Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0778

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali.

COM/2016/0778 final - 2016/0384 (COD)

Brussell, 30.11.2016

COM(2016) 778 final

2016/0384(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali.


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

It-terremoti riċenti fl-Italja kellhom effett devastanti fuq in-nies li jgħixu fir-reġjun. Se jkunu meħtieġa xogħlijiet ta' rikostruzzjoni fuq skala kbira, l-aktar għar-restawr tal-wirt kulturali taż-żoni affettwati. L-Ewropa teħtieġ li tkun tista' b'mod rapidu tipprovdi appoġġ addizzjonali u effettiv mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) lill-Istati Membri u reġjuni milquta minn diżastri naturali ewlenin jew reġjonali, bl-ikkomplimentar tal-mezzi disponibbli taħt il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex tingħata tali assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali, il-Kummissjoni tipproponi li tintroduċi l-possibbiltà ta' assi prijoritarju separat għall-operazzjonijiet ta' rikostruzzjoni appoġġati mill-FEŻR f'programm operazzjonali. Minħabba l-firxa potenzjali tal-impatt ta' tali diżastri naturali, huwa propost li tiġi provduta l-possibbiltà ta' finanzjament għal tali operazzjonijiet b'mod sħiħ mill-FEŻR, mingħajr il-bżonn ta' kofinanzjament nazzjonali. L-operazzjonijiet li se jiġu ffinanzjati f'dan l-assi prijoritarju huma dawk marbuta mar-rikostruzzjoni bħala rispons għal diżastri naturali ewlenin jew reġjonali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, huma proposti dispożizzjonijiet speċifiċi għad-data ta' bidu tal-eliġibbiltà ta' nefqa għall-iżgurar li n-nefqa hi eliġibbli għal rimborż mid-data tad-diżastru.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hi konsistenti mal-qafas legali ġenerali stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) u hi limitata għal emenda mmirata tar-Regolament (KE) 1303/2013. Il-proposta tikkomplimenta t-tip ta' appoġġ disponibbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Il-konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hi limitata għal emenda mmirata tar-Regolament (KE) 1303/2013 u żżomm konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Qed jiġi propost li jiddaħħal paragrafu addizzjonali fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biex jipprovdi għall-ħolqien ta' assi prijoritarju separat b'rata ta' kofinanzjament sa 100% biex jappoġġa, skont il-prijoritajiet ta' investiment FEŻR, l-operazzjonijiet magħżula mill-awtoritajiet tal-immaniġġjar bħala rispons għal diżastri ewlenin jew reġjonali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali bil-provvista tal-possibbiltà ta' finanzjament għal xogħlijiet ta' rikostruzzjoni mill-FEŻR b'rata ta' kofinanzjament sa 100% mill-baġit tal-UE, teħtieġ emenda tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Ma jistax jinkiseb l-istess riżultat permezz ta' azzjoni fuq livell nazzjonali.

Proporzjonalità

Il-proposta hi bidla limitata u mmirata li ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għall-kisba tal-objettiv ta' provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

••Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

••Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli

••Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

••Valutazzjoni tal-impatt

Se titwettaq valutazzjoni tal-impatt għat-tħejjija tal-proposta għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Din il-bidla limitata u mmirata ma teħtieġx valutazzjoni tal-impatt separata.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

••    Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013.

Din tibqa' fil-limiti tal-allokazzjoni ġenerali għall-perjodu 2014-2020 u għalhekk għandha newtralità baġitarja. Iż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament sa 100% se twassal għal forniment minn qabel parzjali ta' pagamenti, segwiti minn pagamenti iktar baxxi fi stadju iktar tard hekk kif il-pakkett ġenerali jibqa' l-istess.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-implimentazzjoni tal-miżura se tkun monitorjata u rrappurtata skont il-qafas tal-mekkaniżmi ta' rappurtar ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Sabiex tiġi pprovduta assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali, qed tiġi proposta l-possibbiltà ta' introduzzjoni ta' assi prijoritarju separat b'rata ta' kofinanzjament sa 100% f'programm operazzjonali għall-FEŻR. L-operazzjonijiet li jistgħu jiġu kofinanzjati f'dan l-assi prijoritarju separat huma dawk marbuta mar-rikostruzzjoni bħala rispons għal diżastri naturali ewlenin jew reġjonali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Għal operazzjonijiet taħt dan l-assi prijoritarju separat, qed tiġi proposta deroga għar-regola li tikkonċerna d-data ta' bidu ta' eliġibbiltà bħala riżultat ta' emenda ta' programm. Dan għandu jiżgura li l-emenda li ġejja tan-nefqa tal-programm imġarrba mid-data tad-diżastru tista' tiġi ddikjarata għal rimborż.

Ġiet inkluża wkoll dispożizzjoni biex tkopri l-każ ta' nefqa ddikjarata għal miżuri meħudin minn awtoritajiet ta' Stat Membru direttament wara li jkun seħħ diżastru, u qabel ma jiġi emendat il-programm operazzjonali, u rimborżat bir-rata ta' kofinanzjament eżistenti. Ir-rata ogħla ta' kofinanzjament imbagħad tapplika permezz tal-aġġustamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tal-pagament li jmiss u, fejn xieraq, għal kontijiet li ġejjin, ladarba l-programm ġie emendat biex jinkludi l-assi prijoritarju separat.

2016/0384 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali.

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Sabiex tiġi provduta assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali, il-possibbiltà tal-introduzzjoni f'programm operazzjonali, għandu jiġi pprovdut assi prijoritarju separat b'rata ta' kofinanzjament sa 100% skont il-prijoritajiet ta' investiment tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ('FEŻR'), kif imwaqqaf fir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 .

(2)L-operazzjonijiet li jistgħu jiġu kofinanzjati fi ħdan dan l-assi prijoritarju separat huma dawk marbuta mar-rikostruzzjoni bħala rispons għal diżastri naturali ewlenin jew reġjonali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 4 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

(3)Għal operazzjonijiet taħt assi prijoritarju separat għal diżastri natruali, għandha tiġi introdotta deroga għar-regoli ġenerali li jikkonċernaw id-data ta' bidu tal-eliġibbiltà ta' nefqa b'rabta ma' nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta' emenda ta' programm biex tiżgura l-possibbiltà għall-kofinanzjament ta' miżuri meħuda minn awtoritajiet ta' Stat Membru direttament wara li jkun seħħ id-diżastru u qabel ma jiġi emendat il-programm operazzjonali.

(4)Sabiex isir provvediment għall-eliġibbiltà ta' nefqa mġarrba u mħallsa mid-data meta jkun seħħ id-diżastru naturali, anke jekk din tkun qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, id-dispożizzjoni korrispondenti tad-data ta' bidu ta' eliġibbiltà ta' benefiċjarji għandha jkollha effett retroattiv.

(5)Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1303/2013 għandu jinbidel skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jiddaħħal il-paragrafu li ġej.

'8. Jista' jiġi stabbilit assi prijoritarju separat b'rata ta' kofinanzjament sa 100% fi ħdan il-programm operazzjonali bħala appoġġ għal operazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) l-operazzjonijiet huma magħżula minn awtoritajiet tal-immaniġġjar bħala rispons għal diżastri naturali ewlenin jew reġjonali kif definiti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002;

b) l-operazzjonijiet jimmiraw għal rikostruzzjoni bħala rispons għad-diżastru naturali; kif ukoll

c) l-operazzjonijiet huma appoġġati skont investiment ta' prijorità FEŻR.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 65(9), in-nefqa għal operazzjonijiet skont dan l-assi prijoritarju se tkun eliġibbli mid-data meta jkun seħħ id-diżastru naturali.

Fejn in-nefqa b'rabta ma' operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu ġiet inkluża f'applikazzjoni ta' pagament sottomessa lill-Kummissjoni qabel it-twaqqif tal-assi prijoritarju separat, l-Istat Membru se jkun qed jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta' pagament li jmiss u fejn xieraq, għall-kontijiet li ġejjin sottomessi wara l-adozzjoni tal-emenda għall-programm.'  

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Iil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 1 jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-provvista ta' assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali.

2.IL-QAFAS ABM / ABB

Qasam/oqsma ta' politika kkonċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

Politika Reġjonali; Attività ABB 13.03

3.LINJI BAĠITARJI

3.1.Linji baġitarji (linji operazzjonali u linji relatati tal-assistenza teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)):

L-azzjoni l-ġdida proposta se tkun implimentata fuq il-linji baġitarji li ġejjin:

13.036000 Reġjuni inqas żviluppati (FEŻR)

13.036100 Reġjuni fi tranżizzjoni (FEŻR)

13.036200 Reġjuni iktar żviluppati (FEŻR)

13.036300 Allokazzjoni addizzjonali għal reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati (FEŻR)

13.036401 Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (FEŻR)

3.2.Durata tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Il-proposta tibqa' fi ħdan il-limiti tal-allokazzjoni ġenerali għall-perjodu 2014-2020 u għalhekk għandha newtralità baġitarja. Iż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament sa 100% se twassal għal forniment minn qabel parzjali ta' pagamenti, segwiti minn pagamenti iktar baxxi fi stadju iktar tard hekk kif il-pakkett ġenerali jibqa' l-istess. Huwa preżunt li l-impatt ta' dan il-forniment minn qabel se jkun fuq perjodu ta' tliet snin (2017-2019).


3.3.    Karatteristiċi baġitarji:

Linja baġitarja

Tip ta' nefqa

Ġodda

Kontribuzzjoni mill-EFTA

Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti

L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja

13.036000

Mhux obbligatorju

Differenzjata

LE

LE

LE

Nru 1b

13.036100

Mhux obbligatorju

Differenzjata

LE

LE

LE

Nru 1b

13.036200

Mhux obbligatorju

Differenzjata

LE

LE

LE

Nru 1b

13.036300

Mhux obbligatorju

Differenzjata

LE

LE

LE

Nru 1b

13.036401

Mhux obbligatorju

Differenzjata

LE

LE

LE

Nru 1b

4.SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1.Riżorsi Finanzjarji

4.1.1.Ġabra fil-qosor tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

It-tabelli li ġejjin juru l-impatt stmat tal-miżuri proposti fl-2017 sal-2019. Ġaladarba ma huma proposti l-ebda riżorsi finanzjari ġodda għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, l-ebda ċifra ma hija mdaħħla fit-tabelli iżda hija indikata m.a. (mhux applikabbli). Il-proposta hija għaldaqstant konformi mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020.

Għal pagamenti, il-proposta tista' tirriżulta f'rimborż ogħla lill-Istati Membri kkonċernati. Abbażati tal-kost tad-danni minn diżastri naturali għall-każijiet aċċettati għal appoġġ mill-Fond ta' Solidarjetà mill-2014, u bil-preżunzjoni dwar il-medja għal rata ta' kofinanzjament addizzjonali sa 25%, l-impatt f'pagamenti addizzjonali jista' jkun stmat għal madwar 1,6 biljun, mifruxa fuq il-perjodu 2017-2019.

Din il-proposta tista' timplika aċċellerazzjoni fl-użu ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programmi kkonċernati, li jistgħu jiġu kkumpensati mill-għeluq tal-programm, biex b'hekk il-proposta titħalla b'newtralità baġitarja. Għaldaqstant, it-total ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-perjodu kollu ta' pprogrammar mhux se jinbidel.

Fuq il-bażi tal-istimi attwali ppreżentati minn Stati Membri għal pagamenti fl-2017 għall-Intestatura 1b, huwa kkunsidrat li dan l-impatt għandu jiġi kopert mill-baġit ġenerali approvat għall-2017. Dan se jkollu jiġi kkunsidrat fl-abbozzar tal-baġits għall-2018 u 2019 fil-limiti tad-dispożizzjonijiet għall-QFP.

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nefqa

Nru tat-Taqsima

Sena n

n + 1

n + 2

n + 3

n + 4

n + 5 u wara

Totali

Nefqa operazzjonali 5  

Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI)

8.1

a

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Approprjazzjonijiet ta' Pagament (AP)

b

mhux disponibbli

+548

+548

+548

mhux disponibbli

-1644

0.

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza 6

Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD)

8.2.4

c

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

a+c

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Approprjazzjonijiet ta' Pagament

b+c

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

0,000

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza 7

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA)

8.2.5

d

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Kostijiet amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD)

8.2.6

e

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Kost finanzjarju indikattiv totali tal-intervent

TOTAL TAL-AI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani

a+c+d+e

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

TOTAL TAL-AP inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani

b+c+d+e

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Dettalji ta’ kofinanzjament

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

L-organizzazzjoni tal-kofinanzjament

Sena n

n + 1

n + 2

n + 3

n + 4

n + 5 u wara

Totali

……………………

f

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

TOTAL AI inkluż kofinanzjament

a+c+d+e+f

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

4.1.2.Kompatibbiltà mal-Programmar Finanzjarju

Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju attwali.

   Il-proposta ser teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

   Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali 8 (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-rieżami tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3.Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

   Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

   Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel
l-azzjoni

[Sena n-1]

Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni

Linja baġitarja

Dħul

[Sena n]

[n+1]

[n+2]

[n+3]

[n+4]

[n+5] 9

a) Dħul f'terminu assolut

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

b) Bidla fid-dħul

Δ

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

(Semmi kull linja tal-baġit ta’ dħul ikkonċernata, billi żżid l-għadd xieraq ta’ ringieli fit-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja tal-baġit waħda.)

4.2.Ir-Riżorsi Umani bħala ETP (inklużi uffiċjali, impjegati temporanji u dawk esterni) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali

Sena n

n + 1

n + 2

n + 3

n + 4

n + 5 u wara

Għadd totali ta’ riżorsi umani

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

5.KARATTERISTIĊI U OBJETTIVI

5.1.Ħtieġa li għandha tintlaħaq f'perjodu ta' żmien qasir jew twil

It-terremoti riċenti fl-Italja kellhom effett devastanti fuq in-nies li jgħixu fir-reġjun. Se jkunu meħtieġa xogħlijiet ta' rikostruzzjoni fuq skala kbira, l-aktar għar-restawr tal-wirt kulturali. L-Ewropa teħtieġ li tkun tista' b'mod rapidu tipprovdi appoġġ addizzjonali u effettiv mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) lill-Istati Membri milquta minn diżastri naturali ewlenin jew reġjonali, bl-ikkomplimentar tal-mezzi disponibbli taħt il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunitajiet u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Il-proposta se tippermetti li titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi, li jiġu injettati flus fl-ekonomija filwaqt li tgħin biex fl-istess ħin jitnaqqas il-piż fuq in-nefqa pubblika għal Stati Membri affettwati minn diżastri naturali.

5.3.L-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

L-objettiv hu l-provvista ta' assistenza teknika lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali, bl-ikkomplimentar tal-mezzi disponibbli skont il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

5.4.Il-Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn isfel hawn muri l-metodu(i) magħżul(in) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Mal-Istati Membri

6.MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1.Sistema ta' monitoraġġ

Mhux neċessarja, għax taqa' taħt il-monitoraġġ stabbilit tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

6.2.Evalwazzjoni

6.2.1.Evalwazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli

6.2.2.Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (lezzjonijiet miksuba permezz ta’ esperjenza simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli

6.2.3.Il-kundizzjonijiet u l-frekwenza tal-evalwazzjonijiet fil-ġejjieni

Mhux applikabbli

7.MIŻURI KONTRA L-FRODI

MHUX DISPONIBBLI

8.DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1.Objettivi tal-proposta skont il-kost finanzjarju

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punt deċimali)

(Għandhom jiġu pprovudti Intestaturi tal-Objettivi, l-azzjonijiet u r-riżultati)

Tip ta’ riżultat

Kost medju

Sena n

Sena n+1

Sena n+2

Sena n+3

Sena n+4

Sena n+5 u wara

TOTALI

Nru riżultati

Kost totali

Nru riżultati

Kost totali

Nru riżultati

Kost totali

Nru riżultati

Kost totali

Nru riżultati

Kost totali

Nru riżultati

Kost totali

Nru riżultati

Kost totali

OBJETTIV OPERAZZJONALI Nru 1 Tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

KOST TOTALI

0,000

0,000

0,000

8.2.Nefqa Amministrattiva

8.2.1.In-Numru u t-tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta' kariga

Impjegati għall-ġestjoni tal-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti u/jew supplimentari (għadd ta' karigi/FTEs)

Sena n

Sena n+1

Sena n+2

Sena n+3

Sena n+4

Sena n+5

Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01)

A*/AD

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

B*, C*/AST

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Persunal ieħor iffinanzjat permezz tal-Art. XX 01 04/05

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

TOTALI

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

8.2.2.Deskrizzjoni tal-kompiti li joħorġu mill-azzjoni

Mhux applikabbli

8.2.3.Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

(Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħgbok indika l-għadd ta' karigi li joriġinaw minn kull sors).

   Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

   Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju SPA/APB għas-sena n

   Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura SPA/APB li jmiss

   Karigi li jridu jerġgħu jiġu assenjati bl-użu ta' riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

   Karigi meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju SPA/APB tas-sena kkonċernata

8.2.4.Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq tmexxija amministrattiva)

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja

(numru u intestatura)

Sena n

Sena n+1

Sena n+2

Sena n+3

Sena n+4

Sena n+5

u wara

TOTALI

1    Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-kostijiet relatati tal-persunal)

Aġenziji eżekuttivi

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Assistenza oħra teknika u amministrattiva

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

- intra muros 

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

- extra muros

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Assistenza teknika u amministrattiva totali

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

8.2.5.Il-kost finanzjarju tar-riżorsi umani u l-kostijiet assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani

Sena n

Sena n+1

Sena n+2

Sena n+3

Sena n+4

Sena n+5

u wara

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01)

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Persunal iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.)

(speċifika l-linja tal-baġit)

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Kost totali tar-Riżorsi Umani u kostijiet assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza)

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Kalkolu– Uffiċjali u Aġenti Temporanji

8.2.6.Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena n

Sena n+1

Sena n+2

Sena n+3

Sena n+4

Sena n+5

u wara

TOTALI

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

XX 01 02 11 03 – Kumitati

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

2    Totali tan-Nefqa Maniġerjali Oħra (XX 01 02 11)

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

3    Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tirreferi għall-linja baġitarja)

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Nefqa amministrattiva totali, barra mir-riżorsi umani u l-kostijiet assoċjati (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza)

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

Kalkolu – Nefqa oħra amministrattiva li mhijiex inkluża fl-ammont ta' referenza

(1) ĠU C , , p. .
(2) ĠU C , , p. .
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (U L 347, 20.12.2013, p.289).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).
(5) Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat
(6) Nefqa skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.
(7) Nefqa skont il-kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.
(8) Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.
(9) Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul tal-azzjoni jiskorri s-sitt (6) snin.
Top