Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0233

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi (COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))

ĠU C 307, 30.8.2018, p. 205–211 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/205


P8_TA(2017)0233

Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, rigward ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud li japplikaw għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi (COM(2016)0758 – C8-0529/2016 – 2016/0374(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2018/C 307/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0758),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0529/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0189/2017),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa - 1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Fl-2013, id-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-VAT li fil-fatt inġabret (l-hekk imsejħa “diskrepanza tal-VAT”) fl-Unjoni kienet ta' madwar EUR 170 biljun, u l-frodi transfruntiera jammontaw għal telf ta' dħul mill-VAT fl-Unjoni ta' madwar EUR 50 biljun fis-sena, li jagħmlu l-VAT kwistjoni importanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (7) tistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata għall-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati bir-rata ta' VAT standard.

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (7) tistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsin tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-pubblikazzjonijiet li għandhom kwalunkwe tip ta' appoġġ fiżiku. Madankollu, rata mnaqqsa tal-VAT ma tistax tiġi applikata għall-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament, li għandhom jiġu ntaxxati bir-rata ta' VAT standard , b'tali mod li toħloq żvantaġġ għall-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament u li żżomm lura l-iżvilupp ta' dan is-suq . Dak l-iżvantaġġ komparattiv jista' jostakola l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali fl-Unjoni.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT  (7a) , il-Parlament Ewropew fakkar li waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-VAT hija l-prinċipju tan-newtralità, u, għal dik ir-raġuni, huwa sostna li “l-kotba, il-gazzetti u r-rivisti kollha, irrispettivament mill-format tagħhom, għandhom jiġu trattati eżattament bl-istess mod”.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni (8), u  biex jibqgħu aġġornati mal-progress teknoloġiku fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku.

(2)

Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni (8), u  l-ambizzjoni tagħha li tiżgura li l-Ewropa tkun kompetittiva u fuq quddiem nett fid-dinja fl-ekonomija diġitali, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li jallinjaw ir-rati tal-VAT fuq il-pubblikazzjonijiet pprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi fuq il-pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku , u b'hekk jistimulaw l-innovazzjoni, il-ħolqien, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, u jiffaċilitaw it-tagħlim diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-aċċess għall-kultura fl-ambjent diġitali, u l-promozzjoni tagħha .

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Jekk l-Istati Membri jitħallew japplikaw rati mnaqqsa, rati mnaqqsa ħafna jew rati żero għal pubblikazzjonijiet stampati u għal pubblikazzjonijiet elettroniċi, dan għandu jiżgura t-trasferiment ta' benefiċċji ekonomiċi lill-konsumaturi – u b'hekk jippromwovi l-qari – kif ukoll lill-pubblikaturi, biex b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti, titnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT (9), il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta' VAT preferenzjali bħall-pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta' appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju preċedenti.

(3)

Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT (9), il-Kummissjoni qalet li l-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess rata ta' VAT preferenzjali bħall-pubblikazzjonijiet li jkollhom xi mezz ta' appoġġ fiżiku. Biex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà għal kull Stat Membru li japplika rata mnaqqsa ta' VAT, jew rati mnaqqsin ħafna għall-forniment tal-kotba, tal-gazzetti u tal-perjodiċi, dan jinkludi l-possibbiltà li jingħataw l-eżenzjonijiet bil-possibbiltà tat-tnaqqis tal-VAT li tkun tħallset fl-istadju preċedenti. Din il-proposta hija bi qbil mal-objettiv li l-Istati Membri jingħataw aktar libertà biex jiffissaw ir-rati tal-VAT tagħhom fil-qafas ta' sistema tal-VAT definittiva u bbażata fuq id-destinazzjoni.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

F'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jkun hemm sistemi tal-VAT aktar sempliċi, aktar reżistenti għall-frodi u favorevoli għan-negozji fl-Istati Membri kollha, kif ukoll li jinżamm il-pass mal-ekonomija diġitali u mobbli tal-lum.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo.

(5)

Biex jevitaw l-użu estensiv ta' rati tal-VAT imnaqqsin għall-kontenut awdjoviżiv, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-fakultà li japplikaw rata mnaqqsa għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi biss jekk dawn il-pubblikazzjonijiet, kemm li għandhom mezz ta' appoġġ fiżiku, kif ukoll li huma pprovduti elettronikament, ma jikkonsistux kompletament jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Filwaqt li titqies l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi għal persuni neqsin mid-dawl, b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħrajn biex jaqraw materjal stampat skont it-tifsira tad-Direttiva … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9a) , il-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi elettroniċi adattati u awdjo għandhom jiġu mifhuma li ma jikkonsistux għalkollox jew b'mod predominanti minn kontenut ta' mużika jew ta' vidjo. Għaldaqstant, ir-rati mnaqqsa tal-VAT jistgħu jiġu applikati wkoll għal dawn il-formati.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Il-fatt li l-Istati Membri jingħataw il-libertà li japplikaw rati tal-VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-kotba elettroniċi, il-gazzetti elettroniċi u l-perjodiċi elettroniċi jista' joħloq opportunità ta' marġni ta' profitt ġodda għall-pubblikaturi u ta' investiment f'kontenut ġdid, meta mqabbel mal-mudell attwali li jiddependi ħafna fuq ir-reklamar. Fil-livell tal-Unjoni għandu wkoll jingħata bidu għal riflessjoni aktar ġenerali fuq il-mudell ta' finanzjament tal-kontenut elettroniku.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Il-flessibbiltà mogħtija lill-Istati Membri fil-kuntest tal-proposta attwali bl-ebda mod ma tippreġudika r-reġim definittiv tal-VAT biex jiġi varat u li fil-kuntest tiegħu kull żieda fil-flessibbiltà tkun teħtieġ tiġi bbilanċjata mal-impatt fuq il-funzjonament tas-suq uniku, il-kamp ta' applikazzjoni għall-frodi tal-VAT, iż-żieda fl-ispejjeż tan-negozju u r-riskju ta' kompetizzjoni inġusta.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

Għalkemm din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jirrettifikaw sitwazzjoni ta' trattament inugwali, hija ma tneħħix il-ħtieġa għal sistema aktar ikkoordinata, effiċjenti u sempliċi ta' rati mnaqqsa tal-VAT b'inqas eċċezzjonijiet.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2006/112/KE

Anness III – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

il-forniment, li jinkludi s-self mil-libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament jew b'mod predominanti ddedikati għar-reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li kompletament jew b'mod predominanti jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta' vidjo;

(6)

il-forniment, li jinkludi s-self mil-libreriji, ta' kotba, gazzetti u perjodiċi li mhumiex pubblikazzjonijiet kompletament jew b'mod predominanti ddedikati għar-reklamar u minbarra l-pubblikazzjonijiet li kompletament jew b'mod predominanti jikkonsistu minn kontenut ta'mużika jew ta' vidjo;  inklużi opuskoli, fuljetti u materjal simili stampat, kotba għat-tfal bl-istampi, tat-tpinġija jew tat-tpinġija bil-kulur, mużika stampata jew f'forma ta' manuskritt, mapep u mapep idrografiċi jew mapep simili.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni Ewropea għandha, sa … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], tipproduċi rapport li jidentifika l-Istati Membri li jkunu adottaw rati tal-VAT imnaqqsa jew imnaqqsa ħafna għall-kotba, il-gazzetti u l-perjodiċi u l-ekwivalenti elettroniċi tagħhom, u tevalwa l-impatt ta' dawk il-miżuri f'termini ta' implikazzjonijiet baġitarji u l-iżvilupp tas-settur kulturali.


(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(7a)   Testi adottati, P7_TA(2011)0436.

(8)  COM(2015)0192 finali

(8)  COM(2015)0192 finali.

(9)  COM(2016)0148 finali

(9)  COM(2016)0148 finali.

(9a)   Direttiva … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (COM(2016)0596 final, 2016/0278(COD)) (ĠU …, p. …).


Top