil-Kumitat Konsultattiv dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, fil-Kumitat tal-Affarijiet Kulturali u fil-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv Youthpass.

Mit-22 ta’ Frar sad-19 ta’ Mejju 2017 infetħet konsultazzjoni pubblika online li wasslet għal kważi 500 tweġiba u għas-sottomissjoni ta’ 69 dokument ta’ pożizzjoni. Il-kontribuzzjonijiet juru rappreżentazzjoni tajba tal-ministeri tal-edukazzjoni u tal-partijiet ikkonċernati mhux governattivi. Il-proċess ta’ konsultazzjoni ġie konkluż b’konferenza fi Brussell li saret fl-14 ta’ Ġunju 2017 29 .

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni jikkonfermaw ir-rilevanza tal-Qafas Ewropew ta’ Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin. Dawk li wieġbu kkonfermaw li hemm bżonn ta’ bidliet sabiex jiġi żgurat li dan jirrifletti l-iżviluppi politiċi, soċjali, ekonomiċi, ekoloġiċi u teknoloġiċi ta’ dawn l-aħħar għaxar snin.

Is-sejbiet ewlenin tal-konsultazzjoni pubblika online huma:

·il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu japprezzaw il-Qafas ta’ Referenza bħala strument rilevanti għal:

·l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim (77 %);

·il-maġġoranza tal-kontributuri jħossu l-ħtieġa li jiġu introdotti bidliet minuri fil-Qafas ta’ Referenza (65 %);

·dawk li wieġbu enfasizzaw il-ħtieġa li jkun hemm appoġġ akbar għall-użu tal-Qafas ta’ Referenza u

·jappoġġaw l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi fl-Ewropa.

Il-konsultazzjoni online, id-dokumenti ta’ pożizzjoni u l-laqgħat/il-konferenzi ta’ konsultazzjoni enfasizzaw il-ħtieġa li:

·ikun hemm reazzjoni għat-talbiet tal-kompetenza fil-litteriżmu, il-lingwi u l-komunikazzjoni fis-soċjetajiet multilingwi u kulturalment differenti tal-lum;

·ikun hemm reazzjoni għall-ambjenti diġitali u teknoloġiċi li jinbidlu malajr billi tiġi aġġornata d-definizzjoni ta’ kompetenza diġitali. Dan l-aġġornament jenħtieġ li jinkludi l-lezzjonijiet miksuba fl-iżvilupp u fl-appoġġ tal-użu tal-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali użat b’mod ġenerali 30 ;

·jitjieb aktar l-iżvilupp tal-kompetenzi fil-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġiji;

·tiġi enfasizzata l-importanza tal-ħiliet personali u interpersonali, li xi drabi msemmija bħala ħiliet tal-“ħajja”, “soċjoemozzjonali”, jew “personali”, peress li dawn jgħinu lill-individwi jirreaġixxu għall-inċertezza u l-bidla. Qed jiġi ssuġġerit li l-ħiliet bħall-ħsieb kritiku, il-ħidma f’tim, il-ħiliet interkulturali u s-soluzzjoni tal-problemi jissaħħu aktar fil-Qafas ta’ Referenza;

·tiġi enfasizzata s-sostenibbiltà fir-Rakkomandazzjoni, wara d-Deċennju tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Edukazzjoni għal Żvilupp Sostenibbli (2005 – 2014) u fid-dawl tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli globali, inklużi għall-edukazzjoni għall-2030;

·jiġu enfasizzati l-kompetenza ċivika u r-rwol taċ-ċittadinanza, il-valuri komuni u d-drittijiet tal-bniedem. Qed isir dejjem aktar importanti li l-individwi jingħataw is-setgħa li jaġixxu bħala persuni attivi u responsabbli li kapaċi jikkontribwixxu għal soċjetajiet paċifiċi, tolleranti, inklużivi u siguri. F’dan il-kuntest, qed jiġi ssuġġerit ukoll li jissaħħu l-litteriżmu medjatiku u l-ħiliet interkulturali;

·jiġu enfasizzati l-kreattività, il-kapaċità li wieħed jippjana u jimmaniġġa l-proċessi u li jiġu indirizzati r-riskji bħala parti mit-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat bħala dimensjonijiet essenzjali tal-kompetenza intraprenditorjali. Kien hemm preferenza li d-definizzjoni aġġornata tiġi allinjata mal-Qafas EntreComp 31 ;

·li titqies firxa usa' ta’ forom kontemporanji ta’ espressjoni kulturali u jiġi inkluż ukoll l-element ta’ żvilupp tal-identità kulturali tal-persuna stess. Jenħtieġ li jiġu enfasizzati l-attitudnijiet pożittivi u b’moħħ miftuħ lejn kulturi oħra u d-differenzi kulturali.

Il-konsultazzjoni kkonfermat li l-użu tal-Qafas ta’ Referenza kien iffukat fuq it-tagħlim formali fil-livelli primarji u sekondarji. Għalhekk hemm bżonn ta’ konnessjoni aktar b’saħħitha ma’ tipi oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ, bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-ETV, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni għall-adulti u t-tagħlim mhux formali.

Fl-aħħar nett, biex jiġi appoġġat aktar l-użu tal-Qafas ta’ Referenza ġie ssuġġerit li jissaħħu l-gwida u l-appoġġ għall-persunal tal-edukazzjoni u t-taħriġ u li jiġu esplorati modi ta’ appoġġ għall-approċċi ta’ valutazzjoni, kemm bħala parti mill-proċessi tat-tagħlim u tal-apprendiment kif ukoll għall-governanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-proposta hija bbażata fuq firxa wiesgħa ta’ rapporti u studji dwar l-impatt tar-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin, ir-riformi relatati fl-Istati Membri u l-proġetti rilevanti ffinanzjati mill-UE. Ir-Rapport ta’ Progress Konġunt tal-2010 tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea ta ħarsa lejn l-ewwel esperjenzi fost l-Istati Membri fit-tranżizzjoni għal kurrikuli fl-edukazzjoni u t-taħriġ orjentati lejn il-kompetenzi 32 . Is-sejbiet ta’ KeyCoNet 33 , netwerk Ewropew tal-politika dwar l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin fl-edukazzjoni skolastika, kif ukoll ir-Rapport Eurydice tal-2012 34 jipprovdu ħarsa ġenerali tajba dwar l-użu tal-Qafas ta’ Referenza fl-edukazzjoni skolastika. Ir-rapporti ta’ CEDEFOP 35 jipprovdu għarfien dwar ir-rwol li kellu l-Qafas ta’ Referenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Inġabret ukoll evidenza permezz ta’ studji mnedija għall-fini tar-rieżami inklużi analiżi tal-letteratura dwar l-użu ta’ Qafas Ewropew ta’ Referenza u analiżi komparattiva dwar oqfsa ta’ kompetenza nazzjonali u internazzjonali 36 .

Għal kompetenzi speċifiċi, ix-xogħol jiddependi fuq studji u rapporti f’dawn l-oqsma bħar-rapporti riċenti dwar il-litteriżmu u t-tagħlim tal-lingwi 37 , l-edukazzjoni xjentifika 38 , l-edukazzjoni soċjali u emozzjonali 39 , l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza 40 , l-edukazzjoni intraprenditorjali 41 , il-kompetenzi ċiviċi u dwar iċ-ċittadinanza 42 u l-ħolqien ta’ kuxjenza u espressjoni kulturali 43 .

Ir-rieżami ħa nota wkoll tar-rapporti u l-istudji tal-OECD, l-UNESCO u l-Kunsill tal-Ewropa li huma involuti fid-definizzjoni ta’ oqfsa ta’ kompetenza fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim 44 . Sors ieħor rilevanti ta’ informazzjoni kien ix-xogħol taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), speċjalment fil-qasam tal-kompetenzi intraprenditorjali u diġitali 45 .

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba l-approċċ kumplimentari tal-attivitajiet għall-inizjattivi tal-Istati Membri, in-natura volontarja tal-attivitajiet proposti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-impatti mistennija, ma saritx valutazzjoni tal-impatt. L-iżvilupp tal-proposta twettaq abbażi ta’ għarfien minn studji preċedenti, konsultazzjoni tal-Istati Membri u konsultazzjoni pubblika.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din l-inizjattiva ma teħtieġx riżorsi addizzjonali mill-baġit tal-UE.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Biex tappoġġa l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li tiżviluppa f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, materjal ta’ gwida u ta’ appoġġ li jindirizza d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tat-tagħlim u l-apprendiment orjentati lejn il-kompetenzi.

Il-Kummissjoni beħsiebha tirrapporta dwar l-użu tar-Rakkomandazzjoni fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Dispożizzjonijiet tal-Istati Membri

L-Istati Membru huma mistiedna jsaħħu l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għall-istudenti kollha, b’mod partikolari l-istudenti li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati. Dawn huma mistiedna jżidu l-isforzi biex jgħollu speċjalment il-livelli tal-kisbiet fil-ħiliet bażiċi (il-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali bażiċi), il-kompetenzi diġitali u intraprenditorjali, il-kompetenzi STEM kif ukoll il-kompetenzi lingwistiċi. L-Istati Membri huma mitluba biex fejn meħtieġ, isaħħu l-appoġġ tagħhom għall-approċċi tat-tagħlim u l-apprendiment orjentati lejn il-kompetenzi, fil-kuntesti kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim.

Minbarra l-Qafas Ewropew ta’ Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin aġġornat, qed jiġu ssuġġeriti diversi prattiki tajba biex jappoġġaw lill-persunal fil-kuntesti kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi u biex tiġi żviluppata aktar il-valutazzjoni tal-kompetenzi ewlenin. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin jeħtieġ il-ħolqien u l-applikazzjoni ta’ varjetà ta’ approċċi u kuntesti ta’ tagħlim li jagħtu appoġġ; L-Istati Membri jitħeġġu jappoġġaw l-iżvilupp ulterjuri tagħhom.

Ir-Rakkomandazzjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU billi jiġu integrati fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim mhux formali.

L-Istati Membri huma mistiedna jirrappurtaw dwar l-esperjenzi u l-progress fil-provvista tal-kompetenzi ewlenin.

Dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li tkompli tiżviluppa materjal ta’ gwida dwar l-approċċi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi u li tappoġġa inizjattivi li jiżviluppaw u jippromwovu l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fir-rigward tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 4 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-edukazzjoni ta’ kwalità li tkun inklużiva u ġusta u l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd 46 .

Il-Kummissjoni tipproponi li tiżviluppa tabella ta’ valutazzjoni biex timmonitorja l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin u biex tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri implimentati biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-kompetenza. Din beħsiebha tiżviluppa proposta għal punti ta’ riferiment Ewropej futuri fl-iżvilupp tal-kompetenzi fir-rigward taċ-ċiklu li jmiss tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

2018/0008 (NLE)

Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 47 jistipula li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġa b’suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Dan jistipula wkoll li “kulħadd għandu d-dritt għal assistenza f’waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjiegi jew il-prospetti ta’ impjiegi indipendenti”, għal “taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ xogħol”, għal “edukazzjoni kontinwa” u għal “appoġġ għal tfittxija [ta’ xogħol]”. It-trawwim tal-iżvilupp tal-kompetenzi huwa wieħed mill-għanijiet ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li permezz tagħha “nużaw il-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u tal-kultura bħala muturi tal-impjiegi, tal-ġustizzja soċjali, taċ-ċittadinanza attiva kif ukoll bħala mezz biex tiġi esperjenzata l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha” 48 .

(2)Il-persuni jenħtieġu l-ħiliet u l-kompetenzi xierqa biex isostnu l-istandards attwali ta’ għajxien, jappoġġaw ir-rati għolja ta’ impjiegi u jrawwmu l-koeżjoni soċjali fid-dawl tas-soċjetà u d-dinja tax-xogħol tal-futur 49 . L-appoġġ tal-persuni madwar l-Ewropa biex jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għas-sodisfazzjoni personali, l-impjegabbiltà u l-inklużjoni soċjali, jgħin biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa fi żmien ta’ bidla rapida u profonda.

(3)Fl-2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adottaw Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja. F’dik ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri ntalbu jiżviluppaw il-provvista ta’ kompetenzi ewlenin għal kulħadd bħala parti mill-istrateġiji tagħhom tat-tagħlim tul il-ħajja, inklużi l-istrateġiji tagħhom biex jiksbu litteriżmu universali u jużaw il-‘Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja — Qafas ta’ Referenza Ewropew” 50 . Mill-adozzjoni tagħha, ir-Rakkomandazzjoni kienet dokument ewlieni ta’ referenza għall-iżvilupp tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi.

(4)Illum il-ġurnata, ir-rekwiżiti ta’ kompetenza nbidlu, fejn aktar impjiegi qed ikunu soġġetti għal awtomazzjoni, it-teknoloġiji qed ikollhom rwol akbar fl-oqsma kollha tax-xogħol u tal-ħajja, u l-kompetenzi intraprenditorjali, soċjali u ċiviċi qed isiru aktar rilevanti sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza u l-kapaċità li jadattaw għall-bidla.

(5)Fl-istess ħin, stħarriġ internazzjonali bħal PISA 51 jew PIAAC 52 jindika perċentwal għoli u konstanti ta’ adolexxenti u adulti b’nuqqas ta’ ħiliet bażiċi. Fl-2015, wieħed minn kull ħames studenti kellu diffikultajiet kbar fl-iżvilupp ta’ ħiliet suffiċjenti fil-qari, fil-matematika jew fix-xjenza 53 . F’xi pajjiżi, sa terz tal-adulti huma profiċjenti biss fil-livelli l-aktar baxxi tal-litteriżmu u n-numeriżmu 54 . 44 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni għandhom ħiliet diġitali baxxi ħafna jew ineżistenti (19 %) 55 .

(6)B’hekk, l-investiment fil-ħiliet bażiċi sar aktar rilevanti minn qatt qabel. L-edukazzjoni ta’ kwalità għolja, inklużi l-attivitajiet extrakurrikulari u approċċ wiesa’ għall-iżvilupp tal-kompetenzi, itejbu l-livelli ta’ kisbiet fil-ħiliet bażiċi 56 . Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu esplorati modi ġodda ta’ tagħlim għal soċjetà li qed issir dejjem aktar mobbli u diġitali 57 . It-teknoloġiji diġitali għandhom impatt fuq l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim bl-iżvilupp ta’ ambjenti ta’ tagħlim aktar flessibbli adattati għall-ħtiġijiet ta’ soċjetà mobbli ħafna 58 .

(7)L-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa ħabbret ir-rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja li tirrikonoxxi li l-investiment fil-ħiliet u l-kompetenzi u f’fehim kondiviż u aġġornat tal-kompetenzi ewlenin, huwa l-ewwel pass biex jitrawmu l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim mhux formali fl-Ewropa 59 .

(8)B’reazzjoni għall-bidliet fis-soċjetà u fl-ekonomija, li jirriflettu d-diskussjonijiet dwar il-futur tax-xogħol, u wara l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin, jeħtieġ li kemm ir-Rakkomandazzjoni kif ukoll il-Qafas Ewropew ta’ Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal Tagħlim tul il-Ħajja jiġu eżaminati mill-ġdid u aġġornati b’fokus speċjali fuq il-promozzjoni tal-inklinazzjonijiet intraprenditorjali.

(9)Jenħtieġ li l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin, il-validazzjoni tagħhom u l-forniment ta’ edukazzjoni, taħriġ u tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi, jiġu appoġġati bl-istabbiliment ta’ prattiki tajba għall-appoġġ aħjar tal-persunal edukattiv fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, u t-titjib tal-edukazzjoni tiegħu għall-aġġornament tal-metodi u l-għodod ta’ valutazzjoni u validazzjoni u għall-introduzzjoni ta’ forom ġodda u innovattivi ta’ tagħlim u apprendiment 60 . Għalhekk, abbażi tal-esperjenzi ta’ dawn l-aħħar għaxar snin, jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza l-isfidi fl-implimentazzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi.

(10)L-appoġġ tal-validazzjoni tal-kompetenzi se jippermetti li l-individwi jkollhom il-kompetenzi tagħhom rikonoxxuti u, fejn applikabbli, jiksbu kwalifiki sħaħ jew parzjali 61 . Dan jista’ jibni fuq l-arranġamenti eżistenti għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali kif ukoll fuq il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki 62 , li jipprovdi qafas ta’ referenza komuni biex jitqabblu l-livelli tal-kwalifiki, billi jindika l-kompetenzi meħtieġa biex dawn jinkisbu. Barra minn hekk, il-valutazzjoni għandha rwol importanti fl-istrutturar tal-proċessi ta’ tagħlim u fl-għoti ta’ gwida biex tgħin lill-persuni jtejbu l-kompetenzi tagħhom anke fir-rigward tar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol li jinbidlu 63 .

(11)Id-definizzjoni ta’ sett ta’ kompetenzi ewlenin meħtieġa għas-sodisfazzjoni personali, l-impjegabbiltà u l-inklużjoni soċjali ssawret mhux biss mill-iżviluppi soċjetali u ekonomiċi, iżda wkoll mid-diversi inizjattivi fl-Ewropa li saru matul dawn l-aħħar għaxar snin. Ingħatat attenzjoni speċjali għat-titjib tal-ħiliet bażiċi, l-investiment fit-tagħlim lingwistiku, it-titjib tal-kompetenzi diġitali u intraprenditorjali, ir-rilevanza tal-valuri komuni għall-funzjonament tas-soċjetajiet tagħna, u l-motivazzjoni ta’ aktar żgħażagħ biex jibdew karriera relatata max-xjenza. Jenħtieġ li dawn l-iżviluppi jkunu riflessi fil-Qafas ta’ Referenza.

(12)Il-mira 4.7 tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tenfasizza l-ħtieġa li “jiġi żgurat li l-istudenti kollha jiksbu l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, inkluż, fost l-oħrajn, permezz tal-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u stili ta’ ħajja sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni ta’ kultura ta’ paċi u nonvjolenza, ċittadinanza globali u apprezzament tad-diversità kulturali u tal-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp sostenibbli” 64 [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Dan l-għan huwa rifless fir-rieżami tal-Qafas ta’ Referenza.

(13)Il-forniment tat-tagħlim tal-lingwi, li qed isir dejjem aktar importanti għas-soċjetajiet moderni, għall-fehim interkulturali u għall-kooperazzjoni, jibbenifika mill-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) 65 . Dan il-Qafas jgħin biex jiġu identifikati l-elementi prinċipali ta’ kompetenza u jappoġġa l-proċess ta’ tagħlim. Dan jistabbilixxi wkoll il-pedament tad-definizzjoni tal-kompetenzi lingwistiċi inġenerali u huwa rifless fl-aġġornament tal-Qafas ta’ Referenza.

(14)Bl-iżvilupp tal-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali 66 u l-Qafas għall-Kompetenza Intraprenditorjali 67 ħareġ fid-dieher kemm huma siewja għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-kompetenza. Bl-istess mod, il-Qafas ta’ Referenza tal-Kompetenzi għal Kultura Demokratika tal-Kunsill tal-Ewropa 68 jippreżenta sett komprensiv ta’ valuri, ħiliet u attitudnijiet għal parteċipazzjoni xierqa fis-soċjetajiet demokratiċi. Dawn kollha ġew debitament ikkunsidrati għall-aġġornament tal-Qafas ta’ Referenza.

(15)Biex aktar żgħażagħ jkunu motivati jinvolvu ruħhom f’karrieri relatati max-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), l-inizjattivi madwar l-Ewropa bdew jorbtu l-edukazzjoni xjentifika aktar mill-qrib mal-arti u ma’ suġġetti oħra, bl-użu tal-pedagoġija induttiva (inquiry-based pedagogy) u jinvolvu firxa wiesgħa ta’ atturi tas-soċjetà u l-industriji 69 . Għalkemm id-definizzjoni ta’ dawk il-kompetenzi ma nbidlitx ħafna matul is-snin, l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kompetenzi fi STEM qed isir dejjem aktar rilevanti u jenħtieġ li jiġi rifless f’din ir-Rakkomandazzjoni.

(16)L-importanza u r-rilevanza tat-tagħlim mhux formali huwa evidenti mill-esperjenzi miksuba permezz tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, ix-xogħol volontarju kif ukoll l-isport tal-massa. It-tagħlim mhux formali għandu rwol importanti fl-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali interpersonali, komunikattivi u konjittivi bħal: il-ħsieb kritiku, il-ħiliet analitiċi, il-kreattività, is-soluzzjoni tal-problemi u r-reżiljenza li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ għall-ħajja adulta, għaċ-ċittadinanza attiva u għall-ħajja tax-xogħol 70 . L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni aħjar bejn kuntesti differenti ta’ tagħlim jgħin fil-promozzjoni ta’ varjetà ta’ approċċi u kuntesti ta’ tagħlim 71 .

(17)Biex jiġi indirizzat l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, jenħtieġ li l-appoġġ ikun żgurat fil-livelli kollha tal-perkorsi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim: biex jiġu żviluppati s-sistemi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità 72 , biex tissaħħaħ aktar l-edukazzjoni skolastika u jiġi żgurat it-tagħlim eċċellenti 73 , biex jiġu pprovduti perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet għall-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet 74 u biex jiġu żviluppati aktar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u kontinwi 75 u tiġi mmodernizzata l-edukazzjoni għolja 76 .

(18)Jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tkopri firxa wiesgħa ta’ kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim, kemm formali kif ukoll mhux formali f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja. Jenħtieġ li tistabbilixxi fehim komuni tal-kompetenzi li jistgħu jappoġġaw it-tranżazzjonijiet u l-kooperazzjoni bejn dawn il-kuntesti differenti ta’ tagħlim. Din tistabbilixxi prattiki tajba li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-persunal edukattiv li jinkludi l-għalliema, il-ħarrieġa, l-edukaturi tal-għalliema, il-mexxejja tal-istituti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjegati inkarigati mit-taħriġ tal-kollegi, ir-riċerkaturi u l-lekċerers universitarji, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-edukaturi tal-adulti kif ukoll l-impjegaturi u l-partijiet ikkonċernati fis-suq tax-xogħol. Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza wkoll l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u tiggwida u tappoġġa lill-persuni biex itejbu l-kompetenzi tagħhom minn età żgħira u matul ħajjithom.

(19)Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI

Jenħtieġ li l-Istati Membri:

1.jappoġġaw id-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużiv u jiżguraw l-opportunitajiet għal kulħadd biex jiġu żviluppati kompetenzi ewlenin billi jintużaw bis-sħiħ “il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja — Qafas ta’ Referenza Ewropew” kif stabbilit fl-Anness, u

1.1.isaħħu l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin minn età bikrija, għall-individwi kollha, bħala parti mill-istrateġiji nazzjonali għat-tagħlim tul il-ħajja;

1.2.jappoġġaw iż-żgħażagħ u l-adulti li jkunu qed jiffaċċaw żvantaġġi, jew li jkollhom bżonnijiet speċjali, biex jisfruttaw il-potenzjal tagħhom.

2.jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin b’attenzjoni speċjali għal:

2.1.iż-żieda tal-livell tal-kisbiet tal-ħiliet bażiċi (il-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali bażiċi) bħala bażi għal aktar tagħlim u parteċipazzjoni fis-soċjetà;

2.2.it-trawwim tal-ksib ta’ kompetenzi fix-xjenzi, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u t-teħid ta’ miżuri li jimmotivaw aktar liż-żgħażagħ biex jibdew karriera relatata ma’ STEM;

2.3.iż-żieda u t-titjib tal-livell ta’ kompetenzi diġitali fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, madwar il-gruppi kollha tal-popolazzjoni;

2.4.it-trawwim tal-kompetenza intraprenditorjali, il-kreattività u s-sens ta’ inizjattiva, speċjalment fost iż-żgħażagħ, anke bil-promozzjoni ta’ opportunitajiet għall-istudenti żgħażagħ biex tal-inqas iwettqu esperjenza intraprenditorjali waħda matul l-edukazzjoni primarja jew sekondarja;

2.5.iż-żieda fil-livell tal-kompetenzi lingwistiċi u l-appoġġ lill-istudenti biex jitgħallmu lingwi differenti rilevanti għas-sitwazzjoni tax-xogħol u tal-għajxien tagħhom.

3.jiffaċilitaw il-ksib tal-kompetenzi ewlenin bl-użu ta’ prattiki tajba biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin kif stabbilit fl-Anness, b’mod partikolari:

3.1.bil-promozzjoni ta’ varjetà ta’ approċċi u kuntesti ta’ tagħlim, inkluż l-użu xieraq tat-teknoloġiji diġitali, fil-kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim;

3.2.bil-forniment ta’ appoġġ lill-persunal edukattiv fir-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja fil-kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi;

3.3.bl-appoġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-kompetenzi ewlenin;

3.4.bit-tisħiħ mill-ġdid tal-kollaborazzjoni bejn il-kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim fil-livelli kollha, u f’oqsma differenti, biex titjieb il-kontinwità tal-iżvilupp tal-kompetenzi tal-istudenti u l-iżvilupp ta’ approċċi ta’ tagħlim innovattivi;

3.5.bit-tisħiħ mill-ġdid tal-għodod, ir-riżorsi u l-gwida fl-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi u ta’ kuntesti oħra ta’ tagħlim biex jappoġġaw lill-persuni fil-ġestjoni tal-perkorsi tagħhom tat-tagħlim tul il-ħajja;

4.jintegraw l-ambizzjonijiet tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim;

5.jirrappurtaw dwar l-esperjenzi u l-progress fil-promozzjoni tal-kompetenzi ewlenin fis-setturi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż fit-tagħlim mhux formali.

B’DAN JILQA’ L-FATT LI L-KUMMISSJONI:

6.tappoġġa l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni u l-użu tal-Qafas ta’ Referenza Ewropew billi tiffaċilita t-tagħlim reċiproku fost l-Istati Membri u f’kooperazzjoni mal-Istati Membri tiżviluppa materjal u għodod bħal:

6.1.oqfsa għall-kompetenzi speċifiċi li jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-kompetenzi 77 ;

6.2.materjal ta’ gwida bbażat fuq l-evidenza dwar forom ġodda ta’ tagħlim u l-approċċi ta’ appoġġ;

6.3.għodod ta’ appoġġ għall-persunal edukattiv, u partijiet ikkonċernati oħra, bħal korsijiet onlajn miftuħin tal-massa (MOOCs), l-għodod ta’ awtovalutazzjoni 78 , in-netwerks, li jinkludu l-eTwinning u l-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE);

6.4.approċċi għall-valutazzjoni u l-validazzjoni ta’ kompetenzi ewlenin b’segwitu ta’ xogħol preċedenti fil-kuntest tal-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ET2020) 79 ;

7.tappoġġa inizjattivi biex ikomplu jiżviluppaw u jippromwovu l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fir-rigward tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 4 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-edukazzjoni ta’ kwalità li tkun inklużiva u ġusta u l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd 80 ;

8.tqis il-possibbiltà li tiżviluppa tabella ta’ valutazzjoni dwar il-forniment ta’ edukazzjoni, taħriġ u tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi u dwar l-iżvilupp tal-kompetenzi fl-Unjoni.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa,  https://ec.europa.eu/commission/white-paper-future-europe-reflections-and-scenarios-eu27_mt
(2)    Il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 1
(3)    Id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 2017, http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2017/03/25-rome-declaration/
(4)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Id-Dokument ta’ Riflessjoni dwar l-Immaniġġar tal-Globalizzazzjoni, https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-harnessing-globalisation_mt
(5)    Noti Strateġiċi taċ-Ċentru Ewropew ta’ Strateġija Politika (13/2016), Il-Futur tax-Xogħol; Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli minn Novembru 2010, https://ec.europa.eu/epsc/file/strategic-note-13-future-work_en
(6)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzoni u l-Kultura - Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’Gothenburg, is-17 ta’ Novembru 2017, COM(2017)673
(7)    Il-Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fl-14 ta’ Diċembru 2017, EUCO 19/17
(8)    OECD (2016), Ir-riżultati tal-2015 ta’ PISA, https://www.oecd.org/pisa/pisa-2015-results-in-focus.pdf ; Il-Kummissjoni Ewropea (2016), PISA 2015: EU performance and initial conclusions regarding education policies in Europe,  https://ec.europa.eu/education/sites/education/files/pisa-2015-eu-policy-note_en.pdf  
(9)    Il-Kummissjoni Ewropea (2016), Education and Training Monitor, p. 81 http://ec.europa.eu/education/sites/education/files/monitor2016_en.pdf  
(10)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Digital Scoreboard 2017 (It-Tabella ta’ Valutazzjoni Diġitali 2017), https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-scoreboard  
(11)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;  COM(2017)250
(12)    OECD (2015), Skills for Social Progress: The Power of Social and Emotional Education, http://www.oecd.org/edu/skills-for-social-progress-9789264226159-en.htm  
(13)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja ( 2006/962/KE )
(14)    (2006/962/KE), ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 13
(15)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017) Literature review of reforms related to 2006 European Framework of Key Competences for lifelong learning, https://ec.europa.eu/education/sites/education/files/key-competences-consultation-2017-strategy_en.pdf  
(16)    Ir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, ĠU 2015/C417/04
(17)    COM(2017)673, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6
(18)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, COM(2016)381
(19)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa, COM(2016)940; Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni; COM(2016)941
(20)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja, COM(2017)248
(21)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja, COM(2017)247
(22)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali,  ĠU/C398/01
(23)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja,  ĠU/C 189/15
(24)    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi ( 2004/2241/KE )
(25)    COM(2017)673, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6
(26)    COM(2017)250, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 11
(27)    COM(2018) 23
(28)    COM(2018) 22
(29)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017) Report on the results of the stakeholder consultation  https://ec.europa.eu/education/sites/education/files/2017-key-competences-consultation-review_en.pdf  
(30)    Il-Kummissjoni Ewropea (2014), The Digital Competence Framework (Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali), https://ec.europa.eu/jrc/en/digcomp/digital-competence-framework
(31)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), The Entrepreneurship Competence Framework (Il-Qafas għall-Kompetenza Intraprenditorjali), https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-scientific-and-technical-research-reports/entrecomp-entrepreneurship-competence-framework
(32)    Ir-rapport ta’ progress konġunt tal-2010 tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-“Programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010” ( 2010/C 117/01 )
(33)    Key Competence Development in Europe. Catalogue of Initiatives, http://keyconet.eun.org
(34)    Il-Kummissjoni Ewropea (2012), Developing Key Competences at School in Europe: Challenges and Opportunities for Policy, https://www.ddooss.org/informes/School_in_Europe.pdf  
(35)    CEDEFOP (2015), Stronger VET for better lives, http://www.cedefop.europa.eu/mt/publications-and-resources/publications/3067 ; CEDEFOP (2016), Key competences in vocational education and training, http://www.cedefop.europa.eu/mt/publications-and-resources/country-reports/key-competences-in-vet
(36)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017) Literature review of reforms related to 2006 European Framework of Key Competences for lifelong learning; Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Support of the stakeholder consultation in the context of the Key Competences Review, Report 1: Comparative Analysis of national and international competence frameworks
(37)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Rethinking language and linguistic diversity in schools, https://ec.europa.eu/education/sites/education/files/rethinking-language-report_en.pdf
(38)    Il-Kummissjoni Ewropea (2015), Science education for responsible citizenship, http://ec.europa.eu/research/swafs/pdf/pub_science_education/KI-NA-26-893-EN-N.pdf , Il-Kummissjoni Ewropea (2011), Science education in Europe: National policies, practices and research,  http://ec.europa.eu/research/science-society/document_library/pdf_06/report-rocard-on-science-education_en.pdf
(39)    Cefai C.; Bartolo P. A.; Cavioni V.; Downes, P.(2017); Integrating Social and Emotional Education (SEE) in the School Curriculum across the EU, Rapport ta’ NESET II, il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, għadu mhux ippubblikat
(40)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Citizenship Education at School in Europe, https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/news/20171106-citizenship-education-school-europe-2017_en  
(41)    Il-Kummissjoni Ewropea (2016), Entrepreneurship Education at School in Europe,  https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/mwikis/eurydice/images/4/45/195EN.pdf  
(42)    IEA (2017) International Civic and Citizenship Study (ICCS), għadu mhux ippubblikat; JRC (2011) Civic Competence Composite Indicator (CCCI-2): Measuring Young People’s Civic Competence across Europe based on the IEA International Citizenship and Civic Education study, http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC68398/lbna25182enn.pdf  
(43)    Il-Kummissjoni Ewropea (2016), Cultural Awareness and Expression Handbook,  https://publications.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/6066c082-e68a-11e5-8a50-01aa75ed71a1  
(44)    UNESCO Global Citizenship Education, https://en.unesco.org/gced ; Il-Kunsill tal-Ewropa, Reference Framework of Competences for Democratic Culture; OECD Education 2030 , https://www.coe.int/en/web/education/competences-for-democratic-culture
(45)    Digital Competence Framework (Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali); Entrepreneurship Competence Framework (Il-Qafas għall-Kompetenza Intraprenditorjali), ara n-noti f’qiegħ il-paġna Nri 30 u 31
(46)    L-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 4 tan-NU, https://sustainabledevelopment.un.org/sdg4  
(47)    COM(2017)250, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 11
(48)    COM(2017)673, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 6
(49)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa,  https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-social-dimension-europe_mt  
(50)    (2006/962/KE), ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 13
(51)    OECD Programme for International Student Assessment, http://www.oecd.org/pisa/  
(52)    OECD Programme for the International Assessment of Adult Competencies,  http://www.oecd.org/skills/piaac/  
(53)    OECD (2016), ir-riżultati ta’ PISA tal-2015, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 8
(54)    Il-Kummissjoni Ewropea (2016), Education and Training Monitor 2016, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 9
(55)    Digital Scoreboard 2017 (It-Tabella ta’ Valutazzjoni Diġitali tal-2017), tal-Kummissjoni Ewropea
(56)    OECD (2016), ir-riżultati ta’ PISA tal-2015, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 8
(57)    Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Id-Dokument ta’ Riflessjoni dwar l-Immaniġġar tal-Globalizzazzjoni, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 4
(58)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar, COM(2012) 669
(59)

   COM(2016) 381, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 18

(60)    Ir-rapport ta’ progress konġunt tal-2010 tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-“Programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010” (2010/C 117/01), ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 32; Ir-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) ( 2015/C 417/04 )
(61)    ĠU /C398/01, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 22
(62)    ĠU /C 189/15, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 23
(63)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2004 dwar it-Tisħiħ ta' Politika, Sistemi u Prattiki fil-qasam tal-gwida tul il-ħajja, http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/ en/educ/104236.pdf ; Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar l-integrazzjoni aħjar tal-gwida tul il-ħajja fl-istrateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja.
(64)    Ir-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti adotatta mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta’ Settembru 2015, Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development (Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli)  http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E
(65)    Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: Apprendiment, Tagħlim, Valutazzjoni (QKERL) https://www.coe.int/en/web/common-european-framework-reference-languages  
(66)    The Digital Competence Framework (Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali), ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 30
(67)    The Entrepreneurship Competence Framework (Il-Qafas għall-Kompetenza Intraprenditorjali), ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 31
(68)

   Competences for democratic culture - Living together as equals in culturally diverse democratic societies (2016), https://rm.coe.int/16806ccc07

(69)    Il-Kummissjoni Ewropea (2014) Science education for responsible citizenship, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 38
(70)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-appoġġ liż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta' ħiliet essenzjali għall-ħajja li jiffaċilitaw it-transizzjoni b’suċċess tagħhom għall-ħajja adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol (it-22 ta’ Mejju 2017),  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9547-2017-INIT/mt/pdf
(71)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-politika ta’ kooperazzjoni transettorjali biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi soċjoekonomiċi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ (is-27 ta’ Mejju 2015)  2015/C 172/03
(72)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali (is-27 ta’ Mejju 2015)  2015/C 172/05
(73)    COM (2017) 248, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 20
(74)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet    ġodda għall-adulti, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32016H1224(01)&from=EN  
(75)     ĠU 2015/C 417/04 , l-Anness II
(76)    COM (2017) 247, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 21
(77)    Abbażi tal-esperjenzi miksuba u tal-għarfien espert żviluppat waqt il-ħolqien tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi, il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali u l-Qafas għall-Kompetenza Intraprenditorjali
(78)    Bħall-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 30
(79)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Assessment of Key Competences in initial education and     training: Policy Guidance, SWD (2012) 371
(80)    L-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 4 tan-NU, ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 44
Top

Brussell,17.1.2018

COM(2018) 24 final

ANNESS

ta’ [...]

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja

{SWD(2018) 14 final}


ANNESS
Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja
Qafas Ewropew ta’ Referenza

Sfond u miri

Kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b’suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.

Kulħadd għandu d-dritt għal assistenza f’waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg jew il-prospetti ta’ impjieg indipendenti. Dan jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi appoġġ għal tfittxija, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ xogħol.

Dawn il-prinċipji huma definiti fil-“Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali”.

F’dinja interkonnessa ħafna u li qed tinbidel malajr, kull persuna se jkollha bżonn firxa wiesgħa ta’ ħiliet u kompetenzi u li tiżviluppahom kontinwament tul il-ħajja. Il-kompetenzi ewlenin kif definiti f’dan il-Qafas ta’ Referenza għandhom il-mira li jistabbilixxu s-sisien biex jinkisbu soċjetajiet aktar indaqs u aktar demokratiċi. Dawn jirreaġixxu għall-ħtieġa ta’ tkabbir inklużiv u sostenibbli, koeżjoni soċjali u aktar żvilupp tal-kultura demokratika.

Il-miri prinċipali tal-Qafas ta’ Referenza huma li:

a) jiġu identifikati u ddefiniti l-kompetenzi ewlenin meħtieġa għall-impjegabbiltà, l-iżvilupp personali, iċ-ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali;

b) jipprovdi għodda Ewropea ta’ referenza għal min ifassal il-politika, l-edukaturi u l-ħarrieġa, il-persunal edukattiv, l-impjegaturi u għall-istudenti stess;

c) jappoġġa l-isforzi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, biex jitrawwem l-iżvilupp tal-kompetenzi f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja.

Kompetenzi Ewlenin

Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-kompetenzi huma ddefiniti bħala taħlita ta’ għarfien, ħiliet u attitudnijiet, fejn:

a) l-għarfien huwa magħmul minn fatti u ċifri, kunċetti, ideat u teoriji li huma diġà stabbiliti u li jappoġġaw il-fehim ta’ ċertu qasam jew suġġett;

b) il-ħiliet huma ddefiniti bħala l-abbiltà u l-kapaċità li jitwettqu proċessi u l-użu ta’ għarfien eżistenti sabiex jinkisbu r-riżultati;

c) l-attitudnijiet jiddeskrivu d-dispożizzjonijiet jew il-mentalitajiet biex wieħed jaġixxi jew jirreaġixxi għal ideat, persuni jew sitwazzjonijiet.

Il-kompetenzi ewlenin huma dawk li kull individwu jeħtieġ għat-twettiq u l-iżvilupp personali, l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali, u ċ-ċittadinanza attiva. Dawn jiġu żviluppati f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, minn kmieni fit-tfulija tul il-ħajja adulta, u permezz ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali.

Jitqies li kull kompetenza ewlenija għandha l-istess importanza; kull waħda minnhom tikkontribwixxi għal ħajja ta’ suċċess fis-soċjetà. Il-kompetenzi jistgħu jiġu applikati f’ħafna kuntesti differenti u f’varjetà ta’ kombinamenti. Dawn jikkoinċidu u jorbtu ma’ xulxin; aspetti essenzjali f’qasam wieħed ikunu ta’ appoġġ għall-kompetenzi f’qasam ieħor. Ħiliet bħall-ħsieb kritiku, is-soluzzjoni tal-problemi, ix-xogħol f’tim, il-ħiliet ta’ kommunikazzjoni u nnegozjar, il-ħiliet analitiċi, il-kreattività u l-ħiliet interkulturali huma inkorporati fil-kompetenzi ewlenin kollha.

·Il-Qafas ta’ Referenza jiddefinixxi tmien kompetenzi ewlenin:

·Il-kompetenza fil-litteriżmu;

·Il-kompetenza fil-lingwi;

·Il-kompetenza fil-matematika u l-kompetenza fix-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija u;

·Il-kompetenza diġitali;

·Il-kompetenza personali, soċjali u tat-tagħlim;

·Il-kompetenza ċivika;

·Il-kompetenza intraprenditorjali;

·Il-kompetenza fil-ħolqien ta’ kuxjenza u l-espressjoni kulturali.

1.Il-kompetenza fil-litteriżmu

Il-litteriżmu huwa l-abbiltà li wieħed jidentifika, jifhem, jesprimi joħloq u jinterpreta kunċetti, sentimenti, fatti u opinjonijiet kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, bl-użu ta’ materjal viżiv, awdjo u diġitali fid-dixxiplini u fil-kuntesti. Dan jimplika l-abbiltà li wieħed jikkomunika u li jinteraġixxi b’mod effettiv mal-oħrajn, b’mod xieraq u kreattiv.

L-iżvilupp tal-litteriżmu jifforma l-bażi għal aktar tagħlim u interazzjoni lingwistika. Skont il-kuntest, il-kompetenza fil-litteriżmu tista’ tiġi żviluppata fil-lingwa materna, fil-lingwa tat-tagħlim u/jew fil-lingwa uffiċjali f’pajjiż jew reġjun.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

Il-litteriżmu jinvolvi l-għarfien tal-qari u tal-kitba u fehim sod ta’ informazzjoni bil-miktub. Il-litteriżmu jitlob li persuna jkollha l-għarfien ta’ vokabularju, grammatika funzjonali u l-funzjonijiet tal-lingwa. Jinkludi konoxxenza tat-tipi ewlenin tal-interazzjoni verbali, firxa ta’ testi letterarji u mhux letterarji, u l-karatteristiċi ewlenin tal-istili u r-reġistri differenti tal-lingwa.

L-individwi għandu jkollhom il-ħiliet sabiex jikkomunikaw kemm oralment kif ukoll bil-miktub f’varjetà ta’ sitwazzjonijiet u li jimmonitorjaw u jadattaw il-komunikazzjoni tagħhom skont kif titlob is-sitwazzjoni. Din il-kompetenza tinkludi wkoll l-abbiltajiet li wieħed jiddistingwi u juża sorsi differenti fit-tfittix, fil-ġbir u fl-ipproċessar tal-informazzjoni, li juża l-għajnuniet, u li jofformula u jesprimi l-argumenti orali u miktubin tiegħu b’mod konvinċenti u xieraq skont il-kuntest.

Attitudni pożittiva lejn il-litteriżmu tinvolvi dispożizzjoni lejn djalogu kritiku u kostruttiv, apprezzament tal-kwalitajiet estetiċi u interess fl-interazzjoni mal-oħrajn. Dan jimplika konoxxenza tal-impatt tal-lingwa fuq l-oħrajn u l-ħtieġa li wieħed jifhem u juża l-lingwa b’mod pożittiv u soċjalment responsabbli.

2.Il-kompetenza fil-lingwi

Din il-kompetenza tiddefinixxi l-abbiltà li jintużaw lingwi differenti b’mod xieraq u effettiv għall-komunikazzjoni. B’mod ġenerali għandha l-istess dimensjonijiet tal-ħiliet ewlenin tal-litteriżmu: tissejjes fuq l-abbiltà li persuna tifhem, tesprimi u tinterpreta kunċetti, ħsibijiet, sentimenti, fatti, u opinjonijiet kemm oralment kif ukoll bil-kitba (bis-smigħ, bit-taħdit, bil-qari u bil-kitba), u f’firxa xierqa ta’ kuntesti soċjali u kulturali skont ix-xewqat u l-ħtiġijiet individwali. Din tista’ tinkludi l-kompetenzi fil-lingwa materna u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom skont kif xieraq.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

Din il-kompetenza teħtieġ għarfien ta’ vokabularju u grammatika funzjonali ta’ lingwi differenti u konoxxenza tat-tipi ewlenin tal-interazzjoni verbali u tar-reġistri tal-lingwi. L-għarfien tal-konvenzjonijiet soċjali, u l-aspetti kulturali u l-varjabbiltà tal-lingwi huwa importanti.

Il-ħiliet essenzjali għal din il-kompetenza jikkonsistu fl-abbiltà li persuna tifhem messaġġi orali, li tibda, żżomm u tikkonkludi konverżazzjoni u li taqra, tifhem u tipproduċi testi b’livelli differenti ta’ profiċjenza fil-lingwi differenti, skont il-ħtiġijiet tal-individwu. L-individwi għandhom ikunu kapaċi jużaw l-għodod sew, u jitgħallmu l-lingwi b’mod formali, mhux formali u informali matul ħajjithom.

Attitudni pożittiva tinvolvi l-apprezzament tad-diversità kulturali, u interess u kurżità dwar il-lingwi differenti u l-komunikazzjoni interkulturali. Tinvolvi wkoll rispett għall-profil lingwistiku individwali ta’ kull persuna, inkluż ir-rispett lejn il-lingwa materna ta’ persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi u/jew li għandhom sfond ta’ migrazzjoni.

3.Il-kompetenza fil-matematika u l-kompetenza fix-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija

A. Il-kompetenza matematika hija l-abbiltà li persuna tiżviluppa u tapplika ħsieb matematiku sabiex issolvi firxa ta’ problemi f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum. Filwaqt li tissejjes fuq padrunanza soda tan-numeriżmu, l-enfażi huwa fuq il-proċess u l-attività, kif ukoll fuq l-għarfien. Il-kompetenza matematika tinvolvi, fi gradi differenti, l-abbiltà u r-rieda li persuna tuża metodi ta’ ħsieb (ħsieb loġiku u spazjali) u preżentazzjoni (formoli, mudelli, ideat, graffs, ċarts) matematika.

B. Il-kompetenza fix-xjenza tirreferi għall-abbiltà u r-rieda li persuna tuża l-korp ta’ għarfien u l-metodoloġija użati biex tispjega d-dinja naturali, sabiex tidentifika l-mistoqsijiet u tasal għal konklużjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. Il-kompetenzi fit-teknoloġija u fl-inġinerija huma l-applikazzjoni ta’ dak l-għarfien u l-metodoloġija bħala reazzjoni għal dawk li jidhru bħala xewqat jew ħtiġijiet tal-bniedem. Il-kompetenza fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-inġinerija tinvolvi fehim tal-bidliet ikkawżati mill-attività umana u r-responsabbiltajiet bħala ċittadin individwali.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

A. L-għarfien neċessarju fil-matematika jinkludi għarfien sod tan-numri, il-kejl u l-istrutturi, l-operazzjonijiet bażiċi u l-preżentazzjonijiet matematiċi bażiċi, fehim tat-termini u tal-kunċetti matematiċi, u konoxxenza tal-mistoqsijiet li għalihom il-matematika tista’ tipprovdi risposta.

Kull individwu għandu jkollu l-ħiliet li japplika l-prinċipji u l-proċessi bażiċi tal-matematika fil-kuntesti ta’ kuljum fuq ix-xogħol u d-dar (eż. ħiliet finanzjarji), u li jsegwi u jivvaluta l-argumenti. Individwu għandu jkun kapaċi li jirraġuna b’mod matematiku, jifhem evidenza matematika u jikkomunika bil-lingwa tal-matematika, u juża l-għajnuniet xierqa fosthom id-dejta statistika u l-graffs.

Attitudni pożittiva fil-matematika hija bbażata fuq ir-rispett lejn il-verità u r-rieda li persuna tfittex ir-raġunijiet u tivvaluta l-validità tagħhom.

B. Għax-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija, l-għarfien essenzjali jinkludi l-prinċipji bażiċi tad-dinja naturali, kunċetti xjentifiċi, teoriji, prinċipji u metodi fundamentali, teknoloġija u prodotti u proċessi teknoloġiċi, kif ukoll fehim tal-impatt tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija, u tal-attività tal-bniedem b’mod ġenerali fuq id-dinja naturali. B’dawn il-kompetenzi l-individwi għandhom ikunu kapaċi jifhmu aħjar l-avvanzi, il-limitazzjonijiet u r-riskji tat-teoriji, tal-applikazjonijiet u tat-teknoloġija xjentifiċi fis-soċjetà inġenerali (b’relazzjoni mat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-valuri, il-kwistjonijiet morali, il-kultura, eċċ).

Il-ħiliet jinkludu l-fehim tax-xjenza bħala proċess għall-investigazzjoni tan-natura permezz ta’ esperimenti kontrollati, l-abbiltà li persuna tuża u tiġġestixxi għodod u magni teknoloġiċi kif ukoll dejta xjentifika sabiex tilħaq għan jew tasal għal deċiżjoni jew konklużjoni bbażata fuq l-evidenza, u r-rieda li wieħed jabbanduna l-konvinzjonijiet proprji meta dawn jikkontradixxu s-sejbiet esperimentali ġodda. L-individwi għandhom ikunu kapaċi wkoll jagħrfu l-karatteristiċi essenzjali ta’ inkjesta xjentifika u jkollhom l-abbiltà li jikkomunikaw il-konklużjonijiet u r-raġunar li jkun wassal għalihom.

Il-kompetenza tinkludi attitudni ta’ apprezzament kritiku u kurżità, tħassib dwar kwistjonijiet etiċi u appoġġ kemm għas-sikurezza kif ukoll għas-sostenibbiltà ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-progress xjentifiku u teknoloġiku b’rabta mal-individwu stess, mal-familja, mas-soċjetà u ma’ kwistjonijiet globali.

4.Il-kompetenza diġitali

Il-kompetenza diġitali tinvolvi l-użu kunfidenti, kritiku u responsabbli tat-teknoloġiji diġitali u l-involviment tagħhom għat-tagħlim, fuq il-post tax-xogħol, u għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà. Din tinkludi litteriżmu, il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni tal-informazzjoni u tad-dejta, il-ħolqien ta’ kontenut diġitali (inkluż l-ipprogrammar), is-sikurezza (inklużi l-benesseri diġitali u l-kompetenzi relatati maċ-ċibersigurtà), u s-soluzzjoni tal-problemi.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

L-individwi għandhom jifhmu kif it-teknoloġiji diġitali jistgħu jappoġġaw il-komunikazzjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni, u jkunu konxji tal-opportunitajiet, il-limitazzjonijiet, l-effetti u r-riskji tagħhom. Għandhom jifhmu l-prinċipji ġenerali, il-mekkaniżmi u l-loġika li fuqhom jissejsu t-teknoloġiji diġitali li qed jevolvu u jkunu jafu l-funzjoni bażika u l-użu ta’ tagħmir, softwer, u netwerks differenti. L-individwi għandhom jieħdu approċċ kritiku lejn il-validità, l-affidabbiltà u l-impatt tal-informazzjoni u tad-dejta li jsiru disponibbli permezz ta’ mezzi diġitali u jkunu konxji tal-prinċipji legali u etiċi involuti fl-użu tat-teknoloġiji diġitali.

L-individwi għandhom ikunu kapaċi jużaw it-teknoloġiji diġitali biex jappoġġaw iċ-ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali tagħhom, il-kollaborazzjoni mal-oħrajn, u l-kreattività tagħhom lejn l-għanijiet personali, soċjali jew kummerċjali. Il-ħiliet jinkludu l-abbiltà li persuna tuża, taċċessa, tiffiltra, tevalwa, toħloq, tipprogramma u tikkondividi kontenut diġitali. L-individwi għandhom ikunu kapaċi jimmaniġġaw u jipproteġu l-informazzjoni, il-kontenut, id-dejta u l-identitajiet diġitali, kif ukoll jirrikonoxxu s-softwer, it-tagħmir, l-intelliġenza artifiċjali jew ir-robots u jinteraġixxu magħhom b’mod effettiv.

L-interazzjoni ma’ teknoloġiji u kontenut diġitali tirrikjedi attitudni riflettiva u kritika, iżda xorta waħda kurjuża, miftuħa u b’interess lejn il-futur tal-iżvilupp tagħhom. Tirrikjedi wkoll approċċ etiku, sikur u responsabbli għall-użu ta’ dawn l-għodod.

5.Il-kompetenza personali, soċjali u tat-tagħlim

Il-kompetenza personali, soċjali u tat-tagħlim hija l-abbiltà li wieħed jirrifletti fuqu nnifsu, iqassam ħinu u jiġġestixxi l-informazzjoni b’mod effettiv, jaħdem ma’ oħrajn b’mod kostruttiv, jibqa’ reżiljenti u jmexxi t-tagħlim u l-karriera tiegħu stess. Dan jinkludi l-abbiltà li wieħed iħabbat wiċċu mal-inċertezzi u mal-kumplessità, jitgħallem jitgħallem, iżomm is-saħħa fiżika u emozzjonali tiegħu, jempatizza u jiġġestixxi s-sitwazzjonijiet ta’ kunflitt.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

Sabiex ikun hemm relazzjonijiet interpersonali u parteċipazzjoni soċjali tajba, huwa essenzjali li wieħed jifhem il-kodiċi tal-kondotta u r-regoli tal-komunikazzjoni ġeneralment aċċettati f’soċjetajiet u ambjenti differenti. Il-kompetenza personali, soċjali u tat-tagħlim teħtieġ ukoll l-għarfien tal-komponenti ta’ moħħ, ġisem u stil ta’ ħajja li jkunu tajbin għas-saħħa. Tinvolvi li wieħed ikun jaf l-istrateġiji proprji tat-tagħlim ippreferuti, x’inhuma l-ħtiġijiet proprji tal-żvilupp tal-kompetenzi u d-diversi modi kif jiżviluppa l-kompetenzi u t-tfittxija għall-opportunitajiet ta’ edukazzjoni, taħriġ u ta’ karriera u t-tfittxija ta’ gwida jew appoġġ disponibbli.

Il-ħiliet jinkludu l-abbiltà li wieħed jidentifika l-kapaċitajiet proprji, jikkonċentra, jittratta l-kumplessità, jirrifletti b’mod kritiku u jieħu d-deċiżjonijiet. Dan jinkludi l-abbiltà li wieħed jitgħallem u jaħdem kemm b’mod kollaborattiv u kemm b’mod awtonomu u li jorganizza u jippersevera fit-tagħlim proprju, jevalwa u jikkondividih, ifittex appoġġ meta jkun xieraq u jimmaniġa l-karriera u l-interazzjonijiet soċjali tiegħu stess b’mod effettiv. L-individwi għandhom ikunu reżiljenti u kapaċi jaffaċċjaw inċertezza u stress. Għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw b’mod kostruttiv f’ambjenti differenti, jikkollaboraw f’timijiet u jinnegozjaw. Fosthom juru tolleranza, jesprimu opinjonijiet differenti u jifhmuhom, kif ukoll l-abbiltà li jispiraw fiduċja u jempatizzaw.

Il-kompetenza hija bbażata fuq attitudni pożittiva lejn il-benessri personali, soċjali u fiżiku proprju u t-tagħlim tul il-ħajja. Tissejjes fuq attitudni ta’ kollaborazzjoni, assertività u integrità. Fosthom ir-rispett lejn l-oħrajn u r-rieda li jingħelbu l-preġudizzji kif ukoll li jintlaħqu kompromessi. L-individwi għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw u jistabbilixxu għanijiet, jimmotivaw lilhom infushom, u jiżviluppaw ir-reżiljenza u l-fiduċja biex isegwu t-tagħlim matul ħajjithom u jirnexxu. Jekk wieħed ikollu attitudni favur it-tiftix tas-soluzzjonijiet, din tgħinu kemm fil-proċess tat-tagħlim u kemm fl-abbiltà li jiffaċċja l-ostakoli u l-bidla. Tinkludi x-xewqa li t-tagħlim preċedenti, l-esperjenzi tal-ħajja u l-kurżità li l-individwu jfittex l-opportunitajiet, jiġu applikati biex wieħed jitgħallem u jiżviluppa f’diversi kuntesti tal-ħajja.

6.Il-kompetenza ċivika

Il-kompetenza ċivika hija l-abbiltà li wieħed jaġixxi bħala ċittadin responsabbli u jipparteċipa b’mod sħiħ fil-ħajja soċjali u ċivika, abbażi tal-fehim tal-kunċetti u tal-istrutturi soċjali, ekonomiċi u politiċi, kif ukoll tal-iżviluppi globali u tas-sostenibbiltà.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

Il-kompetenza ċivika hija bbażata fuq l-għarfien tal-kunċetti bażiċi relatati ma’ individwi, gruppi, organizzazzjonijiet tax-xogħol, mas-soċjetà, mal-ekonomija u mal-kultura. Tinvolvi l-fehim tal-valuri komuni Ewropej, kif espressi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Tinkludi l-għarfien ta’ avvenimenti kontemporanji, kif ukoll fehim kritiku tal-iżviluppi ewlenin fl-istorja nazzjonali, Ewropea u dinjija. Barra minn hekk, tinkludi konoxxenza tal-miri, tal-valuri u tal-linji politiċi ta’ movimenti soċjali u politiċi, kif ukoll tas-sistemi sostenibbli, b’mod partikolari tat-tibdil fil-klima u t-tibdil demografiku fil-livell globali u l-kawżi sottostanti tagħhom. L-għarfien tal-integrazzjoni Ewropea kif ukoll kuxjenza tad-diversità u tal-identitajiet kulturali fl-Ewropa u fid-dinja huwa essenzjali. Dan jinkludi l-fehim tad-dimensjonijiet multikulturali u soċjoekonomiċi tas-soċjetajiet Ewropej u kif l-identità kulturali nazzjonali tikkontribwixxi għall-identità Ewropea.

Il-ħiliet għall-kompetenza ċivika jirrelataw mal-abbiltà li individwu jinteraġixxi b’mod effettiv mal-oħrajn f’interess komuni jew pubbliku, inkluż l-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetà. Dan jinvolvi ħiliet ta’ ħsieb kritiku u parteċipazzjoni kostruttiva fl-attivitajiet tal-komunità, kif ukoll fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha, minn lokali u nazzjonali sal-livell Ewropew u dak internazzjonali. Dan jinvolvi wkoll l-abbiltà li jaċċessaw kemm forom tradizzjonali u kemm forom ġodda ta’ midja, ikollhom fehim kritiku tagħhom, u jinteraġixxu magħhom.

Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem li fuqu tissejjes id-demokrazija jistabbilixxi s-sisien għal attitudni responsabbli u kostruttiva. Il-parteċipazzjoni kostruttiva tinvolvi r-rieda li wieħed jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod demokratiku f’kull livell u attività ċivika. Tinkludi appoġġ għad-diversità soċjali u kulturali, għall-ugwaljanza bejn is-sessi u għall-koeżjoni soċjali, u r-rieda li wieħed jirrispetta l-privatezza tal-oħrajn, u li jkun responsabbli għall-ambjent. Jenħtieġ l-interess fl-iżviluppi politiċi u soċjoekonomiċi u fil-komunikazzjoni interkulturali biex wieħed jitħejja kemm biex jegħleb il-preġudizzji kif ukoll biex jasal għal kompromess fejn meħtieġ u biex jiġu żgurati l-ġustizzja u l-imparzjalità soċjali.

7.Il-kompetenza intraprenditorjali

Il-kompetenza intraprenditorjali tirreferi għall-kapaċità li wieħed jieħu azzjoni dwar l-opportunitajiet u l-ideat u jittrasformahom f’valuri għall-oħrajn. Tissejjes fuq il-kreattività, il-ħsieb kritiku u s-soluzzjoni tal-problemi, l-inizjattiva u l-perseveranza u l-abbiltà li wieħed jaħdem f’kollaborazzjoni biex jippjana u jimmaniġġa proġetti li huma ta’ valur kulturali, soċjali jew kummerċjali.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

Il-kompetenza intraprenditorjali teħtieġ li wieħed ikun jaf li hemm kuntesti u opportunitajiet differenti biex isarraf l-ideat f’azzjoni f’attivitajiet personali, soċjali u professjonali, u li jifhem kif dawn jitfaċċaw. L-individwi għandhom ikunu jafu u jifhmu l-approċċi għall-ippjanar u għall-ġestjoni ta’ proġetti, li jinkludu kemm proċessi u kemm riżorsi. Għandu jkollhom fehim tal-ekonomija u tal-opportunitajiet soċjali u ekonomiċi u l-isfidi li jiffaċċjaw l-impjegaturi, l-organizzazzjonijiet jew is-soċjetà. Għandhom ikunu konxji wkoll tal-prinċipji etiċi, u jkollhom għarfien tal-punti sodi u tad-dgħufijiet tagħhom stess.

Il-ħiliet intraprenditorjali huma msejsa fuq il-kreattività li tinkludi l-immaġinazzjoni, il-ħsieb strateġiku, is-soluzzjoni tal-problemi, u r-riflessjoni kritika u kostruttiva fil-proċessi kreattivi u fl-innovazzjoni. Dawn jinkludu l-abbiltà li wieħed jaħdem kemm bħala individwu kif ukoll f’kollaborazzjoni f’timijiet, li jimmobilizza r-riżorsi (nies u affarijiet) u li jsostni l-attività. Fosthom l-abbiltà li jieħu deċiżjonijiet finanzjarji marbuta mal-ispiża u mal-valur. L-abbiltà li wieħed jikkomunika u jinnegozja b’mod effettiv mal-oħrajn, u li jaffronta l-inċertezza, l-ambigwità u r-riskju fit-teħid ta’ deċiżjonijiet informati hija essenzjali.

Attitudni intraprenditorjali hija karatterizzata minn sens ta’ inizjattiva u aġenzija, proattività, kuraġġ u perseveranza, u l-abbiltà li wieħed iħares ’il quddiem fit-twettiq tal-objettivi. Tinkludi xewqa li wieħed jimmotiva lill-oħrajn u jagħti valur lill-ideat tagħhom, jempatizza u jinteressah mill-persuni u mid-dinja, u jassumi r-responsabbiltà b’approċċi etiċi matul il-proċess kollu.

8.Il-kompetenza fil-ħolqien ta’ kuxjenza u l-espressjoni kulturali

Il-kompetenza fil-ħolqien ta’ kuxjenza u l-espressjoni kulturali tinvolvi l-fehim u r-rispett lejn kif l-ideat u t-tifsiriet jiġu espressi u kkomunikati b’mod kreattiv f’kulturi differenti u permezz ta’ firxa ta’ arti u ta’ forom kulturali oħra. Tinvolvi l-impenn ta’ dak li jkun fil-fehim, fl-iżvilupp u fl-espressjoni tal-ideat tiegħu stess u s-sens tal-post u tar-rwol fis-soċjetà f’modi u kuntesti differenti.

Tagħrif, ħiliet u attitudnijiet essenzjali relatati ma’ din il-kompetenza

Din il-kompetenza teħtieġ l-għarfien ta’ kulturi u espressjonijiet lokali, nazzjonali, Ewropej u globali fosthom il-lingwi, il-wirt u t-tradizzjonijiet, u l-prodotti kulturali tagħhom, u l-fehim ta’ kif dawn l-espressjonijiet jistgħu jinfluwenzaw lil xulxin kif ukoll lill-ideat tal-individwu. Tinkludi li wieħed jifhem il-modi differenti li bihom l-ideat jiġu kkomunikati bejn l-awtur, il-parteċipant u l-udjenza f’testi miktuba, stampati u diġitali, it-teatru, il-films, iż-żfin, il-logħob, il-mużika, l-arti u d-disinn, ir-ritwali, u l-arkitettura, kif ukoll forom ibridi. Teħtieġ li wieħed jifhem l-identità li qed jiżviluppa hu stess f’dinja ta’ diversità kulturali u kif l-arti u forom kulturali oħra jistgħu jkunu mezz kemm biex iħares lejn id-dinja u kemm biex isawwarha.

Il-ħiliet jinkludu l-abbiltà li persuna tkun tista’ tesprimi u tinterpreta ideat figurattivi u astratti, esperjenzi u emozzjonijiet b’empatija, u l-abbiltà li tagħmel hekk f’firxa ta’ forom tal-arti u ta’ forom kulturali oħra. Il-ħiliet jinkludu wkoll l-abbiltà li wieħed jidentifika u jwettaq opportunitajiet personali, soċjali jew ta’ valur kummerċjali permezz tal-arti u ta’ forom kulturali oħra u l-abbiltà li jinvolvi ruħu fi proċessi kreattivi, kemm bħala individwu kif ukoll b’mod kollettiv.

Huwa importanti li persuna jkollha attitudni miftuħa lejn id-diversità tal-espressjoni kulturali u rispett lejha, flimkien ma’ approċċ etiku u responsabbli lejn il-proprjetà intellettwali u kulturali. Attitudni pożittiva tinkludi wkoll li wieħed ikollu kurżità dwar id-dinja, li jkun lest jimmaġina possibbiltajiet ġodda, u lest jipparteċipa f’esperjenzi kulturali.

9.Appoġġ għall-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin

Il-kompetenzi ewlenin huma taħlita dinamika tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-attitudnijiet li student jeħtieġ li jiżviluppa tul il-ħajja, li jibdew minn età żgħira ’l quddiem. Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja li jkunu ta’ kwalità għolja u inklużivi jipprovdu opportunitajiet biex kulħadd jiżviluppa l-kompetenzi ewlenin, għalhekk l-approċċi orjentati lejn il-kompetenzi jistgħu jintużaw f’kull kuntest ta’ edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja.

Ġew identifikati tliet sfidi b’appoġġ għal approċċ orjentat lejn il-kompetenzi fil-kuntest tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim tul il-ħajja: l-użu ta’ varjetà ta’ approċċi tat-tagħlim u kuntesti; appoġġ għall-għalliema u għal persunal edukattiv ieħor; u l-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-iżvilupp tal-kompetenzi. Biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, jistgħu jiġu rikonoxxuti ċerti prattiki tajbin.

a.Varjetà ta’ approċċi tat-tagħlim u kuntesti

(a)It-tagħlim interdixxiplinari, is-sħubijiet bejn livelli edukattivi differenti, l-atturi fit-taħriġ u fit-tagħlim, inkluż mis-suq tax-xogħol, kif ukoll kunċetti bħall-approċċi għall-iskola kollha bl-enfasi tiegħu fuq it-tagħlim kollaborattivi u l-parteċipazzjoni attiva u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istudenti jista’ jsaħħaħ it-tagħlim. Il-kooperazzjoni transettorjali bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u l-atturi esterni min-negozju, l-arti, l-isport u l-komunità taż-żgħażagħ, l-istituti tal-edukazzjoni għolja jew tar-riċerka tista’ tkun kruċjali għall-iżvilupp tal-kompetenza effettiva.

(b)L-akkwist tal-ħiliet bażiċi kif ukoll l-iżvilupp ta’ kompetenzi usa’ jistgħu jitrawmu jekk it-tagħlim akkademiku jiġi komplementat sistematikament b’tagħlim soċjali u emozzjonali, bl-arti u bl-isport. It-tisħiħ tal-kompetenzi personali, soċjali u tat-tagħlim minn età żgħira jista’ jipprovdi s-sisien għall-iżvilupp tal-ħiliet bażiċi.

(c)Metodoloġiji tat-tagħlim, bħal dak imsejjes fuq l-inkwiżittività, fuq il-proġetti, it-tagħlim imħallat, it-tagħlim ibbażat fuq l-arti u fuq il-logħob, jistgħu jkattru l-motivazzjoni u l-impenn. Bl-istess mod, it-tagħlim sperimentali, it-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u metodi xjentifiċi fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika (STEM) jistgħu jrawmu l-iżvilupp ta’ firxa ta’ kompetenzi.

(d)L-istudenti, il-persunal edukattiv u dawk li jipprovdu t-tagħlim jistgħu jiġu mħeġġa biex jużaw it-teknoloġiji diġitali biex itejbu t-tagħlim u biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali. Ngħidu aħna, billi jipparteċipaw f’inizjattivi tal-Unjoni bħal “Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar” 1 . L-użu ta’ għodod ta’ awtovalutazzjoni, bħall-għodda SELFIE 2 , jista’ jtejjeb il-kapaċità diġitali ta’ dawk li jipprovdu l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim;

(e)Opportunitajiet speċifiċi għall-esperjenzi intraprenditorjali, bħall-kumpaniji żgħar, l-apprendistati fil-kumpaniji jew imprendituri li jżuru istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jistgħu jkunu ta’ benefiċċju partikolari għaż-żgħażagħ, iżda anki għall-adulti u għall-għalliema. Iż-żgħażagħ jistgħu jingħataw l-opportunità li jkollhom tal-inqas esperjenza intraprenditorjali waħda fl-edukazzjoni primarja jew sekondarja tagħhom. Sħubijiet u pjattaformi bejn l-iskejjel u n-negozji fil-livell lokali, b’mod partikolari f’żoni rurali, jistgħu jkunu atturi ewlenin fit-tixrid tal-edukazzjoni intraprenditorjali. Taħriġ u appoġġ xieraq għall-għalliema u għall-kapijiet tal-iskejjel jaf ikun kruċjali biex jinħolqu progress u tmexxija sostnuti.

(f)Il-kompetenza fil-lingwi tista’ tiġi żviluppata b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ kuntesti tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim barra mill-pajjiż, bil-mobbiltà tal-persunal edukattiv u tal-istudenti, jew bl-użu tal-eTwinning, tal-EPALE u/jew portali online simili.

(g)Iż-żgħażagħ u l-adulti li huma żvantaġġati minħabba l-isfond soċjoekonomiku jew minħabba l-isfond tagħhom ta’ migranti, jew li għandhom bżonnijiet edukattivi speċjali jistgħu jingħataw appoġġ xieraq f’sitwazzjonijiet inklużivi biex jilħqu l-potenzjal edukattiv tagħhom. Dan l-appoġġ jista’ jikkonsisti f’appoġġ lingwistiku, akkademiku jew emozzjonali, tagħlim bejn il-pari, attivitajiet ekstrakurrikulari, gwida dwar il-karriera jew appoġġ materjali.

(h)Il-kollaborazzjoni bejn il-kuntesti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim fil-livelli kollha tista’ tkun kruċjali biex titjieb il-kontinwità tal-iżvilupp tal-kompetenzi tal-istudenti u għall-iżvilupp ta’ approċċi ta’ tagħlim innovattivi.

(i)Il-kooperazzjoni bejn is-sħab tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u s-sħab li mhumiex fil-qasam edukattiv fil-komunitajiet lokali, u mal-impjegaturi, flimkien ma’ tagħlim formali u mhux formali tappoġġa l-iżvilupp tal-kompetenzi u tista’ tħaffef it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol.

b.Appoġġ għal persunal edukattiv

(a)L-integrazzjoni tal-approċċi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim orjentati lejn il-kompetenzi fl-edukazzjoni tal-bidu u fl-iżvilupp professjonali kontinwu tista’ tgħin lill-persunal edukattiv fit-tibdil tat-tagħlim fl-ambjenti tagħhom u biex ikunu kompetenti fl-implimentazzjoni tal-approċċ.

(b)Il-persunal edukattiv jista’ jingħata appoġġ biex jiżviluppa approċċi orjentati lejn il-kompetenzi fil-kuntesti speċifiċi tagħhom permezz ta’ skambji tal-persunal u tagħlim bejn il-pari li jippermettu flessibilità u awtonomija fl-organizzazzjoni tat-tagħlim, permezz ta’ netwerks, kollaborazzjoni u komunitajiet ta’ prattika;

(c)Il-persunal edukattiv jista’ jingħata għajnuna fil-ħolqien ta’ prattiki innovattivi, fil-parteċipazzjoni fir-riċerka u fl-użu xieraq ta’ teknoloġiji ġodda għal approċċi orjentati lejn il-kompetenzi fit-tagħlim.

(d)Il-persunal edukattiv jista’ jingħata gwida, aċċess għal ċentri ta’ esperti, filwaqt li l-għodod u l-materjali xierqa jistgħu jtejbu l-metodi u l-prattika tat-tagħlim.

c.Valutazzjoni u validazzjoni tal-iżvilupp tal-kompetenzi

(a)Id-dekrizzjonijiet tal-kompetenzi ewlenin jistgħu jissarrfu f’oqfsa ta’ eżiti tat-tagħlim li jistgħu jiġu megħjuna b’għodod xierqa għall-valutazzjoni dijanjostika, formattiva, u sommattiva u għall-validazzjoni f’livelli xierqa 3 .

(b)B’mod partikolari, it-teknoloġiji diġitali jistgħu jikkontribwixxu biex jaħfnu d-diversi dimensjonijiet tal-avvanzi tal-istudenti, inkluż it-tagħlim intraprenditorjali.

(c)Jistgħu jiġu żviluppati approċċi differenti għall-valutazzjoni tal-kompetenzi ewlenin f’xenarji ta’ tagħlim mhux formali u informali, fosthom attivitajiet relatati tal-impjegaturi, il-professjonisti tal-orjentament u s-sħab soċjali. Dawn għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd, u speċjalment għal individwi b’livell baxx ta’ ħiliet biex jappoġġawhom fil-progressjoni lejn tagħlim ulterjuri.

(d)Il-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim miksubin permezz ta’ tagħlim mhux formali u informali tista’ tespandi u tissoda aktar, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, fosthom proċessi ta’ validazzjoni differenti u l-użu ta’ għodod bħall-Europass u l-Youthpass.

(1)    Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar, http://codeweek.eu/
(2)    L-għodda ta’ awtovalutazzjoni dwar il-kapaċità diġitali (SELFIE), https://ec.europa.eu/jrc/en/digcomporg/selfie-tool , jew    HEInnovate, https://heinnovate.eu/
(3)    Ngħidu aħna l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi, il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali, il-Qafas għall-Kompetenza Intraprenditorjali kif ukoll id-deskrizzjonijiet tal-kompetenza PISA jipprovdu materjal ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tal-kompetenzi.
Top