EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0025

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

COM/2016/025 final - 2016/010 (CNS)

Brussell, 28.1.2016

COM(2016) 25 final

2016/0010(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet ta' din il-proposta

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2014 isemmu “ħtieġa urġenti sabiex l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jimxu 'l quddiem, kemm fil-livell globali kif ukoll tal-UE”. Minn Diċembru 2014, il-Kummissjoni malajr nediet l-ewwel passi lejn approċċ tal-UE. Fil-frattemp l-OECD iffinalizzat ix-xogħol tagħha fid-definizzjoni tar-regoli u l-istandards globali ta’ dawn l-għanijiet.

Din id-Direttiva temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE bħala parti mill-Pakkett Kontra l-Evitar tat-Taxxa tal-Kummissjoni, tindirizza l-prijorità politika tal-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u ppjanar aggressiv tat-taxxa. Din twieġeb ukoll għat-talbiet mill-Parlament Ewropew. Hija konformi wkoll mal-inizjattivi mħabbra fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistema tat-Taxxa Korporattiva Aktar Ġusta (COM (2015) 302) sabiex jiġi indirizzat l-evitar tat-taxxa.

In-negozji tradizzjonalment qiesu l-ippjanar tat-taxxa bħala leġittimu għar-raġuni li huma jużaw arranġamenti legali sabiex inaqqsu l-obbligazzjonijiet tat-taxxa tagħhom. Madankollu, l-ippjanar tat-taxxa sar aktar elaborat fis-snin riċenti, hekk kif qiegħed jiżviluppa fil-ġurisdizzjonijiet kollha u qed imexxi il-profitti taxxabbli lejn stati li għandhom reġimi tat-taxxa li jagħtu aktar benefiċċji. Din il-forma "aggressiva" ta' ppjanar tat-taxxa tista’ tieħu diversi forom, pereżempju billi wieħed jieħu vantaġġ tat-teknikalitajiet ta’ sistema fiskali jew tad-diskrepanzi bejn żewġ sistemi fiskali jew aktar bl-iskop li jitnaqqas jew jiġu evitati l-obbligazzjonijiet tat-taxxa. Il-konsegwenzi tagħha jinkludu t-tnaqqis doppju (eż. l-istess spiża titnaqqas kemm fl-Istat ta’ oriġini u kif ukoll fl-Istat ta’ residenza) u n-nontassazzjoni doppja (eż. dħul li mhuwiex intaxxat la fl-Istat ta' oriġini u lanqas fl-Istat ta’ residenza tal-benefiċjarju).

B'differenza mill-kumpaniji żgħar u medji jew kontribwenti individwali, il-Gruppi Multinazzjonali ta' Intrapriżi (MNE) huma f'pożizzjoni li li tippermettitlhom jisfruttaw il-lakuni fil-liġijiet tat-taxxa nazzjonali u internazzjonali sabiex jittrasferixxu l-profitti minn pajjiż għall-ieħor biex il-kont tat-taxxa tagħhom jonqos.

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja globali tal-aħħar snin kienu għamlu lill-pubbliku konxju tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kontributuri kollha jħallsu s-sehem ġust tagħhom tal-pagamenti tat-taxxa. Dan għandu jirriżulta fi dħul tat-taxxa ogħla li għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-defiċits fis-settur pubbliku għall-benefiċċju ta' kulħadd.

F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar l-istruttura, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment u t-tranżazzjonijiet interni mal-partijiet relatati tal-Gruppi MNE. Bil-għan li tiġġieled l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, din id-Direttiva timponi rekwiżiti ta' trasparenza fuq il-Gruppi MNE. Hija teħtieġ li l-Gruppi MNE jipprovdu kull sena, u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li jagħmlu negozju fiha, ċerta informazzjoni inkluż l-ammont ta' dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u dovuta, in-numru ta' impjegati, il-kapital iddikjarat, il-qligħ miżmum u l-assi tanġibbli. Din l-informazzjoni tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta' bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati. Trasparenza akbar għandha wkoll tinċentiva l-Gruppi MNE sabiex jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxa fil-pajjiż fejn huma jsiru l-profitti.

Ir-rekwiżiti l-ġodda ta' trasparenza għandhom jiżguraw li l-piż amministrattiv impost fuq in-negozji huwa minimizzat. Il-Gruppi MNE tal-UE għandhom bħala prinċipju ma jkunux obbligati li jissottomettu l-informazzjoni lill-Istati Membri tal-UE kollha fejn huma joperaw, iżda lill-awtoritajiet tat-taxxa tar-residenza tagħhom biss. Id-Direttiva teħtieġ lill-Istati Membri, ladarba dawn ikunu rċevew ir-rapport pajjiż b’pajjiż, li jaqsmu l-informazzjoni mal-Istati Membri li fihom, abbażi tal-informazzjoni fir-rapport, il-kumpaniji tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta' taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tan-negozju mwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti.

Sabiex ikun żgurat bilanċ xieraq ta' piż tar-rapportar u l-benefiċċju għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, il-Gruppi MNE biss bi dħul tal-grupp konsolidat totali daqs jew aktar minn
EUR 750 000 000, sejrin ikunu obbligati li jissottomettu r-rapport pajjiż b'pajjiż. Skont l-istimi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvi
lupp Ekonomiċi (OECD), madwar 85 sa 90 fil-mija tal-gruppi MNE sejrin jiġu esklużi mir-rekwiżit, iżda r-rapport pajjiż b'pajjiż madankollu sejjer jiġi ppreżentat minn gruppi MNE li jikkontrollaw madwar 90 fil-mija tad-dħul korporattiv.

Issa aktar minn qatt qabel, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri hija kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi għal kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, u tistabbilixxi serje ta' strumenti sabiex tgħinhom jikkoperaw fil-ġbir tad-dħul dovut tagħhom, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni. Madankollu, l-UE teħtieġ li tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni sabiex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tas-Suq Intern fir-rigward tad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE 1 kienet l-ewwel tweġiba għall-ħtieġa tal-Istati Membri għal assistenza reċiproka msaħħa fil-qasam tat-tassazzjoni. Hija nbidlet bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE 2 (DAC) li kienet maħsuba biex iżżid l-effettività tad-Direttiva preċedenti. Fi snin reċenti, id-Direttiva ġiet emendata bid-Direttiva 2014/107/UE (DAC2) u bid-Direttiva UE 2015/2376 (DAC3) li tipprovdi lill-awtoritajiet tat-taxxa b'aktar strumenti li jindirizzaw il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, fil-qasam ta' kontijiet finanzjarji, deċiżjonijiet tat-taxxa u arranġamenti tal-ipprezzar minn qabel.

L-għan ta' din il-proposta preżenti huwa li tiżgura li d-Direttiva 2011/16/UE tkompli tipprovdi għall-kooperazzjoni amministrattiva komprensiva u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa billi tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar ir-rapporti pajjiż b'pajjiż.

Din id-Direttiva hija konformi mal-iżviluppi internazzjonali. Fil-5 ta' Ottubr 2015 l-OECD ippreżentat r-rapporti finali tagħha dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (BEPS) li huwa inizjattiva ewlenija għall-modifikazzjoni tar-regoli tat-taxxa internazzjonali eżistenti. Fil-15 u 16 ta' Novembru 2015 il-pakkett OECD ġie approvat wkoll mill-mexxejja tal-G20. Il-ħidma dwar l-Azzjoni 13 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD dwar il-BEPS wasslet għal sett ta' standards biex jipprovdu informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet tal-prezzar ta' trasferiment tal-Gruppi MNE, inkluż il-fajl ewlieni, il-fajl lokali u r-rapport pajjiż b'pajjiż. Id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni fl-Unjoni tar-rapport pajjiż b'pajjiż.

Ħafna mill-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-OECD, impenjaw ruħhom li jimplimentaw ir-riżultati li jinsabu fir-Rapporti Finali dwar il-15-il Azzjoni kontra l-BEPS. Huwa għalhekk essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern li l-Istati Membri jittrasponu l-impenji politiċi taħt il-BEPS fis-sistemi nazzjonali tagħhom b'mod koerenti u koordinat b'mod suffiċjenti. Din għandha tkun it-triq 'il quddiem sabiex jiġu mmassimizzati l-effetti pożittivi għas-Suq Intern kollu. Jekk le, l-implimentazzjoni unilaterali tal-BEPS tirriskja konflitti dwar il-politika nazzjonali u ostakoli ġodda fis-Suq Intern, li jkomplu jiġu frammentati fi 28 parti kostitwenti u ssofri minn diskrepanzi u distorsjonijiet oħra.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tikseb ċertu grad ta' uniformità fl-implimentazzjoni tal-Azzjoni 13 tal-BEPS madwar l-UE. Id-Direttiva għandha l-ħsieb ukoll li trawwem il-kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tan-negozju differenti u finalment biex tipproteġi l-bażi tat-taxxa tal-Istati Membri.

Il-proposta tfasslet speċifikament sabiex tippermetti l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar ir-rapportar pajjiż b'pajjiż sabiex tibni fuq ir-regoli eżistenti fid-Direttiva 2011/16/UE dwar l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni inkluż l-użu ta' formoli standard.

L-impenn tal-Kummissjoni li tagħmel din il-proposta għall-AEOI dwar ir-rappurtar pajjiż b'pajjiż huwa rifless fil-Programm ta' Ħidma 2016 tal-Kummissjoni. 3

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Il-Pakkett dwar It-Trasparenza Fiskali COM (2015) 136)

Il-Pakkett fih żewġ elementi ewlenin: (i) proposta sabiex tintroduċi l-AEOI bejn l-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet tat-taxxa tagħhom u (ii) avviż li l-Kummissjoni kienet qiegħda tivvaluta jekk obbligi ta' żvelar addizzjonali ta' ċerta informazzjoni dwar it-taxxa korporattiva għandhomx jiġu introdotti.

Din il-proposta ma tipprekludix li l-Kummissjoni tiddeċiedi fil-futur li tipproponi li timponi obbligi ta' żvelar pubbliku fuq il-kumpaniji.

Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistema tat-Taxxa Korporattiva Ġusta (COM (2015) 302)

Din il-proposta hija konformi mal-inizjattivi mħabbra fil-Pjan ta' Azzjoni sabiex jindirizzaw l-evitar tat-taxxa.

2. BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Il-proposta timmodifika d-Direttiva 2011/16/UE kif emendata bid-Direttiva 2014/107/UE 4 u bid-Direttiva tal-Kunsill tal-UE 2015/2376 5 billi tintroduċi rekwiżit speċifiku għall-AEOI dwar ir-rapportar pajjiż b'pajjiż.

Il-modifiki jinsabu fl-Artikolu 1 tal-proposta. B'mod partikolari:

L-Artikolu 3 (definizzjonijiet) huwa emendat.

L-Artikolu 8aa jitlob lill-Istati Membri li jobbligaw lill-Gruppi MNE sabiex jissottomettu l-informazzjoni rilevanti (ir-rapport ta' pajjiż b'pajjiż) u li jiskambjaw awtomatikament dik l-informazzjoni li tasal mal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

L-Artikolu 20(6) jirreferi għall-formola standard li sejra tintuża għall-iskambju u l-Artikolu 21(7) jipprovdi għall-arranġamenti prattiċi.

Jiżdied l-Artikolu 25a ġdid dwar is-sanzjonijiet.

Jiżdied anness ġdid, li jinkludi d-definizzjonijiet applikabbli għall-proposta, l-obbligazzjonijiet għall-Gruppi MNE u l-mudelli għall-iskambju tal-informazzjoni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Is-suġġett ta’ dawn il-modifiki għandu l-istess bażi legali bħad-Direttiva 2011/16/UE, jiġifieri l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li għandu l-għan li jiżgura t-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern. L-Artikolu 115 TFUE jipprevedi għall-approssimazzjoni ta' tali liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jaffettwaw direttament l-istabbiliment jew it-tħaddim tas-suq intern u għalhekk l-approssimazzjoni tal-liġijiet hija meħtieġa.

Sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-UE teħtieġ li tiżgura kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd bejn l-SME, u Gruppi MNE mhux tal-UE u tal-UE. Il-Gruppi MNE għandhom il-possibbiltà sabiex jinvolvu ruħhom fi prattiki tal-ippjanar tat-taxxa aggressiv minħabba l-attivitajiet transkonfinali tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-MNEs kollha, kemm il-Gruppi tal-UE kif ukoll il-Gruppi mhux tal-UE, għandhom ikunu soġġetti għall-obbligazzjoni tar-rapportar. Mingħajr dan l-element, din l-inizjattiva tkun anqas effettiva fl-ilħuq tal-għan aħħari tal-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-Suq Intern.

Din il-proposta hija konformi mal-prinċipji tas-Sussidjarjetà kif stabbiliti fl-Artikolu 5 paragrafu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Għaldaqstant l-aċċess minn Stati Membri għar-rapportar pajjiż b’pajjiż jista’ jsir b’mod effettiv permezz tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-għan li jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jirċievu rapportar pajjiż b’pajjiż ma jistax jintlaħaq biżżejjed permezz ta’ azzjoni mhux koordinata mwettqa minn kull Stat Membru fuq livell individwali. Barraminhekk, l-iskambju ta’ informazzjoni li potenzjalment jaffettwa l-bażijiet tat-taxxa ta’ aktar minn Stat Membru wieħed jeħtieġ approċċ komuni u obbligatorju. Għandu jqis li peress li l-Gruppi MNE normalment joperaw fi Stati Membri differenti, l-element transkonfinali huwa inerenti fl-azzjoni proposta.

Proporzjonalità

Il-problema speċifika identifikata bħala l-oġġett ta’ rispons ta’ politika hija n-nuqqas ta’ trasparenza dwar strutturi korporattivi b’relevanza transkonfinali u livell importanti ta’ attività, li għandha effetti negattivi, b’mod partikolari fuq il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern. Ir-rispons tal-politika huwa limitat għall-indirizzar tal-Gruppi MNE li joperaw f’diversi Stati, kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew kif ukoll fi ħdan ġurisdizzjonijiet mhux tal-UE. Għaldaqstant, il-proposta tirrapreżenta l-aktar tweġiba proporzjonata għall-problema identifikata. Hija wkoll ibbażata fuq l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bażika li tippermetti kull Stat Membru fejn topera l-kumpanija jirċievi l-informazzjoni. Konsegwentement l-emendi proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet rilevanti u, b’dak il-mod, jilħqu l-għanijiet tat-Trattat ta’ funzjonament tajjeb u effettiv tas-Suq Intern.

Din il-proposta hija konformi mal-prinċipji ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5, paragrafu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Għażla tal-istrument

Il-proposta preżenti sejra tespandi lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni (AEOI) fl-UE. Inizjattiva tal-UE hija meħtieġa kemm mill-perspettiva tas-suq intern kif ukoll f'termini ta' effiċjenza u effikaċja:

   Inizjattiva tal-UE tiżgura approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv madwar l-UE kollha għall-AEOI fis-suq intern. Dan ifisser approċċ waħdieni ta’ rapportar madwar l-Istati Membri li jwassal għall-iffrankar tal-ispejjeż kemm għall-amministrazzjonijiet ta’ taxxa kif ukoll għall-kumpaniji.

   Strument legali tal-UE jiżgura wkoll ċertezza għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-kumpaniji fl-UE.

   Strument legali tal-UE jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-istandard internazzjonali tal-AEOI dwar rapporti pajjiż b’pajjiż kif diskuss u maqbul fl-OECD.

   Strument legali tal-UE ibbażat fuq id-DAC jinvolvi l-użu ta’ arranġamenti tal-IT diġà fis-seħħ jew taħt żvilupp sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tal-informazzjoni taħt id-DAC. Taħt din id-Direttiva, l-Istati Membri tal-UE jaqsmu informazzjoni f’formats speċifiċi permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni speċifiku. Dawn il-formati faċilment jistgħu jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jintużaw ukoll għall-elementi addizzjonali issa proposti għall-inklużjoni. Billi l-Istati Membri investew ħafna ħin u flus fl-iżvilupp ta' dawn il-formati, ikun hemm ekonomiji ta' skala jekk l-Istati Membri jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar l-elementi l-ġodda permezz ta' dawn il-formati.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Konsultazzjonijiet fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa tar-Rakkomandazzjonijiet (COM (2012) 722) u fora oħra    

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013, 6 il-Parlament Ewropew laqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni u r-Rakkomandazzjonijiet tiegħu, ħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex ikomplu bl-impenji tagħhom u jħaddnu l-Pjan ta’ Azzjoni, u enfasizza li l-UE għandha tieħu rwol ewlieni fid-diskussjonijiet globali fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u r-rifuġji fiskali, b’mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta opinjoni fis-17 ta’ April 2013 7 . Il-Kumitat appoġġja l-pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni u appoġġja l-isforzi tagħha biex issib soluzzjonijiet prattiċi mmirati lejn it-tnaqqis tal-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.

Tul is-snin reċenti, l-Istati Membri ħadmu fil-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta sabiex itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni rigward id-deċiżjonijiet transkonfinali u fil-qasam tal-prezzar ta’ trasferiment. Il-konklużjonijiet tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta ġew ikkomunikati lill-Kunsill fuq bażi regolari fil-forma ta’ rapporti. 8  

Il-parti l-kbira tal-Istati Membri huma membri tal-OECD u pparteċipaw f’diskussjonijiet twal u dettaljati, bejn l-2013 u l-2015, dwar l-Azzjonijiet kontra l-BEPS, inkluż dwar l-elaborazzjoni ta’ teknikalitajiet. L-OECD organizzat konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati fuq kull waħda mill-Azzjonijiet kontra l-BEPS. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddibattiet internament u mal-esperti tal-OECD dwar diversi suġġetti tal-BEPS, b’mod partikolari fejn il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ ċerti ideat u/jew soluzzjonijiet proposti mal-liġi tal-UE.

Fit-tieni nofs tal-2014, il-Presidenza Taljana tal-Kunsill varat l-idea ta' "Pjan Direzzjonali UE-BEPS" u l-Presidenza ħeġġet l-konsistenza mal-inizjattivi paralleli tal-OECD fil-waqt li tiġi rispettata l-liġi. Dan l-approċċ kien approvat mill-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar it-Tassazzjoni u segwit mill-Presidenzi sussegwenti. Id-diskussjonijiet dwar il-Pjan Direzzjonali għall-UE – BEPS komplew sal-2015. L-għan kien li jingħata kontribut lid-dibattitu tal-OECD u titwitta t-triq għal implimentazzjoni bla xkiel tar-Rakkomandazzjonijiet futuri tal-OECD, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-UE.

Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza fiskali tat lill-partijiet interessati l-possibilità li jikkumnentaw fuq l-aspetti differenti tat-trasparenza korporattiva, b'mod partikolari abbażi tar-rapportar pajjiż b'pajjiż. L-għażliet possibbli ppreżentati kienu jiffokaw prinċipalment fuq ir-rapportar pubbliku mill-intrapriżi iżda inkludew l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif meħtieġ mill-BEPS Azzjoni 13. Il-Kummissjoni rċeviet total ta' 422 reazzjon, li ħafna minnhom ipprovdew rispons utli dwar miżuri pubbliċi u mhux pubbliċi ta' trasparenza fiskali Fir-rigward tal-BEPS Azzjoni 13, minkejja li n-negozju ma kienx ħerqan li jiskambja tali informazzjoni, il-maġġoranza ta dawk li ħadu sehem kienu favur.

Stati Membri

Din id-Direttiva hija konformi mal-iżviluppi internazzjonali fil-livell tal-OECD u x-xogħol tagħha fuq il-BEPS fejn ħafna mill-Istati Membri jipparteċipaw. Il-Kummissjoni Ewropea kienet ukoll involuta b’mod qawwi u ġew ikkonsultati b’mod wiesgħa ġurisdizzjonijiet u partijiet interessati oħra.

Valutazzjoni tal-impatt

Wara li r-rapport tagħha dwar Nindirizzaw l-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt ġie ppubblikat kmieni fl-2013 u l-hekk imsejjaħ Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-BEPS ġie approvat mill-Mexxejja tal-G20 f’Settembru 2013, l-OECD bdiet taħdem b'mod intensiv fuq perjodu ta’ sentejn li wassal għall-pubblikazzjoni ta’ 13-il rapport f’Novembru 2015. Dawn ir-rapporti jistabbilixxu standards internazzjonali ġodda jew imsaħħa kif ukoll miżuri konkreti biex jgħinu lill-pajjiżi jindirizzaw ilBEPS. F’dan il-qafas, il-membri tal-OECD/G20 ntrabtu ma' dan il-pakkett komprensiv u l-implimentazzjoni konsistenti tiegħu.

Ħafna Stati Membri, fil-kapaċità bħala membri tal-OECD, f'xi oqsma, bdew jaħdmu b'mod urġenti dwar it-traspożizzjoni tal-output tal-proġett BEPS fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Meta wieħed jikkonsidra dan, huwa kritiku li jsir progress biex jintlaħaq qbil dwar ir-regoli għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet dwar il-BEPS fl-UE. Fid-dawl ta’ riskju kbir ta’ frammentazzjoni tas-suq intern li possibbilment tista' tirriżulta minn azzjonijiet unilaterali mhux ikkoordinati mill-Istati membri, f'din il-proposta l-Kummissjoni qiegħda tressaq soluzzjonijiet biex jinkisbu l-koerenza u ċerta grad ta' uniformità fl-implimentazzjoni tal-BEPS Azzjoni 13 fl-UE kollha.

Il-Kummissjoni għamlet kull sforz sabiex twieġeb fl-istess waqt kemm għall-urġenza biex taġixxi, kif ukoll għall-ħtieġa imperattiva li jiġi evitat li l-funzjonament tas-suq intern ikun kompromess jew b’miżuri unilaterali adottati mill-Istati Membri (sew jekk huma membri tal-OECD sew jekk le) li jaġixxu waħedhom jew b'nuqqas ta' azzjoni mill-Istati Membri l-oħra. Il-possibbiltà li tiġi proposta liġi mhux vinkolanti kien ikkunsidrat ukoll, iżda din l-għażla twarrbet bħala mhix adatta biex tiggarantixxi approċċ ikkoordinat.

Biex jingħataw analiżi u evidenza aġġornati, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SWD), li jakkumpanja l-proposta, jagħti ħarsa estensiva lix-xogħol akkademiku eżistenti u lill-evidenza ekonomika fil-qasam tal-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt. Dan huwa bbażat fuq studji reċenti, fost l-oħrajn, mill-OECD, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal jitfa' fokus fuq l-ixpruni u l-mekkaniżmi l-aktar komuni identifikati li, skont ir-rapporti tal-OECD, huma marbuta mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Huwa jiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet ta’ analiżi fil-fond tal-mekkaniżmi ewlenin tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa abbażi ta’ analiżi għal kull Stat Membru, kif imwettqa f’isem il-Kummissjoni fl-2015. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal jiddeskrivi kif BEPS Azzjoni 13, permezz ta' din il-proposta, tikkumplimenta inizjattivi oħrajn maħsuba biex jimplimentaw l-eżiti tar-rapporti tal-OECD dwar il-BEPS fl-UE u jikkontribwixxi lejn livell minimu komuni ta’ protezzjoni kontra l-evitar tat-taxxa.

F’dan l-isfond, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: hemm rabta mill-qrib mal-ħidma tal-OECD dwar il-BEPS, b'mod partikolari BEPS Azzjoni 13; id-dokument ta’ ħidma tal-persunal jipprovdi ammont sostanzjali ta’ evidenza u analiżi; il-partijiet interessati kienu involuti b'mod estensiv fil-konsultazzjonijiet dwar l-elementi tekniċi tar-regoli proposti fi stadju preċedenti; u, b’mod partikolari, hemm domanda attwali urġenti għal azzjoni koordinata fl-UE dwar din il-kwistjoni ta’ prijorità politika internazzjonali.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatt tal-proposta fuq il-baġit tal-UE huwa ppreżentat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta, u sejjer jiġi ssodisfat fi ħdan ir-riżorsi disponibbli. L-ispejjeż ta' għodod tal-IT addizzjonali sabiex tiġi faċilitata l-kommunikazzjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri sejrin ikunu ffinanzjati mill-programm FISCALIS 2020 previst fir-Regolament (UE) 1286/2013 li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fl-UE.

2016/0010 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 113 u l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 9 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 10 ,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi: 

(1)F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2013 talab l-estensjoni ta’ skambju ta’ informazzjoni awtomatiku fuq livelli globali u tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġġieled il-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa .

(2)Peress li l-Gruppi Multinazzjonali ta’ Intrapriżi (MNE) huma attivi f'pajjiżi differenti, huma għandhom il-possibbiltà ta’ involviment fi prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa li mhumiex disponibbli għall-kumpaniji domestiċi. Meta l-MNEs jagħmlu hekk, il-kumpaniji purament domestiċi, normalment intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jistgħu jkunu partikolarment affettwati peress li l-piż tat-taxxa tagħhom huwa ogħla minn dak tal-Gruppi MNE. Mill-banda l-oħra, l-Istati Membri kollha jistgħu jsofru minn telf ta’ dħul u hemm ir-riskju ta’ kompetizzjoni sabiex jattiraw il-Gruppi MNE billi jiġu offruti aktar benefiċċji tat-taxxa. Għalhekk hemm problema għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern.

(3)L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Unjoni jeħtieġu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar il-Gruppi MNE fir-rigward l-istruttura, il-politika tal-prezzar ta' trasferiment tagħhom u t-tranżazzjonijiet interni ġewwa u barra l-UE. Dik l-informazzjoni sejra tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jirreaġixxu għal prattiki dannużi tat-taxxa permezz ta’ bidliet fil-leġiżlazzjoni jew valutazzjonijiet tar-riskju u verifiki tat-taxxa adegwati, u li jiġi identifikat jekk il-kumpaniji wettqux prattiki li għandhom l-effett li jaqilbu ammonti sostanzjali ta’ dħul f’ambjenti b’vantaġġi tat-taxxa.

(4)Aktar trasparenza quddiem l-awtoritajiet tat-taxxa jista’ jkollha l-effett li tagħti inċentiv lill-Gruppi MNE sabiex jabbandunaw ċerti prattiki u jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxa fil-pajjiż fejn isiru l-profitti. It-tisħiħ tat-trasparenza għall-Gruppi MNE huwa għalhekk parti essenzjali mill-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt.

(5)Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri dwar kodiċi ta’ kondotta dwar id-dokumentazzjoni dwar il-prezzar ta' trasferiment għall-intrapriżi assoċjati fl-Unjoni Ewropea (TPD UE) diġà tipprovdi lill-Gruppi MNE fl-UE b’metodu sabiex jipprovdu lill-awtoritajiet tat-taxxa b’informazzjoni dwar operazzjonijiet globali tan-negozju u l-politiki dwar il-prezzar ta' trasferiment (fajl ewlieni) u informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet konkreti tal-entità lokali (fajl lokali). Madankollu, fil-preżent it-TPD UE ma tipprovdi ebda mekkaniżmu għall-provvediment ta’ rapport pajjiż b’pajjiż.

(6)Fir-rapport pajjiż b’pajjiż, il-Gruppi MNE għandhom jipprovdu annwalment u għal kull ġurisidizzjoni tat-taxxa li fiha jagħmlu negozju l-ammont ta’ dħul, il-profitt qabel it-taxxa fuq l-introjtu u t-taxxa fuq l-introjtu mħallsa u akkumulata. Il-Gruppi MNE għandhom jirrapportaw ukoll in-numru ta’ impjegati tagħhom, il-kapital iddikjarat, il-qligħ imfaddal u l-assi tanġibbli f’kull ġurisidizzjoni tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-Gruppi MNE għandhom jidentifikaw kull entità fi ħdan il-grupp li tagħmel kummerċ f'ġurisidizzjoni tat-taxxa partikolari u għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali li kull entità tkun involuta fihom.

(7)Sabiex jitjieb l-użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Gruppi MNE, l-obbligu ta' rapportar għandu japplika biss għall-Gruppi MNE bi dħul annwali konsolidat tal-grupp li jaqbeż ċertu ammont. Id-Direttiva għandha tiżgura li l-istess informazzjoni tinġabar u tkun disponibbli għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa b'mod f'waqtu fl-UE kollha.

(8)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, l-UE għandha tipprovdi għal kompetizzjoni ġusta bejn il-Gruppi MNE u l-Gruppi MNE mhux tal-UE għal liema waħda jew bosta mill-entitajiet tagħhom jinsabu fl-UE. Għaldaqstant it-tnejn li huma għandhom ikunu soġġetti għall-obbligazzjoni tar-rapportar.

(9)L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u li dawn jiġu implimentati.

(10)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri jadottaw regoli kkoordinati dwar l-obbligazzjonijiet ta' trasparenza tal-Gruppi MNE.

(11)Fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE diġà tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni f'numru ta’ oqsma. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għandu jitwessa’ sabiex tipprovdi għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri.

(12)L-iskambju awtomatiku obbligatorju tar-rapporti pajjiż b’pajjiż bejn l-Istati Membri għandu f’kull każ jinkludi l-komunikazzjoni ta’ sett definit ta’ informazzjoni bażika li tkun aċċessibbli għal dawk l-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, entità waħda jew aktar tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti ta’ Grupp MNE.

(13)Sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-Gruppi MNE, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti regoli li huma konformi mal-iżviluppi internazzjonali u li jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-implimentazzjoni tagħhom. Fid-19 ta' Lulju 2013 l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ippubblikat Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt (Pjan ta' Azzjoni BEPS) li huwa inizjattiva ewlenija għall-modifika tar-regoli tat-taxxa internazzjonali eżistenti. Fil-5 ta’ Ottubru 2015 l-OECD ippreżentat ir-rapporti finali tagħha li kienu approvati mill-Ministri tal-Finanzi tal-G20. Matul il-laqgħa tal-15 u 16 ta’ Novembru 2015, il-pakkett tal-OECD ġie approvat ukoll mill-mexxejja tal-G20.

(14)Il-ħidma fuq l-Azzjoni 13 tal-Pjan ta’ Azzjoni BEPS wasslet għal sett ta’ standards għall-għoti ta’ informazzjoni għall-Gruppi MNE, inkluż il-fajl ewlieni, il-fajl lokali u r-rapport pajjiż b’pajjiż. Huwa għalhekk xieraq li jitqiesu l-istandards tal-OECD meta jiġu stabbiliti r-regoli dwar ir-rapport pajjiż b'pajjiż.

(15)L-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-rapportar pajjiż b'pajjiż għandha tkompli tqis b'mod partikolari l-iżviluppi futuri fil-livell tal-OECD. Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-Rapport Finali tal-2015 dwar l-Azzjoni 13 tal-Proġett tal-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt OECD/G20, żviluppat mill-OECD, bħala sors ta’ illustrazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ din id-Direttiva u sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-applikazzjoni fl-Istati Membri.

(16)Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ir-rapportar pajjiż b’pajjiż. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu adottati l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tan-netwerk NKK. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20(6) u 21(7), il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(17)Sabiex jitjieb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u tkun evitata l-ħtieġa għal kull Stat Membru li jsiru aġġustamenti simili fis-sistemi tagħhom l-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir permezz tan-netwerk komuni ta' komunikazzjoni (NKK) żviluppat mill-Unjoni. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għat-titjib tas-sistema għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 2011/16/UE.

(18)Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skambju obbligatorju ta’ informazzjoni għandu għalhekk jiġi estiż biex jinkludi skambju awtomatiku ta’ informazzjoni tar-rapport pajjiż b’pajjiż.

(19)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. 

(20)Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri taħt kundizzjonijiet kumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

(21) Għalhekk, id-Direttiva 2011/16/UE għandha tiġi emendata kif xieraq.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2011/16/UE hija emendata kif ġej:

(1)    L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej

9. “skambju awtomatiku” tfisser,

(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a u 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel; għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), b’referenza għall-informazzjoni disponibbli relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f’konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru.

(b) għall-finijiet tal-Artikolu 8(3a), il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel dwar residenti fi Stati Membri oħrajn lill-Istat Membru rilevanti ta' residenza mingħajr talba minn qabel, f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel.

(c) għall-finijiet ta' din id-Direttiva minbarra l-Artikolu 8(1) u 8(3a), l-Artikolu 8a u l-Artikolu 8aa, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel ipprovduta fil-punti (a) u (b) ta' dan il-punt.”

(b)jidied it-tieni paragrafu li ġej:

Fil-kuntest tal-Artikoli 8(3a), 8(7a), 21(2) u 25(2) u (3), kwalunkwe terminu kapitalizzat għandu jkollha t-tifsira li għandu taħt id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness I. Fil-kuntest tal-Artikolu 8aa u l-Anness III, kwalunkwe frażi kapitalizzata għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt id-definizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness III.”

(2)    jiddaħħal fit-Taqsima II tal-Kapitolu II, l-Artikolu 8aa li ġej:

"L-Artikolu 8aa

Kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar ir-rapport pajjiż b’pajjiż

 

1.    Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrikjedi li l-Entità Prinċipali Finali ta' Grupp MNE li huwa residenti għall-finijiet tat-taxxa fit-territorju tiegħu, jew kwalunkwe Entità ta' Rapportar oħra skont it-Taqsima II tal-Anness III, tippreżenta rapport pajjiż b'pajjiż fir-rigward tas-Sena Fiskali ta' Rapportar tiegħu fi żmien 12-il xahar wara l-aħħar jum tas-Sena Fiskali ta' Rapportar tal-Grupp MNE skont it-Taqsima II tal-Anness III.

2.    L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-Rapport Pajjiż b’Pajjiż ġie riċevut skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika r-rapport lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar huma jew residenti għal skopijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4.

3.    Ir-rapport pajjiż b’pajjiż għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-Grupp MNE:

   (a)    informazzjoni aggregata dwar l-ammont ta’ dħul, profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq l-introjtu mħallsa, it-taxxa fuq l-introjtu akkumulata, il-kapital iddikjarat, il-qligħ akkumulat, in-numru ta' impjegati, u l-assi tanġibbli minbarra l-flus jew ekwivalenti ta' flus fir-rigward ta' kull ġurisdizzjoni li fih jopera l-Grupp MNE;

(b)    identifikazzjoni ta’ kull Entità Kostitwenti tal-Grupp MNE li tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tat-tali Entità Kostitwenti, u meta tkun differenti minn din il-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa, il-ġurisdizzjoni skont il-liġijiet taħt liema hija organizzata dik l-Entità Kostitwenti, u n-natura tal-attività prinċipali tal-kummerċ jew attivitajiet ta' dik l-Entità Kostitwenti.

4.    Il-komunikazzjoni għandha ssir fi żmien 15-il xahar wara l-aħħar jum tas-sena fiskali tal-Grupp MNE li huwa relatat magħha r-rapport pajjiż b'pajjiż. L-ewwel rapport pajjiż b’pajjiż għandu jiġi kkomunikat għas-sena fiskali tal-Grupp MNE li tibda’ mill-1 ta’ Jannar 2016 jew wara.

5.    L-Artikolu 17(4) ma għandux japplika għall-informazzjoni skambjata skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.”;

(3)    Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

   6. L-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar ir-rapport pajjiż b'pajjiż skont l-Artikolu 8aa għandu jsir permezz tal-formola standard prevista fit-Tabelli 1, 2 u 3 tat-Taqsima III tal-Anness III. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-arranġamenti lingwistiċi għal dak l-iskambju sal-31 ta’ Diċembru 2016. Dawn ma għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8aa fi kwalunkwe lingwa uffiċjali u ta' ħidma tal-Unjoni. Madankollu, dawn l-arranġamenti lingwistiċi jistgħu jipprovdu li l-elementi ewlenin ta’ din l-informazzjoni tintbagħat ukoll f’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).”;

(4)    Fl-Artikolu 21, għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

   “6. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni komunikata skont l-Artikolu 8aa(2) permezz ta’ mezzi elettroniċi bl-użu tan-netwerk NKK. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji għat-titjib tan-netwerk NKK. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).”;

(5)    Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

   “3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 8, l-Artikolu 8a u 8aa kif ukoll ir-riżultati prattiċi milħuqa. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kundizzjonijiet ta’ kommunikazzjoni ta’ dik il-valutazzjoni annwali. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2).”;

(6)    l-Artikolu 25a li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 25a

Penali

   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikolu 8aa, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom sal-31 ta’ Diċembru 2016 jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawn ir-regoli u dawn il-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”;

(7)    L-Artikolu 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Proċedura tal-kumitat

1.    Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar il-koperazzjoni amministrattiva għat-tassazzjoni. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).

2.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*)     Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.)";    

(8)    Jidied l-Anness III, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Bażi għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i affettwat/a

3.2.Impatt stmat fuq l-infiq 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE

dwar dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB 11  

14

14.03

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' a azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni ġdida skont proġett pilota/azzjoni preparatorja 12  

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 jelenka fost il-prijoritajiet tiegħu Approċċ Aktar Ġust lejn it-Tassazzjoni. B'segwitu ta' dan, qasam wieħed ewlieni għall-azzjoni fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2016 huwa li jtejjeb it-trasparenza tas-sistema tat-taxxa korporattiva.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku

L-għan speċifiku tal-programm FISCALIS huwa li jappoġġja l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni billi jiżgura l-iskambju ta' informazzjoni, billi jappoġġja l-kooperazzjoni amministrattiva u fejn hemm bżonn, billi jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi parteċipanti bil-għan li dan jgħin fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet tat-taxxa u l-ispejjeż tal-konformità għall-kontribwenti

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

ABB 3

1.4.3.Riżultat/i u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-ewwel nett, l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn Stati Membri dwar ir-rapportar pajjiż b'pajjiż sejjer ifisser li l-Istati Membri sejrin ikunu jistgħu jivvalutaw sewwa jekk gruppi multinazzjonali jinvolvux ruħhom fi pjanar aggressiv tat-taxxa u sejrin ikunu jistgħu jirreaġixxu kif xieraq.

It-tieni nett, il-fatt li hemm aktar trasparenza għandu joħloq inċentiv akbar sabiex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni tat-taxxa ssir aktar ġusta. L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fir-rapporti pajjiż b'pajjiż jista' wkoll jiskoraġġixxi kumpaniji mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa, minħabba li l-Istati Membri issa sejjer ikollhom l-informazzjoni meħtieġa sabiex jikxfu u jirreaġixxu għall-arranġamenti artifiċjali u t-trasferiment tal-profitt.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Il-proposta sejra tkun irregolata mir-rekwiżiti fid-Direttiva li qiegħda temenda (jiġifieri d-Direttiva 2011/16) biex fuq bażi annwali l-Istati Membri jipprovdu evalwazzjoni tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni.

1.5.Bażi għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit/i li jridu jiġu ssodisfati fit-terminu medju jew fit-tul

Din il-proposta titlob lill-Istati Membri, ladarba jkunu rċevew ir-rapport pajjiż b'pajjiż, li jaqsmu l-informazzjoni mal-Istati Membri li fihom, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport, il-kumpaniji tal-Grupp MNE huma jew residenti għal skopijiet ta' taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta' stabbiliment permanenti.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Inizjattiva tal-UE tiżgura approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv madwar l-UE kollha għall-AEOI fis-suq intern. Dan ifisser approċċ waħdieni ta’ rapportar madwar l-Istati Membri li jwassal għall-iffrankar tal-ispejjeż kemm għall-amministrazzjonijiet ta’ taxxa kif ukoll għall-kumpaniji.

Strument legali tal-UE jiżgura wkoll ċertezza għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-kumpaniji fl-UE, jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-istandard internazzjonali tal-AEOI dwar ir-rapportar pajjiż b'pajjiż kif diskuss u maqbul fl-OECD u jinvolvi l-użu tal-arranġamenti tal-IT diġà fis-seħħ jew li qegħdin jiġu żviluppati sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tal-informazzjoni taħt id-DAC. Taħt din id-Direttiva, l-Istati Membri tal-UE jaqsmu informazzjoni f’formats speċifiċi permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni speċifiku. Dawn il-formati faċilment jistgħu jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jintużaw ukoll għall-elementi addizzjonali issa proposti għall-inklużjoni. Billi l-Istati Membri investew ħafna ħin u flus fl-iżvilupp ta' dawn il-formati, ikun hemm ekonomiji ta' skala jekk l-Istati Membri jiskambjaw ukoll informazzjoni dwar l-elementi l-ġodda permezz ta' dawn il-formati.

1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

L-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa li japplika f’oqsma tat-taxxa oħrajn, bħad-dħul mit-tfaddil, wassal għal riżultati tajbin. L-iskambju awtomatiku issa huwa aċċettat fuq livell globali bħala l-aħjar għodda disponibbli għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex jindirizzaw l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

1.5.4.Sinerġija possibbli u kompatibbiltà ma’ strumenti xierqa oħra

Peress li l-proposta hija maħsuba biex temenda d-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (2011/16), il-proċeduri, l-arranġamenti u l-għodod tal-IT li diġà huma stabbiliti jew li qegħdin jiġu żviluppati skont dik id-Direttiva sejrin ikunu disponibbli biex jintużaw għall-finijiet ta’ din il-proposta.

1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien limitat

◻◻Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

◻◻Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat unlimited duration

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija minn SSSS sa SSSS,

Il-proposta tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2017.

wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 13  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

☒ mis-servizzi tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; il-programm Fiscalis tal-2020 hu ġestit b'mod dirett.

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhuwa sejjer jinbidel xejn skont din il-proposta f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni. Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/16, il-Kummissjoni, fil-komitoloġija flimkien mal-Istati Membri, tiżviluppa l-formats għall-iskambju ta' informazzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam man-netwerk NKK li hemm bżonn biex isir l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni hija responsabbli għal kull żvilupp tan-netwerk NKK li hemm bżonn biex isir l-iskambju ta’ dik l-informazzjoni filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli għal kull żvilupp tas-sistemi tagħhom li hemm bżonn biex l-informazzjoni tiġi skambjata permezz tan-netwerk NKK.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont il-programm FISCALIS, il-monitoraġġ u r-rapportar huma ttrattati kif ġej:

L-attivitajiet preparatorji meħtieġa għal din l-inizjattiva u azzjonijiet konġunti oħra u attivitajiet ta' taħriġ komuni huma ssorveljati regolarment permezz tal-kontribut miġbur mill-parteċipanti u l-amministraturi ta' azzjoni. Il-kontributi jinġabru permezz ta’ formoli standardizzati u flussi li jinstabu fl-indikaturi stabbiliti fil-qafas ta' kejl tal-prestazzjoni tal-programm FISCALIS 2020 (PMF). Infiq ieħor relatat mal-iskambju tal-informazzjoni huwa ssorveljat skont il-mekkaniżmu deskritt taħt sezzjoni 1.4.4 u kkonsolidat ukoll taħt il-PMF.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskji potenzjali għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva bl-appoġġ ta' Fiscalis 2020 huma relatati ma’:

L-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ għotja ffirmat mal-konsorzju tal-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati.

L-implimentazzjoni tal-kuntratti ta’ akkwist konklużi skont il-programm.

2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern

L-istabbiliment ta' sistema ta' kontroll intern huwa l-istess bħall-programm Fiscalis 2020, li sejjer ikun qiegħed ikopri l-infiq operazzjonali kollu tal-inizjattiva.

L-elementi ewlenin tal-istrateġija ta’ kontroll applikata huma:

Għall-kuntratti ta’ akkwist:

L-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll għal akkwist definiti fir-Regolament Finanzjarju. Kull kuntratt ta’ akkwist jiġi stabbilit wara l-proċedura stabbilita ta’ verifika mis-servizzi tal-Kummissjoni għal ħlas, b’kunsiderazzjoni tal-obbligi kuntrattwali u l-ġestjoni finanzjarja u ġenerali soda. Miżuri kontra l-frodi (kontrolli, rapporti, eċċ) huma previsti fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji. It-termini dettaljati ta’ referenza jiġu abbozzati u jiffurmaw il-bażi ta’ kull kuntratt speċifiku. Il-proċess ta’ aċcettazzjoni jsegwi b’mod rigoruż il-metodoloġija TAXUD TEMPO: ir-riżultati jiġu riveduti, jekk ikun meħtieġ emendati u finalment aċcettati (jew miċħuda) b’mod espliċitu). Ma tista’ titħallas l-ebda fattura mingħajr “ittra ta’ aċcettazzjoni”.

Verifika teknika għal akkwist

Id-DĠ TAXUD iwettaq kontrolli fuq ir-riżultati u jissorvelja l-operat u s-servizzi mwettqa mill-kuntratturi. Iwettaq ukoll verifiki tal-kwalità u s-sigurtà tal-kuntratturi tagħhom fuq bażi regolari. L-awditi tal-kwalità jivverifikaw il-konformità tal-proċessi effettivi tal-kuntratturi mar-regoli u l-proċeduri ddefiniti fil-pjanijiet ta’ kwalità tagħhom. L-awditi tas-sigurtà jiffukaw fuq il-proċessi speċifiċi, il-proċeduri u l-istabbiliment.

Minbarra l-kontrolli ta’ hawn fuq, id-DĠ TAXUD iwettaq il-kontrolli finanzjarji tradizzjonali:

Verifiki ex-ante tal-impenji:

L-impenji kollha fid-DĠ TAXUD jiġu verifikati mill-kap tal-Unità tal-HR u l-Finanzi. B'riżultat ta' dan, 100% tal-ammonti impenjati jiġu koperti mill-verifika ex-ante. Il-proċedura tagħti livell għoli ta’ garanzija dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

Verifika ex-ante tal-pagamenti:

100% tal-pagamenti huwa verifikati ex-ante. Barra minn hekk, tal-inqas pagament wieħed (mill-kategoriji kollha ta’ nfiq) kull ġimgħa jintgħażel b’mod każwali għal verifika ex-ante mwettqa mill-kap tal-Unità tal-HR u tal-Finanzi. Ma hemm l-ebda mira għal dak li jirrigwarda l-kopertura, billi l-għan ta’ din il-verifika huwa l-iċċekkjar “każwali” tal-pagamenti sabiex jiġi verifikat li l-pagamenti kollha jkunu preparati f’konformità mar-rekwiżiti. Il-pagamenti li jifdal jiġu pproċessati skont ir-regoli fis-seħħ fuq bażi ta’ kuljum.

Dikjarazzjonijiet tal-AOSD:

L-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni b’Sottodelegazzjoni kollha jiffirmaw dikjarazzjonijiet li jappoġġjaw ir-Rapport tal-Attività Annwali għas-sena kkonċernata. Dawn id-dikjarazzjonijiet ikopru l-operazzjonijiet skont il-programm. L-AOSD jiddikjaraw li l-operazzjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit ikunu twettqu skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti jkunu pprovdew garanzija sodisfaċenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li r-riskji assoċjati ma' dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew identifikati tajjeb, u rrapportati u li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni jkunu ġew implimentati.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball

Il-kontrolli stabbiliti jippermettu li d-DĠ TAXUD ikollu garanzija biżżejjed tal-kwalità u tar-regolarità tal-infiq u jnaqqsu r-riskji ta’ nonkonformità. Il-miżuri tal-istrateġija ta' kontroll ta' hawn fuq inaqqsu r-riskji potenzjali taħt il-mira ta' 2% u jilħqu l-benefiċjarji kollha. Kwalunkwe miżura addizzjonali għal aktar tnaqqis tar-riskju jirriżulta fi spejjeż għolja sproporzjonati u għaldaqstant mhijiex prevista.

L-ispejjeż ġenerali involuti sabiex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ kontroll ta’ hawn fuq - għall-infiq kollu skont il-programm Fiscalis 2020 - huma limitati għal 1.6% tat-total tal-ħlasijiet magħmula. Dan il-proporzjon mhuwiex mistenni li jinbidel għal din l-inizjattiva.

Huwa kkunsidrat li l-programm tal-istrateġija ta’ kontroll b'mod effiċjenti jillimita r-riskju ta' nonkonformità għal prattikament żero u huwa wkoll proporzjonat mar-riskji involuti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri eżistenti jew ippjanati ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (2) bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta' attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jkun jikkonċerna finanzjament skont dan ir-Regolament.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i affettwat/a

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nfiq

Kontribuzzjoni

Numru
1A Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Diff./Mhux diff. 14 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 15

mill-pajjiżi kandidati 16

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

14.0301 (It-titjib tat-tħaddim tajjeb tas-sistemi ta' tassazzjoni)

Diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nfiq

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff..

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq l-infiq

[Din it-taqsima għandha timtela bl-użu ta’ spreadsheet dwar id-dejta tal-baġit ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness għal din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u mtella’ fuq is-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1 A għall-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

DĠ: TAXUD

Sena
2016 17

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

2020

TOTAL

 Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 14.0301

Impenji

(1)

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000

Pagamenti

(2)

0

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Pagamenti

(2 a)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 18  

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Numru tal-linja baġitarja

(3)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għad-DĠ TAXUD

Impenji

=1+1a +3

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000

Pagamenti

=2+2a

+3

0

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000



 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000

Pagamenti

(5)

0

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000

 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1A
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000

Pagamenti

=5+ 6

0

0.300

0.300

0.300

0.050

0.050

1000

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Pagamenti

(5)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju
pluriennali
(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Pagamenti

=5+ 6

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2016

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Is-sena 2020

TOTAL

DĠ: TAXUD

• Riżorsi umani

0.528

0.528

0.528

0.528

0.528

2.640

• Infiq amministrattiv ieħor

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

0.150

għad-DĠ TAXUD

Approprjazzjonijiet

0.558

0.558

0.558

0.558

0.558

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0.558

0.558

0.558

0.558

0.558

2.790

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2016 19

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Is-sena 2020

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.858

0.858

0.858

0.608

0.608

3.790

Pagamenti

0.558

0.858

0.858

0.858

0.608

0.50

3.790

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-eżiti

Sena
2016

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

2020

TOTAL

TA’ EŻITI

Tip 20

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 21

- Riżultat

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Riżultat

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

NOTA

Ir-riżultat pożittiv antiċipat ta’ din il-proposta huwa li i) l-Istati Membri ser jirċievu informazzjoni dwar entitajiet li sejra tpoġġihom f’pożizzjoni infurmata sabiex jimmiraqw verifiki fiskali; ii) il-pubbliku ġenerali jista’ jqis il-miżura bħala pass attiv biex ikun żgurat li l-kontribwenti kollha jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta’ taxxi; iii) il-kumpaniji jistgħu jillimitaw l-istrutturi tagħhom ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa. Filwaqt li l-Istati Membri li ser ikollhom piż amministrattiv akbar direttament marbut mal-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-rapporti pajjiż b'pajjiż, dawn l-ispejjeż huma mistennija li jkunu limitati meta wieħed il-fatt iqis li r-rapporti jiġu ppreparati mill-entitajiet.

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 22

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.528

0.528

0.528

0.528

0.528

Infiq amministrattiv ieħor

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

Subtotal għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.558

0.558

0.558

0.558

0.558

barra mill-INTESTATURA 5 23
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0.558

0.558

0.558

0.558

0.558

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva sejrin jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma titlobx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva titlob l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid titniżżel f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
2016

Sena
2017

Sena 2018

Sena 2019

2020

• Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

4

4

4

4

4

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

.

.

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

.

.

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

.

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta' ingaġġ Full-Time: FTE) 24

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“finanzjament globali”)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

.

XX 01 04 ss  25

- fil-Kwartieri Ġenerali

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

- fid-Delegazzjonijiet

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

.

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

m.

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Linji baġitarji oħra (speċifika)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

TOTAL

4

4

4

4

4

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jintlaħqu mill-impjegati tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Preparazzjoni ta' laqgħat u korrispondenza mal-Istati Membri; (jiddependi fuq id-diskussjonijiet mal-Istati Membri) ħidma fuq il-formoli, il-formats tal-IT u d-direttorju ċentrali; l-ikkummissjonar ta’ kuntratturi esterni biex isir xogħol fuq is-sistema tal-IT

Persunal estern

Mhux applikabbli

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva sejra titlob programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

L-intestatura tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 26

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika liema linja/linji baġitarja/baġitarji tal-infiq ġew affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(3) http://ec.europa.eu/priorities/work-programme/index_en.htm  
(4) ĠU L 359 tas-16 ta' Diċembru 2014.
(5) ĠU L 332 tas-18 ta' Diċembru 2015.
(6)

   Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, u r-rifuġji fiskali (Rapport Kleva) – 2013/2060 (INI).

(7)

   L-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' April 2013 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa COM(2012) 722 finali (Rapport Dandea) — CESE 101/2013.

(8) Ir-rapporti pubbliċi mill-Grupp dwar il-Kodiċi ta' Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) huma aċċessibbli hawnhekk ..
(9) ĠU C , , p. .
(10) ĠU C , , p. .
(11) ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(12) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(13) Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb  http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(14) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(15) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(16) Pajjiżi kandidati u, meta dan ikun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(17) Is-sena 2016 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(18) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nfiq li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(19) Is-sena 2016 hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(20) Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).
(21) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…”
(22) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(23) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nfiq li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(24) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(25) Sublimitu għall-persunal estern kopert bl-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu linji “BA”).
(26) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25% għal kostijiet ta’ ġbir.
Top

Brussell, 28.1.2016

COM(2016) 25 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni


ANNESS

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

ANNESS III

Regoli ta’ preżentazzjoni għal Gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali

TAQSIMA I

TERMINI DEFINITI

1. “Grupp” ifisser ġabra ta’ intrapriżi relatati permezz ta’ sjieda jew kontroll b’mod li jew ikun meħtieġ li jitħejjew Dikjarazzjonijiet Finanzjarja Kkonsolidati għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju skont il-prinċipji kontabilistiċi applikabbli jew dan ikun meħtieġ jekk interessi azzjonarji f’xi waħda mill-intrapriżi kienu nnegozjati fuq borża tat-titoli pubblika.

2. “Intrapriża” ifisser kwalunkwe forma ta’ tmexxija tan-negozju minn kwalunkwe persuna msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 3, il-punt 11.

3. “Grupp MNE” ifisser kwalunkwe Grupp li jinkludi żewġ intrapriżi jew iktar li r-residenza tat-taxxa tagħhom tinsab f’ġurisdizzjonijiet differenti, jew li jinkludi intrapriża li hija residenti għall-finijiet tat-taxxa f’ġurisdizzjoni u hija soġġetta għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti f’ġurisdizzjoni oħra, u mhuwiex Grupp MNE Eskluż.

4. “Grupp MNE Eskluż” ifisser, fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali tal-Grupp, Grupp li jkollu total ta’ dħul konsolidat tal-grupp ta’ inqas minn EUR 750 000 000 jew ammont fil-munita lokali ekwivalenti għal madwar EUR 750 000 000 minn Jannar 2015 matul is-Sena Fiskali immedjatament qabel is-Sena Fiskali ta’ Rapportar kif rifless fir-Rapporti Finanzjarji Konsolidati tiegħu għal tali Sena Fiskali preċedenti.

5. “Entità Kostitwenti” ifisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) kwalunkwe unità tan-negozju separata ta’ Grupp MNE li hija inkluża fid- Dikjarazzjonijiet Finanzjarja Kkonsolidati tal-Grupp MNE għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju, jew tkun inkluża hekk jekk l-interessi azzjonarji fit-tali unità tan-negozju ta’ Grupp MNE kienu nnegozjati fuq borża tat-titoli pubblika;

(b) kwalunkwe unità tan-negozju li hija eskluża mid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarja Kkonsolidati tal-Grupp MNE unikament fuq raġunijiet ta’ daqs jew materjalità;

(c) kwalunkwe stabbiliment permanenti ta’ kwalunkwe unità tan-negozju separata tal-Grupp MNE inkluż f’(a) jew (b) sakemm l-unità tan-negozju tipprepara rapport finanzjarju separat għal dak l-istabbiliment permanenti għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju, regolatorju, rapportar tat-taxxa jew ta’ kontroll tal-ġestjoni interna.

6. “Entità Relatriċi” ifisser l-Entità Kostitwenti li tintalab li tippreżenta rapport pajjiż b’pajjiż konformi mar-rekwiżiti fl-Artikolu 8aa (3) fil-ġurisdizzjoni tagħha tar-residenza tat-taxxa f’isem il-Grupp MNE. L-Entità Relatriċi tista’ tkun l-Entità Prinċipali Finali, l-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni, jew kwalunkwe entità deskritta fil-punt 1 tat-Taqsima II.

7. “Entità Prinċipali Finali” ifisser Entità Kostitwenti ta’ Grupp MNE li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) li għandha direttament jew indirettament interess suffiċjenti f’Entità Kostitwenti waħda jew iktar ta’ Grupp MNE bħal dan b’mod tali li teħtieġ li tħejji Rapporti Finanzjarji Konsolidati skont prinċipji kontabilistiċi ġeneralment applikati fil-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tagħha, jew tkun mitluba tagħmel hekk jekk l-interessi azzjonarji tagħha ġew innegozjati fuq il-borza tat-titoli pubblika fil-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tagħha;

(b) ma hemm l-ebda Entità Kostitwenti oħra ta’ Grupp MNE bħal dan li għandha interess dirett jew indirett deskritt fil-punt (a) fl-ewwel Entità Kostitwenti msemmija hawn.

8. “Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni” tfisser Entità Kostitwenti waħda mill-Grupp MNE li tkun inħatret minn dak il-Grupp MNE, bħala l-unika sostitut għall-Entità Prinċipali Finali, sabiex tippreżenta ir-rapport pajjiż b’pajjiż fil-ġurisdizzjoni ta’ residenza tat-taxxa ta’ dik l-Entità Kostitwenti, f’isem Grupp MNE bħal dan, fejn tkun tapplika kundizzjoni waħda jew iktar stabbiliti f’punt (b) tal-punt 1 tat-Taqsima II.

9. “Sena Fiskali” tfisser perjodu kontabilistiku annwali fir-rigward ta’ liema l-Entità Prinċipali Finali tal-Grupp MNE tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.

10. “Sena Fiskali ta’ Rapportar” tfisser dik is-Sena Fiskali fejn ir-riżultati finanzjarji u operazzjonali tagħha huma riflessi fir-rapport pajjiż b’pajjiż imsemmi fl-Artikolu 8aa(3).

11. “Ftehim Kwalifikanti bejn l-Awtoritajiet Kompetenti” jfisser ftehim li huwa bejn ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ Stat Membru tal-UE u ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni li huma parti minn Ftehim Internazzjonali u li jeħtieġ l-iskambju awtomatiku ta’ rapporti pajjiż b’pajjiż bejn il-ġurisdizzjonijiet involuti.

12. “Ftehim Internazzjonali” jfisser il-Konvenzjoni Multilaterali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet ta’ Taxxa, kwalunkwe Konvenzjoni ta’ Taxxa bilaterali jew multilaterali, jew kwalunkwe Ftehim dwar Skambju ta’ Informazzjoni Fiskali li l-Istat Membru huwa parti minnu u li bit-termini tiegħu jipprovdi awtorità legali għall-iskambju ta’ informazzjoni fiskali bejn il-ġurisdizzjonijiet, inkluż l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bħal din.

13. “Rapporti Finanzjarji Konsolidati” ifisser ir-rapporti finanzjarji ta’ Grupp MNE li fih l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-dħul, l-ispejjeż u l-fluss tal-flus tal-Entità Prinċipali Finali u l-Entitajiet Kostitwenti huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika waħda.

14.    It-terminu “Nuqqas Sistemiku” japplika biss fir-rigward ta’ ġurisdizzjonijiet barra l-Unjoni u jfisser li ġurisdizzjoni għandha fis-seħħ Ftehim Kwalifikanti bejn l-Awtoritajiet Kompetenti ma’ Stat Membru, iżda tkun issospendiet skambju awtomatiku (għal raġunijiet oħra għajr dawk konformi mat-termini ta’ dak il-Ftehim) jew inkella naqset b’mod persistenti li tipprovdi b’mod awtomatiku lil Stat Membru rapporti pajjiż b’pajjiż ta’ Gruppi MNE fil-pussess tagħha li għandhom Entitajiet Kostitwenti f’dak l-Istat Membru.

TAQSIMA II

REKWIŻITI TAR-RAPPORTAR ĠENERALI

1. Entità Kostitwenti residenti fi Stat Membru li mhijiex l-Entità Prinċipali Finali ta’ Grupp MNE għandha tippreżenta rapport pajjiż b’pajjiż fir-rigward tas-Sena Fiskali ta’ Rapportar ta’ Grupp MNE li hija Entità Kostitwenti tiegħu, jekk jiġu ssodisfati dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)l-entità hija residenti għal finijiet ta’ taxxa fi Stat Membru;

(b)waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin hija applikabbli:

i.    l-Entità Prinċipali Finali tal-Grupp MNE mhijiex obbligata biex tippreżenta rapport pajjiż b’pajjiż fil-ġurisdizzjoni tar-residenza ta’ taxxa tagħha;

ii.    il-ġurisdizzjoni li l-Entità Prinċipali Finali hija residenti fiha għall-finijiet ta’ taxxa għandha Ftehim Internazzjonali attwali li l-Istat Membru huwa parti minnu, iżda ma jkollhiex fis-seħħ Ftehim Kwalifikanti bejn l-Awtoritajiet Kompetenti li l-Istat Membru huwa parti minnu saż-żmien speċifikat fl-Artikolu 8aa(1) għall-preżentazzjoni tar-rapport pajjiż b’pajjiż għas-Sena Fiskali ta’ Rapportar;

iii.    kien hemm Nuqqas Sistemiku tal-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tal-Entità Prinċipali Finali li jkun ġie notifikat mill-Istat Membru lill-Entità Kostitwenti residenti għall-finijiet ta’ taxxa fl-Istat Membru.

Fejn ikun hemm iktar minn Entità Kostitwenti waħda tal-istess MNE li huma residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni u tkun tapplika kundizzjoni waħda jew iktar stabbiliti fil-punt (b), il-Grupp MNE jista’ jaħtar waħda minn dawn l-Entitajiet Kostitwenti sabiex tippreżenta r-rapport pajjiż b’pajjiż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(1) fir-rigward ta’ kwalunkwe Sena Fiskali ta’ Rapportar fid-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u biex tinnotifika lill-Istat Membru li l-preżentazzjoni hija maħsuba li tissodisfa ir-rekwiżit tal-preżentazzjoni tal-Entitajiet Kostitwenti kollha ta’ Grupp MNE bħal dan li huma residenti għall-finijiet ta’ taxxa fl-Unjoni. Dak l-Istat Membru għandu, skont l-Artikolu 8aa(2), jikkomunika r-rapport pajjiż b’pajjiż li jkun wasal lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-Rapport pajjiż b’pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew iktar tal-Grupp MNE tal-Entità ta’ Rapportar, jew huma residenti għal finijiet ta’ taxxa, jew huma soġġetti għat-taxxa fir-rigward tal-kummerċ imwettaq permezz ta’ stabbiliment permanenti.

2. B’deroga mill-punt 1, meta tkun tapplika kundizzjoni waħda jew iktar stabbiliti f’punt b tal-punt 1, entità deskritta fil-punt 1 ma għandhiex tkun meħtieġa li tippreżenta rapport pajjiż b’pajjiż b’rabta ma’ kull Sena Fiskali ta’ Rapportar jekk il-Grupp MNE li hija Entità Kostitwenti tiegħu għamel disponibbli rapport pajjiż b’pajjiż skont l-Artikolu 8aa(3) b’rabta ma’ tali Sena Fiskali ta’ Rapportar permezz ta’ Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni li tippreżenta dak ir-rapport pajjiż b’pajjiż mal-awtorità tat-taxxa tal-ġurisdizzjoni tagħha tar-residenza tat-taxxa fi jew qabel id-data speċifikata fl-Artikolu 8aa(1) u li, f’każ li l-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni hija residenti tat-taxxa f’ġurisdizzjoni barra mill-Unjoni, tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)    il-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tal-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ rapporti pajjiż b’pajjiż li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8aa(3);

b)    il-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tal-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni għandha fis-seħħ Ftehim Kwalifikanti bejn l-Awtoritajiet Kompetenti fejn l-Istat Membru huwa parti minnu saż-żmien speċifikat fl-Artikolu 8aa(1) għall-preżentazzjoni tar-rapport pajjiż b’pajjiż għas-Sena Fiskali ta’ Rapportar;

c)    il-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tal-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni ma tkunx innotifikat l-Istat Membru b’Nuqqas Sistemiku;

d)    il-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa tal-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni tkun ġiet notifikata skont il-punt 3 mill-Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tagħha li hija l-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni;

e)    tkun ġiet ipprovduta notifika lill-Istat Membru skont il-punt 4.

3. L-Istati Membri għandhom jitolbu li kull Entità Kostitwenti ta’ Grupp MNE li hija residenti għal finijiet ta’ taxxa f’dak l-Istat Membru tinnotifika lill-Istat Membru jekk hijiex l-Entità Prinċipali Finali jew l-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni jew l-entità Kostitwenti msemmija fil-punt 1, mhux iktar tard mill-aħħar jum tas-Sena Fiskali ta’ Rapportar ta’ Grupp MNE bħal dan.

4. L-Istati Membri għandhom jitolbu li meta entità ta’ Grupp MNE, li hija residenti għal finijiet ta’ taxxa f’dak l-Istat Membru, mhijiex l-Entità Prinċipali Finali u lanqas l-Entità Prinċipali ta’ Sostituzzjoni u lanqas l-entità Kostitwenti msemmija fil-punt 1, din għandha tinnotifika lill-Istat Membru bl-identità u t-taxxa r-residenza tal-Entità li Tirrapporta, mhux iktar tard mill-aħħar jum tas-Sena Fiskali ta’ Rapportar ta’ Grupp MNE bħal dan.

5. Ir-rapport pajjiż b’pajjiż għandu jispeċifika l-munita tal-ammonti msemmija f’dak ir-rapport.



TAQSIMA III

Rapport pajjiż b’pajjiż

A. Mudell għar-rapport pajjiż b’pajjiż

Tabella 1. Ħarsa ġenerali lejn l-allokazzjoni ta’ dħul, it-taxxi u l-attivitajiet kummerċjali permezz tal-ġurisdizzjoni tat-taxxa

Isem il-Grupp MNE:
Sena Fiskali konċernata:
Munita użata:

Ġurisdizzjoni tat-Taxxa

Dħul

Profitt (Telf)

qabel it-Taxxa fuq l-Introjtu

Taxxa fuq l-Introjtu Mħallsa (fuq bażi ta’ Flus)

Taxxa fuq id-Dħul Dovuta - Sena Kurrenti

Kapital Dikjarat

Qligħ Akkumulat

Numru ta’ Impjegati

Assi Tanġibbli barra mill-Flus u Ekwivalenti tal-Flus

Parti Mhux Relatata

Parti Relatata

Total



Tabella 2 Lista tal-Entitajiet Kostitwenti tal-Grupp MNE inklużi f’kull aggregazzjoni għal kull ġurisdizzjoni tat-taxxa

Isem il-Grupp MNE:
Sena Fiskali konċernata:

Ġurisdizzjoni tat-Taxxa

Entitajiet Kostitwenti Residenti fil-Ġurisdizzjoni tat-Taxxa

Ġurisdizzjoni tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni jew Inkorporazzjoni jekk Differenti mill-Ġurisdizzjoni tat-Taxxa tar-Residenza

Attività/Attivitajiet Kummerċjali Ewlenin

Riċerka u Żvilupp

Żamma jew Ġestjoni tal-
Proprjetà Intellettwali

Xiri jew Akkwist

Manifattura jew Produzzjoni

Bejgħ, Kummerċjalizzazzjoni
jew Distribuzzjoni

Servizzi ta’ Amministrazzjoni, Ġestjoni
jew Appoġġ

Provvista ta’ Servizzi lil Partijiet Mhux Relatati

Finanzi tal-Grupp Intern

Servizzi Finanzjarji Regolati

Assigurazzjoni

Żamma ta’ Azzjonijiet jew strumenti ta’ Ekwità
Oħra

Inattiv

Oħrajn1

1.

2.

3.

1.

2.

3.

Tabella 3: Informazzjoni Addizzjonali



Isem il-Grupp MNE:

Sena Fiskali konċernata:

Jekk jogħġbok inkludi kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni qasira ulterjuri li tqis neċessarji jew li tiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni obbligatorja pprovduta fir-Rapport pajjiż b’pajjiż

B. Struzzjonijiet ġenerali sabiex timla r-rapport pajjiż b’pajjiż

1. Għan

Il-mudell għandu jintuża għar-rapportar tal-allokazzjoni tal-grupp tad-dħul, it-taxxi u l-attivitajiet kummerċjali fuq il-bażi ta’ ġurisdizzjoni tat-taxxa individwali tal-intrapriża multinazzjonali (MNE).

2. Trattament ta’ Fergħat u Stabbilimenti Permanenti

Id-data ta’ stabbiliment permanenti għandha tiġi rrapportata b’referenza għall-ġurisdizzjoni tat-taxxa li tinstab fiha u mhux b’referenza għall-ġurisdizzjoni tat-taxxa tar-residenza tal-unità kummerċjali li l-istabbiliment permanenti huwa parti minnha. Ir-rapportar tal-ġurisdizzjoni tat-taxxa tar-residenza għall-unità kummerċjali li l-istabbiliment permanenti huwa parti minnha għandu jeskludi data finanzjarja relatata mal-istabbiliment permanenti.

3. Perjodu kopert mill-mudell annwali

Il-mudell għandu jkopri s-sena fiskali tal-MNE ta’ Rapportar. Għall-Entitajiet Kostitwenti, fid-diskrezzjoni tal-MNE ta’ Rapportar, il-mudell għandu jirrifletti waħda mill-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsistenti:

(a) informazzjoni għas-sena fiskali tal-Entitajiet Kostitwenti rilevanti li tintemm fl-istess data bħas-sena fiskali tal-MNE ta’ Rapportar, jew li tintemm fiż-żmien 12-il xahar qabel dik id-data;

(b) informazzjoni għal kull Entità Kostitwenti rilevanti rapportata għas-sena fiskali tal-MNE ta’ Rapportar.

4. Sors tad-dejta

L-MNE ta’ Rapportar għandha konsistentement tuża l-istess sorsi ta’ dejta minn sena għal sena fit-tlestija tal mudell. L-MNE ta’ Rapportar tista’ tagħżel li tuża dejta mill-pakketti ta’ konsolidazzjoni tagħha, mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji separati tal-entitajiet statutorji, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji regolatorji, jew kontijiet ta’ ġestjoni interna. Mhuwiex meħtieġ li jiġu rrikonċiljati d-dħul, il-profitt u r-rapportar tat-taxxa fil-mudell għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji jintużaw bħala l-bażi għar-rapportar, l-ammonti kollha għandhom jiġu tradotti għall-munita funzjonali dikjarata tal-MNE ta’ Rapportar bir-rata medja ta’ skambju għas-sena dikjarata fis-sezzjoni tal-Informazzjoni Addizzjonali tal-mudell. Ma għandhomx għalfejn isiru aġġustamenti, madankollu, minħabba d-differenzi fil-prinċipji tal-kontabilità applikati mill-ġurisdizzjoni tat-taxxa għall-ġurisdizzjoni tat-taxxa.

L-MNE ta’ Rapportar għandha tipprovdi deskrizzjoni qasira tas-sorsi ta’ dejta użati fil-preparazzjoni tal-mudell fit-taqsima tal-Informazzjoni Addizzjonali tal-mudell. Jekk issir bidla fis-sors tad-dejta użata minn sena għal sena, l-MNE ta’ Rapportar għandha tispjega r-raġunijiet għall-bidla u l-konsegwenzi fit-taqsima tal-Informazzjoni Addizzjonali tal-mudell.

C. Struzzjonijiet speċifiċi sabiex jimtela r-Rapport Pajjiż b’Pajjiż

1. Ħarsa ġenerali lejn l-allokazzjoni ta’ dħul, it-taxxi u l-attivitajiet kummerċjali permezz tal-ġurisdizzjoni tat-taxxa (Tabella 1)

1.1. Ġurisdizzjoni tat-Taxxa

Fl-ewwel kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha telenka kull ġurisdizzjoni tat-taxxa li fihom l-Entitajiet Kostitwenti tal-grupp MNE huma residenti għal skopijiet ta’ taxxa. Ġurisdizzjoni tat-taxxa hija definita bħala Stat kif ukoll ġurisdizzjoni mhux tal-Istat li jkollha awtonomija fiskali. Għandha tkun inkluża linja separata għall-Entitajiet Kostitwenti kollha fil-Grupp MNE li titqies mil-MNE ta’ Rapportar li ma jkunux residenti f’xi ġurisdizzjoni tat-taxxa għal finijiet ta’ taxxa. Meta Entità Kostitwenti hija residenti f’iktar minn ġurisdizzjoni tat-taxxa waħda, l-interruttur applikabbli tar-rabta trattat tat-taxxa għandu jkun applikat sabiex jiddetermina l-ġurisdizzjoni tat-taxxa tar-residenza. Meta ma jeżisti l-ebda trattat tat-taxxa applikabbli, l-Entità għandha tiġi rrapportata fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa tal-post ta’ ġestjoni effettiva tal-Entità Kostitwenti. Il-post tal-ġestjoni effikaċi għandu jiġi ddeterminat bi standards miftehma internazzjonalment.

1.2. Dħul

Fit-tliet kolonni tal-mudell taħt l-intestatura “Dħul”, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-ammont tad-dħul tal-Entitajiet Kostitwenti kollha tal-Grupp MNE fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti ġġenerat minn tranżazzjonijiet ma’ intrapriżi assoċjati;

(b) l-ammont tad-dħul tal-Entitajiet Kostitwenti kollha tal-Grupp MNE fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti ġġenerat minn tranżazzjonijiet ma’ partijiet indipendenti;

(c) it-total tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b).

Id-dħul għandu jinkludi dħul minn bejgħ ta’ inventarju u proprjetajiet, servizzi, dritt dovuti għall-użu ta’ propjetà, interessi, primjums u kwalunkwe ammont ieħor. Id-dħul għandu jeskludi ħlasijiet riċevuti minn Entitajiet Kostitwenti oħra li huma ttrattati bħala dividendi fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa ta’ min iħallas.

1.3. Profitt (Telf) qabel it-Taxxa fuq l-Introjtu

Fil-ħames kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-ammont tal-profitt (telf) qabel it-taxxa fuq l-introjtu għal kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti. Il-profitt (telf) qabel it-taxxa tad-dħul għandu jinkludi kull dħul u spiża straordinarja.

1.4. Taxxa fuq l-Introjtu Mħallsa (fuq bażi ta’ Flus)

Fis-sitt kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-ammont ta’ taxxa effettivament imħallsa matul is-sena fiskali rilevanti minn kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti. It-taxxi mħallsa għandhom jinkludu t-taxxi fi flus imħallsa mill-Entità Kostitwenti lill-ġurisdizzjoni tat-taxxa tar-residenza u ta’ kull ġurisdizzjoni oħra tat-taxxa. It-taxxi mħallsa għandhom jinkludu t-taxxa minn ras il-għajn imħallsa minn entitajiet oħrajn (intrapriżi assoċjati u intrapriżi indipendenti) fir-rigward tal-ħlasijiet lill-Entità Kostitwenti. Għaldaqstant, jekk il-kumpanija A fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa A taqla’ interess fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa B, it-taxxa minn ras il-għajn fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa B għandha tiġi rrapportata mill-kumpanija A.

1.5. Taxxa tad-Dħul Dovuta (Sena Kurrenti)

Fis-seba’ kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-ammont tal-ispiża tat-taxxa kurrenti dovuta rreġistrata fuq il-profitti taxxabbli jew it-telf tas-sena ta’ rapportar ta’ kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti. L-ispiża tat-taxxa kurrenti għandha tirrefletti biss l-operazzjonijiet fis-sena kurrenti u ma għandhiex tinkludi taxxi differiti jew dispożizzjonijiet għal obbligazzjonijiet tat-taxxa inċerti.

1.6. Kapital Dikjarat

Fit-tmien kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-ammont tal-kapital ta’ kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti. Fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti, il-kapital imsemmi għandu jiġi rrapportat mill-entità legali li hija stabbiliment permanenti sakemm ma jkunx hemm rekwiżit ta’ kapital definit fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa tal-istabbiliment permanenti għal finijiet regolatorji.

1.7. Qligħ Akkumulat

Fid-disa’ kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-ammont tal-qligħ akkumulat tal-Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti sa mill-aħħar tas-sena. Fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti, il-qligħ akkumulat għandu jiġi rrapportat mill-entità legali li hija stabbiliment permanenti tiegħu.

1.8. Numru ta’ Impjegati

Fl-għaxar kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta n-numru totali ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full-time (FTE) ta’ kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti. In-numru ta’ impjegati jista’ jiġi rapportat ma’ tmiem is-sena, fuq il-bażi ta’ livelli medji ta’ impjieg għas-sena, jew fuq kwalunkwe bażi oħra applikata b’mod konsistenti fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa u minn sena għal sena. Għal dan il-għan, kuntratturi indipendenti li jipparteċipaw fl-attivitajiet operattivi ordinarji tal-Entità Kostitwenti jistgħu jiġu rrapportati bħala impjegati. L-arrotondament raġonevoli jew l-approssimazzjoni tan-numru ta’ impjegati huwa permissibbli, sakemm dan l-arrotondament jew l-approssimazzjoni ma jtellfux d-distribuzzjoni relattiva ta’ impjegati b’mod materjali fid-diversi ġurisdizzjoni tat-taxxa. Approċċi konsistenti għandhom ikunu applikati minn sena għal sena u fost l-entitajiet.

1.9. Assi Tanġibbli barra mill-Flus u Ekwivalenti tal-Flus

Fil-ħdax-il kolonna tal-mudell, l-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-ammont tal-valuri nett fuq il-kotba ta’ assi tanġibbli ta’ kull Entità Kostitwenti residenti għal finijiet ta’ taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti. Fir-rigward tal-istabbilimenti permanenti, l-assi għandhom jiġu rrapportati b’referenza għall-ġurisdizzjoni tat-taxxa li fiha jinsab l-istabbiliment permanenti. Assi tanġibbli għal dan l-għan ma jinkludux flus jew ekwivalenti ta’ flus, assi intanġibbli, assi finanzjarji.

2. Lista tal-Entitajiet Kostitwenti kollha tal-Grupp MNE inklużi f’kull aggregazzjoni għal kull ġurisdizzjoni tat-taxxa (Tabella 2)

2.1. Entitajiet Kostitwenti Residenti fil-Ġurisdizzjoni tat-Taxxa

L-MNE ta’ Rapportar għandha telenka, fuq il-bażi tal-ġurisdizzjoni tat-taxxa abbażi ġurisdizzjoni tat-taxxa u bl-isem tal-entità legali, tal-Entità Kostitwenti residenti kollha tal-Grupp MNE li huma residenti għall-finijiet tat-taxxa fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti. Kif dikjarat fil-punt 2 tal-istruzzjonijiet Ġenerali rigward l-istabbilimenti permanenti, madankollu, l-istabbiliment permanenti għandu jkun elenkat permezz ta’ referenza għall-ġurisdizzjoni tat-taxxa li jinstab fiha. L-entità legali li hija stabbiliment permanenti tiegħu għandha tiġi nnotata.

2.2. Ġurisdizzjoni tat-Taxxa tal-Organizzazzjoni jew Inkorporazzjoni jekk Differenti mill-Ġurisdizzjoni tat-Taxxa tar-Residenza

L-MNE ta’ Rapportar għandha tirrapporta l-isem tal-ġurisdizzjoni tat-taxxa fejn skont il-liġijiet tagħha l-Entità Kostitwenti tal-MNE hija organizzata jew inkorporata jekk hija differenti mill-ġurisdizzjoni tat-taxxa tar-residenza.

2.3. Attività/Attivitajiet Kummerċjali Ewlenin

L-MNE ta’ Rapportar għandha tiddetermina n-natura tal-attività/attivitajiet prinċipali tal-kummerċ li twettqu mill-Entità Kostitwenti fil-ġurisdizzjoni tat-taxxa rilevanti, billi timmarka kaxxa rilevanti waħda jew aktar.”

Top