EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XG0705(01)

Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020

OJ C 215, 5.7.2017, p. 21–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/21


PJAN TA’ AZZJONI TAL-UE DWAR ID-DROGI 2017-2020

(2017/C 215/02)

WERREJ

Introduzzjoni

1.

Tnaqqis fid-domanda għad-drogi

2.

Tnaqqis fil-provvista

3.

Koordinazzjoni

4.

Kooperazzjoni internazzjonali

5.

Informazzjoni, riċerka, monitoraġġ u evalwazzjoni

Anness I – 15 indikaturi ġenerali għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020

Anness II – Glossarju ta’ akronimi

Introduzzjoni

L-użu tad-drogi illeċiti u l-użu ħażin tad-drogi b’mod ġenerali, huwa problema ewlenija għal individwi, familji u komunitajiet fl-Ewropa kollha. Minbarra l-implikazzjonijiet għas-saħħa u soċjali tal-użu ħażin tad-drogi, is-suq tad-drogi illeċiti huwa element ewlieni ta’ attività kriminali fis-soċjetà Ewropea kollha u, tabilħaqq, fil-livell dinji.

F’Diċembru 2012, il-Kunsill adotta l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi għall-2013-2020. L-Istrateġija għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-domanda għad-drogi u fil-provvista tad-drogi fl-UE. Għandha l-għan ukoll li tnaqqas ir-riskji u d-danni għas-saħħa u soċjali kkawżati mid-drogi permezz ta’ approċċ strateġiku li jappoġġa u jikkomplementa l-politiki nazzjonali, li jipprovdi qafas għal azzjonijiet koordinati u konġunti u li jsawwar il-bażi u l-qafas politiku għall-kooperazzjoni esterna tal-UE f’dan il-qasam. Dan ser jinkiseb permezz ta’ approċċ integrat, ibbilanċjat u bbażat fuq l-evidenza.

L-objettivi tal-Istrateġija huma:

li tikkontribwixxi għal tnaqqis li jista’ jitkejjel tad-domanda għad-drogi, tad-dipendenza fuq id-drogi u tar-riskji u d-danni għas-saħħa u soċjali marbuta mad-drogi;

li tikkontribwixxi għat-tfixkil tas-suq tad-drogi illeċiti u għal tnaqqis li jista’ jitkejjel tad-disponibbiltà tad-drogi illeċiti;

li tinkoraġġixxi koordinazzjoni permezz ta’ diskors attiv u analiżi tal-iżviluppi u l-isfidi fil-qasam tad-drogi fil-livell tal-UE u dak internazzjonali;

li tkompli ssaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet u fora internazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ drogi;

li tikkontribwixxi għal disseminazzjoni aħjar tar-riżultati tal-monitoraġġ, ir-riċerka u l-evalwazzjoni u fehim aħjar tal-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi u l-impatt tal-interventi sabiex tingħata bażi soda u komprensiva msejsa fuq l-evidenza għall-politiki u l-azzjonijiet.

Dan il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi, bħall-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi, hu bbażat fuq il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-UE u jħares il-valuri li hija mibnija fuqhom l-Unjoni - ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Huwa bbażat ukoll fuq il-Konvenzjonijiet tan-NU li jipprovdu l-qafas legali internazzjonali biex jiġi indirizzat, fost oħrajn, l-użu tad-drogi illeċiti, kif ukoll fuq id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-Pjan jippreżenta l-Azzjonijiet li ser jiġu implimentati biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija. L-Azzjonijiet huma mqassma taħt iż-żewġ oqsma ta’ politika tal-Istrateġija:

Tnaqqis fid-Domanda għad-Drogi; u

Tnaqqis fil-Provvista tad-Drogi;

u t-tliet temi trasversali tal-Istrateġija:

Koordinazzjoni;

Kooperazzjoni Internazzjonali; u

Informazzjoni, Riċerka, Monitoraġġ u Evalwazzjoni.

L-azzjonijiet huma allinjati mal-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020. Meta tfasslu l-azzjonijiet, tqieset il-ħtieġa li jkunu bbażati fuq l-evidenza, xjentifikament korretti, realistiċi, marbuta biż-żmien, disponibbli u li jistgħu jitkejlu b’rilevanza u valur miżjud ċar għall-UE. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni jindika l-iskedi taż-żmien, il-partijiet responsabbli, l-indikaturi u l-mekkaniżmi ta’ ġbir/valutazzjoni tad-data.

Abbażi tal-mekkaniżmi eżistenti ta’ rapportar, fl-Anness 1 hemm imniżżel għadd ta’ indikaturi ġenerali. Dawn jiffaċilitaw il-kejl tal-effikaċja ġenerali ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi u ma jinvolvux piż addizzjonali ta’ rapportar. Għadd minn dawn huma rreferenzjati, kif meħtieġ, tul il-Pjan. Barra minn hekk, fil-Pjan kollu, hemm indikaturi li jibbażaw fuq sorsi ta’ programmi, ta’ evalwazzjoni u sorsi oħra ta’ data. L-użu ta’ dawn l-indikaturi jiddependi mill-proċessi ta’ ġbir ta’ data f’kull Stat Membru jew fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE.

F’konformità ma’ dak stipulat fl-Istrateġija li l-implimentazzjoni dettaljata tagħha għandha tkun imqassma f’żewġ Pjanijiet ta’ Azzjoni konsekuttivi, bl-ewwel Pjan ta’ Azzjoni li jimplimenta l-istrateġija attwali dwar id-drogi jkun adottat fl-2013 u skada fl-2016. Fl-2016, tlestew il-valutazzjoni esterna ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016. L-evalwazzjoni kkonkludiet li ħafna mill-azzjonijiet previsti f’dan il-Pjan ta’ Azzjoni ġew konklużi jew kienu għadhom għaddejjin. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni wrew ukoll il-bżonn tat-tieni Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020, li għandu jkun il-verżjoni aġġornata tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020 kif previst hawn taħt jieħu kont tar-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni u tal-bidliet ewlenin fis-sitwazzjoni tad-drogi u l-politiki dwar id-drogi mill-adozzjoni tal-aħħar Pjan ta’ Azzjoni ‚l hawn.

1.   Tnaqqis fid-domanda għad-drogi

Kontribut għal tnaqqis li jista’ jitkejjel fl-użu tad-drogi illeċiti, fl-użu problematiku tad-drogi, fid-dipendenza fuq id-drogi u fid-danni soċjali u għas-saħħa marbuta mad-drogi kif ukoll kontribut għal dewmien fil-bidu tal-użu tad-drogi

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta’ żmien

Parti responsabbli

Indikatur(i)

Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

1.

Prevenzjoni tal-użu tad-drogi u, it-tieni, dewmien fil-bidu tal-użu tad-drogi

1.

Jitjiebu d-disponibbiltà u l-effikaċja ta’ miżuri ta’ prevenzjoni bbażati fuq l-evidenza (1) li jqisu l-fatturi ta’ riskju u protettivi kif deskritt hawn taħt

a.

fatturi tal-popolazzjoni bħall-età; is-sess; fatturi edukattivi, kulturali u soċjali;

b.

atturi ta’ sitwazzjoni bħal min m’għandux fejn jgħix; il-migrazzjoni u t-tfittxija għall-ażil, użu ta’ drogi f’ambjenti ta’ divertiment u divertiment billejl; il-post tax-xogħol; u sewqan taħt l-influwenza tad-drogi; u

c.

fatturi individwali bħas-saħħa mentali; imġiba u żvilupp psikosoċjali; u fatturi oħra magħrufin li jaffettwaw il-vulnerabbiltà individwali għall-użu tad-drogi bħal influwenzi ġenetiċi u ċirkostanzi familjari

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

L-indikaturi ġenerali 1, 11, 12

Id-disponibbiltà u l-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni universali u ambjentali bbażati fuq l-evidenza

Id-disponibbiltà u l-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni mmirati bbażati fuq l-evidenza, inkluż miżuri abbażi ta’ familja u ta’ komunità

Id-disponibbiltà u l-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni indikati bbażati fuq l-evidenza

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rapportar mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-miżuri

 

2.

Minbarra l-prevenzjoni tal-użu tad-drogi, jissaħħu u jkunu mmirati aħjar miżuri ta’ prevenzjoni u diversivi biex tiddewwem l-età tal-ewwel użu ta’ drogi illeċiti u sustanzi psikoattivi oħra

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

L-indikaturi ġenerali 1, 5, 11, 12

Id-disponibbiltà u l-livell ta’ provvediment f’livell ta’ Stati Membri ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u diversivi bbażati fuq l-evidenza li jiffokaw fuq żgħażagħ f’ambjenti ta’ familja, komunità u edukazzjoni formali/nonformali

Rapportar tal-EMCDDA

Rapportar mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-miżuri

 

3.

L-iskambju tal-forom kollha tal-azzjonijiet ta’ prevenzjoni mmirati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ, il-ġenituri u l-ambjenti edukattivi filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-ħtiġijiet speċifiċi għas-sessi, inkluż attivitajiet edukattivi, programmi bbażati fuq il-komunità, programmi li jużaw l-Internet u l-media soċjali.

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

EMCDDA

Ħarsa ġenerali lejn l-iskambji tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri

Evalwazzjonijiet pożittivi ta’ eżiti komportamentali ta’ interventi tal-aħjar prattiki (meta disponibbli)

Il-portal tal-Aħjar Prattika tal-EMCDDA

Rapportar tal-COM

Rapportar tal-Istati Membri

Rapportar tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

 

4.

Titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-użu ta’ drogi u sustanzi oħra psikoattivi illeċiti u jitjiebu l-ħiliet u l-kompetenzi għall-prevenzjoni tal-użu tad-drogi.

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

COM

EMCDDA

L-indikaturi ġenerali 5, 12

Il-livell ta’ kuxjenza b’mod ġenerali u fost iż-żgħażagħ dwar stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u dwar ir-riskji u l-konsegwenzi tal-użu ta’ drogi u sustanzi psikoattivi illeċiti oħra u l-livell tal-ħiliet u l-kompetenzi ta’ dawk involuti fil-prevenzjoni tal-użu tad-drogi

Rapportar tal-EMCDDA

Stħarriġ tal-Ewrobarometru

ESPAD

HBSC/WHO Ewropa

 

5.

Isir possibbli li jkun hemm rispons aktar informat għall-isfida tal-użu ħażin tal-mediċini psikoattivi.

2017-2020

Stati Membri

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD dwar il-Farmaċewtiċi u l-Apparat għal Użu Mediku)

EMA

EMCDDA

Għadd ta’ inizjattivi li jikkonċentraw fuq il-promozzjoni tal-użu adatt tal-mediċini psikoattivi

Il-ġbir ta’ evidenza u eżempji internazzjonali dwar kif jitnaqqsu r-riskji ta’ devjazzjoni u użu ħażin tal-mediċini psikoattivi

Għadd ta’ korsijiet għall-prattikanti mediċi u professjonisti oħrajn tal-kura tas-saħħa fl-użu ta’ mediċini għall-kontroll tal-uġigħ u t-trattament tat-tbatija

Rapportar tal-Istati Membri

Rapportar tal-EMCDDA

EMA

2.

Titjieb l-effikaċja tat-trattament u r-riabilitazzjoni b’rabta mad-drogi, inklużi s-servizzi għan-nies b’komorbożità, biex jonqos l-użu tad-drogi illeċiti; l-użu problematiku tad-drogi; l-inċidenza tad-dipendenza fuq id-drogi u r-riskji u d-danni soċjali u ta’ saħħa marbuta mad-drogi u appoġġ għall-irkupru u ri/integrazzjoni soċjali ta’ konsumaturi tad-drogi problematiċi u dipendenti.

6.

Żvilupp u espansjoni tad-diversità, disponibbiltà, kopertura u aċċessibbiltà ta’ servizzi ta’ trattament komprensivi u integrati bbażati fuq l-evidenza. L-iżgurar li dawn is-servizzi jindirizzaw l-użu polidroga (użu mħallat ta’ sustanzi illeċiti u leċiti inkluż il-mediċini psikoattivi, l-alkoħol u t-tabakk) u l-ħtiġijiet emerġenti tal-popolazzjoni anzjana li tagħmel użu mid-droga u kwistjonijiet speċifiċi għas-sessi.

a.

Implimentazzjoni u titjib tat-taħriġ dwar imġiba dipendenti għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali.

b.

Żvilupp u implimentazzjoni ta’ kxif u intervent bikrija, programmi qosra ta’ intervent u trattament għat-tfal u ż-żgħażagħ li jużaw id-drogi.

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

L-indikaturi ġenerali 1, 6, 11

Il-firxa u d-diversità ta’ servizzi ta’ trattament komprensivi u integrati bbażati fuq l-evidenza fil-livell tal-Istati Membri jinkludu dawk li jindirizzaw l-użu polidroga u l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni anzjana li tagħmel użu mid-droga

Data mill-Istati Membri dwar iż-żamma għal trattament u r-riżultati tiegħu

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ Rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Portal tal-Aħjar Prattika tal-EMCDDA

Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u tal-Pjan ta’ Azzjoni finali

Rapportar tal-Istati Membri

 

7.

Espansjoni tal-provvediment ta’ servizzi ta’ riabilitazzjoni/riintegrazzjoni u rkupru b’enfasi fuq servizzi li:

a.

jiffokaw fuq l-għoti ta’ kura kontinwa għall-individwi permezz tal-ġestjoni tal-każijiet u l-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji għall-individwi;

b.

iffokar fuq l-appoġġ għar-ri/integrazzjoni soċjali (inkluż l-impjegabbiltà u l-akkomodazzjoni) tal-konsumaturi tad-drogi problematiċi u dipendenti inklużi ħabsin u persuni anzjani li jużaw id-droga, fejn ikun rilevanti;

c.

Jissaħħaħ il-proċess dijanjostiku u t-trattament ta’ komorbożità psikjatrika u fiżika li tinvolvi l-użu tad-drogi, pereżempju b’ittestjar veloċi għall-epatite B u Ċ u l-HIV kif ukoll infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment u t-tuberkulożi;

d.

jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi għas-sessi; u

e.

isir kuntatt mal-komunitajiet/popolazzjonijiet vulnerabbli.

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

L-indikatur ġenerali 11

Data tal-Istati Membri dwar:

Il-livell ta’ żieda f’servizzi ta’ riabilitazzjoni/riintegrazzjoni u rkupru li jadottaw approċċi ta’ ġestjoni tal-każ u bejn l-aġenziji

Il-livell ta’ żieda fin-numru ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni/riintegrazzjoni u rkupru speċifiċi għas-sessi

Il-livell ta’ żieda fl-għadd ta’ programmi ta’ kura komunitarja u tal-ħabs, speċifikament immirati għall-konsumaturi tad-drogi b’komorbożità, li jinvolvu sħubijiet bejn servizzi tas-saħħa mentali u ta’ riabilitazzjoni/riintegrazzjoni u rkupru b’rabta mad-drogi

Il-livell u d-dewmien ta’ astinenza mill-konsum ta’ drogi illeċiti u/jew leċiti min-nies li jtemmu t-trattament b’rabta mad-drogi

Id-disponibbiltà ta’ opzjonijiet ta’ trattament li jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ min jirkadi għall-konsum tad-drogi u tal-persuni anzjani li jużaw id-droga

Rapportar tal-EMCDDA

Rapportar tal-Istati Membri fuq ir-riżultati tas-servizzi

 

8.

a.

Jiżdiedu fejn applikabbli d-disponibbiltà, il-kopertura u l-aċċess għas-servizzi ta’ tnaqqis tar-riskju u tad-danni, pereżempju programmi ta’ skambju tal-labar u s-siringi, terapija ta’ sostituzzjoni bl-opjojde, programmi ta’ ġestjoni ta’ doża eċċessiva tal-opjojde, biex jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi tal-użu tad-drogi u jiġi prevenut u jonqos sostanzjalment l-għadd tal-imwiet b’rabta diretta jew indiretta mad-drogi u l-mard infettiv li jinġarr fid-demm assoċjat mal-konsum tad-drogi iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi skont ir-rakkomandazzjoni tal-WHO dwar il-pakkett komprensiv ta’ servizzi tas-saħħa għall-persuni li jinjettaw id-drogi

b.

Prevenzjoni aħjar tal-imwiet b’rabta mad-drogi skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali pereżempju fil-każ tal-opjati, bl-għoti ta’ aċċess għall-forom awtorizzati ta’ dożaġġ farmaċewtiku ta’ prodotti mediċinali li fihom in-naloxonum speċifikament iċċertifikat biex jiġu ttrattati s-sintomi ta’ doża eċċessiva ta’ opjojde minn persuni mhux esperti li jkunu mħarrġa fin-nuqqas ta’ professjonisti mediċi

c.

Jiġu identifikati u megħluba l-ostakoli fl-identifikazzjoni u l-aċċess għall-kura għall-HIV u l-epatite Ċ fost il-persuni li jinjettaw id-drogi, inklużi l-priġunieri u gruppi vulnerabbli oħrajn

d.

L-iskambju ta’ informazzjoni u fejn applikabbli l-aħjar prassi dwar il-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju u d-danni, bħal programmi ta’ skambju tal-labar u s-siringi, trattament ta’ sostituzzjoni tal-opjojde, kmamar għall-konsum tad-drogi, programmi ta’ naloxonum, interventi bejn il-pari, id-diffużjoni ta’ programmi ta’ kura, trattament għall-epatite Ċ, ittestjar tal-pilloli, awtottestjar għall-HIV/AIDS, skont il-leġislazzjoni nazzjonali

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

EMCDDA

COM

L-indikaturi ġenerali 2, 3, 4, 11

Firxa tad-disponibbiltà miżjuda ta’ u l-aċċess għal miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju u d-danni bbażati fuq il-provi fl-Istati Membri fejn applikabbli

Ħarsa ġenerali lejn l-iskambji tal-aħjar prattiki dwar il-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju u d-danni

In-numru ta’ Stati Membri li jissodisfaw ir-rakkomandazzjoni tad-WHO dwar il-pakkett komprensiv tas-servizzi tas-saħħa għan-nies li jinjettaw id-drogi:

Programmi dwar labar/siringi

Trattament ta’ sostituzzjoni tal-opjojde

Ittestjar għall-HIV u konsulenza dwarha

Trattament u kura tal-HIV

Programmi dwar il-kondoms

Interventi rigward l-imġiba

Prevenzjoni u ġestjoni tal-epatite, it-tuberkulożi u s-saħħa mentali

Interventi dwar is-saħħa sesswali riproduttiva

Taħriġ fin-naloxonum għall-persuni mhux esperti bħala prerekwiżit insostitwibbli għal programmi siguri li jsiru d-dar

Kopertura tal-programmi ta’ trattament ta’ sostituzzjoni tal-opjojde fost il-persuni dipendenti fuq l-opjojde

Il-punt sa fejn ikunu disponibbli, fejn applikabbli, is-servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara bħal programmi tan-naloxonum, miżuri u programmi għat-tnaqqis tad-danni fid-divertiment ta’ billejl li jimmiraw lill-komunitajiet/popolazzjonijiet vulnerabbli

In-numru ta’ programmi li jiffaċilitaw l-aċċess tal-persuni li jinjettaw id-drogi għall-kura għall-virus tal-epatite C (HCV) u l-persuni koperti

Il-grad ta’ implimentazzjoni tal-gwida ECDC/EMCDDA fuq il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard infettiv fost il-persuni li jinjettaw id-drogi

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rapportar tal-Istati Membri

Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar l-HIV/AIDS, l-Epatite Virali u t-Tuberkolożi

 

9.

Tkabbir tal-iżvilupp, id-disponibbiltà u l-kopertura tal-miżuri ta’ kura tas-saħħa għall-utenti tad-drogi fil-ħabs u wara li joħorġu mill-ħabs bil-għan li tinkiseb kwalità ta’ kura ekwivalenti għal dik ipprovduta fil-komunità

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

L-indikatur ġenerali 10

Id-disponibbiltà ta’ servizzi għal utenti tad-drogi f’ħabsijiet (bħat-trattament tas-sostituzzjoni tal-opjojde u, jekk applikabbli, il-programmi tan-naloxonum u l-programmi ta’ skambju tal-labar u siringi skont il-leġislazzjoni nazzjonali u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-HIV, l-Epatite B, l-Epatite Ċ u t-Tuberkolożi) u l-livell ta’ kemm il-politiki u l-prattiki tal-kura tas-saħħa fil-ħabsijiet jinkorporaw mudelli ta’ kura li jinkludu l-aħjar prattiki fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-kontinwità tal-kura għall-ħabsin waqt il-priġunerija

Il-livell ta’ kemm is-servizzi bbażati fil-ħabsijiet u s-servizzi bbażati fil-komunità jipprovdu kontinwità ta’ kura għall-priġunieri wara li joħorġu mill-ħabs b’enfasi partikolari fuq li jiġu evitati dożi eċċessivi ta’ drogi

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rapportar mill-Istati Membri dwar is-servizzi

3.

Integrazzjoni ta’ approċċi koordinati bl-aħjar prattiki u kwalità fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

10.

Bidu tal-implimentazzjoni ta’ standards ta’ kwalità minimi tal-UE adottati mill-Kunsill fl-2015 (2) li jgħinu biex jingħalaq id-distakk bejn ix-xjenza u l-prattika, għal:

a.

miżuri ta’ prevenzjoni ambjentali, universali, selettivi u indikati;

b.

miżuri ta’ kxif u ta’ intervent bikrija;

c.

miżuri ta’ tnaqqis ta’ riskju u danni; u

d.

miżuri ta’ trattament, riabilitazzjoni, integrazzjoni soċjali u rkupru

u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

2017-2020

Kunsill

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

Stati Membri

COM

EMCDDA

Analiżi tal-evidenza ta’ miżuri u programmi ta’ tnaqqis tad-domanda għad-drogi implimentati f’konformità mal-istandards;

Numru ta’ programmi ta’ taħriġ speċjalizzat disponibbli għall-prattikanti fit-tnaqqis għad-domanda għad-drogi u/jew numru stmat ta’ prattikanti milħuqa minn programmi ta’ taħriġ speċjalizzat;

L-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-istandards, inkluż fl-ippjanar u l-introduzzjoni

In-numru ta’ proġetti u programmi appoġġati fil-livell tal-UE li jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards

L-involviment fil-kooperazzjoni interministerjali biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards.

Portal tal-Aħjar Prattika tal-EMCDDA

Rapportar tal-Istati Membri

Evalwazzjoni finali tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u tal-Pjan ta’ Azzjoni

2.   Tnaqqis fil-provvista tad-droga

Kontribut għal tnaqqis li jitkejjel tad-disponibbiltà u l-provvista ta’ drogi illeċiti fl-UE

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta’ żmien

Parti responsabbli

Indikatur(i)

Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

4.

Tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni effikaċi fl-infurzar tal-liġi fl-UE biex jikkumbattu l-attività b’rabta mad-drogi illeċiti, b’mod koerenti, kif meħtieġ, mal-azzjonijiet rilevanti determinati permezz taċ-ċiklu ta’ politika tal-UE

11.

L-użu bl-aktar mod effettiv tal-istrumenti, il-kanali u l-għodod ta’ komunikazzjoni disponibbli tal-infurzar tal-liġi għall-kondiviżjoni tal-intelligence miksuba u tal-informazzjoni użati għall-komplikazzjoni u l-analiżi ta’ informazzjoni marbuta mad-drogi

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

Europol

Eurojust

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

L-indikatur ġenerali 7, 15

Il-kwantità ta’ attivitajiet immirati u mħaddma minn intelligence miksuba ta’ impatt qawwi, ta’ operazzjonijiet konġunti, skwadri ta’ investigazzjoni konġunti u inizjattivi ta’ kooperazzjoni transkonfinali li jiffokaw fuq organizzazzjonijiet kriminali involuti f’attività marbuta ma’ drogi illeċiti

Użu akbar tas-sistemi ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni, analiżi u esperti b’rabta mad-drogi tal-Europol jew awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi

Ir-riżultati miksuba mill-proġetti EMPACT u minn inizjattivi bilaterali u multilaterali

In-numru ta’ każijiet relatati mad-drogi riferuti lill-Eurojust u l-Europol, inkluża l-informazzjoni kwalitattiva u kuntestwali dwar il-każijiet

Rapportar tal-Europol

Rapportar tal-Eurojust

Rapportar tal-EMCDDA

Rapporti tal-Ixprunatur ta’ EMPACT

 

12.

Jiġu identifikati u prijoritizzati l-perikli l-aktar urġenti assoċjati ma’ kriminalità organizzata b’rabta mad-drogi

2017

Kunsill

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

Europol

Stati Membri

COM

Ċiklu ta’ Politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja għall-perijodu 2018-2021 fis-seħħ

SOCTA tal-UE

Pjanijiet Strateġiċi Pluriennali (MASPs)

Pjanijiet Operazzjonali

Rapporti tal-Ixprunatur ta’ EMPACT

Rapportar tal-Europol

 

13.

Tisħiħ tat-taħriġ tas-CEPOL għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi b’rabta mal-produzzjoni u t-traffikar ta’ drogi illeċiti u l-kriminalità finanzjarja, b’mod partikolari l-metodi u t-tekniki tat-taħriġ

a.

biex jiġi indirizzat l-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni fil-produzzjoni u t-traffikar ta’ drogi illeċiti;

b.

biex tissaħħaħ il-konfiska tal-assi;

c.

biex jiġi indirizzat il-ħasil tal-flus;

d.

għall-kxif u l-iżmantellament ta’ laboratorji klandestini illeċiti u siti ta’ kultivazzjoni tal-kannabis.

2017-2020

Stati Membri

CEPOL

Europol

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

COM

Issir valutazzjoni tal-bżonnijiet ta’ taħriġ regolarment

Disponibbiltà u attendenza ta’ korsijiet rilevanti ta’ taħriġ

In-numru ta’ uffiċjali tal-infurzar tal-liġi mħarrġa u stazzjonati effettivament b’riżultat

Rapport annwali tas-CEPOL

Kurrikuli tas-CEPOL

Rapporti tal-Ixprunatur ta’ EMPACT

 

14.

Titjib tal-attivitajiet kontra n-narkotiċi permezz tat-tisħiħ u l-monitoraġġ tal-effikaċja ta’ pjattaformi ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni u pjattaformi reġjonali ta’ kondiviżjoni tas-sigurtà bl-għan li jitħarbtu u jitrażżnu theddidiet emerġenti minn rotot li jinbidlu tat-traffikar tad-drogi

Għaddejja bħalissa

COM

Stati Membri

Europol

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (COSI)

Pjattaformi Reġjonali ta’Kondiviżjoni ta’ Informazzjoni

Pjattaformi Reġjonali ta’ Kondiviżjoni tas-Sigurtà

L-indikatur ġenerali 7

In-numru ta’ attivitajiet imħaddma minn intelligence miksuba li jwasslu għat-tħarbit u t-trażżin ta’ rotot ta’ traffikar tad-drogi

Il-livell ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni permezz ta’ attività effettiva tan-netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament

Pjattaformi ta’ Kondiviżjoni ta’ Sigurtà/Informazzjoni u Rapporti ta’ Evalwazzjoni

Rapportar tal-EMCDDA

SOCTA tal-UE

Rapporti tal-Ixprunatur ta’ EMPACT

Rapportar tal-Europol

MAOC(N) (3)

 

15.

Tisħiħ tal-azzjonijiet li jimpedixxu d-devjazzjoni ta’ prekursuri u pre-prekursuri għall-użu fil-manifattura illeċita ta’ drogi

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

Europol

COM

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (CUG

COSI)

In-numru ta’ każijiet u l-kwantità ta’ kunsinni mwaqqfa jew sekwestrati ta’ prekursuri intenzjonati għal użu illeċitu

Riżultati miksuba minn proġetti EMPACT

L-użu tas-Sistema Online ta’ Notifikazzjoni Qabel l-Esportazzjoni (PEN) u ż-żieda fl-użu tas-Sistema ta’ Komunikazzjoni dwar Inċidenti li jinvolvu Prekursuri (PICS)

In-numru ta’ laqgħat konġunti ta’ segwitu u attivitajiet oħrajn marbuta mal-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ prekursuri u pre-prekursuri

Rapporti mill-Aġenziji tal-Infurzar tal-Liġi tal-UE u tal-Istati Membri

EMPACT

Rapporti tal-Ixprunatur

Rapportar tal-Europol

 

16.

Ħidma kontra t-traffikar transkonfinali tad-drogi inkluż dak li jsir permezz tal-kunsinni tal-kontejners u l-pakketti, u titjib tas-sigurtà fil-fruntieri speċjalment f’portijiet marittimi, ajruporti u punti ta’ kondiviżjoni tal-fruntiera mill-art tal-UE permezz ta’ sforzi intensifikati, inkluż kondiviżjoni ta’ informazzjoni u intelligence miksuba, mill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

Europol

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill

(CCWP

COSI)

L-għadd ta’ operazzjonijiet konġunti bejn diversi dixxiplini/aġenziji u ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni transkonfinali

Skambju intensifikat ta’ informazzjoni pereżempju bħal Memoranda ta’ Qbil (MtQ) miftehmin bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u korpi rilevanti bħal linji tal-ajru, couriers express bl-ajru, kumpanniji tat-tbaħħir, awtoritajiet ta’ portijiet u kumpanniji tal-kimiċi

Riżultati miksuba minn proġetti EMPACT

Titjib fil-kondiviżjoni tal-intelligence miksuba u l-informazzjoni dwar traffikar transkonfinali tad-drogi bl-użu, fost oħrajn, ta’ sistemi disponibbli ta’ sorveljanza tal-fruntieri

Implimentazzjoni tad-direttiva dwar ir-Reġistru tal-UE tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR)

Rapporti tal-Ixprunatur ta’ EMPACT

Rapportar tal-Europol

Rapporti mis-CCWP

Rapportar tal-Istati Membri

MAOC(N)

Frontex

 

17.

Implimentazzjoni tal-indikaturi ewlenin dwar it-tnaqqis tal-provvista tad-drogi adottati mill-Kunsill fl-2013 (4)

2017-2020

COM

Stati Membri

Kunsill

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

EMCDDA

Europol

Il-punt sa fejn jiġu implimentati l-indikaturi li ġejjin:

numru u kwantità tas-sekwestri tad-drogi

purezza u kontenut tad-drogi

prezzijiet tad-drogi

faċilitajiet tal-produzzjoni tad-drogi żmantellati

reati kontra l-liġi dwar id-droga

disponibbiltà tad-drogi fl-istħarriġ tal-popolazzjoni

stimi fuq id-daqs tas-suq

Perspettiva tal-ġbir ta’ data eżistenti dwar il-provvista nazzjonali tad-drogi fl-Istati Membri

Rapportar tal-EMCDDA

Rapportar tal-Europol

5.

Tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva u l-leġislazzjoni fl-UE

18.

Tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE fl-indirizzar tat-traffikar transkonfinali tad-drogi, il-ħasil tal-flus, u fil-konfiska tar-rikavati ta’ kriminalità organizzata b’rabta mad-drogi

2017-2020

Kunsill

COM

Stati Membri

Eurojust

Implimentazzjoni puntwali tal-miżuri u l-leġislazzjoni maqbula tal-UE dwar (a) konfiska u rkupru ta’ assi kriminali (5); (b) il-ħasil ta’ flus (6); (c) approssimazzjoni ta’ reati u sanzjonijiet dwar it-traffikar ta’ drogi madwar l-UE (7)

Żieda fl-għadd ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u konfiski fir-rigward tar-rikavati ta’ kriminalità organizzata b’rabta mad-drogi permezz tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE

Tweġibiet puntwali u effettivi għal talbiet ta’ assistenza legali reċiproka u Mandati ta’ Arrest Ewropej b’rabta mat-traffikar illeċitu ta’ drogi

Rapportar tal-Eurojust

Rapportar tal-Istati Membri

 

19.

Adozzjoni u introduzzjoni ta’ miżuri leġislattivi ġodda tal-UE biex jindirizzaw it-tfaċċar, l-użu u t-tifrix rapidu ta’ sustanzi psikoattivi ġodda

2017-2020

COM

Kunsill

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

Stati Membri

EMCDDA

Europol

EUROJUST

Leġislazzjoni tal-UE stabbilita

Implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fl-Istati Membri

Aġġornament tal-linji gwida tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni u l-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju

Monitoraġġ tal-effetti tal-miżuri leġislattivi ġodda b’fokus speċjali fuq l-effett sostituttiv fis-suq tad-drogi illegali

Rapportar tal-Istati Membri

Rapportar tal-EMCDDA

COM

(miżuri tal-UE)

 

20.

Implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar prekursuri ta’ drogi biex timpedixxi d-devjazzjoni tagħhom mingħajr ma tfixkel il-kummerċ legali

Għaddejja bħalissa

Kunsill

COM

Stati Membri

Informazzjoni dwar il-każijiet u l-kwantità ta’ kunsinni mwaqqfa jew sekwestrati ta’ prekursuri intenzjonati għal użu illeċitu

Riżultati miksuba minn proġetti EMPACT

L-użu tas-Sistema Online ta’ Notifikazzjoni Qabel l-Esportazzjoni (PEN) u ż-żieda fl-użu tas-Sistema ta’ Komunikazzjoni dwar Inċidenti li jinvolvu Prekursuri (PICS)

In-numru ta’ laqgħat konġunti ta’ segwitu u attivitajiet oħrajn marbuta mal-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ prekursuri u pre-prekursuri.

Rapport Annwali dwar il-Prekursuri tal-INCB

Rapportar tal-Kummissjoni Ewropea u tal-EMCDDA

 

21.

Indirizzar tal-użu ta’ ċerti sustanzi farmakoloġikament attivi (kif definiti fid-Direttiva 2011/62/UE) bħala aġenti ta’ qtugħ għal drogi illeċiti

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

COM

EMA

Europol

Informazzjoni dwar is-sekwestri ta’ sustanzi attivi użati bħala aġenti ta’ qtugħ għal drogi illeċiti

Implimentazzjoni puntwali ta’ rekwiżiti leġislattivi ġodda tal-UE mmirati biex tiġi żgurata l-katina tal-provvista għal sustanzi attivi taħt id-Direttiva 2011/62/UE, id-Direttiva dwar Mediċini Falsifikati

Rapporti mis-CCWP u l-Grupp dwar l-Unjoni Doganali

Rapportar tal-Istati Membri

 

22.

L-Istati Membri jipprovdu u japplikaw, fejn ikun adatt u f’konformità mal-oqfsa legali tagħhom, alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi għall-awturi ta’ reati li jikkunsmaw drogi, bħal:

a.

Edukazzjoni

b.

(Sospensjoni tas-sentenza bi) trattament

c.

Sospensjoni tal-investigazzjoni jew prosekuzzjoni

d.

Riabilitazzjoni u rkupru

e.

Kura ta’ segwitu u riintegrazzjoni soċjali

2017-2020

Stati Membri

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD

DROIPEN)

Żieda fid-disponibbiltà u l-implimentazzjoni ta’ alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi għall-awturi ta’ reati li jikkunsmaw drogi fl-oqsma tal-edukazzjoni, trattament, riabilitazzjoni, kura ta’ segwitu u integrazzjoni soċjali.

Żieda fil-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi

Tip u għadd ta’ alternattivi għas-sanzjonijiet koerċittivi previsti minn u implimentati mill-Istati Membri

Informazzjoni dwar l-effikaċja tal-użu ta’ alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rapportar tal-Istati Membri

6.

Tweġiba effettiva għal xejriet attwali u emerġenti fl-attività b’rabta ma’ drogi illeċiti

23.

Identifikazzjoni ta’ tweġibiet strateġiċi li jindirizzaw ir-rwol ta’ teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-hosting ta’ siti web assoċjati, fil-produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, xiri u distribuzzjoni ta’ drogi illeċiti u sustanzi psikoattivi ġodda fil-livell nazzjonali u tal-UE.

2017-2020

Kunsill

COM

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD

COSI

Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Doganali (CCWP))

Stati Membri

Europol

CEPOL

EMCDDA

EUROJUST

Riżultati miksuba minn azzjonijiet tal-infurzar tal-liġi indirizzati lejn kriminalità b’rabta mad-drogi permezz tal-Internet

Żieda fl-għadd ta’ —operazzjonijiet konġunti u fl-inizjattivi ta’ kooperazzjoni transkonfinali

In-numru u l-impatt tal-proġetti ta’ riċerka ffinanzjati u l-għodod żviluppati għall-appoġġ tal-infurzar tal-liġi

Numru ta’ ftehimiet/diskussjonijiet mal-imsieħba rilevanti fl-industrija

L-istabbiliment ta’ glossarju tat-termini

L-istabbiliment ta’ inventarju tal-għodod ta’ monitoraġġ

Numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-partijiet interessati rilevanti

Numru ta’ laqgħat mal-imsieħba internazzjonali li fihom ġiet diskussal-azzjoni

Eżami Interim taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE

EMPACT

Rapporti tal-Ixprunatur

Rapportar tal-Europol

Statistiċi/Rapport annwali tas-CEPOL

Rapportar tal-EMCDDA

Rapportar tal-Istati Membri

Rapporti mill-Aġenziji tal-UE

COM

3.   Koordinazzjoni

L-Istati Membri u l-UE jikkoordinaw b’mod effettiv il-politika dwar id-drogi

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta’ żmien

Parti responsabbli

Indikatur(i)

Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

7.

Koordinazzjoni effettiva tal-UE fil-qasam tad-drogi

24.

Titjieb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-GOD u Gruppi ta’ Ħidma oħra rilevanti tal-Kunsill u b’mod partikolari l-COSI biex titjieb il-koordinazzjoni relatata mal-pilastru tat-tnaqqis tal-provvista tad-droga

Titjieb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-GOD u Gruppi ta’ Ħidma ġeografiċi u tematiċi rilevanti oħrajn tal-Kunsill inkluż bħal COSI, COAFR, COASI, COEST, COLAC, COTRA, COWEB, CONUN, COHOM, CCWP, COSCE, CUG u DROIPEN

Għaddejja bħalissa

PRES

Kunsill

SEAE

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

Il-punt sa fejn jitqiesu l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi/u l-Pjan ta’ Azzjoni fil-Programmi ta’ Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill oħrajn bħal COSI, COAFR, COASI, COEST, COLAC, COTRA, COWEB, CONUN, COHOM, CCWP, COSCE, CUG u DROIPEN.

Punt ta’ informazzjoni regolari fuq l-aġenda tal-GOD dwar 1) l-attivitajiet marbutin mal-prijoritajiet relatati mad-droga taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE (ibbażata fuq ir-rappurtar tal-EMPACT, darba kull Presidenza), u 2) l-attivitajiet rilevanti ta’ Gruppi ta’ Ħidma oħra tal-Kunsill, fil-preżenza tal-Presidenti tal-Gruppi ta’ Ħidma oħra rilevanti, fejn xieraq

Rapportar tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

Rapportar tal-Presidenza

 

25.

Kull Presidenza tista’ ssejjaħ laqgħat tal-Koordinaturi Nazzjonali dwar id-Drogi, u ta’ gruppi oħrajn kif meħtieġ, biex jikkunsidraw xejriet emerġenti, interventi effettivi u żviluppi oħrajn ta’ politika ta’ valur miżjud għall-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u għall-Istati Membri

Darbtejn fis-sena

PRES

Stati Membri

Il-livell ta’ kemm l-aġenda tal-laqgħa tal-Koordinaturi Nazzjonali dwar id-Drogi tirrifletti l-iżviluppi, ix-xejriet u osservazzjonijiet ġodda fit-tweġibiet tal-politika u ta’ kemm tipprovdi għal titjib fil-komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

Rapportar tal-Presidenza

 

26.

Il-GOD ser jiffaċilita (a) monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni permezz ta’ dibattiti tematiċi; u (b) djalogu annwali dwar l-istat tal-fenomenu tad-drogi fl-Ewropa

(a)

Għaddejja bħalissa

(b)

Darba fis-sena

PRES

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

Stati Membri

COM

EMCDDA

Europol

Livell ta’ implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni

Numru ta’ azzjonijiet mill-Pjan ta’ Azzjoni indirizzati fid-dibattiti tematiċi fil-GOD

Il-puntwalità tad-djalogu fil-GOD rigward ix-xejriet u d-data l-aktar reċenti rigward id-drogi

Rapportar tal-Presidenza

 

27.

Żgurar tal-konsistenza u kontinwità tal-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-UE minn Presidenza għal oħra sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat, ibbilanċjat u bbażat fuq l-evidenza rigward id-drogi fl-UE

Għaddejja bħalissa

PRES

Triju ta’ PRES

Stati Membri

COM

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

EMCDDA

Europol

Il-livell ta’ konsistenza u kontinwità tal-azzjonijiet minn Presidenza għal oħra

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi minn Presidenza għal oħra

Rapportar tal-Presidenza

 

28.

Żgurar tal-koordinazzjoni tal-politiki u t-tweġibiet tal-UE fil-qasam tad-drogi, b’appoġġ għal kooperazzjoni internazzjonali bejn l-UE, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

Għaddejja bħalissa

SEAE

COM

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

Stati Membri

Il-livell ta’ konsistenza u koerenza fl-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-miżuri previsti fl-azzjonijiet tal-UE dwar id-drogi

L-inklużjoni ta’ prijoritajiet li jirrigwardaw id-drogi fl-istrateġiji tal-korpi rilevanti tal-UE

Kooperazzjoni intensifikata bejn il-GOD u l-Gruppi ta’ Ħidma ġeografiċi/reġjonali u tematiċi tal-Kunsill, inkluż il-COSI, COAFR, COASI, COEST, COLAT, COTRA, COWEB, CONUN u COHOM, CCWP, COSCE, CUG u DROIPEN

Numru ta’ rapporti mill-Grupp ta’ Dublin

Rapportar perjodiku mis-SEAE u l-COM lill-Grupp ta’ ħidma tal-Kunsill (GOD)

Grupp ta’ Dublin

 

29.

a.

Il-ksib ta’ livell ta’ riżorsi koordinati u adatti fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jissodisfa l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE rigward id-drogi

b.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni biex tiġi indirizzata t-tendenza li qed tikber ta’ dipendenza fuq stimulanti, b’mod partikolari l-metamfetamina, bejn korpi governattivi rilevanti u s-settur tal-NGOs, li tiffoka fuq il-ħolqien u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tat-tixrid minn epidemiji lokali, inkluż sforzi għat-tnaqqis tad-domanda u l-provvista, u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prevenzjoni ta’ użu ħażin ta’ prodotti mediċinali għall-produzzjoni tal-metamfetamina.

Annwali

2017-2020

Stati Membri

COM

SEAE

Kunsill

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

L-indikatur ġenerali 14

L-ammont ta’ fondi fil-livell tal-UE u, fejn ikun adatt, fil-livell tal-Istati Membri

Il-livell ta’ koordinazzjoni dwar programmi finanzjarji relatati mad-drogi fost il-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill u l-COM

Il-livell ta’ netwerking bejn il-professjonisti kemm fis-settur statutorji kif ukoll dak mhux statutorju

Id-disponibbiltà ta’ interventi aċċessibbli

L-għadd ta’ interventi żviluppati

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rapportar tal-COM

Il-portal tal-Aħjar Prattika tal-EMCDDA

8.

Koordinazzjoni effettiva tal-politika dwar id-drogi f’livell nazzjonali

30.

Koordinazzjoni tal-azzjonijiet dwar il-politika fil-qasam tad-drogi bejn id-Dipartimenti u l-Ministeri tal-Gvern u l-aġenziji rilevanti fil-livell tal-Istati Membri u l-iżgurar ta’ rappreżentanza multidixxiplinari xierqa fi, jew input fid-delegazzjonijiet għall-GOD

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

L-indikatur ġenerali 14

L-effikaċja ta’ mekkaniżmu orizzontali ta’ koordinazzjoni tal-politika dwar id-drogi fil-livell tal-Istati Membri

In-numru ta’ azzjonijiet trasversali fil-livell tal-Istati Membri għat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u l-provvista tagħhom

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rapportar tal-Istati Membri

9.

Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi

31.

Promozzjoni u tisħiħ ta’ djalogu mas-soċjetà ċivili u l-komunità xjentifika, u l-involviment tagħhom, fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki dwar id-droga fil-livelli tal-Istati Membri u tal-UE

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

COM

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

PRES

Djalogi f’waqthom bejn il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-UE dwar id-Drogi u l-GOD matul kull perijodu ta’ Presidenza

Involviment tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-UE fl-eżami tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi

Il-livell ta’ involviment tas-soċjetà ċivili u l-komunità xjentifika fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-Istati Membri u tal-UE dwar id-drogi

Djalogu f’waqtu bejn il-komunità xjentifika (xjenzi naturali u soċjali, inklużi n-newroxjenza u r-riċerka fl-imġiba) u l-GOD

Reazzjonijiet mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-UE dwar id-Drogi u mir-Rappreżentanti tas-Soċjetà Ċivili fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE

Rapportar tal-Istati Membri

Reazzjonijiet mill-Komunità Xjentifika permezz tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA

4.   Kooperazzjoni internazzjonali

Tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet fil-qasam tad-drogi b’mod komprensiv u bbilanċjat

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta’ żmien

Parti responsabbli

Indikatur(i)

Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

10.

Integrazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi fil-qafas ta’ politika barranija ġenerali tal-UE bħala parti minn approċċ komprensiv li jagħmel użu sħiħ mill-firxa ta’ politiki u strumenti diplomatiċi, politiċi u finanzjarji disponibbli għall-UE b’mod koerenti u koordinat

32.

L-iżgurar ta’ koerenza bejn l-aspetti interni u esterni tal-politiki tal-UE dwar id-drogi u li jiġu integrati b’mod sħiħ kwistjonijiet mill-qasam tad-drogi fid-djalogi politiċi u l-ftehimiet qafas bejn l-UE u s-sħab tagħha fil-ħidma tal-UE dwar kwistjonijiet jew sfidi globali

Għaddejja bħalissa

COM

SEAE

PRES

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

Stati Membri

L-indikatur ġenerali 13

Il-prijoritajiet tal-politika dwar id-drogi riflessi dejjem aktar fil-politiki u l-azzjonijiet esterni tal-UE

L-inklużjoni ta’ prijoritajiet b’rabta mad-drogi fl-istrateġiji tal-UE ma’ reġjuni u pajjiżi terzi

In-numru ta’ ftehimiet, dokumenti ta’ strateġija u pjanijiet ta’ azzjoni stabbiliti

Rapportar tas-SEAE

 

33.

Ikun żgurat li l-prijoritajiet tal-politika u l-bilanċ bejn it-tnaqqis fid-domanda u l-provvista jkunu riflessi tajjeb fl-għażliet ta’ politika u fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-assistenza esterna, b’mod partikolari f’pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, permezz ta’ proġetti li jinvolvu:

a.

żvilupp ta’ politiki fil-qasam tad-drogi li jkunu integrati, bilanċjati u bbażati fuq l-evidenza;

b.

tnaqqis fil-provvista;

il-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ prekursuri u pre-prekursuri tad-droga;

c.

tnaqqis fid-domanda għad-droga; u

d.

miżuri ta’ żvilupp alternattivi

Għaddejja bħalissa

COM

Stati Membri

SEAE

Il-livell ta’ kemm il-prijoritajiet tal-politika tal-UE dwar id-drogi, speċjalment il-bilanċ fit-tnaqqis bejn id-domanda u l-provvista, huma riflessi fil-prijoritajiet u l-proġetti ffinanzjati

Il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ azzjonijiet koordinati fil-pjanijiet ta’ azzjoni bejn l-UE u reġjuni u pajjiżi terzi

In-numru ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jinkorporaw politiki integrati dwar id-drogi

Rapporti tal-COM, SEAE u l-Istati Membri dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi

 

34.

Titjib fil-kapaċità u t-tisħiħ tar-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod proattiv rigward kwistjonijiet ta’ politika dwar id-drogi u jirrapportaw lura b’mod effikaċi dwar is-sitwazzjoni lokali tad-drogi

2017-2020

SEAE

COM

Stati Membri

Kompetenza esperta, taħriġ u gwida ta’ politika rilevanti pprovduti lid-Delegazzjonijiet tal-UE

Tisħiħ tan-netwerking reġjonali fost id-Delegazzjonijiet tal-UE rigward kwistjonijiet ta’ drogi

Tisħiħ tal-koordinazzjoni mal-Istati Membri

Rapportar tas-SEAE u tal-COM

id-Delegazzjonijiet tal-UE

Rapporti tal-Grupp ta’ Dublin

 

35.

Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-UE għall-iżvilupp alternattiv (konsistenti mal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020; l-Approċċ tal-UE għal Żvilupp Alternattiv u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Alternattiv 2013) f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tal-bniedem, aspetti marbutin mal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kondizzjonijiet qafas speċifiċi, inkluż:

a.

l-inkorporazzjoni tal-iżvilupp alternattiv fl-aġenda usa’ tal-Istati Membri, filwaqt li l-pajjiżi terzi li jixtiequ jagħmlu dan jiġu mħeġġin jintegraw l-iżvilupp alternattiv fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom;

b.

billi jsir kontribut għall-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-faqar, il-konflitti u l-vulnerabbiltà permezz ta’ appoġġ għal mezzi ta’ għajxien sostenibbli, legali u sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi għal nies li kienu preċedentement, jew li huma attwalment, involuti fil-kultivazzjoni illeċita tal-għelejjel tad-drogi

c.

jiġi pprovdut livell adatt ta’ finanzjament u kompetenza esperta mill-UE u l-Istati Membri biex ikomplu jiġu msaħħin u appoġġati l-isforzi ta’ pajjiżi mhux tal-UE fl-indirizzar u l-prevenzjoni tal-koltivazzjoni ta’ għelejjel ta’ produzzjoni ta’ droga illeċita, permezz ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali u jissaħħaħ l-istat tad-dritt sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tnaqqis tal-faqar, tas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà pubbliċi

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

COM

SEAE

L-għadd ta’ politiki, strateġiji u pjani ta’ azzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jinkorporaw:

approċċi integrati għall-problema tal-kultivazzjoni illeċita ta’ għelejjel tad-drogi u

inizjattivi rigward l-iżvilupp alternattiv li ġew organizzati b’mod effettiv

In-numru ta’ proġetti evalwati li juru eżiti pożittivi relatati ma’ mezzi ta’ għajxien sostenibbli, legali u sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi

Titjib fl-indikaturi rigward l-iżvilupp tal-bniedem

In-numru ta’ proġetti u programmi għall-iżvilupp rurali, iffinanzjati mill-UE u l-Istati Membri f’reġjuni fejn tkun qiegħda sseħħ il-kultivazzjoni illeċita ta’ għelejjel tad-drogi, jew f’reġjuni li jinsabu f’riskju ta’ kultivazzjoni illeċita tad-drogi

Rappurtar ta’ tnaqqis lokali fil-kultivazzjoni illeċita tad-drogi fuq perijodu ta’ żmien twil

Rapporti tal-UNODC u tal-INCB dwar il-politiki dwar id-drogi f’pajjiżi mhux tal-UE

Rapporti ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta’ Proġetti u Programmi tal-UE u l-Istati Membri

Rapporti tal-UNDP dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem

Il-Grupp ta’ Dublin jirrapporta dwar il-pajjiżi mhux tal-UE

 

36.

Jingħata appoġġ lil pajjiżi terzi, inkluż lis-soċjetà ċivili f’dawk il-pajjiżi, biex jiġu żviluppati u implimentati inizjattivi biex jitnaqqsu r-riskji u d-danni, partikolarment fejn hemm theddida dejjem akbar ta’ trasmissjoni ta’ virus li jittieħdu mid-demm u li huma relatati mad-drogi u assoċjati mal-konsum tad-drogi inkluż, iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

COM

SEAE

In-numru ta’ inizjattivi li jnaqqsu r-riskji u d-danni li ġew żviluppati u l-kwalità tagħhom

Il-prevalenza ta’ mwiet relatati mad-drogi f’pajjiżi terzi u virus li jittieħdu mid-demm u li huma relatati mad-drogi, inkluż, iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi

Rapporti tal-WHO

Il-Grupp ta’ Dublin jirrapporta dwar il-pajjiżi mhux tal-UE

Skambji tas-SEAE, il-COM u l-Istati Membri dwar il-politiki ta’ pajjiżi mhux tal-UE

 

37.

Jingħata appoġġ lil pajjiżi terzi biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata relatata mad-drogi, inkluż it-traffikar tad-drogi, permezz ta’:

a.

il-kondiviżjoni ta’ intelligence miksuba u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

b.

tisħiħ tal-kapaċità kontra s-sustanzi narkotiċi u żvilupp ta’ kompetenza esperta fil-pajjiżi tal-oriġini u dawk tat-tranżitu;

c.

ħidma mas-sħab internazzjonali biex jiġu indirizzati l-fatturi li jikkontribwixxu għat-traffikar tad-drogi bħall-korruzzjoni, l-istituzzjonijiet dgħajfin, il-governanza dgħajfa u nuqqas ta’ kontrolli regolatorji finanzjarji;

d.

tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-identifikazzjoni u l-irkupru tal-assi, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ pjattaformi nazzjonali speċifiċi; u

e.

intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u intrareġjonali

f.

inkorporazzjoni tal-istat tad-dritt u tal-istandards u l-prinċipji internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem f’miżuri tal-infurzar tal-liġi relatati mad-drogi

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

SEAE

COM

Europol

In-numru ta’ proġetti u programmi u kemm huma effikaċi mill-UE u l-Istati Membri f’pajjiżi mhux tal-UE

Tnaqqis sostnut fit-traffikar tad-drogi

Rapportar mill-COM u mill-Istati Membri

Rapportar tal-Europol

Rapportar tas-SEAE

Rapport Dinji Annwali tal-UNODC rigward id-Drogi

 

38.

a.

Tisħiħ tal-kooperazzjoni u/jew it-twettiq ta’ djalogu mas-sħab, inkluż:

il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali

il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

l-Istati Uniti tal-Amerka

il-Federazzjoni Russa

pajjiżi jew reġjuni ta’ prijorità oħrajn, speċjalment:

l-Afganistan, il-Pakistan u l-Iran

ir-Repubbliki tal-Asja Ċentrali

iċ-Ċina

l-Amerka Latina u l-Karibew (CELAC)

l-Afrika, b’mod partikolari l-Afrika tal-Punent

Pajjiżi oħra skont l-iżviluppi nazzjonali u internazzjonali

b.

Esplorazzjoni tal-possibbiltajiet għal involviment (bħal djalogi bilaterali, proġetti konġunti) ma’ pajjiżi oħra mhux tal-UE dwar kwistjonijiet serji relatati mad-drogi

Għaddejja bħalissa

Triju ta’ PRES

COM

SEAE

Stati Membri

L-indikatur ġenerali 13

Tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-drogi mas-sħab rilevanti

Djalogi organizzati

Dikjarazzjonijiet maqbula

Programmi u Pjanijiet ta’ Azzjoni implimentati

Rapportar tas-SEAE

Rapporti dwar l-Implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni rilevanti fejn disponibbli

 

39.

Titjib tal-mekkaniżmu konsultattiv tal-Grupp ta’ Dublin permezz ta’ kooperazzjoni u parteċipazzjoni intensifikati tal-UE, titjib fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u t-tqassim tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu

Għaddejja bħalissa

Grupp ta’ Dublin

COM

SEAE

Stati Membri

Il-livell ta’ attività fl-istrutturi kollha tal-Grupp ta’ Dublin inkluż in-numru ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Dublin implimentati b’mod effettiv

Modernizzazzjoni miksuba tal-metodi ta’ ħidma tal-Grupp ta’ Dublin

Rapporti tal-Grupp ta’ Dublin

 

40.

Jiġi organizzat djalogu annwali dwar l-assistenza mill-UE u l-Istati Membri relatata mad-drogi għal pajjiżi terzi akkumpanjat minn aġġornament bil-miktub

Minn 2017

COM

SEAE

Stati Membri

Preżentazzjoni mill-COM u s-SEAE lill-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi, tal-inqas darba fis-sena

Rapportar mill-COM u mis-SEAE

Rapportar tal-Istati Membri

Sistemi u Rapporti ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni ta’ Proġetti u Programmi

 

41.

Jiġi żgurat li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati kompletament fi djalogi politiċi u fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ programmi u proġetti rilevanti relatati mad-drogi inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet (rights-based approach - RBA) u ta’ gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem u għodda għall-valutazzjoni tal-impatt imfassla apposta

Għaddejja bħalissa

COM

COHOM/EEAS

Stati Membri

Integrazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u l-azzjonijiet esterni tal-UE dwar id-drogi

Implimentazzjoni tal-għodda ta’ gwida u valutazzjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem

Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Rapportar tal-Istati Membri

11.

Titjib tal-koeżjoni tal-approċċ tal-UE u l-viżibbiltà tal-UE fin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-UE mal-korpi internazzjonali relatati mal-qasam tad-droga

42.

Isir kontribut għat-tfassil tal-aġenda dwar il-politika internazzjonali rigward id-drogi, inkluż permezz ta’:

a.

Azzjoni aktar affermattiva mill-UE u d-Delegazzjonijiet tal-Istati Membri fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u l-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi (CND);

b.

Azzjoni koordinata mill-UE u d-Delegazzjonijiet tal-Istati Membri fil-fora l-oħrajn kollha tan-NU li tindirizza kwistjonijiet relatati mad-drogi (pereżempju l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli)

c.

tħejjija, koordinazzjoni u adozzjoni tal-pożizzjonijiet komuni u r-riżoluzzjonijiet konġunti tal-UE fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u s-CND, inklużi, qabel is-CND, dwar l-iskedar tas-sustanzi, u l-iżgurar li l-UE titkellem b’vuċi waħda b’saħħitha f’dawn il-fora internazzjonali u oħrajn;

d.

il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tad-Dokument dwar l-Eżitu tal-UNGASS 2016 bħala dokument fundamentali ta’ referenza għal diskussjonijiet rilevanti għall-politika internazzjonali dwar id-drogi fil-fora rilevanti kollha

e.

il-parti ministerjali li għandha ssir matul it-tnejn u sittin sessjoni tas-CND, fi Vjenna fl-2019; u

f.

l-iżgurar tal-involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili u l-komunità xjentifika fil-proċess ta’ eżami

Għaddejja bħalissa

SEAE

PRES

Stati Membri

COM

Kunsill

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

L-indikatur ġenerali 13

Numru ta’ dikjarazzjonijiet tal-UE fil-fora tas-CND u fil-fora l-oħra tan-NU

In-numru ta’ pożizzjonijiet komuni tal-UE appoġġati minn reġjuni u korpi internazzjonali oħrajn

Numru ta’ pożizzjonijiet komuni li jikkonċernaw id-deċiżjonijiet tas-CND dwar l-iskedar tas-sustanzi

Ir-riżultat tad-deċiżjonijiet tas-CND dwar l-iskedar tas-sustanzi

Livell ta’ adozzjoni b’suċċess ta’ riżoluzzjonijiet tal-UE fin-NU inkluż fis-CND

Promozzjoni effettiva tal-politiki tal-UE fin-NU, inkluż fis-CND

Adozzjoni ta’ Dokument dwar il-Pożizzjoni Komuni tal-UE fil-proċess ta’ eżami tal-2019; Kontribuzzjoni tal-UE għad-definizzjoni mis-CND tal-modalitajiet għall-proċess tal-2019

Implimentazzjoni tal-pożizzjoni komuni tal-UE dwar il-proċess post-UNGASS

L-eżitu tal-eżami tal-2019 tad-Dikjarazzjoni Politika u l-Pjan ta’ Azzjoni tan-NU tal-2009 dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali għal Strateġija Integrata u Bbilanċjata biex Tiġi Miġġielda l-Problema Dinjija tad-Drogi

Progress fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) b’rabta mad-drogi

Rapportar tas-SEAE

Indikatur ta’ konverġenza

Eżitu tal-eżami tal-2019

Ir-rapporti annwali dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

 

43.

It-tisħiħ tas-sħubiji mal-UNODC, WHO, UNAIDS u aġenziji rilevanti oħrajn tan-NU, korpi internazzjonali u reġjonali u organizzazzjonijiet u inizjattivi (bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-Inizjattiva tal-Patt ta’ Pariġi)

Għaddejja bħalissa

Kunsill

SEAE

COM

PRES

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (GOD)

EMCDDA

L-indikaturi ġenerali 13, 15

In-numru ta’ skambji ta’ informazzjoni u attivitajiet bejn l-UE u l-korpi u l-organizzazzjonijiet u l-inizjattivi internazzjonali u reġjonali rilevanti

L-effikaċja tas-sħubiji ma’ korpi rilevanti

Rapportar tal-Istati Membri, is-SEAE, il-COM

12.

Jingħata appoġġ għall-proċess tal-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali biex jadattaw għall-acquis tal-UE u jikkonformaw miegħu fil-qasam tad-drogi, permezz ta’ assistenza mmirata u monitoraġġ

44.

Tingħata assistenza teknika mmirata, u assistenza oħra u appoġġ kif meħtieġ, lill-pajjiżi aderenti, lill-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali biex jiġi ffaċilitat l-adattament tagħhom għall-acquis tal-UE u l-konformità miegħu fil-qasam tad-drogi

Għaddejja bħalissa

COM

Stati Membri

EMCDDA

Europol

Eurojust

Frontex

SEAE

L-indikatur ġenerali 15

Konformità akbar mill-pajjiżi mal-acquis tal-UE

In-numru u l-kwalità ta’ proġetti kkompletati

Stabbiliment ta’ Strateġiji Nazzjonali dwar id-Drogi u strutturi nazzjonali ta’ koordinazzjoni fil-qasam tad-drogi

Rapportar tal-EMCDDA

Rapporti tal-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali

5.   Informazzjoni, riċerka, monitoraġġ u evalwazzjoni

Kontribut biex jinftiehmu aħjar l-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi u l-impatt tal-miżuri sabiex tingħata evidenza soda u komprensiva għall-politiki u l-azzjonijiet

Objettiv

Azzjoni

Skeda ta’ żmien

Parti responsabbli

Indikatur(i)

Mekkaniżmi għall-ġbir/valutazzjoni tad-data

13.

Jiġi żgurat investiment adegwat fir-riċerka, il-ġbir ta’ data, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-fenomenu tad-drogi

45.

Issir promozzjoni ta’ finanzjament adatt ta’ riċerka u studji multidixxiplinari fil-livell tal-UE relatati mad-drogi inkluż permezz ta’ programmi finanzjarji relatati mal-UE (2014-2020)

2017-2020

Stati Membri

COM

L-ammont u t-tip ta’ finanzjament tal-UE mogħti lill-programmi u l-proġetti differenti

COM

Rapportar tad-djalogu annwali dwar ir-riċerka

 

46.

Jiġi żgurat li l-proġetti b’appoġġ mill-UE:

a.

jieħdu kont tal-prijoritajiet tal-Istrateġija dwar id-Drogi u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-ġlieda kontra d-Drogi tal-UE;

b.

jikkunsidraw il-lakuni fil-formulazzjoni tal-politika;

c.

jagħtu valur miżjud ċar u jiżguraw koerenza u sinerġija; u

d.

jevitaw duplikazzjoni mar-riċerka taħt programmi u korpi oħrajn

e.

jieħdu kont tal-importanza tar-riċerka fl-imġiba u n-newroxjenza (8)

f.

jinkludu indikaturi ċari għall-kejl tal-impatt tagħhom

2017-2020

COM

EMCDDA

L-inklużjoni tal-prijoritajiet tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ġlieda kontra d-Drogi fil-finanzjament u l-valutazzjoni tal-kriterji tar-riċerka ffinanzjata mill-UE u relatata mad-drogi

In-numru, l-impatt, il-komplementarjetà u l-valur ta’ għotjiet u kuntratti ta’ riċerka mogħtija ffinanzjati mill-UE u relatati mad-drogi

In-numru ta’ artikli u rapporti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE u relatati mad-drogi ppubblikati f’ġurnali riveduti mill-pari b’fatturi ta’ impatt qawwi

Dibattitu annwali tal-GOD dwar proġetti ta’ riċerka relatati mad-drogi ffinanzjati mill-UE inklużi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA dwar il-prijoritajiet tar-riċerka

Rapporti ta’ proġetti ta’ riċerka

Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA dwar il-prijoritajiet tar-riċerka

Indiċi ta’ Ċitazzjoni Xjentifika u għodod bibljometriċi simili

Aġenda ta’ riċerka strateġika żviluppata mill-ERANID

 

47.

Jiġu promossi evalwazzjonijiet bbażati fuq l-evidenza tal-politiki u l-interventi fil-livell nazzjonali, tal-UE u internazzjonali

2017-2020

COM

Stati Membri

EMCDDA

L-indikatur ġenerali 14

Gwida tal-EMCDDA dwar l-evalwazzjoni użata biex jiġi appoġġat il-proċess nazzjonali

Studji speċifiċi pprovduti dwar l-effikaċja u l-impatti tal-politiki tal-UE u internazzjonali dwar id-drogi

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

 

48.

Tissaħħaħ l-analiżi (inkluż l-immappjar ta’ sorsi ta’ informazzjoni) u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn it-traffikar tad-droga u:

a.

il-finanzjament tal-gruppi u l-attivitajiet terroristiċi, inkluż kwalunkwe trikkib bejn ir-rotot stabbiliti għall-produzzjoni tad-drogi u ż-żoni tat-traffikar, u ż-żoni tal-kunflitt; u s-sorsi ta’ finanzjament taċ-ċelloli terroristiċi fl-UE mill-attivitajiet illeċiti inkluż it-traffikar tad-drogi;

b.

Traffikar tal-bnedmin (il-bini ta’ sinerġiji mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti (2015-2020) li jipprevedi riċerka u analiżi tar-riskju bejn il-kuntrabandu u reati oħrajn bħat-traffikar tad-droga) inkluż:

Iffokar fuq il-migranti vulnerabbli u l-isfruttament potenzjali tagħhom għal skopijiet ta’ traffikar tad-droga u/jew bħala utenti finali tad-drogi, b’mod partikolari l-minuri u n-nisa.

L-esplorazzjoni ta’ kwalunkwe trikkib bejn it-traffikar tad-drogi u ċ-ċrieki kriminali tal-kuntrabandu tal-migranti, il-modi operandi u r-rotot.

c.

it-traffikar f’sinerġiji ta’ żvilupp tal-bnedmin mal-oqfsa legali u politiċi tal-UE li jindirizzaw it-traffikar tal-bnedmin inkluż l-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012–2016

2017-2020

Stati Membri

Kummissjoni

ATC tal-UE

EMCDDA

Europol

Frontex

FRA

EIGE

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill

(COSI

COTER

Grupp ta’ Ħidma dwar it-Terroriżmu (TWP)

Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli (HLWG))

Il-punt sa fejn jiżdied il-fehim tal-konnessjonijiet potenzjali bejn it-traffikar tad-drogi u:

il-finanzjament tat-terroriżmu

il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

it-Traffikar tal-Bnedmin

xogħol tal-UE u nazzjonali (bħal rapporti, studji u artikli li jindirizzaw dawn is-suġġetti)

Rapportar tal-Istati Membri

Rapportar tal-COM

aġenziji tal-UE li jirrappurtaw (EMCDDA Europol

Frontex u FRA fil-qafas tal-attivitajiet ta’ rappurtar regolari tagħhom

EIGE fil-qafas tal-attivitajiet ta’ rappurtar regolari tagħhom

valutazzjonijiet tar-Riskju tal-FATF

14.

Jinżammu netwerking u kooperazzjoni u tiġi żviluppata kapaċità fi ħdan il-komponenti tal-infrastruttura tal-għarfien tal-UE u bejniethom għall-informazzjoni, ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-drogi, b’mod partikolari d-drogi illeċiti

49.

F’kollaborazzjoni mal-partijiet rilevanti, jibqgħu jiġu pprovduti analiżijiet komprensivi ta’:

a.

is-sitwazzjoni tad-drogi fl-UE;

b.

id-dinamika tal-konsum tad-drogi f’popolazzjonijiet ġenerali u gruppi fil-mira

c.

reazzjonijiet għall-konsum tad-drogi

u fi żmien xieraq, jiġi pprovdut aġġornament mill-EMCDDA tal-ħarsa ġenerali tal-2017 tal-leġislazzjoni dwar il-kannabis fl-UE kif ukoll ikomplu jsiru sorveljanza u rapportar dwar il-leġislazzjonijiet dwar il-kannabis f’livell nazzjonali u f’pajjiżi terzi

Għaddejja bħalissa

EMCDDA

Europol

Stati Membri

COM

L-indikaturi ġenerali 1-15

Stabbiliment tan-nuqqasijiet attwali fil-bażi tal-għarfien u żvilupp ta’ qafas fil-livell tal-UE biex isiru kemm jista’ jkun analiżijiet mill-ħażniet attwali ta’ data

In-numru ta’ studji ġenerali u analiżijiet ta’ temi rigward is-sitwazzjoni tad-drogi

Rapportar tal-EMCDDA

Rapportar tal-Istati Membri

Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi

COM

 

50.

Jissaħħaħ it-taħriġ ibbażat fuq l-evidenza għal dawk involuti fir-rispons għall-fenomenu tad-drogi

2017-2020

Stati Membri

EMCDDA

CEPOL

In-numru ta’ inizjattivi fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE biex jitħarrġu professjonisti f’aspetti tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u t-tnaqqis tal-forniment tad-drogi

In-numru ta’ inizjattivi fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE implimentati biex jitħarrġu professjonisti b’rabta mal-ġbir ta’ data u rappurtar tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi u t-tnaqqis tal-provvista tad-drogi

Rapportar tal-Istati Membri

Rapport annwali tas-CEPOL

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

 

51.

Tisħiħ tal-ġbir ta’ data, ir-riċerka, l-analiżi u r-rappurtar dwar:

a.

tnaqqis fid-domanda għad-droga;

b.

tnaqqis fil-provvista tad-droga;

c.

ix-xejriet emerġenti, bħall-użu polidroga u l-abbuż ta’ mediċini psikoattivi li jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sikurezza;

d.

virus li jittieħdu mid-demm u assoċjati mal-konsum tad-drogi inkluż iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi;

e.

komorbożità psikjatrika u fiżika;

f.

il-problemi tad-droga fost il-priġunieri u d-disponibbiltà u l-kopertura tal-interventi u s-servizzi għat-tnaqqis tad-domanda għad-droga fil-ħabsijiet; u

g.

problemi u konsegwenzi oħra relatati ma’ sustanzi illeċiti kif ukoll l-użu ta’ polidrogi (l-użu kkombinat ta’ sustanzi leċiti u illeċiti, inklużi mediċini psikoattivi, l-alkoħol u t-tabakk)

h.

il-konformità tal-politiki dwar id-drogi mal-istandards u l-prinċipji internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

COM

EMCDDA

Europol

ECDC

EMA

Disponibbiltà akbar u implimentazzjoni ta’ indikaturi bbażati fuq l-evidenza u xjentifikament solidi rigward it-tnaqqis tal-provvista tad-drogi u t-tnaqqis tad-domanda għad-drogi

Fil-livell tal-Istati Membri, il-firxa ta’ riċerka ġdida mibdija rigward ix-xejriet emerġenti bħall-użu polidroga u l-abbuż ta’ mediċini kkontrollati psikoattivi; virus li jittieħdu mid-demm u assoċjati mal-konsum tad-drogi inkluż iżda mhux limitati biss għall-HIV u l-epatite virali, kif ukoll il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi; komorbożità psikjatrika u fiżika; u problemi u konsegwenzi oħra relatati mas-sustanzi leċiti kif ukoll illeċiti

twettiq ta’ studju għall-UE kollha rigward l-intimidazzjoni tal-komunitajiet relatata mad-drogi, l-impatti tagħha fuq l-individwi, il-familji u l-komunitajiet l-aktar affettwati u r-reazzjonijiet effettivi għaliha

Adozzjoni ta’ indikaturi bbażati fuq l-evidenza u xjentifikament solidi dwar il-problemi tad-drogi fost il-priġunieri

Rapportar tal-EMCDDA

Rappurtar tal-EMA

Rapportar tal-Istati Membri

Rapporti ta’ data armonizzati mill-korpi tal-UE inkluż l-EMCDDA

SOCTA tal-UE

 

52.

Titjieb il-kapaċità ta’ kxif, valutazzjoni u rispons effettivi għat-tfaċċar u l-konsum ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u jiġi ssorveljat il-livell tal-impatt li jħallu dawn is-sustanzi l-ġodda fuq in-numru u l-profil tal-konsumaturi

Għaddejja bħalissa

COM

Stati Membri

EMCDDA

Europol

L-indikatur ġenerali 6

Il-firxa ta’ riċerka epidemjoloġika, farmakoloġika u tossikoloġika mibdija fir-rigward ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u appoġġata mill-Programmi ta’ riċerka tal-Istati Membri u tal-UE

Il-kwantità ta’ informazzjoni, prattiki tajba u skambju ta’ intelligence miksuba

Il-livell ta’ kondiviżjoni mil-laboratorji tat-tossikoloġija u mill-Istituti tar-Riċerka ta’ analiżijiet ta’ data tossikoloġika u relatata mas-saħħa rigward sustanzi psikoattivi ġodda

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rapport ta’ Implimentazzjoni tal-EMCDDA-Europol

Rapporti mil-laboratorji u l-istituti tar-riċerka

 

53.

Jissaħħu l-isforzi ta’ kondiviżjoni ta’ data ta’ xjenza forensika, inklużi l-appoġġ għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, standards ta’ referenza tal-laboratorji rigward sustanzi psikoattivi ġodda, u l-iżvilupp tal-metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni tas-sustanzi ġodda billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni maċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni, u permezz ta’ netwerks eżistenti, bħall-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drogi tan-Netwerk Ewropew tal-Istituti tax-Xjenza Forensika fil-qafas tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI dwar il-Viżjoni għal Xjenza Forensika Ewropea 2020 u n-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji Doganali

2017-2020

COM

Stati Membri

EMCDDA

L-indikatur ġenerali 15

Il-livell ta’ kondiviżjoni ta’ data ta’ xjenza forensika dwar sustanzi psikoattivi ġodda, li jappoġġa l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda

Faċilità ta’ aċċess għall-istandards ta’ referenza tal-laboratorji minn laboratorji u istituti tax-xjenza forensika, laboratorji doganali u istituti

Progress dwar l-iżvilupp ta’ metodoloġija komuni għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda

Rapportar tal-EMCDDA/Europol

Rapportar tal-COM

 

54.

Titjieb u tiżdied il-kapaċità ta’ identifikazzjoni, valutazzjoni u rispons fil-livell tal-Istati Membri u dak tal-UE għal (a) tibdil fl-imġiba fir-rigward tal-konsum tad-drogi u (b) tfaqqigħ ta’ mard epidemiku relatat mad-drogi

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

EMCDDA

ECDC

In-numru u l-effikaċja ta’ inizjattivi ġodda għas-saħħa pubblika relatati mad-drogi li jkunu ġew żviluppati u implimentati

In-numru u l-effikaċja ta’ miżuri u inizjattivi eżistenti li jiġu aġġustati biex jittieħed kont tal-konsum tad-drogi jew it-tfaqqigħ ta’ mard epidemiku

In-numru u l-impatt ta’ rapporti ta’ twissija bikrija, valutazzjonijiet tar-riskji u twissijiet

Rapporti tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox

Rappurtar tal-EMA

15.

Tissaħħaħ id-disseminazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ, ir-riċerka u l-evalwazzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali

55.

L-Istati Membri jibqgħu jappoġġaw l-isforzi ta’ monitoraġġ u skambju ta’ informazzjoni tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni mal-Punti Fokali Nazzjonali tar-Reitox u l-għoti ta’ appoġġ adegwat lil dawn il-Punti Fokali

a.

Organizzazzjoni ta’ avvenimenti Ewropej li jikkonċentraw fuq it-trasferiment u d-disseminazzjoni ta’ għarfien mir-riċerka lill-persuni li jfasslu l-politiki u l-professjonisti

Għaddejja bħalissa

Stati Membri

EMCDDA

COM

Riżultati aċċessibbli mill-istudji ffinanzjati mill-UE li jkunu ġew iddisseminati

Il-livell ta’ kemm il-finanzjament u riżorsi oħra tal-Punti Fokali Nazzjonali Reitox jissodisfaw il-ħtieġa

In-numru u l-effikaċja ta’ inizjattivi ta’ disseminazzjoni tal-Punti Fokali Nazzjonali Reitox

Numru ta’ avvenimenti tal-UE li ġew organizzati dwar it-trasferiment u d-disseminazzjoni ta’ għarfien mir-riċerka lill-persuni li jfasslu l-politiki u l-professjonisti

Disseminazzjoni permezz tal-Internet inkluż OpenAire, Cordis

Sit tal-Internet tal-EMCDDA

Rapportar tal-EMCDDA/Pakkett ta’ rapportar nazzjonali tan-netwerk Reitox


(1)  F’dan il-kuntest “ibbażati fuq l-evidenza” għandha tinqara bħala “bbażati fuq l-evidenza u l-esperjenza xjentifika disponibbli”

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta‘ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2013-2016 dwar standards ta‘ kwalità minimi fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi fl-Unjoni Ewropea 11985/15

(3)  MAOC (N), ibbażat Lisbona, huwa inizjattiva minn seba‘ (7) Pajjiżi Membri tal-UE: Franza, l-Irlanda, l-Italja, Spanja, in-Netherlands, il-Portugall u r-Renju Unit u huwa kofinanzjat mill-Fond għas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropa. Iċ-Ċentru jipprovdi forum għal kooperazzjoni multilaterali biex jitrażżan it-traffikar tad-drogi illeċiti bil-baħar u bl-ajru.

(4)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib tal-monitoraġġ tal-provvista tad-droga fl-Unjoni Ewropea tal-15 ta‘ Novembru 2013

(5)  Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta‘ April 014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta‘ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea; id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta‘ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha; id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta‘ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta‘ ordnijiet ta‘ konfiska. Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta‘ ordnijiet ta‘ ffriżar u ta‘ konfiska COM(2016) 819; id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI dwar il-konfiska ta rikavati, mezzi strumentali u proprjetà konnessi mal-kriminalità; Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza.

(6)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE; id-Deċiżjon Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità. Il-Proposta għal Direttiva tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali COM(2016) 826. Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta‘ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006; ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli ta‘ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli ta‘ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005.

(7)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta‘ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta‘ atti kriminali u ta‘ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta‘ drogi, fir-rigward tad-definizzjoni ta‘ droga.

(8)  Skont l-Orizzont 2020 (2014-2020), diġà ġew allokati madwar EUR 27 miljun għal proġetti li jindirizzaw il-vizzju tad-droga u jinkludu riċerka komportamentali u newroxjenza.


ANNESS I

15-il indikatur ġenerali għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020 (1)

1.

Perċentwal tal-popolazzjoni li attwalment jużaw id-drogi (matul dan l-aħħar xahar), użaw id-drogi reċentement (matul din l-aħħar sena), u li xi darba użaw id-drogi (użu matul ħajjithom) ikklassifikati skont id-droga u l-grupp tal-età (Stħarriġ tal-Popolazzjoni Ġenerali mill-EMCDDA)

2.

Xejriet previsti fil-prevalenza tal-konsum problematiku u injettat ta’ drogi (EMCDDA – Użu Problematiku tad-Drogi)

3.

Xejriet fl-imwiet ikkawżati mid-drogi u l-mortalità fost il-konsumaturi tad-drogi (skont definizzjonijiet nazzjonali) (EMCDDA – Imwiet relatati mad-Drogi)

4.

Prevalenza u inċidenza, fost utenti ta’ drogi injettati, ta’ mard li jittieħed li jista’ jiġi attribwit lill-konsum tad-drogi, inkluż l-HIV u l-Epatite virali, il-mard li jittieħed mis-sess u t-tuberkulożi (EMCDDA – Mard li Jittieħed Relatat mad-Drogi)

5.

Xejriet fl-età tal-ewwel użu ta’ drogi illeċiti (Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn (ESPAD), Stħarriġ dwar l-Imġiba marbuta mas-Saħħa fi Tfal tal-Età tal-Iskola (HBSC) u Stħarriġ tal-Popolazzjoni Ġenerali dwar il-Konsum tad-Drogi (EMCDDA – Indikatur Epidemjoloġiku Ewlieni)

6.

Xejriet fin-numri ta’ nies li jieħdu kura għad-drogi (EMCDDA – Domanda għal Kura) u n-numru totali stmat ta’ nies li qegħdin jirċievu trattament għad-drogi (EMCDDA – Domanda għat-Trattament u Rispons tas-Saħħa u Soċjali)

7.

Xejriet fin-numru u l-kwantitajiet ta’ qabdiet ta’ drogi illeċiti (EMCDDA Qabdiet tad-Drogi: kannabis inklużi weraq tal-kannabis, eroina, kokaina, il-kokaina crack, l-amfetamina, il-metamfetamina, l-ekstasi, l-LSD u sustanzi oħrajn)

8.

Xejriet fil-prezzijiet bl-imnut u l-purezza tad-drogi illeċiti (EMCDDA Prezz u Purezza: kannabis inklużi weraq tal-kannabis, eroina, kokaina, il-kokaina crack, l-amfetamina, il-metamfetamina, l-ekstasi, l-LSD, sustanzi oħrajn u l-kompożizzjoni tal-pilloli tad-drogi)

9.

Xejriet fin-numru ta’ rapporti inizjali ta’ reati kontra l-liġi dwar id-drogi, skont id-droga u t-tip ta’ reat (provvista v. użu/pussess) (EMCDDA – Reati Marbutin mad-Drogi)

10.

Prevalenza tal-użu tad-drogi fost il-priġunieri (EMCDDA – Konsum tad-Drogi fil-Ħabsijiet)

11.

valutazzjoni tad-disponibbiltà, il-kopertura u l-kwalità tas-servizzi u l-interventi fl-oqsma tal-prevenzjoni, it-tnaqqis tad-dannu, l-integrazzjoni soċjali u t-trattament. (EMCDDA Rispons tas-Saħħa u Soċjali)

12.

Interventi bbażati fuq l-evidenza rigward il-prevenzjoni, it-trattament, l-integrazzjoni soċjali u l-irkupru u l-impatt mistenni tagħhom fuq il-prevalenza tal-konsum tad-drogi u l-użu problematiku tad-drogi (Il-Portal tal-EMCDDA dwar l-Aħjar Prattiki)

13.

Djalogu u kooperazzjoni b’saħħithom, fil-qasam relatat mad-drogi, ma’ reġjuni oħrajn, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet oħrajn (Rapportar tas-SEAE)

14.

Żviluppi fl-istrateġiji nazzjonali għall-ġlieda kontra d-drogi, l-evalwazzjonijiet, il-leġislazzjoni, il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u l-estimi tal-infiq pubbliku fl-Istati Membri tal-UE (EMCDDA)

15.

Sistema ta’ Twissija Bikrija rigward sustanzi psikoattivi ġodda (EMCDDA/Europol) u Evalwazzjoni tar-Riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda


(1)  Dawn l-indikaturi huma bbażati fuq sistemi ta‘ rapportar eżistenti li ġew qabel l-objettivi tal-istrateġija attwali tal-UE fuq id-drogi u l-pjan ta‘ azzjoni, iżda jipprovdu l-aktar sett komprensiv ta‘ riżorsi fil-livell tal-UE biex jappoġġjaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom


ANNESS II

Glossarju ta’ akronimi

CCWP

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Doganali

CELAC

Comunidad de Estados Latinoamericanos y Caribeños (Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew)

CEPOL

Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija

CND

Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi (NU)

COAFR

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Afrika

COASI

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja

COEST

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali

COHOM

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

COLAC

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-Amerka Latina

COM

il-Kummissjoni Ewropea

CONUN

Kunsill tal-UE – Grupp ta’ Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti

COSCE

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar l-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa

COSI

Kunsill tal-UE - Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna

COTRA

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Relazzjonijiet Trans-Atlantiċi (il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka)

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill

Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill

COTER

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar it-Terroriżmu (Aspetti Internazzjonali)

COWEB

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Reġjun tal-Balkani tal-Punent

CUG

Kunsill tal-UE - Grupp dwar l-Unjoni Doganali

DROIPEN

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar id-Dritt Kriminali Sostantiv

ECDC

Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard

SEAE

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

EMA

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

EMCDDA

Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

EMPACT

Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali

ENFSI

Netwerk Ewropew tal-Istituti tax-Xjenza Forensika

ERA-net

Netwerk taż-Żona Ewropea tar-Riċerka

ERANID

Netwerk taż-Żona Ewropea ta’ Riċerka dwar id-Drogi Illeċiti

ESPAD

Proġett Ewropew ta’ Stħarriġ Skolastiku dwar l-Alkoħol u Drogi Oħrajn

UE

Unjoni Ewropea

EUROJUST

Unità Ewropea ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja

EUROPOL

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ

SOCTA tal-UE

valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Organizzata u l-Kriminalità Serja tal-UE

Frontex

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

HBSC

Stħarriġ dwar l-Imġiba marbuta mas-Saħħa fi Tfal tal-Età tal-Iskola

HCV

Virus tal-Epatite Ċ

GOD

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar id-Drogi

HIV

Virus tal-immunodefiċjenza umana

HLWG

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar l-Asil u l-Migrazzjoni

INCB

Bord Internazzjonali għall-Kontroll ta’ Sustanzi Narkotiċi (NU)

ĠAI

Ġustizzja u Affarijiet Interni

LGBTI

Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneru/Transesswali u Intersesswali

LSD

Dietilammid tal-aċidu liserġiku

MAOC (N)

Iċ-Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi

MASPs

Pjanijiet Strateġiċi Pluriennali (Europol)

MtQ

Memorandum ta’ Qbil

Stati Membri

Stat Membri

SPĠ

Sustanzi psikoattivi ġodda

PEN

Sistema Online ta’ Notifikazzjoni Qabel l-Esportazzjoni żviluppata mill-UNODC/INCB

PICS

Sistema ta’ Komunikazzjoni dwar Inċidenti li Jinvolvu Prekursuri

PRES

Presidenza ta’ Sitt Xhur tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Triju ta’ PRES

Grupp ta’ tliet Presidenzi ta’ sitt xhur konsekuttivi tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Reitox

Réseau Européen d’Information sur les Drogues et les Toxicomanies

SOCTA

valutazzjoni tat-Theddid Gravi tal-Kriminalità Organizzata

TWP

Kunsill tal-UE - Grupp ta’ Ħidma dwar it-Terroriżmu

NU

Nazzjonijiet Uniti

UNAIDS

Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV/AIDS

UNGASS

Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

UNODC

Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità

UNDP

Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti

WHO

Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (NU)


Top