EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AE2072

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027” [COM(2018) 321 final] “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027” [COM(2018) 322 final/2 — 2018/0166 (APP)] “Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea” [COM(2018) 325 final — 2018/0135 (CNS)] “Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għad-disponibbiltà tar-Riżorsi Proprji bbażati fuq Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva, fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti” [COM(2018) 326 final — 2018/0131 (NLE)] “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea” [COM(2018) 327 final — 2018/0132 (APP)] u “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (tal-KEE, u l-Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud” [COM(2018) 328 final — 2018/0133 (NLE)]

EESC 2018/02072

OJ C 440, 6.12.2018, p. 106–115 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/106


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027”

[COM(2018) 321 final]

“Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027”

[COM(2018) 322 final/2 — 2018/0166 (APP)]

“Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea”

[COM(2018) 325 final — 2018/0135 (CNS)]

“Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għad-disponibbiltà tar-Riżorsi Proprji bbażati fuq Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva, fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti”

[COM(2018) 326 final — 2018/0131 (NLE)]

“Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea”

[COM(2018) 327 final — 2018/0132 (APP)]

u “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (tal-KEE, u l-Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud”

[COM(2018) 328 final — 2018/0133 (NLE)]

(2018/C 440/18)

Relatur:

Javier DOZ ORRIT

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 18.6.2018

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 25.7.2018 u 5.9.2018

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

7.9.2018

Adottata fil-plenarja

19.9.2018

Sessjoni plenarja Nru

537

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

140/3/7

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jirrikonoxxi l-valur miżjud Ewropew għoli tal-programmi li l-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027 tikkonċentra fuqhom iż-żidiet prinċipali fin-nefqa. Madankollu, il-Kumitat jistaqsi dwar il-fatt jekk dawn iż-żidiet isirux askapitu ta’ tnaqqis qawwi fil-politika ta’ koeżjoni (-10 %) u l-Politika Agrikola Komuni – PAK (-15 %), minħabba l-isforz biex jitnaqqas il-baġit tal-UE, li jonqos minn 1,6 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-UE27 fil-baġits attwali, għal 1,11 % biss fil-QFP ta’ wara l-2020.

1.2.

L-UE qed tiffaċċja sfidi kbar, inkluż li tegħleb il-konsegwenzi soċjali u politiċi negattivi tal-kriżi, u r-riskji esterni li jirriżultaw mill-instabbiltà ġeopolitika u n-nazzjonaliżmu ekonomiku. Għandha timmira li tuża l-potenzjal ekonomiku u politiku konsiderevoli tagħha biex tippromovi politiki soċjali, ekonomiċi u dwar l-impjieg li huma avvanzati u orjentati lejn it-tkabbir li jiżguraw id-distribuzzjoni ġusta tal-kisbiet tat-tkabbir, għall-ħtieġa urġenti biex tiġġieled it-tibdil fil-klima u biex tiffinanzja t-tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli (fil-kuntest tal-Artikolu 3 tat-TUE), u li tisfruttra l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, id-diġitalizzazzjoni u l-Industrija 4.0. Dan kollu jitlob sforz baġitarju akbar. F’konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew (1), il-KESE jipproponi li ċ-ċifra tan-nefqa u tad-dħul tilħaq il-1,3 % tal-ING. Il-livell propost ta’ impenji tal-ING tal-UE ta’ 1,11 % huwa żgħir wisq biex l-aġenda politika tal-UE tiġi implimentata b’mod kredibbli.

1.3.

F’konformità mal-Opinjoni tal-KESE dwar id-dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE (2), il-KESE jtenni li l-Ewropej għandhom bżonn aktar Ewropa (u Ewropa aħjar) biex tingħeleb il-kriżi politika fl-UE. Is-setgħat u r-riżorsi finanzjarji attwalment allokati lill-UE qed jiġu dejjem aktar allinjati ħażin mat-tħassib u l-aspettattivi tal-Ewropej.

1.4.

Il-KESE jirrikonoxxi t-titjib li tintroduċi l-proposta tal-Kummissjoni fl-istruttura, fil-flessibbiltà u fil-kapaċità li tippromovi sinerġiji, kif ukoll iż-żieda fil-perċentwal tad-dħul mir-riżorsi proprji tal-UE. Madankollu, dan tal-aħħar mhuwiex biżżejjed. Id-dħul, fil-proposta tal-QFP tal-Kummissjoni wara l-2020, jinkludi biss parti mill-proposti tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji (HLGOR) u l-Parlament Ewropew (PE) li jippromovu firxa usa’ ta’ sorsi ulterjuri ta’ riżorsi proprji.

1.5.

Filwaqt li jifhem ir-raġunijiet għall-proposta tal-Kummissjoni, il-KESE, madankollu, jesprimi n-nuqqas ta’ qbil tiegħu bit-tnaqqis, bi prezzijiet kostanti, ta’ 12 % tal-ammont tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u 46 % tal-Fond ta’ Koeżjoni (FK) fil-proposta għall-QFP 2021-2027 fir-rigward tal-baġits attwali.

1.6.

Il-KESE ma jaqbilx mat-tnaqqis f’termini reali ta’ 6 % fl-impenn propost għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE+), speċjalment minħabba l-proklama riċenti interistituzzjonali tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) u l-objettiv tal-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità f’Novembru 2017. F’konformità mal-Opinjoni riċenti tiegħu dwar il-Finanzjament tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (3), il-KESE kien jistenna li l-prinċipji tal-EPSR u l-ħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-impjiegi, kellhom ikunu waħda mil-linji gwida fl-allokazzjoni proposta tal-impenji ppjanati fil-QFP li jmiss. Għandu jiġi stabbilit programm speċifiku biex jassisti lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Dikjarazzjoni ta’ Gothenburg dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sabiex jingħataw appoġġ fl-isforzi tagħhom biex iwettqu riformi bil-għan li jistimulaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli.

1.7.

Il-KESE jqis li l-finanzjament tal-politiki ta’ koeżjoni (is-somma tal-FEŻR, tal-FK u tal-FSE) għandu jinżamm fil-QFP 2021-2027, tal-anqas bl-istess riżorsi, bi prezzijiet kostanti, bħal fil-qafas finanzjarju attwali.

1.8.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni għamlet riferiment għal investimenti strateġiċi ewlenin li huma kruċjali għall-prosperità futura tal-Ewropa u t-tmexxija tagħha fir-rigward tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) globali. Minkejja dan, il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-SDGs, u b’mod aktar speċifiku l-Aġenda 2030, kellhom jiġu msemmija b’mod aktar prominenti, minħabba li l-Aġenda 2030 hija definittivament strateġija globali għall-UE għas-snin li ġejjin.

1.9.

Il-Kumitat jirrikonoxxi ż-żidiet sostanzjali fl-impenji għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (+ 46 %). Madankollu, il-Kumitat, wara li approva l-programm tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli sal-2030 u appoġġja l-objettivi tal-UE biex tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju sal-2050, jinnota wkoll in-nuqqas ta’ ambizzjoni fis-sehem tal-baġit iddedikat għat-tranżizzjoni lejn l-iżvilupp sostenibbli u kontra t-tibdil fil-klima.

1.10.

Il-KESE jqis li għalkemm l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ stabilizzazzjoni tal-investiment għall-membri taż-żona tal-euro milquta minn skossi speċifiċi għall-pajjiż fi ħdan il-baġit tal-UE huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, l-impenji ppjanati kemm f’termini ta’ garanziji għal self kif ukoll f’termini ta’ sussidji għall-pagamenti tal-imgħax għas-self imsemmi huma baxxi wisq biex jagħmlu differenza waqt kriżi. Dan il-programm uniku u limitat tal-baġit possibbli għaż-żona tal-euro mhuwiex parti minn xi strateġija ta’ riforma tal-UEM li jsemmi l-QFP għal wara l-2020.

1.11.

Il-KESE jistaqsi dwar it-tnaqqis propost (-15 % f’termini reali li jqabbel l-UE27 inkluż il-FEŻ bejn l-2014-2020 u l-2021-2027) f’impenji ppjanati għall-Politika Agrikola Komuni (PAK). Dan it-tnaqqis se jagħmilha impossibbli biex jiġi implimentat mudell ta’ żvilupp rurali sostenibbli, objettiv globali tar-riforma l-ġdida tal-PAK, u objettivi oħra inklużi fil-komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-agrikoltura.

1.12.

Il-KESE jfaħħar lill-Kummissjoni Ewropea għall-proposta ta’ basket ta’ riżorsi proprji ġodda. Madankollu, huwa jaħseb ukoll li l-proposti attwali x’aktarx li ma jirriżultawx f’riżorsi proprji awtonomi, trasparenti u ġusti għoljin biżżejjed. Madankollu, il-KESE huwa favur implimentazzjoni rapida ta’ riforma koerenti tas-sistema, b’mod li jiżdied is-sehem tad-dħul mir-riżorsi proprji u jiġi żgurat li l-metodi ta’ żieda tad-dħul jikkomplementaw u jsaħħu l-objettivi tal-politika tal-UE. Din ir-riforma għandha tkun infurmata mir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji u l-Parlament Ewropew. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej fir-rigward tal-kumplessità sabiex dawn ir-riżorsi proprji kollha jsiru operazzjonali fil-perjodu 2021-2027.

1.13.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjoni l-eliminazzjoni proposta ta’ tnaqqis (jew ċekkijiet) lill-pajjiżi li kienu qed jagħmlu kontribuzzjonijiet kbar għall-finanzjament tal-baġit tal-UE.

1.14.

Il-KESE jappoġġja l-proposta li l-Istati Membri jirċievu fondi tal-UE bil-kundizzjoni li jirrispettaw il-prinċipju tal-Istat tad-Dritt, pilastru fundamentali tal-valuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u jaħseb li din il-kundizzjonalità tista’ tiġi estiża għall-prinċipji l-oħrajn b’rabta mal-Istat tad-Dritt li jinsabu fit-Trattati tal-UE. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-PE biex jistudjaw din il-possibbiltà.

1.15.

Il-Kumitat jilqa’ l-appoġġ għall-investiment ipprovdut permezz tal-garanzija ta’ InvestEU u l-involviment previst ta’ sħab oħra, bħall-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali jew l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (pereżempju l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp BERŻ) iżda jiddispjaċih li l-livell ta’ riżorsi huwa biżżejjed biss biex jiżgura kontinwazzjoni ta’ livelli preċedenti tas-self tal-BEI (4), u ma jqisx id-defiċit tal-investiment kbir tal-UE. Il-Kumitat jappella wkoll għall-implimentazzjoni tal-bidliet fl-operat tal-InvestEU biex jiġi żgurat li relattivament aktar fondi jgħaddu għand il-pajjiżi bl-aktar introjtu baxx. Il-programmi tal-UE għandhom jinkludu l-promozzjoni ta’ konverġenza, aktar milli diverġenza, bħala għan ċar.

1.16.

Il-Kumitat jesprimi t-tħassib tiegħu li interpretazzjoni riġida tat-termini tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u kundizzjonijiet makroekonomiċi oħrajn, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ kofinanzjament għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, tagħmilha diffiċli għall-Istati Membri tal-UE l-aktar fil-bżonn li jkollhom aċċess għal dan il-finanzjament kif meħtieġ.

1.17.

Il-Kumitat bi pjaċir jilqa’ iż-żidiet kbar proposti fil-programmi għar-riċerka u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ strateġija definita sew biex tgħaqqad l-innovazzjoni ma’ politika industrijali Ewropea sostenibbli bbażata fuq impjiegi ta’ kwalità billi, fost affarijiet oħrajn, tiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn ir-riċerka akkademika, is-settur industrijali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

1.18.

Il-KESE jilqa’ l-bidliet proposti b’rabta maż-żidiet sinifikanti f’termini reali għall-programmi taħt il-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni u l-Viċinat u l-istrumenti Dinjin. L-adozzjoni ta’ politika komuni dwar l-asil, ibbażata fuq il-konformità mal-liġi internazzjonali u s-solidarjetà lejn ir-refuġjati u bejn l-Istati, hija imperattiva u l-istabbiliment ta’ politika ta’ migrazzjoni tal-UE hija urġenti wkoll. Il-KESE jinsisti li dawn il-kwistjonijiet għandhom jingħataw attenzjoni preferenzjali fl-implimentazzjoni tal-QFP.

1.19.

Il-Kumitat itenni li s-Semestru Ewropew għandu jkun fiċ-ċentru tal-implimentazzjoni tal-baġits tal-UE, bl-użu kemm jista’ jkun possibbli tal-flessibbiltà tal-QFP il-ġdid. Il-parteċipazzjoni msaħħa tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili fis-Semestru Ewropew se tkun meħtieġa għal implimentazzjoni aktar effettiva u demokratika tal-linji gwida tas-Semestru u għall-konnessjoni tal-isferi nazzjonali u Ewropej.

1.20.

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jintensifikaw ix-xogħol tagħhom fir-rigward tal-QFP wara l-2020, sabiex ikun jista’ jiġi approvat, skont l-iskeda ta’ żmien ippjanata, qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss.

2.   Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027

2.1.

Din l-Opinjoni tal-KESE tikkonċerna l-pakkett ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fit-2 ta’ Mejju 2018. Dan kien jinkludi komunikazzjoni dwar il-QFP (5), erba’ proposti għal erba’ Regolamenti tal-Kunsill (6) u proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji (7).

2.2.

Il-livell limitu propost għall-approprjazzjonijiet ta’ impenji ġie ffissat għal EUR 1 135 biljun għall-2021-2027 (fi prezzijiet tal-2018 u inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ)) jew 1,11 % tal-ING, li tela’ minn EUR 1,082 biljun (bl-esklużjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit) jew 1,16 % tal-ING (bl-esklużjoni tar-Renju Unit) għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020. Il-livell limitu tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament proposti għall-istess perjodu ġie ffissat għal EUR 1,105 biljun (fi prezzijiet tal-2018 u inkluż il-FEŻ) jew 1,08 % tal-ING, li tela’ minn EUR 1,045 biljun jew 0,98 % tal-ING.

2.3.

Fost il-bidliet proposti, għandu jkun hemm żidiet sinifikanti f’termini reali meta mqabbla mal-QFP għall-2014-2020 (UE27 + FEŻ) għal programmi taħt l-intestaturi s-Suq Uniku, l-Innovazzjoni u Diġitali (+ 43 % għal EUR 166,3 biljun u 14,7 % tal-baġit totali, li minnhom EUR 13,1 biljun huma ddedikati għall-programm InvestEU), il-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri (+ 210 %, għal EUR 30,8 biljun u 2,72 % tal-baġit totali) u l-Viċinat u l-Bqija tad-Dinja (+ 14 % għal EUR 108,9 biljuni u 9,6 % tal-baġit totali). Madankollu, tnaqqis reali se jkun sinifikanti għall-Koeżjoni u l-Valuri (-12 % għal EUR 242,2 biljun għar-raggruppament ta’ politiki tal-Iżvilupp Reġjonali u l-Koeżjoni u - 10 % għal EUR 330,6 biljun għall-Politika ta’ Koeżjoni) u r-Riżorsi Naturali u l-Ambjent (-16 % għal EUR 336,6 biljun u 29,7 % tal-baġit totali), l-aktar importanti għall-politika ta’ koeżjoni (-10 %) u l-PAK (-15 %).

2.4.

Fuq in-naħa tad-dħul, il-pakkett jinkludi proposti għal elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati fis-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, filwaqt li l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tissuġġerixxi li jiżdied il-livell limitu għal sejħiet annwali għal riżorsi proprji għal pagamenti għal 1,29 % tal-ING u 1,35 % tal-ING f’impenji, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament ogħla mill-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-iffinanzjar ta’ prijoritajiet ġodda, filwaqt li jiġi żgurat marġni ta’ sigurtà suffiċjenti biex jintlaħqu l-obbligi finanzjarji.

2.5.

Minbarra ż-żieda proposta, il-Kummissjoni kienet favur bidliet fl-istruttura tal-finanzjament tal-UE. Is-sehem mir-riżorsi proprji tradizzjonali għandu jonqos ftit minn 15,8 % għal 15 %, u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali minn 83 % għal 72 %, bis-saħħa ta’ tnaqqis ippjanat ta’ kontribuzzjonijiet nazzjonali gross ibbażati fuq l-introjtu minn 71 % għal 58 %. Riforma fit-tfassil ta’ riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa tal-valur miżjud għandha tirriżulta f’żieda tas-sehem tagħha minn 11,9 % għal 14 %. Għandhom jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda, inklużi kontribuzzjonijiet mis-Sistema għall-Iskambju ta’ kwoti tal-Emissjonijiet, mill-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva ġdida proposta – ladarba din tkun tista’ tiġi introdotta gradwalment –, u kontribuzzjoni nazzjonali marbuta mal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat. Dawn ir-riżorsi ġodda jistgħu jikkontribwixxu għal 12 % tal-baġit totali tal-UE.

2.6.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li, sabiex jirċievu fondi minn politiki ta’ koeżjoni, l-Istati Membri jridu jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet makroekonomiċi, iwettqu riformi strutturali u jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. L-ikkompletar ta’ dan tal-aħħar matul is-snin preċedenti hija kundizzjoni biex tingħata għajnuna mill-Funzjoni ġdida ta’ Stabbiltà ta’ Investiment. Barra minn hekk, sabiex jittaffa t-tnaqqis sinifikanti rrakkomandat fir-riżorsi għall-politiki ta’ koeżjoni u għall-PAK, il-Kummissjoni tipproponi li l-perċentwal ta’ kofinanzjament ta’ proġetti mill-Istati Membri għandu jiżdied.

2.7.

Il-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit fil-każ ta’ nuqqasijiet mifruxa fl-istat tad-dritt timmira li tissanzjona azzjonijiet fi Stat Membru li jaffettwaw jew jheddu li jaffettwaw il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li ġejjin minn attakki fuq l-indipendenza tal-ġudikatura. Is-sanzjonijiet jistgħu jwasslu għat-tnaqqis u s-sospensjoni tal-pagamenti u l-impenji finanzjarji tal-UE mal-Istat Membru kkonċernat. Is-sanzjonijiet se jiġu adottati fuq proposta mill-Kummissjoni, li l-Kunsill jista’ jirrifjuta b’maġġoranza kwalifikata.

3.   Kummenti ġenerali

Il-kuntest politiku u l-għanijiet ġenerali

3.1.

Minħabba l-isfidi u r-riskji, interni u esterni, li l-UE se jkollha tiffaċċja fl-għaxar snin li ġejjin, l-UE teħtieġ strateġija politika ċara u baġit b’saħħtu. F’konformità wkoll mal-Opinjoni preċedenti tiegħu dwar id-Dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE (8) u mar-riżoluzzjoni tal-PE (9), il-KESE għalhekk jipproponi li l-impenji għall-2021-2027 għandhom jilħqu l-1,3 % tal-ING.

3.1.1.

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-ġestjoni tagħha minn dawk li jfasslu l-politika Ewropea ħalliet il-marka tagħha f’ħafna pajjiżi Ewropej f’termini ta’ telf fil-kompetittività, tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, faqar, inugwaljanza, tfixkil fil-koeżjoni soċjali u, ukoll, diverġenzi bejn il-pajjiżi.

3.1.2.

In-nuqqas ta’ fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi nazzjonali u Ewropej qed twassal għat-tkabbir ta’ movimenti politiċi li jiddubitaw fil-valuri u l-prinċipji demokratiċi u fl-UE nnifisha. Uħud minn dawn il-movimenti politiċi issa huma parti mill-gvernijiet ta’ ċerti Stati Membri tal-UE (jew aktarx se jkunu fil-futur qarib) u wasslu għar-riżultat tar-referendum tal-Brexit.

3.1.3.

Il-viċinat tal-Unjoni Ewropea huwa affettwat serjament, fost l-oħrajn, minn: preżenza dejjem tikber ta’ gvernijiet mhux demokratiċi u/jew awtoritarji; il-Gwerra tas-Sirja u l-implikazzjonijiet reġjonali u globali tagħha; l-instabbiltà politika serja u l-kunflitti armati fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq u fis-Sahel, u l-pressjoni demografika Afrikana u l-movimenti migratorji lejn l-Ewropa li tipproduċi.

3.1.4.

Waħda mill-konsegwenzi ta’ dawn il-fatturi hija l-flussi ta’ refuġjati u migranti lejn l-Ewropa, mill-Mediterran. L-adozzjoni ta’ politika komuni dwar l-asil, ibbażata fuq il-konformità mal-liġi internazzjonali u s-solidarjetà lejn ir-refuġjati u bejn l-Istati, hija imperattiva. L-istabbiliment ta’ politika tal-UE dwar il-migrazzjoni huwa urġenti wkoll. Dawn il-kwistjonijiet u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b’mod partikolari fil-pajjiżi tal-Afrika, se jeħtieġu attenzjoni preferenzjali mill-QFP 2021-2027. Dan huwa rifless fil-biċċa l-kbira fil-proposta tal-Kummissjoni, għalkemm bi predominanza ta’ aspetti relatati mas-sigurtà.

3.1.5.

Id-deċiżjonijiet u l-ksur unilaterali ta’ ftehimiet internazzjonali importanti ħafna mill-gvern attwali tal-Istati Uniti qed jikkontribwixxu għal instabbiltà ġeopolitika globali u l-kunflitt ma’ ħafna politiki Ewropej, inklużi l-politika kummerċjali, il-politika ambjentali u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-politika dwar il-viċinat u l-promozzjoni tal-paċi u l-projbizzjoni tal-armi nukleari, il-multilateraliżmu fir-relazzjonijiet barranin u l-appoġġ għas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.1.6.

L-Ewropa trid tiffaċċja dawn ir-riskji billi tagħmel l-aħjar użu mill-kapaċitajiet tagħha u tiżviluppa l-potenzjal tagħha f’oqsma bħar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku, il-kapital uman tagħha, il-kompetittività tal-kumpaniji tagħha u l-ekonomija tagħha, u l-kapaċitajiet tal-esportazzjoni tagħha. Għandha wkoll timmassimizza u tikkonkretizza, fi ħdan l-UE u lejn id-dinja, il-valuri demokratiċi tagħha u r-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt, il-valuri li jikkaratterizzaw soċjetajiet ġusti, ugwali u bbażati fuq is-solidarjetà, u d-difiża tal-paċi u tal-multilateraliżmu fir-relazzjonijiet internazzjonali. Għal dan kollu, ukoll, huma meħtieġa baġits tal-UE b’saħħithom.

3.1.7.

Il-Kummissjoni u l-PE għamlu proposti għar-riforma tal-UE u tal-UEM li, ftit jew wisq, jippromovu integrazzjoni akbar. It-tmiem ta’ dan il-proċess huwa inċert. Is-Suq Uniku għadu mhux komplut u dan, flimkien ma’ tnaqqis fir-ritmu fl-innovazzjonijiet u l-iżbilanċi li qed jikbru tal-ħiliet, ipoġġi l-kompetittività Ewropea f’riskju. Il-Kunsill Ewropew approva, f’Gothenburg, id-Dikjarazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR). Biex dawn l-objettivi kollha jintlaħqu se jkun meħtieġ impenn finanzjarju sinifikanti mill-UE u l-Istati Membri tagħha u impenn politiku f’termini ta’ investiment effettiv u effiċjenti tal-fondi disponibbli. Is-suċċess jiddependi fuq l-involviment attiv tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

3.1.8.

Ir-riskju ekonomiku prinċipali għall-futur tal-Ewropa huwa d-defiċit tal-investiment u li tibqa’ lura wara l-mexxejja dinjija f’termini ta’ innovazzjonijiet u l-introduzzjoni tagħhom fis-suq. Il-proporzjon tal-investiment, fir-rigward tal-PDG, huwa ferm anqas mil-livell ta’ qabel il-kriżi.

3.1.9.

Il-promozzjoni tal-investiment biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli, tittejjeb il-produttività u jiġu modernizzati l-ekonomija u l-kumpaniji, tingħata spinta lill-industrija u lill-innovazzjonijiet, tiġi promossa l-konverġenza fost l-Istati Membri; jiġu indirizzati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jiġi żviluppat il-Pilastru Soċjali, tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u jinqered il-faqar; jinkisbu l-objettivi u l-impenji tal-Ftehimiet ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU: dawn għandhom ikunu l-objettivi prinċipali biex jinkiseb mudell Ewropew ta’ żvilupp sostenibbli. Għal dan huwa meħtieġ baġit b’saħħtu għall-2021-2027 bi programmi mfassla apposta li jikkontribwixxu l-massimu tal-valur miżjud Ewropew.

3.1.10.

Fid-dawl ta’ dawn u aspetti oħra, il-KESE jqis li l-UE teħtieġ baġits ambizzjużi li jkunu strumenti ta’ politiki li jiżviluppaw strateġija ċara għat-tisħiħ tal-Unjoni, b’aktar integrazzjoni, aktar demokrazija, appoġġ aktar b’saħħtu għas-sħab soċjali u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, appoġġ akbar għall-kumpaniji tagħhom biex jiffaċċjaw sfidi ambjentali u diġitali, dimensjoni soċjali aktar b’saħħitha u appoġġ akbar għall-ħajja rurali. Huwa biss b’dan il-mod li l-UE tista’ tikkontrolla u tegħleb il-forzi ċentrifugali interni u tindirizza r-riskji ġeopolitiċi esterni.

In-naħa tan-nefqa tal-QFP il-ġdid

3.2.

Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni tidher li hija mmirata b’mod esklużiv lejn il-preservazzjoni tal-istatus quo, li jirrappreżenta diskrepanza bejn in-natura u d-daqs tal-isfidi l-ġodda li qed tiffaċċja l-UE, u l-ambizzjonijiet tagħha, u r-riżorsi disponibbli biex tiksibhom.

3.3.

L-Artikolu 3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE) jistipula li l-UE għandha tippromovi t-tkabbir sostenibbli, filwaqt li tirrispetta l-ambjent. L-emerġenza marbuta mal-klima issa saret prijorità ewlenija, inkluż għall-KESE, u hija qafas globali għall-azzjoni mhux biss għall-awtoritajiet pubbliċi, iżda anke għall-atturi ekonomiċi, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini. B’riżultat ta’ dan, għandha tiġi organizzata, u fuq kollox, iffinanzjata, tranżizzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali wiesgħa (10).

3.4.

Il-KESE bi pjaċir jilqa’ l-bidliet fl-istruttura tal-baġit, bir-riorganizzazzjoni tal-intestaturi u l-konsolidazzjoni tal-programmi, u t-tisħiħ ta’ mekkaniżmi ta’ flessibbiltà li se jippermettu QFP aktar rapidu filwaqt li jippreservaw l-istabbiltà li joffri.

3.5.

Filwaqt li jifhem ir-raġunijiet għall-proposta tal-Kummissjoni, il-KESE, madankollu, jesprimi n-nuqqas ta’ qbil tiegħu bit-tnaqqis, bi prezzijiet kostanti, ta’ 12 % tal-ammont tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u 46 % tal-Fond ta’ Koeżjoni fil-proposta għall-QFP 2021-2027 fir-rigward tal-baġits attwali.

3.5.1.

L-evidenza tissuġġerixxi li l-kriżi wasslet biex titfaċċa mill-ġdid id-diverġenza fl-introjtu per capita, speċjalment bejn it-tramuntana u n-nofsinhar (11). Għalkemm is-sehem tal-popolazzjoni tal-UE27 li tgħix f’reġjuni “anqas żviluppati” (bi PDG per capita anqas minn 75 % tal-medja tal-UE) ilu jonqos mill-2010, dak tal-popolazzjoni tal-UE27 li tgħix f’reġjuni ta’ “tranżizzjoni” (bi PDG per capita bejn il-75 % u d-90 % tal-medja tal-UE) ilu jiżdied. Madankollu, dan huwa parzjalment minħabba li s-sehem tal-popolazzjoni tal-UE27 li tgħix f’reġjuni “żviluppati” kien qed jonqos minħabba l-effetti tal-kriżi (12). Għalhekk, il-konverġenza li ilha sseħħ, mhijiex għalkollox konverġenza tal-introjtu ’l fuq. Hemm bżonn ta’ aktar investimenti pubbliċi fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fl-inklużjoni soċjali, speċjalment fil-livell lokali u reġjonali, u dawn għandhom ikunu possibbli permezz tal-applikazzjoni tar-regola tad-deheb li l-Kumitat irrakkomanda f’għadd ta’ Opinjonijiet riċenti tiegħu: li l-infiq tal-investiment, b’mod partikolari dak li jippromovi t-tkabbir sostenibbli fit-tul, ma jkunx magħdud fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tad-defiċit tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li b’dan il-mod se jkompli jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

3.5.2.

F’dan il-kuntest, il-KESE jinnota li l-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali jvarjaw b’mod sinifikanti bejn ir-reġjuni u b’xi wħud minnhom diverġenti fis-snin riċenti, anki f’pajjiżi relattivament aktar sinjuri. Il-politika ta’ koeżjoni għandha tirrifletti dan, permezz tal-introduzzjoni ta’ indikaturi soċjali alternattivi ġodda, bħall-impjiegi u r-rata ta’ attività ta’ gruppi fil-mira, kif ukoll miżuri ta’ inklużjoni soċjali u faqar, flimkien mal-PDG per capita.

3.6.

Il-KESE ma jaqbilx mat-tnaqqis reali propost f’impenji għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (-6 % f’termini reali għall-perjodu 2021–2027 meta mqabbel ma’ 2014–2020). It-tnaqqis reali se jkun ikbar peress li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ se tkun inkluża fil-FSE+. Dan il-fond għandu, fil-fatt, tal-anqas jibqa’ stabbli f’termini reali għall-valuri tal-2020 peress li jipprovdi l-mezzi finanzjarji ewlenin li permezz tagħhom l-UE tista’ tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, element ewlieni għat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UE u titrawwem il-konverġenza ’l fuq fl-istandards soċjali. Ir-rati ta’ kofinanzjament minimi nazzjonali ma għandhomx jiżdiedu, peress li dan jipprevjeni lil xi Stati Membri milli jinvestu f’xi reġjuni u b’hekk jitilfu l-opportunitajiet ta’ Valur Miżjud Ewropew. L-implimentazzjoni tal-EPSR tista’ wkoll tippromovi reżiljenza akbar fost l-Istati Membri taż-żona tal-euro u, konsegwentement, il-funzjonament tal-UEM. L-azzjonijiet konġunti tas-sħab soċjali fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali huma għodda indispensabbli għal dak il-għan. Il-KESE għalhekk għandu dispjaċir li dawn, għall-kuntrarju tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, mhumiex imsemmija espliċitament fl-abbozz ta’ Regolament u jistieden lill-KE biex terġa’ ddaħħal id-dispożizzjoni.

3.7.

Il-KESE jqis li l-finanzjament tal-politiki ta’ koeżjoni (is-somma tal-FEŻR, il-FK u l-FSE) għandu jinżamm fil-QFP għall-2021-2027, tal-anqas bl-istess riżorsi, bi prezzijiet kostanti, bħal fil-qafas finanzjarju attwali.

3.8.

Il-KESE, f’konformità mal-Opinjoni tiegħu dwar Il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja (13), jemmen li huwa meħtieġ li titkompla riforma ġdida tal-PAK li, filwaqt li żżomm iż-żewġ pilastri tagħha, torjentahom mill-ġdid billi twassal għajnuna diretta ħafna aktar lil bdiewa u raħħala, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u rziezet tal-familja, u li l-fondi għall-iżvilupp rurali għandhom jintużaw biex jippromovu mudell sostenibbli li jqis l-impenji tal-Ftehimiet ta’ Pariġi u l-SDGs tan-Nazzjonijiet Uniti. L-iffinanzjar ta’ infrastruttura soċjali f’komunitajiet rurali permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali kien aspett importanti ħafna tal-politiki attivi tal-UE kontra d-depopolazzjoni rurali u serva lill-abitanti taż-żoni rurali, lill-bdiewa kif ukoll lin-negozji żgħar u lill-komunitajiet. It-tnaqqis sinifikanti li l-Kummissjoni tipproponi għall-PAK (-15 %) jagħmilha diffiċli li jsir progress f’din id-direzzjoni jew biex jintlaħqu l-objettivi fformulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-ikel u l-agrikoltura.

3.9.

Il-KESE bi pjaċir jilqa’ l-proposta li jinħoloq mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għaż-żona tal-euro fil-baġit tal-UE. Dan il-mekkaniżmu se jkollu l-għan li jipproteġi l-infiq fuq l-investiment fl-Istati Membri taż-żona tal-euro fil-każ ta’ skossi speċifiċi għall-pajjiż li jagħmlu pressjoni fuq il-baġits pubbliċi tagħhom. Din hija riforma meħtieġa biex l-UEM tkun aktar reżiljenti u biex jiġi evitat li tinħoloq dinamika ta’ diverġenza fost l-Istati Membri.

3.9.1.

Madankollu, il-Kumitat jemmen ukoll li dan il-mekkaniżmu, kif propost, mhux se jipprovdi stabbilizzazzjoni suffiċjenti f’każ ta’ kriżi. Dan se jippermetti biss self back-to-back limitat lill-Istati Membri affettwati. L-ammont ta’ EUR 30 biljun mhuwiex biżżejjed biex jippermetti self lil aktar minn pajjiż wieħed simultanjament (14). Bl-istess mod, is-sussidjar tal-pagamenti tal-imgħax b’ammont sa EUR 600 miljun fis-sena għal dan is-self baxx joffri eżenzjoni negliġibbli lill-Istati Membri u għaldaqstant stabbilizzazzjoni insuffiċjenti fiż-żona tal-euro. Marġni akbar taħt l-impenji ta’ pagamenti, li jkunu jirrikjedu livell limitu ogħla ta’ kontribuzzjonijiet, ikun l-ewwel pass lejn kapaċità ta’ stabbilizzazzjoni aktar b’saħħitha.

3.9.2.

Il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu li l-proposti tal-Kummissjoni dwar il-QFP li jmiss ma fihomx dispożizzjonijiet dwar ir-riforma tal-UEM u l-governanza tagħha u l-implikazzjonijiet baġitarji ta’ dan, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħolqien tal-Fond Monetarju Ewropew, jew is-servizzi jew il-benefiċċji li jilħqu ċ-ċittadini bħall-assigurazzjoni tal-qgħad, komplementarja għal dik tal-Istati fi żminijiet ta’ kriżi.

3.10.

Il-Fond tal-InvestEU jibni fuq il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi preċedenti (FEIS), bl-istess kontribuzzjoni annwali u l-istess stimi għall-effetti tiegħu fuq l-investiment totali. L-erba’ Investimenti tiegħu se jiġu taħt erba’ oqsma ta’ politika (l-infrastruttura sostenibbli; ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; kif ukoll l-investimenti u l-ħiliet soċjali) li kollha jmorru fid-direzzjoni t-tajba. Il-KESE, b’mod partikolari, jilqa’ r-raba’ waħda, minħabba li tista’ tiffaċilita l-finanzjament tal-proġetti f’setturi kruċjali bħall-ħiliet, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-akkomodazzjoni soċjali, l-innovazzjoni soċjali, u l-integrazzjoni tal-immigranti, tar-refuġjati u tan-nies vulnerabbli. Dan l-impenn għall-garanzija ta’ krediti mill-BEI, u possibbilment istituzzjonijiet bankarji pubbliċi oħrajn, għandu jintlaqa’, iżda se jkun biżżejjed biss biex jippermetti kontinwazzjoni ta’ livelli ta’ kreditu preċedenti filwaqt li xi Stati Membri b’introjtu per capita relattivament baxx jistgħu ma jibbenefikawx xorta waħda. Se jkun meħtieġ sforz akbar biex titneħħa d-diskrepanza fl-investiment fl-UE.

3.11.

L-objettiv prinċipali tal-politiki ta’ koeżjoni huwa li jippromovu l-konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq bejn l-Istati Membri. L-istabbiliment ta’ kundizzjonalitajiet riġidi jista’ jfixkel l-aċċess għall-fondi mill-politiki ta’ koeżjoni lill-Istati Membri u r-reġjuni li l-aktar jeħtiġuhom, dawk b’introjtu baxx jew b’aktar dejn. Dak li qal il-KESE fl-Opinjoni tiegħu dwar il-QFP 2014-2020 (15), jibqa’ validu: “… il-Kumitat huwa, madankollu, kontra l-idea li tiġi applikata kundizzjonalità makroekonomika għall-ħlas tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni”. Madankollu, il-KESE jirrakkomanda li l-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni skont il-linji gwida stabbiliti mis-Semestru Ewropew, fejn hemm parteċipazzjoni msaħħa tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew.

3.12.

Ir-rekwiżiti ta’ kofinanzjament tal-FEŻR, tal-FK u tal-FSE, applikati b’mod riġidu, ipprevenew l-użu tagħhom matul il-politika ta’ awsterità estrema minn uħud mill-pajjiżi li l-aktar kellhom bżonn il-finanzjament tiegħu, u b’hekk ippromovew id-diverġenza. Illum, f’xi pajjiżi, dawn ikomplu jillimitaw l-aċċess għal dawn il-fondi, u jistgħu jillimitaw dan aktar fil-futur, jekk il-QFP ta’ wara l-2020 iżid il-perċentwal ta’ kofinanzjament tal-Istati Membri. Il-KESE jappella li l-kriterji għall-kofinanzjament isiru aktar flessibbli, sabiex is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ kull Stat Membru tiġi kkunsidrata u, li dak li ntqal hawn fuq f’dan il-kapitlu dwar in-nefqa tal-investiment f’rabta mal-għanijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jiġi kkunsidrat ukoll.

3.13.

Wara l-esperjenza ta’ xi wħud tar-riformi strutturali imposti jew promossi matul il-perjodu ta’ awsterità estrema, jidher loġiku li jkun hemm dubji dwar il-fatt li l-aċċess għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jkun jiddependi mill-implimentazzjoni tar-riformi msemmija qabel b’mod ġeneriku. Il-KESE ma jopponix ir-riformi, iżda jqis li huwa essenzjali li jiġi speċifikat x’tip ta’ riformi qed nirreferu għalihom. F’bosta Opinjonijiet, l-aktar waħda riċenti dik dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro 2018 (16), il-KESE jiddefendi r-riformi strutturali li jtejbu t-tkabbir tal-produttività, is-sigurtà tal-impjieg u l-protezzjoni soċjali, filwaqt li jiffavorixxi l-investiment u t-tisħiħ tan-negozjar kollettiv, ibbażat fuq l-awtonomija tas-sħab soċjali, u fuq id-djalogu soċjali.

3.14.

Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti għal żidiet kbar fil-programmi għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, peress li jistgħu jiffurmaw il-bażi għal żidiet sostenibbli u robusti fil-produttività, fil-pagi u fl-istandards tal-għajxien. Ikun importanti ħafna li jkun hemm strateġija definita sewwa li tgħaqqad l-innovazzjoni ma’ politika industrijali Ewropea, li minnha jkunu jistgħu jibbenefikaw l-Istati Membri kollha, b’mod partikolari dawk b’livelli aktar baxxi ta’ żvilupp. Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili hija essenzjali għat-tfassil u l-applikazzjoni ta’ politika industrijali effiċjenti li tkun konnessa tajjeb mas-sistemi tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, il-kuntest attwali jitlob ukoll enfasi soda u b’saħħitha fuq ir-riċerka fis-soċjetajiet, fid-demokrazija, fil-kultura u fit-trasformazzjoni soċjali.

3.15.

Huwa wkoll meħtieġ li tiġi enfasizzata ż-żieda ta’ 92 % fil-finanzjament tal-Erasmus+ (għal EUR 26 368 miljun għall-2021-2027), wieħed mill-programmi li kkontribwixxa l-aktar għall-identità Ewropea.

3.16.

Il-KESE bi pjaċir jilqa’ ż-żieda fil-fondi għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-għajnuna umanitarja, iżda jesprimi tħassib dwar ir-rikonfigurazzjoni tal-azzjoni esterna lejn is-sigurtà u l-pressjoni tal-migrazzjoni – lil hinn minn approċċ aktar fit-tul u minn isfel għal fuq u mmexxi mill-bżonnijiet u mill-pajjiżi nnifishom – u definizzjoni tal-prijoritajiet, li jistgħu jħallu barra r-reġjuni l-aktar vulnerabbli. Il-KESE jitlob impenn biex jiġu appoġġjati l-isforzi tal-pajjiżi sħab biex jimplimentaw il-pjani proprji tagħhom biex isegwu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs).

Finanzjament u riżorsi proprji fil-QFP il-ġdid

3.17.

Bil-QFP il-ġdid, il-Kummissjoni qed tipproponi xi bidliet fil-mod li bih huwa ffinanzjat il-baġit tal-UE, iżda dawn huma modesti meta mqabbla ma’ proposti mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji (HLGOR) u mill-Parlament Ewropew u meta mqabbla mal-ħtieġa li tiġi ffinanzjata n-nefqa meħtieġa. Il-proposta l-ġdida tipprevedi bidla gradwali lejn it-tneħħija tad-dipendenza tal-UE fuq il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u bidla lejn l-awtosuffiċjenza finanzjarja b’mod gradwali ħafna. Għal dan il-għan, qed jiġi propost għadd żgħir ta’ sorsi ġodda ta’ dħul.

3.18.

Il-proposta tal-QFP hija modesta u mhux ambizzjuża, meta l-ħtieġa hija għal sforz determinat skont aġenda koerenti. Dan għandu jibda mill-proposti tal-HLGOR u tal-Parlament Ewropew għal firxa wiesgħa ta’ sorsi ulterjuri ta’ riżorsi proprji, u jwassal għal bidla sinifikanti lejn dipendenza fuq ir-riżorsi proprji matul il-perjodu tal-QFP li jmiss.

3.19.

Il-KESE jtenni dak li kien esprima fl-Opinjoni tiegħu dwar id-dokument ta’ riflessjoni dwar “Il-Futur tal-Finanzi tal-UE” (17), li esprima qbil mal-analiżi fir-rapport finali – “Il-Finanzjament Futur tal-UE” – tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji (HLGOR) (18), ippresedut minn Mario Monti. Huwa partikolarment importanti li fil-QFP wara l-2020, l-introjti l-ġodda jikkonsistu, b’mod predominanti, minn riżorsi proprji awtonomi, trasparenti u ġusti. Dawn kieku jmorru direttament fil-baġit tal-UE mingħajr ma jgħaddu għand l-Istati Membri, mingħajr ma jaggravaw il-piż tat-taxxa jew jippenalizzaw ulterjorment l-SMEs jew l-Ewropej l-aktar żvantaġġati.

3.20.

Kif iddikjarat fl-Opinjoni tiegħu dwar dokument ta’ riflessjoni dwar “il-Futur tal-Finanzi tal-UE”17, uħud mir-riżorsi ġodda proposti mir-rapport tal-HLGOR jipprovdu valur miżjud Ewropew f’termini ta’ dħul, li qed jinġabar fil-livell l-iżjed adatt sabiex jaġixxi kemm fuq il-bażijiet tat-taxxa mobbli transnazzjonali u kemm sabiex jiġu miġġielda l-effetti globali fuq l-ambjent: tassazzjoni tal-korporazzjonijiet, (BKKTK) (19), speċjalment il-kumpaniji multinazzjonali, it-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-karburanti u l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju.

3.21.

Kif spjega l-HLGOR, riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji għandha “l-vantaġġ li ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku”. Fl-istess ħin, il-Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva tissemplifika u tarmonizza r-regoli madwar l-UE u tillimita l-ambitu tal-elementi dannużi tal-kompetizzjoni tat-taxxa.

3.22.

Taxxa fuq is-servizzi diġitali tista’, jekk tkun imfassla sew, tirrifletti l-valur miżjud Ewropew, peress li l-post użat għal skopijiet ta’ tassazzjoni jista’ jkun pjuttost separat mill-post tat-tranżazzjonijiet, iżda din hija soluzzjoni interim.

3.23.

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej fir-rigward tal-kumplessità sabiex dawn ir-riżorsi proprji kollha jsiru operazzjonali fil-perjodu 2021–2027.

3.24.

Il-kontribuzzjonijiet li huma marbuta ma’ standards ambjentali mtejba u mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima wkoll jippromettu valur miżjud Ewropew u huma marbuta mill-qrib mal-objettiv strateġiku tal-UE ta’ mudell ta’ żvilupp sostenibbli. Barra minn hekk, huma biss it-taxxi komuni fuq l-enerġija u fuq il-ħsara ambjentali li jistgħu jiżguraw kompetizzjoni ġusta fi ħdan is-suq uniku. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tipproponi kontribuzzjonijiet marbuta ma’ skart tal-plastik mhux riċiklat u l-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet (EU ETS). Għandhom jiġu mfittxija sorsi ta’ dħul fi ħlasijiet għal oqsma oħra ta’ tniġġis ambjentali li jikkawżaw spejjeż lil hinn minn Stat Membru wieħed. Eżempji jinkludu taxxi fuq il-fjuwils użati għat-triq u fuq il-biljetti tal-ajru, kif issuġġerit mill-Parlament Ewropew u mill-HLGOR u l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq il-karbonju. Il-progress lejn id-deċiżjoni dwar u l-implimentazzjoni ta’ dawn is-sorsi ġodda ta’ dħul, kollha konsistenti mal-aġenda usa’ ta’ politika tal-UE, għandhom jibdew jaħdmu malajr.

3.25.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll simplifikazzjoni tar-Riżorsi Proprji attwali Bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, li bħalissa huma kumplessi, u jirriflettu d-differenzi fir-rati tal-VAT bejn il-pajjiżi. Is-simplifikazzjoni għal rata ta’ imposta unika fl-Istati Membri kollha tintlaqa’ tajjeb. Il-proposta attwali toffri żieda żgħira fid-dħul. Madankollu, il-kontribuzzjoni tal-VAT se tibqa’ essenzjalment simili għal dik marbuta mal-livelli tal-ING minħabba li tirrifletti attività ekonomika ġenerali fi Stat Membru aktar milli objettivi speċifiċi tal-politika tal-UE.

3.26.

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jagħti l-opportunità biex gradwalment tiġi eliminata totalment is-sistema ta’ ribassi li żviluppat biex anke jitnaqqsu l-pagamenti mir-Renju Unit u xi Stati Membri oħrajn. Dan għandu jintlaqa’ b’sodisfazzjon, l-istess bħar-ritorn għal baġit tal-UE li jieħu 90 % tad-dħul doganali, f’konformità mal-ispejjeż imnaqqsa tal-ġbir doganali fl-Istati Membri. Żieda oħra żgħira tista’ tiġi mill-profitti tal-BĊE (sinjoraġġ). Madankollu, b’kollox, dawn il-forom ġodda ta’ riżorsi proprji għadhom żgħar wisq u inċerti wisq biex jiġġustifikaw it-tamiet li se jippermettu tnaqqis sinifikanti fil-kontribuzzjonijiet marbuta mal-ING.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-KESE jappoġġja l-proposta li l-Istati Membri jirċievu fondi tal-UE bil-kondizzjoni li jirrispettaw il-prinċipju tal-Istat tad-Dritt, pilastru fundamentali tal-valuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 tat-Trattat, sakemm l-implimentazzjoni tagħha ma tippenalizzax liċ-ċittadini jew lil ditti individwali li bħalissa qed jibbenefikaw mill-fondi tal-UE. Minħabba li l-baġit huwa l-istrument prinċipali għall-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni, il-Kumitat iqis li din il-kondizzjonalità tista’ tiġi estiża għall-prinċipji l-oħra b’rabta mal-Istat tad-Dritt li jinsabu fit-Trattati tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-PE biex jistudjaw din il-possibbiltà.

4.2.

Għandu jsir użu massimu tal-flessibbiltà biex tiġi promossa l-interkonnessjoni tal-programmi ta’ nfiq għall-benefiċċju reċiproku tal-politiki u tal-fondi. Pereżempju: il-PAK u l-Orizzont għall-immodernizzar teknoloġiku tal-agrikoltura f’żoni rurali vitali u l-attività agrikola sostenibbli; ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RDI), l-universitajiet, l-Erasmus+ u programmi oħra għaż-żgħażagħ; il-politiki ta’ investiment u ta’ koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew u programm ġdid ta’ żvilupp tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li l-KESE jipproponi f’din l-Opinjoni, għall-promozzjoni tal-konverġenza bejn l-Istati Membri; eċċ. Għalhekk, il-KESE jiddispjaċih dwar il-proposta li tiġi emendata r-regola N+3 għal N+2 (20) u jistieden lill-KE biex tikkunsidraha mill-ġdid.

4.3.

L-evalwazzjonijiet attwali tal-implimentazzjoni tal-Pjan Juncker (Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa) jixħtu dubju fuq l-istqarrijiet dwar l-effetti tiegħu biex iżid l-investiment għal-livelli previsti oriġinarjament, aktar u aktar għal-livelli meħtieġa biex jitnaqqas b’mod sinifikanti n-nuqqas fl-investiment meta mqabbel mal-perjodu ta’ qabel l-2008. Diversi Stati Membri bl-aktar introjtu baxx xorta ma jibbenefikawx biżżejjed mill-pjan. Iridu jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa biex jikkoreġu din it-tendenza, li żżid id-diverġenza bejn l-Istati Membri. Għandha tiġi promossa l-possibbiltà ta’ kombinazzjoni ta’ finanzjament minn fondi differenti, pereżempju, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-InvestEU.

4.4.

It-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u r-restawr tal-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej jimxu id f’id. L-iżvilupp tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ESPR) jista’ jkun kontributur importanti għaż-żewġ għanijiet, billi, fost l-oħrajn, jappoġġja u jiggwida lill-Istati Membri li qegħdin iwettqu riformi sabiex joħolqu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità għolja ta’ valur miżjud għoli. Il-KESE jipproponi l-istabbiliment ta’ programm speċifiku tal-EPSR fi ħdan il-QFP 2021–2027 fuq il-bażi ta’ impenji mill-Istati Membri li żviluppaw id-Dikjarazzjoni ta’ Gothenburg. Il-Fond Soċjali Ewropew+ jgħin biex jiffinanzjah, skont sistema ta’ indikaturi li, fost l-oħrajn, jinkludu rati ta’ qgħad u ta’ attività, l-edukazzjoni skolastika u l-falliment fl-iskola, il-PDG per capita, l-indikaturi tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali, kemm dawk ta’ karattru ġenerali bħall-indikaturi reġjonali, kif ukoll dawk li jirreferu għal ċerti gruppi żvantaġġati.

4.5.

Is-Semestru Ewropew għandu jkollu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-baġits tal-UE, billi jagħmel l-akbar użu mill-flessibbiltà tal-QFP il-ġdid – pereżempju biex jiżgura relazzjoni b’saħħitha bejn il-politika ta’ koeżjoni u politiki oħra, bħall-innovazzjoni, l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi. Għal dan il-għan, il-mekkaniżmi għall-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fis-Semestru Ewropew iridu jiġu implimentati b’mod xieraq sabiex ikunu jafu kif jgħaqqdu l-isferi nazzjonali tagħhom ma’ dawk Ewropej. Bl-appoġġ tagħhom għall-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill ikunu involuti direttament fi kwistjonijiet politiċi nazzjonali. Għandu jiġi żgurat li la d-drittijiet soċjali, la d-drittijiet tal-ħaddiema, u lanqas dawk tal-konsumaturi ma jiġu llimitati permezz ta’ miżuri appoġġjati minn fondi tal-UE.

4.6.

Għandha tingħata prijorità lill-isforzi li għandhom jagħmlu l-istituzzjonijiet Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali, akkumpanjati mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex il-QFP għal wara l-2020 ikollu finanzjament akbar u biex jibbilanċjaw mill-ġdid il-prijoritajiet tagħhom bil-mod li l-KESE jipproponi f’din l-Opinjoni. Il-KESE jħeġġiġhom jintensifikaw il-ħidma tagħhom sabiex ikun jista’ jiġi approvat qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, skont l-iskeda ta’ żmien ippjanata.

Brussell, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Luca JAHIER


(1)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 – (2017/2052(INI)), korapportuers: Jan Olbrycht, Isabelle Thomas, il-punt 14.

(2)  ĠU C 81, 2.3.2018, p. 131.

(3)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 1.

(4)  Bank Ewropew tal-Investiment.

(5)  COM(2018) 321 final.

(6)  COM(2018) 322 final/2, COM(2018) 326 final, COM(2018) 327 final, COM(2018) 328 final.

(7)  COM(2018) 325 final.

(8)  ĠU C 81, 2.3.2018, p. 131.

(9)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020 – (2017/2052(INI)), korapporteurs: Jan Olbrycht, Isabelle Thomas, il-punt 14.

(10)  Ara wkoll l-Opinjonijiet NAT/735 European pact for climate financing, relatur Rudy de Leeuw (mhux disponibbli bil-Malti) u ECO/456 Action Plan for sustainable finance, relatur Carlos Trias Pinto (mhux disponibbli bil-Malti). Għadha ma ġietx ippubblikata.

(11)  ETUI/ETUC (2018), Benchmarking Working Europe, Brussels: ETUI.

(12)  Darvas, Z. and Moes, N. (2018), How large is the proposed decline in EU agricultural and cohesion spending? (Kemm huwa kbir it-tnaqqis propost fl-infiq fuq l-agrikoltura u l-koeżjoni fl-UE?) Post fuq il-Blogg ta’ Bruegel, 4 ta’ Mejju 2018.

(13)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 69.

(14)  Ara Claeys, G. (2018), New EMU stabilisation tool within the MFF will have minimal impact without deeper EU budget reform (Għodda ġdida għall-istabbilizzazzjoni tal-UEM fil-QFP se jkollha impatt minimu mingħajr riforma tal-baġit tal-UE aktar profonda), il-Blogg ta’ Bruegel, 9 ta' Mejju 2018. Skont din l-analiżi, EUR 30 biljun kienu madwar terz tal-ammont misluf lill-Irlanda matul il-kriżi.

(15)  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 32.

(16)  ĠU C 197, 8.6.2018, p. 33.

(17)  ĠU C 81, 2.3.2018, p. 131.

(18)  Finanzjament futur tal-UE. Finanzjament futur tal-UE. Final report and recommendations of the High Level Group on Own Resources Final report and recommendations of the High Level Group on Own Resources, (mhux disponibbli bil-Malti) Diċembru 2016.

(19)  Dan kien milqugħ sa mill-2011 mill-KESE fl-Opinjoni tiegħu dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (ĠU C 24, 28.1.2012, p. 63) u fl-2017 fl-Opinjoni tal-KESE dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (ĠU C 434, 15.12.2017, p. 58).

(20)  Parti mill-impenn baġitarju jiġi diżimpenjat b’mod awtomatiku mill-Kummissjoni jekk ma jintużax jew jekk ma tkun waslet l-ebda applikazzjoni ta’ pagament sa tmiem it-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju (n+2). Sors: il-Kummissjoni.


Top