Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0249

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00007/2018 – C8-0216/2018 – 2017/0900(NLE)) (Approvazzjoni)

ĠU C 28, 27.1.2020, p. 154–154 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/154


P8_TA(2018)0249

Il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00007/2018 – C8-0216/2018 – 2017/0900(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 28/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (00007/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C8-0216/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0207/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0029.


Top