EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017TA1206(35)
Report on the annual accounts of the European Union’s Judicial Cooperation Unit for the financial year 2016, together with Eurojust’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Eurojust
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Eurojust
OJ C 417, 6.12.2017, p. 218–222
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/218 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Eurojust
(2017/C 417/35)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Eurojust”), li tinsab fl-Aja, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA (1) bl-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-objettiv tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u bejn l-Istati Membri u Stati mhux Membri. |
2. |
It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust (2). Tabella Iċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust
|
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
3. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Eurojust. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
OPINJONI
Affidabbiltà tal-kontijiet Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet Dħul Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet
Pagamenti Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza
Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi
|
16. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
17. |
Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa għal attivitajiet ta’ sostenn) f’ammont ta’ EUR 6 446 530, jiġifieri 40 % (2015: EUR 1,6 miljun jew 22 %). Dawn huma prinċipalment relatati ma’ xogħlijiet li baqgħu għaddejjin wara minn tmiem is-sena u ma’ xiri li kien ordnat bi tħejjija għat-trasferiment tal-Eurojust għal uffiċċji ġodda fl-2017 (EUR 4 867 482). |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
18. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
President
(2) Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eurojust.europa.eu.
(3) Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.
Sors: data pprovduta mill-Eurojust.
(4) Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(5) Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kummenti tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2011 |
Fir-rapport għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti osservat li kien hemm lok biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur u l-Kulleġġ tal-Eurojust sabiex ir-responsabbiltajiet, li bħalissa jirriżultaw mir-Regolament Fundatur, ma jikkonċidux. Ma ttieħdet ebda miżura korrettiva fl-2011 (1). |
Għadha għaddejja |
2015 |
Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati huwa għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 1,6 miljun, jiġifieri 21 % (2014: EUR 1,5 miljun jew 20 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti speċifiċi għal servizzi ta' sigurtà u ospitalità (EUR 0,3 miljun) u għal proġetti tal-ICT, ħardwer u manutenzjoni (EUR 0,6 miljun) kif ukoll għal spejjeż ta’ konsulenza u ta’ proġetti għall-uffiċċji l-ġodda (EUR 0,3 miljun), fejn EUR 0,5 miljun ġew impenjati lejn tmiem is-sena, fil-biċċa l-kbira għal servizzi li kellhom jiġu pprovduti fl-2016. |
M/A |
(1) Ir-Regolament il-ġdid tal-Eurojust għadu qed jiġi eżaminat mil-leġiżlatur.
IR-RISPOSTA TAL-EUROJUST
18. |
Eurojust jaċċetta l-fatt li l-carry-overs għas-sena 2017 għat-titolu II huma relattivament għolja, madankollu jirreferi għall-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Qorti. Eurojust jibqa’ viġilanti sabiex jevita kwalunkwe carry-over mhux ġustifikat, li mhuwiex ir-riżultat dirett taċ-ċaqliq fil-bini l-ġdid, ir-rekwiżiti ta’ sigurtà li għadhom għaddejjin u l-ispejjeż operattivi. |