EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017SC0030

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL LI JEMENDA d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

SWD/2017/030 final - 2017/017 (COD)

Brussell, 3.2.2017

SWD(2017) 30 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Li jakkumpanja d-dokument

PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

LI JEMENDA d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021

{COM(2017) 54 final}
{SWD(2017) 31 final}


Skeda tas-Sommarju Eżekuttiv

Valutazzjoni tal-impatt dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jinżammu l-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-attivitajiet tal-avjazzjoni u jsiru t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021.

A. Ħtieġa li tittieħed azzjoni

Għalfejn? X’inhi l-problema li qiegħda tiġi indirizzata? Massimu ta' 11-il linja

Fl-2016 intlaħaq ftehim dwar miżura globali (GMBM) sabiex mill-2021 jiġu indirizzati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-UE trid tiġi emendata sabiex dawn jitqiesu. Mingħajr ebda emenda, mill-2017 l-EU ETS se tkopri titjiriet bejn l-UE u pajjiżi terzi, minbarra t-titjiriet li bħalissa qed tkopri fiż-ŻEE.

X'mistenni jinkiseb b’din l-inizjattiva? Massimu ta' 8 linji

L-ambizzjoni ambjentali tal-EU ETS trid tinżamm biex tissodisfa l-objettivi domestiċi dwar il-klima tal-UE u l-impenji internazzjonali, filwaqt li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-GMBM sabiex jiġi massimizzat l-impatt globali ta’ mitigazzjoni.

X’inhu l-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-UE? Massimu ta' 7 linji 

Is-suq uniku fl-avjazzjoni huwa għan ewlieni għall-UE. L-azzjoni tal-UE tipprevjeni d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern billi tiżgura implimentazzjoni uniformi tal-GMBM fl-UE.

B. Soluzzjonijiet

X’alternattivi ta’ politika leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva ġew ikkunsidrati? Hemm xi għażla ppreferuta jew le? Għalfejn? Massimu ta' 14-il linja 

L-alternattivi tal-perjodu 2017–2020 jżommu l-EU ETS b’kampijiet ta’ applikazzjoni differenti: il-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ (l-alternattiva 0), it-titjiriet li jitilqu miż-ŻEE (l-alternattiva 2) u l-kamp ta’ applikazzjoni fiż-ŻEE attwali (l-alternattiva 1).

Wara l-2020, l-alternattiva tal-linja bażi 0 tibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ. Skont l-alternattivi l-oħra, it-titjiriet kollha li mhumiex taż-ŻEE huma koperti mill-GMBM biss. Skont l-alternattiva 1, l-UE ETS tapplika għal titjiriet fiż-ŻEE. Skont l-alternattiva 2, l-UE ETS għat-titjiriet fiż-ŻEE hija allinjata mal-GMBM. Skont l-alternattiva 3, il-GMBM jiġi applikat fiż-ŻEE.

L-alternattiva preferuta hija li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni fiż-ŻEE (l-alternattiva 1) sakemm ikun hemm ċarezza biżżejjed dwar l-istrumenti adottati mill-ICAO għall-implimentazzjoni tal-GMBM.

Liema alternattiva u min jappoġġaha? Massimu ta' 7 linji 

2017-2020: L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-individwi jippreferu l-alternattiva 0 u l-awtoritajiet pubbliċi l-alternattiva 1. L-intrapriżi privati, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali huma maqsumin bejn l-alternattiva 1 u revoka tal-EU ETS.

Wara l-2020: L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-individwi li jappoġġaw il-kontinwazzjoni tal-EU ETS (l-alternattivi 0–2). Xi awtoritajiet pubbliċi jsostnu l-kontinwazzjoni tal-EU ETS għat-titjiriet fiż-ŻEE (l-alternattivi 1 u 2), filwaqt li oħrajn, kif ukoll il-linji tal-ajru u l-assoċjazzjonijiet tal-avjazzjoni jippreferu l-alternattiva 3.

C. Impatti tal-alternattiva preferuta

X'inhuma l-benefiċċji tal-alternattiva preferuta (jekk hemm, inkella dawk ewlenin)? Massimu ta' 12-il linja

L-avjazzjoni tkompli tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri dwar il-klima tal-UE. L-għażla mistennija li ssir permezz tad-domanda annwali ta’ 25.10 Mt ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta' setturi oħra tal-ETS u krediti internazzjonali in 2020 u fl-2030 permezz ta’ domanda annwali għal 49.3 Mt kwoti tal-UE minn setturi oħra tal-ETS in 2030. Meta mqabbla mal-linja bażi, l-alternattiva preferuta għandha spejjeż operatorji aktar baxxi (-0.1% fl-2020 u -0.43% fl-2030), li jirriżultaw f’żieda fid-domanda għat-titjiriet (żieda minn 0.5% fl-2020 u minn 1.44% fl-2030). L-impjiegi fis-settur tal-avjazzjoni x’aktarx li se jiżdiedu wkoll b’0.4% fl-2020 u b’1.5% fl-2030.

X'inhuma l-ispejjeż tal-alternattiva preferuta (jekk hemm, inkella dawk ewlenin)? Massimu ta' 12-il linja

L-ispejjeż baxxi tal-kwoti jirriżultaw fi ftit spejjeż operatorji addizzjonali b’impatt negliġibbli fuq il-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni u tat-turiżmu tal-UE.

L-alternattivi kollha li jiġġeneraw spejjeż amministrattivi għall-operaturi tal-avjazzjoni u għall-awtoritajiet nazzjonali. Dawn x’aktarx ikunu l-aktar baxxi skont l-alternattiva preferuta iżda huma diffiċli biex jiġu kkwantifikati għall-perjodu ta’ wara l-2020 minħabba l-inċertezza fir-rigward tar-regoli amministrattivi applikabbli għall-GMBM.

Kif se jiġu affettwati n-negozji, l-SMEs u l-mikrointrapriżi? Massimu ta' 8 linji

Skont l-EU ETS, ~2600 l-emittenti ż-żgħar mhux kummerċjali huma responsabbli għal 1 % tal-emissjonijiet. L-emendi preċedenti li saru b’rabta mal-EU ETS eżentaw lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali ż-żgħar sal-2020. Qed jiġi propost li tiġi estiża l-eżenzjoni biex jiġu kkontrollati l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi.

Se jkun hemm impatti sinifikanti fuq il-baġits u l-amministrazzjonijiet nazzjonali? Massimu ta' 4 linji

Jiġi ġġenerat dħul mill-irkant għall-awtoritajiet pubbliċi (id-dħul annwali mill-irkant ta’ EUR 123.6 miljun fl-2020 u ta’ EUR 302.3 miljun fl-2030).

Se jkun hemm impatti sinifikanti oħra? Massimu ta' 6 linji

Ir-riskji assoċjati mal-oppożizzjoni ta’ pajjiżi terzi u man-nuqqas ta’ konformità huma mnaqqsa, minħabba l-ambitu limitat.

D. Segwitu

Meta se tiġi riveduta l-politika? Massimu ta' 4 linji 

Meta jkun hemm aktar ċarezza dwar l-aspetti pendenti tal-GMBM u l-implimentazzjoni tiegħu.

Top