EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017DC0113

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW Rapport ta' evalwazzjoni ex post dwar il-Programm dwar il-Prevenzjoni tal-Konsum tad-Droga u Informazzjoni lill-Pubbliku (2007-2013)

COM/2017/0113 final

Brussell, 6.3.2017

COM(2017) 113 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Rapport ta' evalwazzjoni ex post dwar il-Programm dwar il-Prevenzjoni tal-Konsum tad-Droga u Informazzjoni lill-Pubbliku (2007-2013)


WERREJ

1    INTRODUZZJONI    

1.1    L-GĦAN TAR-RAPPORT    

1.2    IL-METODOLOĠIJA U S-SORS TA’ INFORMAZZJONI    

1.3    ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PROGRAMM    

2    RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONI    

2.1    IR-RILEVANZA TAL-PROGRAMM    

2.2    IL-KOERENZA U L-KUMPLIMENTARJETÀ    

2.3    L-EFFIKAĊJA    

2.4    SOSTENIBBILTÀ U TRANSFERIBBILTÀ    

2.5    L-EFFIĊJENZA U LOK GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI    

2.6    IL-VALUR MIŻJUD EWROPEW    

3    KONKLUŻJONIJIET    


1INTRODUZZJONI

1.1L-GĦAN TAR-RAPPORT

Id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm dwar il-Prevenzjoni tal-Konsum tad-Droga u Informazzjoni lill-Pubbliku (DPIP, Drug Prevention and Information Programme) teħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta evalwazzjoni ex post li tkopri mill-2007 sal-2013 1 . Din l-evalwazzjoni 2 twettqet minn evalwatur estern indipendenti assistit mill-persunal tal-Kummissjoni.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq dik l-evalwazzjoni. Ir-rapport huwa strutturat skont il-kriterji ewlenin għall-evalwazzjoni u l-mistoqsijiet korrispondenti. Dawn jinkludu r-rilevanza, il-koerenza u l-kumplimentarjetà, l-effikaċja, l-impatt u s-sostenibbiltà, l-effiċjenza u l-lok għal simplifikazzjoni, u l-valur miżjud Ewropew.

1.2IL-METODOLOĠIJA U S-SORS TA’ INFORMAZZJONI

Din l-evalwazzjoni finali tad-DPIP hija bbażata fuq dawn li ġejjin:

eżami estensiv tad-dokumentazzjoni disponibbli għall-51 għotja ta’ azzjoni u għotjiet operattivi kollha ffinanzjati mill-programm bejn l-2007 u l-2013;

eżami tad-dokumentazzjoni tal-programm, bħad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm, il-programmi ta’ ħidma annwali u s-sejħiet għal proposti kemm għall-għotjiet kif ukoll għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku;

eżami tal-informazzjoni l-oħra disponibbli online – pereżempju dokumenti ta’ politika tal-UE, siti web, deċiżjonijiet li jistabbilixxu programmi tal-UE relatati;

analiżi kwantitattiva tal-51 proġett iffinanzjati mid-DPIP u attivitajiet;

analiżi tat-23 rispons għall-istħarriġ onlajn li waslu mingħand il-benefiċjarji ta’ għotjiet tad-DPIP;

il-kitbiet tal-ħames intervisti ta’ segwitu mal-koordinaturi ta’ proġetti/organizzazzjonijiet li rċevew għotjiet mid-DPIP 2007-2013.

1.3ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PROGRAMM

Id-DPIP ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’; Il-programm ġie implimentat għal seba’ snin mill-2007 sal-2013. Huwa msemmi fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi (2005-2012) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Drogi 2005-2008 u 2009-2012.

It-tliet objettivi ġenerali tal-programm, kif elenkati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni, huma:

li jiġi impedit u li jitnaqqas l-użu tad-droga, id-dipendenza fuq id-droga u l-ħsara relatata mad-droga;

li jikkontribwixxi għat-titjib tal-informazzjoni dwar l-użu tad-droga;

li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi.

L-objettivi speċifiċi tal-programm (stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE) huma:

Il-promozzjoni tal-azzjonijiet transnazzjonali biex:

L-istabbiliment ta' netwerks multidixxiplinarji;

L-iżgurar tal-espansjoni tal-bażi ta' għarfien, l-iskambju ta' informazzjoni u l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattika;

Li titqajjem kuxjenza dwar il-problemi tas-saħħa u dawk soċjali kkawżati mill-użu tad-droga;

Appoġġ ta’ miżuri li l-għan tagħhom hu li jipprekludu l-użu tad-droga, inklużi t-tnaqqis tal-ħsara relatata mad-droga u metodi ta' kura filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għall-aktar għarfien xjentifiku avvanzat;

L-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni; u

Il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi taħt il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Drogi (2005-2008 u 2009-2012).

Sabiex jilħaq dawn l-objettivi, il-programm iffinanzja attivitajiet permezz ta’ tliet tipi ta’ strumenti finanzjarji 3 : "għotjiet ta' azzjoni", "għotjiet operattivi" u akkwisti. Għotjiet għal azzjoni ngħataw għal proġetti transnazzjonali speċifiċi li kienu ta’ interess għall-UE kollha, jew għal proġetti nazzjonali li ħejjew għal jew li kkumplimentaw proġetti transnazzjonali jew miżuri tal-Unjoni, jew li għenu fl-iżvilupp ta' metodi u/jew teknoloġiji innovattivi b'potenzjal għat-trasferibbiltà. L-għotjiet operattivi ngħataw jew lil organizzazzjonijiet mhux governattivi jew lil entitajiet oħrajn li kienu qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali fil-qasam tal-politika dwar id-drogi. Il-fondi kienu disponibbli wkoll għat-tnedija ta’ proġetti speċifiċi deskritti mill-Kummissjoni (inizjattivi tal-Kummissjoni) bħal studji dwar il-fattibbiltà, riċerka speċifika dwar is-suġġett, l-organizzazzjoni ta’ konferenzi jew il-bini ta’ sistemi tal-IT 4 .

Il-baġit totali ppjanat għad-DPIP għal Jannar 2007 sa Diċembru 2013 ammonta għal EUR 22 332 miljun 5 (ara Tabella 1 1 Analiżi baġitarja ppjanata għad- DPIP (2007-2013) ). L-ammont totali allokat għall-istess perjodu kien ta' EUR 20 738 miljun.

Tabella 11 Analiżi baġitarja ppjanata għad-DPIP (2007-2013)

Sena

Baġit disponibbli għall-għotjiet (għotjiet għal azzjoni u għotjiet operattivi) u l-kuntratti

Proġetti (Għotjiet għal azzjoni)

Għotjiet operattivi

Inizjattivi tal-Kummissjoni

Baġit Annwali Totali

Valur (EUR)

%

Valur (EUR)

%

Valur (EUR)

%

Valur (EUR)

%

2007

2 150 000

72 %

M/A

-

750 000

25 %

2 900 000

100 %

2008

2 150 000

72 %

500 000

17 %

350 000

12 %

3 000 000

100 %

2009

2 400 000

80 %

M/A

-

600 000

20 %

3 000 000

100 %

2010

1 717 600

56 %

400 000

13 %

958 000

31 %

3 075 600

100 %

2011

3 045 200

74 %

250 000

6 %

800 000

20 %

4 095 200

100 %

2012

2 058 000

67 %

500 000

16 %

520 000

17 %

3 078 000

100 %

2013

3 040 000

99 %

M/A

-

43 334

1 %

3 084 000

100 %

Total

16 560 800

75%

1 650 000

7 %

4 021 334

18 %

22 232 800

100 %

Sors: DPIP — Programmi ta’ ħidma annwali (2007-2013)

Il-loġika ta' intervent tad-DPIP hija spjegata f' Figura 1 1 hawn taħt.

Figura 11 Loġika ta' intervent tal-Programm ta' Prevenzjoni tal-Konsum tad-Droga u Informazzjoni lill-Pubbliku (2007-2013)

It- Tabella 1 2 tiġbor fil-qosor in-numru ta’ azzjonijiet differenti ffinanzjati kull sena li fihom il-programm ġie implimentat. Is-sejħiet għal proposti għal għotjiet għal azzjoni nqasmu bejn 2009-2010 u 2011-2012.

Tabella 12 In-numru ta’ inizjattivi ffinanzjati kull sena

2007

2008

2009-2010

2009

2010

2011

2011-2012

2012

2013

TOTAL

Għotjiet għal azzjoni

9

6

10

M/A

0

0

11

0

Mhux meqjusa 6

36

Għotjiet operattivi

0

5

0

M/A

4

2

0

4

Mhux meqjusa

15

Akkwist pubbliku

1

1

M/A

5

11

7

M/A

1

2

28

Il-proġetti u l-attivitajiet tad-DPIP kienu mmexxija prinċipalment minn NGOs / netwerks nazzjonali (33 % tal-organizzazzjonijiet mexxejja kollha), segwiti minn universitajiet (23 %), istituti tar-riċerka (22 %) u netwerks / pjattaformi / fora Ewropej (14 %) 7 .

Figura 1 2 turi l-attivitajiet ewlenin iffinanzjati mill-għotjiet ta' azzjoni (fuq ix-xellug) u l-għotjiet operattivi (fuq il-lemin) taħt id-DPIP. Proġetti għal għotjiet għal azzjoni spiss iffukaw fuq is-sensibilizzazzjoni, l-informazzjoni u d-disseminazzjoni (31 %) u attivitajiet analitiċi (31 %), segwiti minn tagħlim reċiproku, skambju tal-aqwa prattiċi u kooperazzjoni (18 %)). Ir-raba' l-aktar attivitajiet frekwenti tal-proġetti ta' għotjiet ta' azzjoni kienu l-attivitajiet ta' taħriġ (12 %). Għotjiet operattivi ffukaw ukoll fuq attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, informazzjoni u disseminazzjoni (27 %), segwiti minn tagħlim reċiproku, skambju tal-aqwa prattiċi u kooperazzjoni (20 %). It-tielet u r-raba' l-aktar inizjattivi komuni implimentati mill-għotjiet operattivi kienu l-attivitajiet analitiċi (16 %) u l-appoġġ lill-atturi ewlenin (16 %). Il-kuntratti tal-akkwisti pubbliċi ffokaw fuq tliet attivitajiet ewlenin: studji u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u ta’ laqgħat 8 .

Figura 12 Għotjiet ta' azzjoni tad-DPIP (ċart tax-xellug) u għotjiet operattivi (ċart tal-lemin) skont l-attività ewlenija            

2RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONI

2.1IR-RILEVANZA TAL-PROGRAMM

Ir-rilevanza tad-DPIP tiġi vvalutata f’termini ta’ kemm l-azzjonijiet tiegħu jindirizzaw b’mod loġiku l-objettivi tiegħu, il-ħtiġijiet tal-politika usa’ tal-UE u l-ħtiġijiet tal-udjenzi fil-mira.

2.1.1Il-prijoritajiet stabbiliti fis-sejħiet għal proposti u fl-azzjonijiet magħżulin u r-rilevanza tagħhom għall-politika

Bejn l-2007 u l-2013 kien hemm tliet żviluppi ta’ politika u leġiżlattivi maġġuri fil-livell tal-UE fl-oqsma rilevanti għall-programm DPIP: Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI, l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u l-pjanijiet ta’ azzjoni relatati, u l-iżviluppi fir-rigward ta’ drogi ġodda, bħal sustanzi psikoattivi ġodda.

Mis-sejħa għall-proposti tal-2011-2012, ġew introdotti prijoritajiet ġodda 9 mhux biss biex jirriflettu dawn l-iżviluppi politiċi u leġiżlattivi, iżda anki biex jitqies l-aħħar għarfien xjentifiku. Din il-flessibbiltà għamlet il-programm aktar rilevanti għall-kuntest li ġie implimentat fih.

Fil-livell tal-proġetti, instab li l-inizjattivi magħżula kellhom żviluppi ta' politika appoġġati b'mod adegwat kemm għaliex dan kien l-objettiv prinċipali tagħhom tal-proġett, iżda wkoll minħabba li ħafna inizjattivi spiċċaw ixerrdu r-riżultati tagħhom lil dawk li jfasslu l-politika u/jew iddaħħlu fit-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE / nazzjonali 10 .

Minbarra l-proġetti, il-kuntratti ta' akkwist pubbliku ffinanzjati mill-programm kellhom l-għan speċifiku li jiżviluppaw u jimplimentaw politika u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tad-droga. L-evidenza turi li xi kuntratti kienu partikolarment rilevanti għall-iżvilupp tal-politika/leġiżlazzjoni f'dan il-qasam (pereżempju l-valutazzjoni tal-impatt li twassal għal proposta leġiżlattiva ġdida dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda) 11 .

2.1.2Ir-rilevanza tal-programm għall-ħtiġijiet tal-grupp fil-mira

B'mod ġenerali, id-DPIP kellu fil-mira tiegħu l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji tal-għotjiet. L-ewwel nett, il-programm kien imfassal apposta għal dan il-qasam ta' politika. It-tieni nett, għamel tajjeb għal lakuna fil-finanzjament fil-livell nazzjonali għal inizjattivi relatati mad-droga. Barra minn hekk, kemm il-qafas kunċettwali tal-programm kif ukoll il-prijoritajiet tiegħu qablu mal-ħtiġijiet tal-atturi li jaħdmu biex inaqqsu d-domanda għad-droga 12 .

Il-biċċa l-kbira tal-proġetti DPIP saritilhom valutazzjoni tal-ħtiġijiet 13 sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tagħhom kienu rilevanti għall-grupp fil-mira. B'kollox, 16-il persuna minn dawk it-23 li wieġbu għall-istħarriġ online (67 %) indikaw li l-proġett jew l-attivitajiet implimentati ġew imfassla abbażi tal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet. Disa' persuni minn dawk li wieġbu stqarru li dawn il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet twettqu fis-sena meta nbeda l-proġett jew fis-sena qabel ma nbeda, u dan juri li l-valutazzjoni kkunsidrat l-aktar data aġġornata 14 .

2.2IL-KOERENZA U L-KUMPLIMENTARJETÀ

2.2.1Il-kumplimentarjetà ma' programmi oħrajn tal-UE

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1150/2007/KE 15 li tistabbilixxi d-DPIP għall-perjodu 2007-2013 tindika li l-UE tista' żżid il-valur għall-azzjonijiet tal-Istati Membri "fil-qasam tal-prevenzjoni u l-informazzjoni, inkluż it-trattament u t-tnaqqis tal-ħsara relatata mad-droga, billi tikkomplimenta dawk l-azzjonijiet u billi tippromwovi sinerġiji". L-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni jenfasizza li s-sinerġiji u l-kumplimentarjetà għandhom jiġu mfittxija bi strumenti Komunitarji oħrajn, b'mod partikolari ma':

il-Programm Ġenerali "Is-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Libertajiet";

is-Seba’ Programm Kwadru ta’ Riċerka u Żvilupp; u

il-Programm tas-Saħħa 2008-2013

Id-Deċiżjoni tindika wkoll li għandha tiġi żgurata kumplimentarjetà bejn id-DPIP u l-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), permezz tal-għarfien espert, il-metodoloġija u l-aħjar prattika taċ-Ċentru, b'enfasi speċjali fuq l-element statistiku tal-informazzjoni dwar id-drogi.

Minbarra l-istrumenti indikati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill, kien hemm lok għal kumplimentarjetà u sinerġiji bejn id-DPIP u l-programmi l-oħrajn tad-DĠ Ġustizzja, bħall-Programm Speċifiku "Ġustizzja Kriminali" (JPEN), il-Programm "Ġustizzja Ċivili" (JCIV), il-Programm "Drittijiet Fundamentali" (FRC) u Daphne III. Barra minn hekk, fir-rigward tar-riskji ta’ duplikazzjonijiet, kien hemm salvagwardja formali fil-programmi ta’ ħidma annwali tad-DPIP sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni bejn proġetti ffinanzjati taħt programmi oħrajn.

Id-DPIP kellu xebh mal-Programm Speċifiku "Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità", taħt il-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Libertajiet, sal-punt li ż-żewġ programmi ffukaw fuq inizjattivi relatati mad-droga. Madankollu, id-DPIP kellu l-għan li jnaqqas id-domanda għad-droga filwaqt li l-ISEC iffoka fuq it-tnaqqis fil-provvista tad-droga, b'mod partikolari permezz ta' attivitajiet li għandhom l-għan li jikkontrollaw it-traffikar tad-droga.

Il-Programm tas-Saħħa (2008-2013) ġestit mid-DĠ SANTE permezz tal-approċċ integrat tiegħu għas-saħħa, kopra wkoll il-politiki dwar id-drogi u l-prevenzjoni tal-konsum tad-droga minn perspettiva tas-saħħa li tippromwovi stili ta' ħajja b'saħħithom. L-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-Programm iffukaw esklussivament fuq il-kwistjoni tal-użu tad-droga, inkluż fil-każijiet fejn din kienet relatata mal-użu ta' drogi differenti flimkien b'approċċ aktar dirett mid-DPIP. L-inizjattivi ta' informazzjoni dwar is-saħħa jkopru informazzjoni teknika/xjentifika ħafna jew miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-informazzjoni mill-pazjenti u t-tobba mingħajr distinzjoni.

Is-Seba' Programm Qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (FP7) (2007-2013) iffinanzja proġetti li kellhom l-għan li jsaħħu l-evidenza xjentifika fuq il-konsegwenzi tal-konsum tad-droga fl-oqsma tas-saħħa pubbliku, ix-xjenzi soċjoekonomiċi u l-istudji umanistiċi. Billi l-programm iffoka prinċipalment fuq proġetti ta' riċerka fuq skala kbira, dawn ikkumplimentaw il-proġetti fuq skala limitata ffinanzjati mid-DPIP 16 .

Fil-livell tal-programm, l-evalwazzjoni wriet li d-DPIP ikkumplimenta programmi oħrajn tal-UE, kif spjegat hawn fuq, fir-rigward tal-oqsma u l-objettivi tematiċi, l-applikanti eliġibbli għal għotja, il-benefiċjarji aħħarin u t-tipi ta' miżuri u l-interventi ffinanzjati. Fil-livell tas-sejħiet għal proposti, is-sejbiet jikkonfermaw li ma kien hemm l-ebda lok għal duplikazzjoni ma' sejħiet oħrajn tad-DĠ Ġustizzja u ma' strumenti oħrajn tal-UE f'termini ta' azzjonijiet eliġibbli, peress li kienu differenti f'termini ta' prijoritajiet u objettivi 17 .

Is-sejbiet tal-evalwazzjoni jikkonfermaw li d-DPIP huwa koerenti. L-ewwel, il-loġika ta’ intervent tiegħu (ara Figura 1 1 Loġika ta' intervent tal-Programm ta' Prevenzjoni tal-Konsum tad-Droga u Informazzjoni lill-Pubbliku (2007-2013) ) hija internament konsistenti, li jfisser li l-objettivi, l-inputs, l-attivitajiet u r-riżultati mistennija tal-programm mhumiex kontradittorji 18 .

It-tieni, il-bosta strumenti ta’ finanzjament (għotjiet għal azzjoni, għotjiet operattivi u kuntratti ta’ akkwist pubbliku) huma kumplimentari u ma hemmx sovraimpożizzjoni bejniethom.

Fl-aħħar, hemm data limitata li tissuġġerixxi l-eżistenza ta’ sinerġiji bejn id-DPIP u interventi tal-UE u nazzjonali oħrajn. Madankollu, uħud mis-sinerġiji ġew irrapportati matul l-evalwazzjoni. Uħud mill-attivitajiet li għenu fil-ħolqien tas-sinerġiji kienu d-disseminazzjoni tas-sejbiet ta’ proġetti; l-iżvilupp tan-netwerks; azzjonijiet konġunti; u l-koperazzjoni 19 .

2.2.2Il-kumplimentarjetà fil-livell tal-proġetti

Sommarji tal-proġett b’informazzjoni dwar il-proġetti kollha ffinanzjati mid-DPIP kienu disponibbli pubblikament fuq is-sit web tad-DĠ Ġustizzja li huwa ddedikat għal sejħiet għal proposti tad-DPIP. L-informazzjoni magħżula dwar il-proġetti tista’ tinstab ukoll fuq is-sit web tal-EMCDDA. 20 . Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni “Projects, studies and research on illicit drugs funded by the European Commission 2007-2010” 21 ipprovdiet ħarsa ġenerali komprensiva tal-proġetti ffinanzjati taħt id-DPIP, il-Programm tas-Saħħa, FP7 u ISEC bejn l-2007 u l-2010. Pubblikazzjoni oħra “New Psychoactive Substances Projects, Studies and Research’’ 22 ipprovdiet ukoll informazzjoni dwar proġetti li jiffukaw fuq sustanzi psikoattivi ġodda ffinanzjati mid-DPIP, mill-Programm tas-Saħħa, FP6, FP7 u ISEC (mill-2007 sal-2013).

Ir-riskju għal sovraimpożizzjoni bejn il-proġetti tnaqqas aktar permezz tar-rekwiżiti u l-iffissar tal-prijoritajiet tas-sejħiet għal proposti tad-DPIP. Id-data miġbura permezz ta’ proġetti ta’ mmappjar, intervisti ta’ segwitu u l-istħarriġ onlajn indikat li xi proġetti tad-DPIP ikkumplimentaw proġetti ffinanzjati minn programmi oħrajn tal-UE. Eżempji ta’ kumplimentarjetà tal-proġett jistgħu jiġu osservati wkoll fost il-programmi tad-DĠ Ġustizzja (JPEN, JCIV, FRC u Daphne III) 23 .

2.3L-EFFIKAĊJA

L-effikaċja ta’ programm tirreferi għal kemm il-programm kien ta' suċċess fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, u kemm il-proġetti tad-DPIP kellhom suċċess fil-kisba tal-għanijiet tal-proġetti tagħhom stess.

2.3.1Il-kisbiet tal-programm

L-evidenza miġbura sa issa tissuġġerixxi li b'mod ġenerali, Daphne III kien effettiv fl-ilħuq tal-għanijiet ġenerali tal-programm. Madankollu, wieħed għandu jinnota li 51 inizjattiva biss ġew ikkofinanzjati matul il-perjodu ta’ finanzjament 2007-2013. Għalhekk, il-kontribut għall-ilħuq tal-objettiv relatat mal-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ użu tad-droga fl-UE jista’ jkun wieħed relattiv biss 24 . Madankollu, id-DPIP ikkontribwixxa għat-trawwim ta’ sensibilizzazzjoni intra-Ewropea u informazzjoni dwar id-drogi u l-ħsara assoċjata magħhom, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-droga.

Barra minn hekk, l-inizjattivi ffinanzjati mid-DPIP wasslu għal djalogu mtejjeb dwar id-drogi, u ħeġġew l-iskambju tal-aħjar prattika fost partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari NGOs, assistenti soċjali, dawk li jfasslu l-politika u esperti. L-inizjattivi kisbu impatt usa’ fl-Istati Membri fejn il-maġġoranza tal-attivitajiet ġew implimentati jiġifieri: l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, in-Netherlands, Franza, Spanja, il-Portugall, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija u l-Estonja 25 .

Madankollu, l-inizjattivi ffinanzjati mid-DPIP ikkontribwixxew sa ċertu punt għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u pjanijiet ta’ azzjoni relatati. Dan huwa dovut għall-fatt li l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-Istrateġija dwar id-Drogi u l-Pjan ta’ Azzjoni relatat kien kopert fi grad inqas mill-azzjonijiet meta mqabbel ma’ objettivi / prijoritajiet oħrajn.

Il-programm kiseb l-objettiv ġenerali tiegħu anki permezz tal-kuntratti tal-akkwist pubbliku. Il-programm kien iffukat f’livell inqas fuq l-appoġġ tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni u l-politiki fil-livell nazzjonali u tal-UE u f’livell ogħla fuq l-iżvilupp ta’ prattiki ġodda relatati mal-prevenzjoni / mat-tnaqqis tad-droga. Madankollu, ma kienx ta’ suċċess b’mod ugwali fl-inkorporazzjoni ta’ dawk il-prattiki fil-politiki fil-livell tal-UE. Fuq l-istess binarju, ftit proġetti biss ikkontribwixxew għall-iżvilupp ta’ politika nazzjonali. Għalkemm dawk li jfasslu l-politika kienu involuti b’mod attiv fil-biċċa l-kbira tal-proġetti DPIP, hemm ftit evidenza li kuntatti ma’ dawn il-partijiet ikkonċernati wasslu għal impatt reali dwar l-iżvilupp tal-politika 26 .

Objettiv ġenerali 1: il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-użu tad-droga, id-dipendenza u d-dannu relatat mad-droga

Interventi ffinanzjati mid-DPIP implimentaw firxa wiesgħa ta’ attivitajiet li tejbu s-sensibilizzazzjoni u d-djalogu dwar id-drogi. Tejbu wkoll il-prevenzjoni u għenu biex jitnaqqas l-użu tad-droga, id-dipendenza u d-dannu relatat mad-droga. Dan l-objettiv kien primarjament indirizzat bl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta’ tagħlim reċiproku.

B’mod partikolari l-attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku wasslu għal djalogu mtejjeb dwar id-drogi, u ħeġġew l-iskambju tal-aħjar prattika fost il-partijiet ikkonċernati minn ambjenti differenti. Barra minn hekk, dawn għenu biex jinħolqu netwerks multidixxiplinarji u transnazzjonali li huma speċjalizzati fil-prevenzjoni tad-droga (12-il netwerk ġew stabbiliti jew estiżi matul il-perjodu ta’ finanzjament). Dan l-impatt kien aktar prominenti fl-Istati Membri fejn tali attivitajiet ġew implimentati direttament: l-Italja, ir-Renju Unit, in-Netherlands u l-Awstrija, segwiti minn – b’mod limitat ħafna – id-Danimarka, il-Bulgarija, il-Portugall u r-Repubblika Ċeka. Kważi nofs l-azzjonijiet organizzaw workshops u jew gruppi fokus (saru 20 b'kollox) 27 .

Attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tejbu l-kuxjenza u l-informazzjoni dwar id-drogi u l-ħsara assoċjata magħhom. Għal darb’oħra dan l-impatt kien aktar evidenti fl-Istati Membri fejn tali attivitajiet ġew direttament implimentati, jiġifieri: l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, in-Netherlands u Spanja, segwiti minn Franza, il-Litwanja, il-Portugall, id-Danimarka, l-Estonja u s-Slovenja 28 .

L-attivitajiet kellhom fil-mira tagħhom primarjament persuni li huma f’riskju u gruppi vulnerabbli (bħaż-żgħażagħ, nisa, gruppi żvantaġġati u priġunieri) biex titqajjem il-kuxjenza tagħhom dwar il-konsegwenzi ta’ użu tad-droga. Attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni kellhom ukoll fil-mira l-pubbliku ġenerali 29 .

Objettiv ġenerali 2: biex ikun hemm titjib fl-informazzjoni dwar l-użu tad-droga

L-interventi ffinanzjati mid-DPIP implimentaw firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, li tejbu l-għoti ta’ informazzjoni dwar drogi billi żviluppaw programmi ta’ interventi u strateġiji tat-tnaqqis tal-ħsara innovattivi. Dawn l-interventi primarjament kienu magħmulin minn attivitajiet analitiċi 30 li ffukaw fuq l-aktar żviluppi reċenti fil-politika dwar id-drogi (pereżempju tendenzi ġodda relatati ma’ sustanzi psikoattivi ġodda, dawk li jieħdu drogi differenti u użu tad-droga minn gruppi vulnerabbli inklużi priġunieri, eks-ħabsin u ħaddiema sesswali).

L-attivitajiet analitiċi implimentati taħt il-programm għenu għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fix-xjenza, u permezz tat-tfassil ta’ metodi ta’ trattament innovattivi dawn għenu biex inaqqsu l-ħsara relatata mad-drogi. Dan l-impatt kien aktar prominenti fl-Istati Membri fejn tali attivitajiet ġew implimentati direttament jiġifieri: il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja, in-Netherlands, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Belġju, il-Polonja, il-Portugall, il-Latvja, l-Estonja, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Bulgarija. L-impatt ta’ proġetti li jiżviluppaw dawn l-attivitajiet jidher li kien usa’ minħabba n-numru kbir ta’ Stati Membri involuti f’dan it-tip ta’ attivitajiet, iżda wkoll għaliex il-biċċa l-kbira tal-eżiti tal-proġetti kienu faċilment disseminati fl-Unjoni.

L-inventarju tad-dokumentazzjoni mwettaq għal din l-evalwazzjoni wera li 41 proġett implimentaw attivitajiet analitiċi. Minn dawn, 15 involvew riċerka xjentifika u / jew ipproduċew rapporti, 13 żviluppaw stħarriġ u kwestjonarji biex jiġbru data mingħand min jieħu d-droga u / jew organizzazzjonijiet li jittrattaw kwistjonijiet relatati mad-droga u ħamsa ffokaw fuq il-ġbir / l-analiżi tad-data jew l-istatistika 31 .

Dawn l-attivitajiet analitiċi rriżultaw f’numru ta’ rapporti: 21 gwida u manwal (pereżempju manwal tal-intervent prodott), 20 rapport li jiddeskrivu l-istatistika (fir-rigward tas-suq tad-droga u t-tul ta’ diversi perjodi ta’ użu tad-drogi), u twettqu 18-il stħarriġ (pereżempju stħarriġ biex tinġabar informazzjoni diretta minn gruppi fil-mira).

L-attivitajiet analitiċi pproduċew ukoll 43 tip ieħor ta’ rapporti. Dawn inkludew rapporti li jiġbru konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet minn sessjonijiet ta’ ħidma jew seminars, rapporti analitiċi dwar l-effettività tal-għodod użati għall-iskrinjar, l-interventi u riferiment għal programmi ta’ kura u rapporti sommarji dwar ir-riżultati tal-istħarriġ u tipi oħrajn ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati 32 .

Ir-riċerka xjentifika ntużat primarjament biex jiġu identifikati komponenti ta’ sustanzi psikoattivi ġodda u biex jiġu żviluppati metodi ġodda għall-iskoperta ta’ dawn is-sustanzi fil-ġisem tal-bniedem.

Il-kontribuzzjonijiet ewlenin tal-attivitajiet analitiċi / miżuri ta' appoġġ jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-għarfien u r-riċerka xjentifika fir-rigward tad-drogi (pereżempju drogi sintetiċi ġodda / SPĠ) u riskji tas-saħħa relatati;

jitrawwem dibattitu dwar il-bidliet u r-riformi għal politika dwar id-drogi; u

jiġu żviluppati strateġiji ġodda għat-tnaqqis tal-ħsara u kura li tindirizza l-bidliet rapidi fl-użu tad-droga (sustanzi psikoattivi ġodda, dawk li jużaw drogi differenti, eċċ.).

Objettiv ġenerali 3: appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Droga

L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni kienu primarjament intenzjonati sabiex jintlaħqu bil-konklużjoni ta' kuntratti ta' akkwisti pubbliċi. Studju dwar “Minimum quality standards in drug demand reduction (EQUS)” (Standards minimi ta’ kwalità fit-tnaqqis tad-domanda għad-droga (EQUS) ikkontribwixxa għall-proċess politiku f’dan il-qasam 33 . Dan min-naħa l-oħra għen fl-implimentazzjoni tal-azzjoni relatata mal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi. Barra minn hekk, valutazzjoni tal-impatt fuq sustanzi psikoattivi ġodda ntużat bħala bażi għall-abbozzar ta’ proposta leġiżlattiva ġdida dwar sustanzi psikoattivi ġodda 34 . Barra minn dan il-kontribut għall-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar id-droga, il-valutazzjoni tal-impatt saret dokument ta’ referenza għall-komunità xjentifika fl-Unjoni.

Xi proġetti ffinanzjati taħt id-DPIP appoġġaw lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali/tal-UE fit-tfassil ta’ politiki u leġiżlazzjoni ġodda. Oħrajn żviluppaw għodod għall-iskrinjar, għal interventi qosra u li jirreferu ż-żgħażagħ li għandhom problemi tad-droga għall-kura. Imbagħad, dawn l-għodod ġew inkorporati fi pjanijiet nazzjonali dwar id-droga u f’dokumenti oħrajn dwar l-istrateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tad-droga. Filwaqt li l-maġġoranza tal-proġetti tad-DPIP involvew lil dawk li jfasslu l-politika rilevanti fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE, ir-riżultati tagħhom varjaw 35 .

L-inizjattivi ffinanzjati taħt id-DPIP użaw firxa ta’ metodi biex jilħqu lil dawk li jfasslu l-politiki fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE, pereżempju: 91 % ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ onlajn, li kienu benefiċjarji tal-finanzjament tad-DPIP, stiednu lil dawk li jfasslu l-politika għal sessjonijiet ta’ ħidma u / jew avvenimenti oħrajn ta’ disseminazzjoni; 78 % ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ onlajn, li kienu benefiċjarji tal-finanzjament tad-DPIP, ikkondividew materjali ta’ komunikazzjoni (brochures, fuljetti, flyers) ma’ dawk li jfasslu l-politika; 65 % tal-benefiċjarji tal-għotjiet organizzaw laqgħat tal-proġetti li involvew lil dawk li jfasslu l-politika; 65 % ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ onlajn, li kienu benefiċjarji tal-finanzjament tad-DPIP, stiednu lil dawk li jfasslu l-politika għal avvenimenti bħal laqgħat u konferenzi 36 .

Dawk li jfasslu l-politika wieġbu billi ħadu sehem f’avvenimenti relatati mal-proġett, bħal seminars, konferenzi u sessjonijiet ta’ ħidma, jew billi użaw xi elementi tal-proġett, bħall-approċċ / metodu użat jew l-attivitajiet implimentati.

2.3.2Il-kisbiet tal-proġetti

Il-maġġoranza tal-proġetti tad-DPIP laħqu l-objettivi tagħhom. Dan huwa kkonfermat mir-riżultati tal-istħarriġ onlajn, kif ukoll mill-intervisti ta’ segwitu mal-benefiċjarji kollha tal-għotjiet li ġew ikkonsultati bħala parti minn din l-evalwazzjoni, li ddikjaraw li huma kienu jew kienu jkunu kapaċi jiksbu fil-ħin l-għanijiet/ir-riżultati kollha jew dawk l-aktar ippjanati. Kważi dawk kollha li wieġbu l-istħarriġ iddikjaraw li l-proġetti tagħhom kienu jew kienu jkunu kapaċi jilħqu l-gruppi fil-mira mistennija, filwaqt li ntwera wkoll li l-proġetti laħqu l-għanijiet tagħhom 37 .

2.4SOSTENIBBILTÀ U TRANSFERIBBILTÀ

Ġie analizzat jekk ir-riżultati, l-eżiti u l-impatt tal-proġetti kinux sostenibbli lil hinn mill-perjodu ta’ finanzjament tal-proġett. Ġew identifikati tliet livelli ta’ sostenibbiltà:

is-sostenibbiltà fuq perjodu ta' żmien qasir, li tinkiseb primarjament bit-tixrid tar-riżultati tal-proġetti;

is-sostenibbiltà fuq perjodu ta' żmien medju, li tinkludi l-kontinwazzjoni tar-riżultati tal-proġetti u / jew sħubijiet; u

is-sostenibbiltà aktar fit-tul, li tinkiseb primarjament bit-trasferiment b'suċċess ta’ riżultati tal-proġetti għal kuntesti, għal organizzazzjonijiet u għal Stati Membri oħrajn mingħajr finanzjament addizzjonali (jew b’finanzjament limitat biss).

2.4.1Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet u tal-outputs tal-proġett u t-tixrid tagħhom

Il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll il-benefiċjarji tal-għotjiet, għamlu sforzi kbar biex ixerrdu r-riżultati tal-proġett DPIP. Dan għen biex l-impatt tal-proġetti jiżdied fil-prattika. Permezz tal-metodi differenti tat-tixrid stabbiliti, dawn għenu biex jintlaħqu tipi differenti ta’ partijiet ikkonċernati, pereżempju dawk li jfasslu l-politika fl-UE u fil-livell nazzjonali, NGOs, assistenti soċjali, żgħażagħ u esperti dwar il-politika. Fil-livell tal-UE, ir-riżultati tal-proġett inxterdu permezz tas-siti web tal-Kummissjoni u tal-EMCDD, u dawn komplew itejbu l-viżibilità tal-programm innifsu.

Il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku ntużaw ukoll biex jgħinu fit-tixrid tar-riżultati tal-proġett billi pproduċew materjali ta’ informazzjoni u organizzaw avvenimenti ta’ tixrid. Fil-livell tal-proġett, il-maniġers tal-proġett ippjanaw u użaw b’mod effettiv numru ta’ għodod ta’ tixrid, inkluż billi organizzaw avvenimenti u ppubblikaw materjal stampat u awdjoviżiv biex jippubbliċizzaw ir-riżultati tal-proġetti. Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-proġetti użaw is-siti web tagħhom biex ixerrdu l-outputs tal-proġett. Madankollu, is-siti web iddedikati għall-proġett kienu stabbiliti b’mod ġenerali għal perjodu ta’ żmien limitat, u b’hekk, is-sostenibbiltà u t-trasferibbiltà tal-outputs tal-proġett ġew affettwati. Il-maġġoranza tal-benefiċjarji tal-għotjiet li ġew intervistati indikaw li, anki meta saru xi arranġamenti għall-użu kontinwat u / jew id-disponibbiltà kontinwata tal-outputs (pereżempju, sit web), kien meħtieġ finanzjament ulterjuri 38 .

L-analiżi tad-dokumentazzjoni tal-proġett tikkonferma li l-maġġoranza tal-proġetti żviluppaw pjan ta’ sostenibbiltà u / jew ta’ tixrid (ara Figura 2 1 ). Madankollu, il-limitu safejn il-benefiċjarji tal-proġett kienu ta’ suċċess fl-iżgurar tas-sostenibbiltà u t-trasferibbiltà tal-outputs / tal-attivitajiet tal-proġett, varja b’mod sostanzjali. Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-benefiċjarji pproduċew biss materjali ta’ tixrid li ġew iċċirkolati fost is-sħab u l-gruppi fil-mira fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu tal-finanzjament 39 .

Il-maġġoranza tal-mexxejja tal-proġett DPIP ikkondividew ir-riżultati tal-proġett mal-EMCDDA matul il-ħajja tal-proġett, iżda kkondividew ukoll ir-riżultati tal-proġetti tagħhom man-netwerk Reitox. Ir-riżultati tal-proġett ġew ippreżentati wkoll matul laqgħat u konferenzi dwar id-Drogi organizzati mill-EMCDDA, mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi u l-Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar id-Drogi (HDG) tal-Kunsill 40 .

Figura 21 Tip ta' disseminazzjoni tar-riżultati tal-proġetti

Sors: Stħarriġ għall-evalwazzjoni ex post tal-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja 2007-2013.

Mistoqsija 24. Jekk jogħġbok ikkummenta fuq id-dikjarazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati tal-proġett / attivitajiet tiegħek

L-analiżi kwantitattivi turi li tal-inqas avveniment wieħed ġie organizzat għal kull proġett (54 avveniment għal 51 proġett), li jkopru udjenza ta’ aktar minn 41 000 persuna, filwaqt li numru kbir ta’ proġetti jidhru li pproduċew materjali u / jew informazzjoni ppubblikati jew siti web ta’ parir. Madankollu, numru limitat biss ta’ proġetti jidhru li inkorporaw forom aktar proattivi ta’ tixrid, bħal stqarrijiet għall-istampa/l-involviment tal-midja jew kampanji. Madankollu, billi ż-żgħażagħ kienu wieħed mill-gruppi fil-mira ewlenin tad-DPIP, xi proġetti fittxew li jkunu innovattivi u/jew kreattivi fl-attivitajiet tagħhom ta’ tixrid, sabiex jattiraw grupp fil-mira li ġeneralment ikun “diffiċli biex jintlaħaq” u biex ikunu aktar effettivi fit-twassil tal-informazzjoni dwar id-drogi għalihom 41 .

2.4.2Il-kontinwazzjoni tas-sħubijiet wara t-tlestija tal-proġett

Ħafna mis-sħubiji stabbiliti matul l-implimentazzjoni tal-proġetti/attivitajiet tad-DPIP tkomplew wara l-finalizzazzjoni tal-għotja, kif muri mir-riżultati mill-istħarriġ onlajn u l-intervisti ta’ segwitu. Ħafna minn dawk li wieġbu għall-istħarriġ onlajn (82 %) irrapportaw li s-sħubija tagħhom kompliet jew se tkompli wara t-tlestija tal-proġett. F’ħafna każijiet, it-tkomplija tas-sħubija kienet tfisser aktar kollaborazzjoni fuq proġetti simili jew impenn sostnut mis-sħab kollha biex ikomplu jxerrdu r-riżultati tal-proġetti 42 . Madankollu, huma biss ftit azzjonijiet iffinanzjati mid-DPIP li setgħu juru li diġà żguraw sostenibbiltà fuq terminu medju, jiġifieri tkomplija tar-riżultati tal-proġett.

2.4.3Is-sostenibbiltà u t-trasferibbiltà potenzjali tal-outputs

Għalkemm hemm xi evidenza tal-impatt u s-sostenibbiltà tal-inizjattivi ffinanzjati mid-DPIP fuq terminu medju, huwa diffiċli li tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tagħhom fuq perjodu aktar fit-tul. Ftit proġetti biss tad-DPIP setgħu juru li stabbilixxew mekkaniżmu sabiex jiksbu sostenibbiltà fuq perjodu aktar fit-tul billi ttrasferixxew ir-riżultati tal-proġett tagħhom jew billi komplew is-sħubija.

F’ħafna mill-każijiet, it-trasferibbiltà kienet relatata mal-outputs tal-proġetti / attivitajiet tad-DPIP (mhux ir-riżultati) u l-potenzjal tagħhom li jkunu implimentati fi Stati Membri oħrajn, b’tibdiliet / inputs minuri (kif indikat mit-78 % ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ onlajn u tnejn mill-ħames persuni intervistati). Nofs miż-żewġ gruppi rrapportaw li l-outputs tal-proġetti tad-DPIP diġà ġew implimentati b’suċċess fi Stati Membri oħrajn. Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati qiesu r-riżultati tal-proġetti / attivitajiet bħala adatti biex jikkontribwixxu fl-attivitajiet ta’ politika fi Stati Membri oħrajn, iżda dan ġara biss fi ftit każijiet 43 .

L-evalwazzjoni identifikat ukoll sfidi possibbli għat-trasferibbiltà tal-outputs u r-riżultati tal-proġett tad-DPIP. L-ewwel nett, it-trasferibbiltà ta’ outputs jew approċċi żviluppati fil-qafas tal-proġetti tad-DPIP jistgħu jkunu affettwati minn politiki differenti bejn l-Istati Membri. It-tieni nett, it-trasferibbiltà tar-riżultati tista’ tiġi affettwata mil-livell tal-bini tal-kapaċità tal-NGOs u n-netwerks involuti fit-twettiq ta’ strateġiji għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tar-riskju 44 .

2.5L-EFFIĊJENZA U LOK GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI

Din it-taqsima tivvaluta l-effiċjenza tal-programm f’termini tas-suffiċjenza u l-effiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli, l-adegwatezza tal-flus minfuqa meta mqabbla mal-impatt pożittiv miksub u kemm l-allokazzjoni tal-fondi bejn l-għodod ta’ finanzjament differenti kienet xierqa u kemm l-allokazzjoni tal-fondi bejn l-għodod ta’ finanzjament differenti kienet xierqa u suffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-proġett. Tirrevedi wkoll l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-Kummissjoni u tqis jekk hemmx lok sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-programm.

2.5.1Is-suffiċjenza u l-effiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli

L-evalwazzjoni tal-effiċjenza uriet li l-finanzjament magħmul disponibbli għall-implimentazzjoni tad-DPIP seta' kien mhux suffiċjenti għal kollox, meta wieħed iqis il-livell għoli ta’ ambizzjoni ta’ wħud mill-għanijiet, id-domanda għolja ħafna għall-finanzjament u r-rati ġeneralment għoljin ta’ assorbiment tal-għotjiet. Meta wieħed iħares lejn kemm l-allokazzjoni inizjali tal-programm ġiet effettivament impenjata, b'kollox ġew impenjati EUR 12,9 miljun għall-għotjiet għal azzjoni (jiġifieri, f’termini ta’ ftehimiet tal-għoti ffirmati). EUR 0,9 miljun ġew impenjati għal għotjiet operattivi, b’madwar EUR 2,7 miljun impenjati għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku. Meta mqabbla mal-allokazzjonijiet inizjali, kemm l-għotjiet għal azzjoni kif ukoll l-għotjiet operattivi rċievew inqas minn dak li kien previst inizjalment (rispettivament EUR 0,6 miljun u EUR 0,8 miljun inqas minn kif kien ippjanat). Minkejja dawn id-differenzi, b’mod ġenerali l-għotjiet kellhom domanda għolja ħafna 45 . L-impenji aktar baxxi għal għotjiet operattivi li saru aktar qawwijin fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ finanzjament huma murija fil- Figura 2 2 .

Setgħu ġew allokati aktar fondi għall-programm, b’mod partikolari bil-għan li jintlaħaq l-objettiv li titnaqqas id-domanda għad-droga. In-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament taħt id-DPIP (għall-kuntrarju tan-numru żgħir ta’ proġetti ffinanzjati), u l-fatt li l-organizzazzjonijiet l-aktar iffinanzjati kienu l-NGOs li jiddependu ħafna fuq il-finanzjament estern, jikkonferma l-ħtieġa ġenerali għal riżorsi finanzjarji adegwati fil-qasam tal-politika dwar id-drogi. B’mod ġenerali, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli ntużaw b’mod effiċjenti, skont il-paragun tal-inputs / outputs fil-baġits tal-proġetti 46 .

Minkejja li wħud mill-impatti mistennija tad-DPIP kienu ambizzjużi ħafna billi ġejjin mill-objettivi tal-programm, il-proġetti implimentati kisbu numru tajjeb ta’ outputs u riżultati pożittivi, u dan jissuġġerixxu li l-ammont ta’ flus li ntefaq kien raġonevoli meta mqabbel mal-kisbiet. L-impatt tal-proġetti jidher fl-iżvilupp tal-għodod ġodda ta’ prevenzjoni; metodi ta’ trattament ġodda jikkorrispondu għall-aħħar stat tal-għarfien xjentifiku fil-qasam tad-drogi; u approċċi ta' sensibilizzazzjoni li jimmiraw gruppi (vulnerabbli) speċifiċi. Barra minn hekk, id-domanda għolja għal għotjiet tad-DPIP ippermettiet lill-Kummissjoni tagħżel dawk il-proġetti li urew l-aktar potenzjal u li rrappreżentaw l-aħjar valur għall-flus 47 .

Figura 22 Fondi totali allokati, impenjati u mħallsin tad-DPIP u t-total ta’ fondi sopraimpenjati/sottoimpenjati u ta’ sottonfiq skont kull sejħa (għotja għal azzjoni fuq, għotja operattiva taħt)

Nota: Ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar fondi li tħallsu u nuqqas ta’ nefqa għall-għotjiet għal azzjoni 2011-2012

DPIP — Sejħiet għal Proposti (2007-2012) 2013 ma setgħux jiġu kkunsidrati fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-evalwazzjoni, għaliex ir-rapporti finali tal-proġett ma ġewx ippreżentati matul dan il-proċess ta’ evalwazzjoni.

2.5.2Il-punt kemm il-flus li ntefqu kienu raġonevoli fid-dawl tal-impatt miksub

Id-DPIP kien mistenni li:

itejjeb il-prevenzjoni tal-użu tad-droga fl-UE;

joħloq fehim aħjar / informazzjoni mtejba dwar drogi u ħsara relatata fl-UE;

jtejjeb l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Droga u azzjonijiet speċifiċi skont il-pjanijiet ta' azzjoni.

Huwa raġonevolment mistenni li l-programm jilħaq l-objettivi tiegħu bir-riżorsi disponibbli, speċjalment fir-rigward tat-titjib tal-għoti ta’ informazzjoni dwar drogi u ħsara relatata fl-UE. Madankollu, l-ewwel objettiv, jiġifieri, it-titjib tal-prevenzjoni, kien l-aktar ta’ sfida biex jintlaħaq mhux biss minħabba l-iskala tal-problema tal-użu tad-droga meta mqabbel mad-daqs tal-programm, iżda wkoll minħabba li t-tnaqqis tal-użu tad-droga huwa relatat b’mod inerenti mal-bidliet fl-imġiba u l-għażliet ta’ stil ta’ ħajja li ġeneralment diffiċli biex jiġu influwenzati u jistgħu jeħtieġu serje ta’ interventi fuq terminu twil. It-tieni objettiv sar fuq il-bażi tat-tixrid ta’ outputs u riżultati mill-Kummissjoni u proġetti u netwerks individwali (għal aktar dwar dan ara t-taqsima 2.4.1 Tkomplija tal-attivitajiet tal-proġett, l-outputs u t-tixrid). It-tielet objettiv — implimentazzjoni aħjar tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u pjanijiet ta’ azzjoni — intlaħaq l-aktar permezz ta’ serje ta’ rapporti ta’ politika ta’ livell għoli li jkopru għadd ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika dwar id-drogi fl-UE. Dawn ir-rapporti ta’ politika ġew esternalizzati lil kuntratturi esterni 48 .

L-evidenza miġbura bħala parti mill-evalwazzjoni għadha insuffiċjenti sabiex jiġi konkluż b’mod assolut li r-riżorsi li ntefqu fuq il-programm kienu raġonevoli fid-dawl tal-eżiti u tal-impatti miksubin.

Min-naħa l-oħra, l-outputs u r-riżultati tal-għotjiet għal azzjoni tad-DPIP u l-għotjiet operattivi li jiffurmaw il-bażi għall-eżiti u l-impatt fuq terminu twil, kienu pożittivi, b’mod partikolari b’rabta ma’ 49 :

l-iżvilupp ta’ għodod ġodda ta’ prevenzjoni, miżuri għat-tnaqqis ta’ ħsara u approċċi ta’ trattament biex jindirizzaw żviluppi ġodda u bidliet rapidi fir-rigward tad-drogi, jew l-għodod ta’ żvilupp (pereż. standards ta’ kwalita għal linji telefoniċi ta’ għajnuna onlajn) li jappoġġaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet li jittrattaw gruppi fil-mira;

l-iżvilupp ta’ approċċi ġodda biex titqajjem kuxjenza u tingħata informazzjoni lil gruppi fil-mira / gruppi vulnerabbli speċifiċi;

l-istabbiliment ta’ netwerks u/jew pjattaformi multidixxiplinari biex jiżdiedu l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet, jinxterdu aktar ir-riżultati/prattiki tajbin tal-proġett u tinkiseb viżibbiltà ma’ dawk li jfasslu l-politika;

il-bini ta’ kapaċità u taħriġ biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drogi u l-pjanijiet ta’ azzjoni u atturi rilevanti fil-prevenzjoni tal-użu tad-droga / tad-dipendenza fuq id-droga u ħsara relatata.

Id-DPIP iffinanzja 51 proġett li ħafna minnhom kienu transnazzjonali, li jirrappreżentaw madwar 200 organizzazzjoni mexxejja u sħab. L-analiżi tal-proġetti ffinalizzati s’issa turi li mill-inqas 63 % tal-għotjiet għal azzjoni u l-għotjiet operattivi ffinalizzati juru evidenza li laħqu l-objettivi tagħhom, għalkemm l-għotjiet għal azzjoni wrew ftit inqas evidenza li laħqu l-objettivi tagħhom (60 %) meta mqabbla mal-għotjiet operattivi (67 %) 50 .

2.5.3L-adegwatezza tal-allokazzjoni tal-fondi fost l-għodod ta’ finanzjament differenti

Skont il-programmi ta’ ħidma annwali, il-baġit totali allokat għall-implimentazzjoni tad-DPIP għall-2007-2013 ammonta għal EUR 22 232 miljun. It-tqassim baġitarju ppjanat huwa ppreżentat fit- Tabella 1 1 Analiżi baġitarja ppjanata għad-DPIP (2007-2013) . Il-valur medju ta’ għotjiet għal azzjoni żdied bejn l-2007 u l-2012, b’ħafna mill-fondi jiġu allokati waqt it-tieni nofs tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. L-assorbiment tal-baġit ta’ għotjiet għal azzjoni (ħlasijiet bħala parti mill-impenji) kien aċċettabbli, jiġifieri 88 %. Dan jissuġġerixxi li l-fondi għal għotjiet għal azzjoni ġew allokati b’mod effiċjenti 51 . Ta’ min jinnota li din l-analiżi ma tqisx ħafna mill-għotjiet mogħtija taħt l-għotjiet għal azzjoni għall-2011-2012.

L-għotjiet operattivi rċevew aktar minn nofs il-fondi inizjalment allokati. Il-valur medju tal-OGs naqas b’mod konsiderevoli bejn l-2008 u l-2012 (fejn fl-2011, dan laħaq l-aktar valur baxx tiegħu), li varja minn EUR 20 499 (l-għotja operattiva tal-2012) għal EUR 200 000 (l-għotja operattiva tal-2008). L-aktar valur medju baxx tal-għotjiet operattivi jista’ jiġi spjegat permezz tad-dewmien iqsar tagħhom (massimu 12-il xahar) u l-fatt li għotja operattiva waħda tipprovdi biss fondi għal organizzazzjoni waħda, filwaqt li l-isħubija tal-organizzazzjonijiet hija ffinanzjata taħt għotjiet ta’ azzjoni. L-assorbiment tal-baġit tal-għotjiet operattivi kien aċċettabbli, jiġifieri 85 %. Bl-istess mod bħall-għotjiet għal azzjoni, l-infiq ta' għotjiet operattivi jidher li kien effiċjenti 52 .

Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni impenjat madwar EUR 2,7 miljun għal total ta’ 28 kuntratt ta’ akkwist (jew madwar 17 % tal-baġit impenjat totali ta' DPIP). Madwar nofs il-baġit tal-akkwist kien impenjat għall-Azzjoni Ewropea kontra d-Drogi (EAD) – kampanja ta’ sensibilizzazzjoni multiannwali – u għal laqgħat regolari tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili fuq id-Drogi. B’allokazzjoni inizjali ta’ aktar minn EUR 4 miljun, l-akkwist ma ntużax biżżejjed u dan jaf kellu effett negattiv fuq, pereżempju, it-tixrid tar-riżultati tal-programm fil-livell tal-UE 53 .

Finalment, l-għodod ta’ finanzjament ġew implimentati kollha permezz ta’ proċess kompetittiv, bl-użu ta’ sejħiet għal proposti (għall-għotjiet) u sejħiet għal offerti (għall-akkwist) li attiraw numru kbir ta’ applikazzjonijiet. L-għotjiet ta’ azzjoni u l-kuntratti ta’ akkwist huma għodod ta’ finanzjament aktar effettivi u effiċjenti 54 .

2.5.4Il-ġestjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-lok għal simplifikazzjoni

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-istħarriġ onlajn, ir-rekwiżiti għall-applikanti sabiex jaċċessaw il-finanzjament tad-DPIP tqiesu xierqa b’mod ġenerali, kif ippreżentat fit- Figura 2 3 hawn taħt.

Figura 23 Rekwiżiti tal-applikazzjoni

Sors: Stħarriġ għall-evalwazzjoni ex post tal-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja 2007-2013.

Mistoqsija 36: Rigward il-ġestjoni tal-ħames programmi mill-Kummissjoni, inklużi l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġett/attivitajiet tiegħek min-naħa tal-Kummissjoni, ikkummenta dwar id-dikjarazzjonijiet li ġejjin (ara Figura fuq):

L-informazzjoni pprovduta fis-sejħiet għall-proposti matul il-perjodu ta’ finanzjament kienet sempliċi u kienet tispjega l-elementi varji meħtieġa għall-applikazzjoni għall-finanzjament. Madankollu, id-dokument beda jsir dejjem aktar twil maż-żmien, xi ħaġa li f’parti minnha tirrifletti l-livell ta’ dettall meħtieġ fil-formola ta’ applikazzjoni, in-numru ta’ prijoritajiet ippreżentati u l-introduzzjoni tas-sistema IT PRIAMOS. Skont il-maġġoranza ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ onlajn, l-informazzjoni inkluża fis-sejħiet għal proposti kienet ċara u faċli biex tinftiehem. Għas-sejħa tal-2013, ġiet ipprovduta l-Gwida unika għall-Applikanti li tkopri l-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja, l-ISEC u l-PROGRESS. Il-Gwida Unika għamlitha iktar faċli u aktar effiċjenti għall-applikanti sabiex jissottomettu proposti għal proġetti differenti.

Matul il-programm kollu, il-formola ta’ applikazzjoni talbet lill-applikanti biex jiddeskrivu l-proġett f’termini ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-proġetti; l-implimentazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, ir-riżultati, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni. Barra minn hekk, l-applikanti kienu meħtieġa jimlew formoli ta’ stima tal-baġit, analiżi tal-ispejjeż tal-persunal u dikjarazzjoni tas-sħubija. Mill-2010, l-applikanti ntalbu jipprovdu wkoll indikaturi sabiex jivvalutaw ir-riżultati, evidenza ta' esperjenza preċedenti bil-programm, iżidu aktar dettall fuq is-sħab u fuq il-flussi tax-xogħol. Dan żied il-potenzjal għall-kwalità tal-proġetti, billi kien jimmotiva lill-applikanti sabiex jiżviluppaw pjan u stima tal-ispejjeż aktar rigorużi għal kull waħda mill-attivitajiet tagħhom.

B’mod ġenerali, il-ġestjoni mill-Kummissjoni tad-DPIP tjiebet maż-żmien bis-saħħa ta':

l-introduzzjoni tal-unità ta’ ġestjoni tal-programm unika,

il-pubblikazzjoni ta’ manwal għall-uffiċjali tal-Kummissjoni;

u, b’mod indirett, bis-saħħa ta' disseminazzjoni ta’ gwida ta’ ġestjoni tal-proġett.

B’mod ġenerali, l-esperjenza tal-benefiċjarji tal-għotjiet bil-kooperazzjoni mal-Kummissjoni kienet waħda pożittiva. Ir-rekwiżiti tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet segwew proċess simili għal programmi oħrajn ġestiti b’mod ċentrali mill-Kummissjoni u kienu jeħtieġu informazzjoni aktar dettaljata, li tejbet il-kwalità tal-applikazzjonijiet u tal-proġetti. Il-bidliet fir-rapportar ħolqu wkoll approċċ aktar ibbilanċjat bejn il-ġustifikazzjoni finanzjarja fuq naħa u l-evalwazzjoni/il-valutazzjoni tar-riżultati attwali u l-impatti potenzjali tal-proġetti fuq in-naħa l-oħra.

Fl-2007, il-formola għall-applikazzjoni kienet teħtieġ l-informazzjoni li ġejja: l-għanijiet u r-rilevanza tal-proġett; l-implimentazzjoni tal-proġett (l-impatt, il-metodoloġija, id-durata, l-outputs konkreti u r-riskji u d-diffikultajiet prevedibbli); segwitu, sostenibbiltà u viżibilità (inkluż id-disseminazzjoni u l-valur miżjud Ewropew); informazzjoni dwar l-applikant u s-sieħba; dikjarazzjoni mill-applikant; u pakkett ta’ applikazzjoni u lista ta’ kontroll.

Minbarra l-formola għall-applikazzjoni, l-applikanti ntalbu jippreżentaw annessi li kienu jinkludu, fost l-oħrajn, dikjarazzjonijiet tas-sħab u l-kumpaniji assoċjati, formoli ta’ dikjarazzjoni ta’ kofinanzjament, formoli tal-baġit, formola ta’ analiżi tal-ispejjeż tal-persunal, skeda ta’ żmien, formoli ta’ identifikazzjoni finanzjarja, formoli ta’ entità legali, dikjarazzjoni fuq il-kriterji ta’ esklużjoni u CVs.

Skont l-informazzjoni miġbura fl-istħarriġ, sabiex issir tweġiba għas-sejħa għall-proposti, ftit inqas min-nofs ta’ dawk li jwieġbu (48 %) kellhom jitolbu mill-inqas xi għajnuna. Barra minn hekk, aktar minn nofs ta' dawk li wieġbu (61 %) ikkonfermaw li kienu jafu b'applikanti potenzjali li ma wieġbux għas-sejħa għal proposti minħabba r-rekwiżiti kumplessi stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawn is-sejbiet huma murija fi Figura 2 4 .

Figura 24 Ġestjoni tal-Kummissjoni tal-ħames programmi waqt il-fażi ta’ applikazzjoni

Sors: Stħarriġ għall-evalwazzjoni ex post tal-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja 2007-2013.

Mistoqsija 36: Rigward il-ġestjoni tal-ħames programmi mill-Kummissjoni, inklużi l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġett/attivitajiet tiegħek min-naħa tal-Kummissjoni, jekk jogħġbok ikkummenta dwar id-dikjarazzjoni li ġejja:

Minkejja d-diffikultajiet affaċċati mill-applikanti, in-numru totali tal-applikazzjonijiet riċevuti għall-għotjiet tal-azzjoni żdiedu b’mod stabbli minn 39 fl-2007 għal 117 fl-2013. Madankollu, in-numru ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi naqas minn 16-il applikant fl-2008 u 19 fl-2010, għal 7 fl-2011 u 12 fl-2012.

L-informazzjoni dwar is-sejħiet għall-proposti, kemm għall-għotjiet ta’ azzjoni kif ukoll għal dawk operattivi, kienu disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Ġustizzja 55 . Din kienet tinkludi dokumenti għall-applikanti, informazzjoni prattika dwar kif tapplika, dwar ir-rapportar ta’ frodi u irregolaritajiet u l-proġetti magħżula taħt kull sejħa. Il-maġġoranza l-kbira ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ (78%) qiesu li s-sejħa għal proposti kienet waħda ċara u faċli biex tinftiehem. B’mod simili, il-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal għotja ta’ azzjoni jew għotja operattiva kienet meqjusa mill-maġġoranza ta’ dawk li jwieġbu (74 %) bħala waħda sempliċi.

B'mod ġenerali, l-arranġamenti ta’ rapportar li jikkonċernaw il-progress u l-kisbiet tal-proġett/attivitajiet tqiesu li huma xierqa minn 56 % ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ onlajn. Barra minn hekk, ftit inqas minn nofs dawk li wieġbu l-istħarriġ qiesu l-arranġamenti tal-monitoraġġ min-naħa tal-Kummissjoni tal-anqas parzjalment tajbin u utli waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti u attivitajiet 56 .

Kważi nofs (43%) tal-benefiċjarji tal-għotjiet li wieġbu l-istħarriġ onlajn qiesu l-arranġamenti għall-monitoraġġ min-naħa tal-Kummissjoni bħala parzjalment tajbin u utli waqt l-implimentazzjoni tal-proġett/attivitajiet. Barra minn hekk, ir-rapporti dwar il-progress għal għotjiet li damu 24 xahar jew iżjed tqiesu bħala utli mill-benefiċjarji tal-għotjiet peress li dawn jipprovdu kemm lill-maniġers tal-proġetti kif ukoll lill-Kummissjoni b’ħarsa ġenerali tar-riżultati miksuba s’issa u jippermettulhom jintroduċu aġġustamenti għall-flussi tax-xogħol, meta dan ikun rilevanti 57 .

2.6IL-VALUR MIŻJUD EWROPEW

Il-valur miżjud tal-UE jirreferi għal kemm in-natura Ewropea tal-programm iġġib valur għall-partijiet ikkonċernati tiegħu u kemm l-UE għandha vantaġġ komparattiv fuq l-atturi nazzjonali u internazzjonali li jaħdmu f’dan il-qasam. L-ewwel, se tiġi diskussa n-natura Ewropea tal-programm u l-kopertura ġeografika tiegħu. Il-valur miżjud tal-UE mbagħad jiġi analizzat f’termini tal-valur miġjub għall-UE u għall-benefiċjarji. Madankollu, ma kienx possibbli li jiġi identifikat u li jitkejjel il-valur miżjud tal-UE f’termini tal-impatti.

Id-DPIP kellu dimensjoni transnazzjonali qawwija. Din hija evidenzjata mill-objettivi tal-programm u mit-tipi ta’ azzjoni meqjusin eliġibbli fid-Deċiżjoni tal-2007. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni jiddikjara li d-DPIP “għandu jappoġġa [...] proġetti transnazzjonali speċifiċi ta’ interess tal-Unjoni ppreżentati minn tal-inqas żewġ Stati Membri jew minn tal-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż ieħor li jista’ jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat.” L-azzjonijiet eliġibbli kienu jinkludu wkoll proġetti nazzjonali.

2.6.1Il-kopertura ġeografika u l-involviment tal-Istati Membri

Id-DPIP kopra organizzazzjonijiet ewlenin u sħab minn total ta’ 25 Stat Membru tal-UE u n-Norveġja. B’mod ġenerali, kien hemm kopertura ġeografika pjuttost tajba tal-attivitajiet madwar l-UE. In-natura tal-programm ġabet valur miżjud għall-UE u għal ħafna mill-benefiċjarji tal-għotja: Madankollu, xi Stati Membri rċevew numru akbar ta’ għotjiet u ħadu sehem f’numru akbar ta’ sħubijiet iffinanzjati minn oħrajn (ara Figura 2 5 ). L-organizzazzjonijiet prinċipali nġabru fi tliet Stati Membri: Il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Italja. Flimkien, dawn l-Istati Membri mexxew 61 % mill-proġetti kollha.

Mit-total tal-457 applikazzjoni li waslu permezz tad-DIP, l-ogħla numru ta’ applikazzjonijiet kien ippreżentat minn organizzazzjonijiet Taljani (24%, 109), segwiti minn dawk ibbażati fir-Renju Unit (60) u minn Spanja (55). Dawn l-aqwa tliet Stati Membri applikanti ppreżentaw 49% tal-applikazzjonijiet kollha għal finanzjament mill-programm. F’dan l-isfond ta’ min jinnota li l-ogħla rati ta’ suċċess tal-applikazzjonijiet ippreżentati nstabu li kienu dawk mill-Awstrija, mill-Ġermanja u min-Netherlands.

L-istruttura tas-sħubija tal-Istati Membri bl-ogħla numru ta’ organizzazzjonijiet prinċipali (il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Italja), hija murija fil- Figura 2 6 . Id-data turi li l-organizzazzjonijiet prinċipali huma aktar probabbli aktarx li jissieħbu ma’ organizzazzjonijiet mill-Istat Membru tagħhom stess iktar milli ma’ organizzazzjonijiet minn Stati Membri oħrajn tal-UE. Dan huwa partikolarment evidenti għall-Italja. Madankollu, dan ma kienx il-każ għall-proġetti mmexxija mir-Renju Unit, fejn l-organizzazzjonijiet ewlenin kienu l-aktar probabbli li jiffurmaw sħubiji ma’ organizzazzjonijiet Ġermaniżi. Pereżempju, l-organizzazzjonijiet ewlenin Taljani ffurmaw sħubiji ma’ sitt organizzazzjonijiet Taljani u tlieta mir-Renju Unit, filwaqt li l-organizzazzjonijiet ewlenin Ġermaniżi ffurmaw sħubiji ma’ erba’ organizzazzjonijiet Ġermaniżi, u tlieta Belġjani, tlieta Awstrijaki u tlieta Litwani. L-organizzazzjonijiet ewlenin mir-Renju Unit iffurmaw sħubiji ma’ sitt organizzazzjonijiet Ġermaniżi, ħamsa Franċiżi u erbgħa Taljani.

Figura 25 Numru totali ta’ organizzazzjonijiet involuti fil-proġetti tal-għotja għal azzjoni tad-DPIP, inklużi organizzazzjonijiet prinċipali (xellug) u organizzazzjonijiet sħab (lemin) tad-DPIP

Figura 26 Struttura tas-sħubija għall-aqwa tliet Stati Membri f’termini ta' organizzazzjonijiet prinċipali

2.6.2Il-valur miżjud għall-UE u għall-benefiċjarji tal-għotjiet

Is-sejbiet ta’ din l-evalwazzjoni juru li l-fatturi ewlenin li ġabu valur miżjud tal-UE għall-programm għall-benefiċjarji tal-għotjiet kienu:

tagħlim u skambji reċiproki, u għarfien miżjud permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-fruntieri;

il-“marka tal-UE” u r-reputazzjoni pprovduta mid-DPIP;

Il-finanzjament mill-UE li għamel l-implimentazzjoni tal-proġetti possibbli.

Is-sejbiet tal-istħarriġ u tal-konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati wrew li d-dimensjoni transnazzjonali tad-DPIP ippermettiet biex organizzazzjonijiet stabbiliti fi Stati Membri differenti jikkooperaw flimkien u jiżviluppaw u jimplimentaw attivitajiet transnazzjonali mmirati sabiex inaqqsu d-domanda għad-drogi. Filwaqt li l-organizzazzjonijiet ewlenin huma ġeografikament ikkonċentrati fi ftit Stati Membri biss, is-sħubiji li ffurmaw ippermettew li għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet minn Stati Membri oħra jipparteċipaw, jikkollaboraw u jitgħallmu ma’/mill-mexxejja tal-proġetti u li jimplimentaw attivitajiet simili. B’mod ġenerali, is-sħubiji transnazzjonali kkontribwixxew għat-tagħlim reċiproku, kollaborazzjoni u appoġġ sostenibbli kemm f’livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE. Dan jidher ukoll fir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati li huma esplorati aktar f’din it-taqsima.

L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-benefiċċji speċifiċi ewlenin tas-sħubiji transnazzjonali waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti DPIP kienu: il-ħolqien ta’ netwerk ta’ sħab internazzjonali (90 % ta’ dawk li wieġbu fl-istħarriġ), għarfien/kompetenza miżjuda fil-qasam (85 % ta’ dawk li wieġbu fl-istħarriġ) u għarfien miżjud fil-politika u l-prattika fi Stati Membri oħrajn (70 % ta’ dawk li wieġbu fl-istħarriġ). Għalhekk, is-sħubiji transnazzjonali kkontribwixxew ukoll għall-ilħuq ta’ għanijiet speċifiċi tad-DPIP li jirreferu għall-appoġġ ta’ azzjonijiet transnazzjonali bħall-ħolqien ta’ netwerks multidixxiplinarji, l-espansjoni tal-bażi ta’ għarfien, l-iskambju tal-informazzjoni u l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-prattiki tajbin. Barra minn hekk, meta ġew implimentati attivitajiet transnazzjonali fil-qasam tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi, il-proġetti DPIP ippromwovew ukoll it-tagħlim transnazzjonali permezz tas-sħubiji. L-intervisti ta’ segwitu mal-benefiċjarji tal-proġetti wrew li s-sħubiji transnazzjonali għenu fit-tixrid tal-aħjar prattiki, fit-tħeġġiġ tat-tagħlim transnazzjonali u fl-identifikazzjoni ta’ lakuni fl-informazzjoni u kwistjonijiet komuni fit-tnaqqis tad-domanda għad-drogi.

Il-benefiċċji speċifiċi tas-sħubiji transnazzjonali (ara Figura 2 7 ) irriżultaw ukoll minn esperjenzi ta’ ħidma tajbin bejn is-sħab tal-proġetti. Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu fl-istħarriġ qalu li kellhom relazzjonijiet ta’ ħidma tajbin mas-sħab transnazzjonali tagħhom (74 %) u kienu ssodisfati bis-sħubiji stabbiliti mill-proġetti (62 %). Dawn ir-relazzjonijiet pożittivi ppermettew u saħħew tagħlim transnazzjonali — il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu (68 %) skambjaw l-esperjenzi u l-lezzjonijiet li tgħallmu mas-sħab tagħhom matul l-implimentazzjoni tal-proġett. F’dan ir-rigward, 48 % ta’ dawk li wieġbu fl-istħarriġ qablu li kien ikun ta’ benefiċċju kieku ġew involuti aktar sħab minn Stati Membri differenti fl-implimentazzjoni tal-proġett sabiex jimmultiplaw dan l-effett.

Figura 27 Kemm il-benefiċjarji tal-proġett kellhom esperjenza tajba mas-sħubija transnazzjonali

Sors: Stħarriġ għall-evalwazzjoni ex post tal-ħames programmi tad-DĠ Ġustizzja 2007-2013.

Forma oħra ta’ valur li ġab il-programm kienet il-“marka UE” u r-reputazzjoni tad-DPIP. Dan kien ifisser viżibilità aktar għolja, interess fil-proġetti u impatt ogħla tagħhom fuq dawk li jfasslu l-politika fl-UE u nazzjonali, il-prattikanti u l-pubbliku usa’.

Finalment, il-valutazzjoni wriet li l-finanzjament tal-UE kien essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġetti DPIP u biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE. Għalhekk, il-probabbiltà li jintlaħqu l-objettivi tal-UE — u għalhekk li jiġu ssodisfati l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi — mingħajr il-finanzjament tal-UE hija intrinsikament limitata 58 .

3KONKLUŻJONIJIET

Ir-rilevanza tal-programm 59

B’mod ġenerali, il-prijoritajiet tas-sejħiet għal proposti u l-inizjattivi magħżula kienu rilevanti għall-objettivi tal-programm kif definiti fil-bażi ġuridika. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tad-DPIP huma fformulati b’mod wiesa’ u ambizzjużi żżejjed fl-att legali. Madankollu, il-prijoritajiet annwali stabbiliti mill-Kummissjoni ma kinux biss definiti b’mod ċar, iżda kienu wkoll realistiċi u li jistgħu jinkisbu u indirizzaw l-iżviluppi tal-politika ewlenin fil-qasam tal-politika. Huma saru għodda dejjem aktar importanti għall-Kummissjoni biex tinfluwenza l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġetti ffinanzjati matul il-ħajja tal-programm.

L-azzjonijiet magħżula kienu rilevanti għall-objettivi tal-programm. L-objettivi tal-programm tal-proġett / ta’ ħidma tal-51 proġett kollha kienu f’konformità mal-objettivi speċifiċi tal-programm. L-għotjiet operattivi kienu konformi parzjalment biss mal-objettivi speċifiċi tad-DPIP.

Fil-livell tal-proġetti, l-inizjattivi magħżula jidhru li għandhom żviluppi politiċi appoġġati b’mod adegwat. Kuntratti ta’ akkwist kienu wkoll partikolarment rilevanti għall-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam.

B’mod ġenerali, il-programm kien rilevanti għall-bżonnijiet tal-benefiċjarji ta’ għotja. Il-programm hu uniku f’dan il-qasam u mela lakuna fil-finanzjament fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, il-qafas kunċettwali tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu qablu mal-bżonnijiet tal-atturi li jaħdmu fil-qasam tal-prevenzjoni tad-droga.

Il-koerenza u l-kumplimentarjetà

Il-kumplimentarjetà tad-DPIP ma’ programmi u interventi oħrajn tal-UE nkisbet kważi għalkollox. Il-kumplimentarjetà nkisbet permezz ta’ mekkaniżmi li l-Kummissjoni introduċiet fl-istadju tat-tfassil tal-programm u fl-istadju tat-tfassil tas-sejħiet għall-proposti.

L-effikaċja

B’mod ġenerali, id-DPIP kien effettiv fl-ilħuq tal-objettivi tal-programm ġenerali tiegħu, għalkemm l-impatt kien xi ftit limitat mill-baġit relattivament baxx u n-numru ta’ proġetti ffinanzjati. Id-DPIP ikkontribwixxa għat-trawwim ta’ sensibilizzazzjoni intra-Ewropea u ta’ informazzjoni dwar id-drogi u l-ħsara assoċjata magħhom, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-droga. Barra minn hekk, l-azzjoni ffinanzjata mid-DPIP wasslet għal djalogu aħjar dwar id-drogi, u ffaċilitat l-iskambju tal-aħħar prattika fost il-partijiet ikkonċernati.

Xi proġetti ta' DPIP ikkontribwixxew għall-iżvilupp tat-tfassil tal-politika/leġislazzjoni tal-UE. Il-kuntratti ta’ akkwist, peress li huma speċifikament immirati biex jiżviluppaw u jimplimentaw politika u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tad-droga, kienu aktar effettivi f’dan ir-rispett għax taw bidu għal dibattiti dwar il-politika u mexxu l-proċess tat-tfassil tal-politika fil-livelli tal-UE u tal-Istati Membri.

Fil-livell tal-proġetti, ħafna mill-inizjattivi laħqu l-objettivi, b’mod partikolari bis-saħħa ta’ relazzjonijiet ta’ ħidma tajbin ma’ sħab u ta’ loġika ta’ intervent ċara fir-rigward tal-grupp fil-mira, l-objettivi, il-metodu u l-attivitajiet biex jiġu implimentati. Ebda ostaklu kbir ma ġie esperjenzat fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett.

Azzjonijiet ffinanzjati mid-DPIP żviluppaw ukoll għodod magħrufa bħala innovattivi f’numru ta’ oqsma. Dawn l-għodod kienu jinkludu miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ tnaqqis ta’ ħsara u approċċi ta’ kura, metodi ta’ riċerka jew kontribuzzjonijiet għal riċerka ġdida sabiex jitnaqqas in-nuqqas ta’ għarfien u approċċi innovattivi biex jipprovdu informazzjoni u jkun hemm sensibilizzazzjoni qalb gruppi vulnerabbli.

Sostenibbiltà u tixrid:

B’mod ġenerali, it-tixrid tar-riżultati tad-DPIP għenu biex jiżdied l-impatt fuq il-proġetti fil-prattika, b’mod partikolari bħala riżultat tat-tixrid tal-metodi fis-seħħ, li għenu biex tintlaħaq firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati (dawk li jfasslu l-politika fl-UE u nazzjonali, organizzazzjonijiet nongovernattivi / organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, assistenti soċjali, żgħażagħ u esperti fid-droga).

Ir-riżultati tal-proġetti xxerrdu fis-siti web u n-netwerks tal-benefiċjarji kif ukoll fis-siti web tal-Kummissjoni u tal-EMCDDA. Dan kompla jtejjeb il-viżibilità tal-programm innifsu (murija min-numru ta’ applikazzjonijet miżjud li daħlu). Barra minn hekk, kuntratti ta’ akkwist pubbliċi ntużaw għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ informazzjoni u għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ tixrid biex jiġu ppubbliċizzati r-riżultati tal-proġetti. Madankollu, mekkaniżmi u strateġiji għat-tixrid ma kinux sfruttati sal-potenzjal sħiħ tagħhom.

Ħafna mill-inizjattivi żviluppaw pjan ta’ sostenibbiltà u/jew tixrid. Madankollu, il-limitu kemm il-benefiċjarji tal-proġett kienu effettivi fl-iżgurar tas-sostenibbiltà u t-trasferibbiltà tal-outputs u l-attivitajiet tal-proġett varja sostanzjalment.

L-effiċjenza

Il-finanzjament magħmul disponibbli għall-implimentazzjoni tad-DPIP seta' ma kienx suffiċjenti għal kollox meta wieħed iqis il-livell għoli ta’ ambizzjoni ta’ wħud mill-għanijiet, id-domanda għolja ħafna għall-finanzjament u r-rata ġeneralment għolja ta’ assorbiment tal-għotjiet u n-numru għoli ta' outputs u riżultati miksub. Madankollu, il-finanzjament magħmul disponibbli taħt id-DPIP kien suffiċjenti għall-benefiċjarji biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.

Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tjiebet maż-żmien u l-benefiċjarji esperjenzaw il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni bħala waħda pożittiva.

Fir-rigward tal-lok għal simplifikazzjoni, il-livell ta’ dettall meħtieġ fil-formola ta’ applikazzjoni żdied mis-sejħa tal-2010 ’il quddiem u inkluda l-introduzzjoni ta’ flussi tax-xogħol. Dan kien ta' benefiċċju kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-applikanti. L-obbligi ta’ rapportar kienu kkunsidrati bħala xierqa mill-maġġoranza l-kbira ta’ dawk li wieġbu. L-arranġamenti għall-monitoraġġ min-naħa tal-Kummissjoni kienu meqjusa tal-anqas parzjalment bħala tajbin u utli waqt l-implimentazzjoni tal-proġett/ attivitajiet. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar jirriflettu approċċ aktar ibbilanċjat bejn il-ġustifikazzjoni finanzjarja fuq naħa u l-evalwazzjoni tal-outputs fuq in-naħa l-oħra u l-impatti potenzjali tal-proġetti fuq in-naħa l-oħra.

Il-valur miżjud tal-UE

Ħafna mill-Istati Membri tal-UE pparteċipaw fid-DPIP jew bħala organizzazzjoni prinċipali jew bħala sieħeb.

Il-valur miżjud tal-UE tal-programm jinsab fil-fatt li d-DPIP ippermetta lil organizzazzjonijiet ibbażati f’diversi Stati Membri biex jagħmlu differenza fil-qasam tat-tnaqqis tad-domanda għad-drogi. Is-sħubiji li ffurmaw fil-proġetti għenu fil-promozzjoni ta’ tagħlim transnazzjonali u tejbu l-viżibilità tal-inizjattivi mwettqa, u għenu wkoll fl-identifikazzjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-drogi. Is-sħubiji tejbu wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera, ikkontribwixxew għall-iskambju u t-tixrid tal-aħjar prattiċi u informazzjoni, żviluppaw fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u appoġġaw il-ħolqien ta’ għodod u soluzzjonijiet prattiċi biex jindirizzaw l-isfidi globali. Madankollu, il-limitu ta’ titjib u kontribuzzjoni, jiġifieri l-valur miżjud tal-UE f’termini ta’ impatti kien għadu ma jistax jitkejjel.

Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin

il-Kummissjoni għandha tinvesti aktar żmien u riżorsi umani fil-proċess tal-iffissar tal-prijoritajiet sabiex tiżgura li l-prijoritajiet ikunu jistgħu jintlaħqu adegwatament f'baġit allokat.

Valutazzjonijiet realistiċi tar-riskji tal-proġetti u strateġiji aħjar għall-mitigazzjoni tar-riskji: il-Kummissjoni għandha tissorvelja aħjar ir-riskji matul id-durata tal-proġett, pereżempju billi titlob rapporti fil-qosor dwar il-progress li jidentifikaw kwalunkwe riskju hekk kif jinħoloq matul l-implimentazzjoni tal-proġett.

Żieda tal-enfasi fuq il-valutazzjoni tal-impatti fil-livelli kollha u mhux fuq l-outputs biss, fir-rigward tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni. Din tmur id f’id mal-bżonn li tinġabar, tiġi analizzata u tintuża evidenza oġġettiva u indipendenti sabiex jitwettqu evalwazzjonijiet tal-proġetti u tal-programmi.

Esplorazzjoni ta’ modi ta’ kif jista’ jittejjeb l-użu tal-outputs, tar-riżultati u tal-aħjar prattiki tal-proġetti minn organizzazzjonijiet oħra, inkluż fi Stati Membri oħrajn, inklużi aktar riżorsi għat-traduzzjonijiet, għall-komunikazzjoni u għat-tixrid. 

rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet u l-objettivi ġenerali u speċifiċi, it-tipi ta’ azzjoni u t-tipi ta’ intervent u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni se tipprova tirfina l-loġika dwar l-interventi 60 , u tagħmel ir-relazzjonijiet bejn il-ħsieb, l-objettivi, il-kontribuzzjonijiet, l-outputs, il-benefiċjarji, l-eżiti mistennijin u l-impatti aktar artikolati, preċiżi u konkreti fi kwalunkwe kontinwazzjoni fil-ġejjieni tal-programm.

(1)

L-Artikolu 15(3)d, id-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku "Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku" bħala parti mill-Programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja".

(2)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post mill-evalwatur estern huwa ppubblikat hawnhekk: Ir-rapport ewlieni: http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf , Annexes: http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_annex_1,_2_and_3.pdf , http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_annex_4_quantitative_analysis.pdf

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu mill-evalwatur estern huwa ppubblikat hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52011DC0246&qid=1467122450426&from=EN  

(3)

L-Artikolu 8, id-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku ‘Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku’ bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’;

(4)

 Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Drug Prevention and Information Programme (DPIP), ICF, 28 ta' Lulju 2015, p. 2

http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf  

(5)

L-Artikolu 12, id-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku ‘Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku’ bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’;

(6)

Mhux meqjusa fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-evalwazzjoni, għaliex ir-rapporti finali ma ġewx sottomessi matul dan il-proċess ta’ evalwazzjoni.

(7)

 Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Drug Prevention and Information Programme (DPIP), ICF, 28 ta' Lulju 2015, p. 3

http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf  

(8)

 Ibid., p. 2

(9)

  http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_annex_1,_2_and_3.pdf  

(10)

 Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Drug Prevention and Information Programme (DPIP), ICF, 28 ta' Lulju 2015, p. 9

http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf

(11)

 Ibid.

(12)

 Ibid., p. 11

(13)

 Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tinkludi data rilevanti u affidabbli u għandu jkun fiha analiżi robusta li turi biċ-ċar il-bżonn tal-azzjoni. L-applikant jista’ jirreferi għal riċerka eżistenti, għal studji u għal proġetti preċedenti li diġà kienu identifikaw il-bżonn. Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet trid tagħmilha ċara kemm l-azzjoni se tissodisfa l-bżonn u dan għandu jkun ikkwantifikat. L-applikant għandu jkun speċifiku u jiffoka fuq il-ħtiġijiet proprji li l-proġett se jipprova jindirizza u mhux jillimita l-analiżi għal dikjarazzjonijiet u informazzjoni ġenerali dwar il-problemi u l-ħtiġijiet tal-grupp fil-mira inġenerali.

(14)

 Ibid., p. 11 Abbażi ta' analiżi tat-23 tweġiba għall-istħarriġ onlajn li waslet mill-benefiċjarji ta’ għotjiet tad-DPIP; u l-kitbiet tal-5 intervisti ta’ segwitu mal-koordinaturi ta’ proġetti/organizzazzjonijiet li rċevew għotjiet mid-DPIP 2007-2013.

(15)

Id-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku ‘Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku’ bħala parti mill-Programm Ġenerali 'Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’;

(16)

 Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Drug Prevention and Information Programme (DPIP), ICF, 28 ta' Lulju 2015, p. 15-16

http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf

(17)

 Ibid., p. 14

(18)

 Ibid.

(19)

 Ibid.

(20)

  http://www.emcdda.europa.eu/  

(21)

European Commission (2011) Projects, studies and research on illicit drugs funded by the European Commission, 2007-2013: http://ec.europa.eu/justice/anti-drugs/files/2007-2010_drug_related_projects_en.pdf .

(22)

European Commission (2014) New Psychoactive Substances. Projects, Studies and Research funded by the European Commission:

(23)

 Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Drug Prevention and Information Programme (DPIP), ICF, 28 ta' Lulju 2015, p. 19

http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf

(24)

 Ibid., p. 22

(25)

 Ibid.

(26)

 Ibid.

(27)

 Ibid., p. 23

(28)

 Ibid.

(29)

 Ibid.

(30)

 Ibid., p. 24

(31)

 Ibid., p. 25

(32)

 Ibid.

(33)

  http://ec.europa.eu/justice/anti-drugs/files/equs_main_report_en.pdf  

(34)

  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52013SC0319&from=EN  

(35)

 Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Drug Prevention and Information Programme (DPIP), ICF, 28 ta' Lulju 2015, p. 27

http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf

(36)

Mistoqsija tal-istħarriġ 23b: Dawk li jfasslu l-politika wieġbu għall-informazzjoni pprovduta mill-proġett / l-attivitajiet? (Mistoqsija b’għażla multipla). Fi: Ibid., p. 27 Abbażi ta' analiżi tat-23 tweġiba għall-istħarriġ onlajn li waslet mill-benefiċjarji ta’ għotjiet tad-DPIP; u l-kitbiet tal-5 intervisti ta’ segwitu mal-koordinaturi ta’ proġetti/organizzazzjonijiet li rċevew għotjiet mid-DPIP 2007-2013.

(37)

 Ibid., p. 28

(38)

 Ibid., p. 31

(39)

 Ibid., p. 32

(40)

 Ibid., p. 33

(41)

 Ibid., p. 34

(42)

 Ibid., p. 35

(43)

 Ibid., p. 36

(44)

 Ibid.

(45)

 Ibid., p. 39

(46)

 Ibid., p. 37

(47)

 Ibid.

(48)

 Ibid., p. 44

(49)

 Ibid., p. 45

(50)

 Ibid.

(51)

 Ibid.

(52)

 Ibid., pp. 45-46

(53)

 Ibid., p. 46

(54)

 Ibid.

(55)

  http://ec.europa.eu/justice/grants1/programmes-2007-2013/drug/index_en.htm .

(56)

Abbażi ta' analiżi tat-23 tweġiba għall-istħarriġ onlajn li waslet mill-benefiċjarji ta’ għotjiet tad-DPIP; u l-kitbiet tal-5 intervisti ta’ segwitu mal-koordinaturi ta’ proġetti/organizzazzjonijiet li rċevew għotjiet mid-DPIP 2007-2013. Ex post evaluation of five programmes implemented under the 2007-2013 financial perspective. Specific programme evaluation: Drug Prevention and Information Programme (DPIP), ICF, 28 ta' Lulju 2015, pp. 48-49 http://ec.europa.eu/justice/grants1/files/expost_evaluations_2007_2013/dpip_programme_evaluation_final_report.pdf

(57)

 Ibid., p. 50

(58)

 Ibid., p. 59

(59)

Ibid., pp. 60-62

(60)

Ara pereżempju Figura 1 1   Loġika ta' intervent tal-Programm ta' Prevenzjoni tal-Konsum tad-Droga u Informazzjoni lill-Pubbliku (2007-2013

Top