EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0710

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017 It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

COM/2016/0710 final

Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 710 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI


Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017

It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

{SWD(2016) 400 final}


I.    L-Ewropa tinsab f'punt kritiku

L-Ewropej jafu u jaraw kuljum f’ħajjithom il-konsegwenzi tal-isfidi li għadhom magħna. Irkupru ekonomiku li għadu fil-bidu u għad irid jikseb benefiċċji għal kulħadd fis-soċjetajiet tagħna, speċjalment biex joħloq l-impjiegi għaż-żgħażagħ u jnaqqas l-inugwaljanzi. Il-flussi tal-migrazzjoni, li ġarrbu l-fruntieri esterni tagħna u jibqgħu sfida għall-kapaċità tal-Unjoni li tipprovdi solidarjetà. Theddida terroristika għolja. Instabbiltà kontinwa tagħna fil-viċinat tal-lvant u tan-nofsinhar. Li issa magħhom irridu nżidu l-inċertezza b’riżultat tar-referendum tar-Renju Unit.

Peress li smajna lill-Ewropej, aħna fhimna li qed ifittxu tweġiba għal dawn l-isfidi u protezzjoni minn dawn it-theddidiet. Huma qegħdin ifittxu għall-mezzi li jistgħu jagħtuhom is-setgħa biex jinbena ġejjieni sostenibbli għalihom u għall-familji tagħhom. U qed ifittxu perspettiva: assigurazzjoni li l-governanza fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew tista’ b’mod kollettiv tilħaq l-aspettattivi tal-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada.

Kummissjoni li tiffoka fuq affarijiet importanti...

Mill-bidu tal-mandat tagħna, din il-Kummissjoni stabbilixxiet bħala l-prijoritajiet tagħha li tiffoka fuq l-affarijiet il-kbar, fejn azzjoni Ewropea effettiva tista’ tagħmel differenza konkreta sabiex nindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej, l-Istati Membri tagħna u fl-Unjoni kollha kemm hi. Matul l-aħħar sena għamilna progress sod fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji li stabbilixxejna fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, is-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tal-Enerġija, l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Korporattiva Ġusta u Effiċjenti, l-Istrateġija Kummerċjali ġdida, il-Passi lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, l-Istrateġija tas-Suq Uniku, u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari.

Billi ffokajna fuq l-affarijiet il-kbar, u qsamna dawn il-prijoritajiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, wassalna riżultati rapidi u tanġibbli f’oqsma ewlenin. F’sena biss, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ġie attivat f'27 Stat Membru u wassal għal EUR 138 biljun f’investimenti, inkluż finanzjament ġdid għal kważi 300 000 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju. Għamilna progress sostanzjali sabiex nerġgħu niksbu l-kontroll tal-flussi migratorji irregolari u sabiex nipprevjenu l-imwiet fuq il-baħar Eġew u l-baħar Mediterran. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta diġà qed taħdem biex issaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri esterni tagħna sa biss għaxar xhur wara li l-Kummissjoni pproponietha. Fl-istess ħin, l-Ewropa wriet solidarjetà ma' miljun Sirjan li sabu kenn u protezzjoni hawnhekk. U rrilokajna u rrisistemajna 'l fuq minn 15 000 refuġjat oħra f’dawn l-aħħar 12-il xahar. F’dawn l-aħħar tliet xhur konna lħaqna medja ta’ madwar 1 000 rilokazzjoni fix-xahar. F’Settembru, iċ-ċifra żdiedet għal 1 200 rilokazzjoni. Id-distakk bejn il-bżonnijiet attwali ta’ rilokazzjoni u r-rilokazzjonijiet effettivi mill-Greċja issa qiegħed jonqos, iżda jeħtieġ li dawn l-isforzi jinżammu fix-xhur li ġejjin, u r-rilokazzjoni mill-Italja tissaħħaħ b’mod sinifikanti.

Dan il-Programm ta’ Ħidma jippreżenta l-inizjattivi ewlenin 1 li l-Kummissjoni timpenja ruħha li tikseb sal-aħħar tal-2017. Dawn il-proposti konkreti huma l-aktar mod viżibbli li bih il-ħidma tagħna se tikkontribwixxi fil-proċess ta’ tiġdid qabel is-sittin anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma f’Marzu 2017. U aħna se nkunu qegħdin nikkooperaw mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill sabiex niżguraw li dawn u proposti oħra ewlenin li saru f’dawn l-aħħar snin ikunu adottati malajr, biex ikunu jistgħu jħallu impatt tanġibbli fil-post.

... u Kummissjoni li tiffoka fuq li l-affarijiet isiru aħjar

Iżda l-kondiviżjoni tal-iffissar ta' prijoritajiet hija biss mod wieħed kif it-titjib tal-mod kif naħdmu flimkien fil-livell Ewropew jista’ juri lill-Ewropej li l-istrutturi ta’ governanza tagħna huma verament għas-servizz tagħhom. Dan peress li nagħmlu l-affarijiet aħjar huwa importanti għall-fiduċja taċ-ċittadini daqs li nagħmlu l-aħjar affarijiet.

Din hija r-raġuni għaliex matul ix-xhur li ġejjin aħna se nagħtu attenzjoni partikolari lil-lat operazzjonali tal-ħidma tagħna: naċċertaw li l-liġijiet Ewropej eżistenti huma applikati u infurzati b’mod xieraq u għadhom adattati għall-iskop; nipprovdu sostenn strutturali, pereżempju fil-Greċja; insaħħu l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u nindirizzaw l-ostakli għall-investiment; u nikkooperaw mal-Istati Membri, l-Imsieħba Soċjali u s-soċjetà ċivili biex ngħinu fil-ħolqien ta' ambjent ta’ appoġġ għat-twettiq tal-objettivi ta’ politika tal-Unjoni, inkluż permezz tal-użu effettiv tal-mezzi baġitarji għad-dispożizzjoni tagħna. Din is-sena se nintensifikaw b’mod partikolari l-isforzi tagħna fir-rigward tal-aġenda tal-infurzar, għax anki l-aqwa liġi hija inutli jekk ma tagħtix riżultati konkreti fil-prattika.

Aħna se nibqgħu wkoll napplikaw prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar fil-ħidma kollha tagħna, sabiex dak li nagħmlu dejjem jiġi vvalutat jekk hux effettiv u proporzjonat sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-għanijiet tal-politika li stabbilixxejna. Ħafna mill-inizjattivi ewlenin li se nippreżentaw is-sena d-dieħla jinkludu proposti li jirriżultaw minn evalwazzjonijiet dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (regulatory fitness, REFIT) u li se jaġġornaw u jtejbu l-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex din tkompli tilħaq l-objettivi tagħha b’mod effettiv u mingħajr piżijiet żejda.

Lil hinn minn inizjattivi ewlenin, se nipproponu għadd ta’ reviżjonijiet REFIT oħra għal-liġijiet attwali 2 , u fil-ġejjieni se nippruvaw niksbu l-għanijiet tar-REFIT kull meta l-liġi eżistenti tkun imissha tiġi riveduta. Waqt li stabbilixxejna l-prijoritajiet tagħna għax-xhur li ġejjin, ħadna kont partikolari tat-22 opinjoni tal-Pjattaforma REFIT. Qed naħdmu jew nippjanaw ħidma fl-oqsma kollha koperti minn dawn l-opinjonijiet 3 . Fl-istess ħin ma’ dan il-Programm ta’ Ħidma, qed nippubblikaw Tabella ta’ Valutazzjoni li tistabbilixxi fid-dettall is-segwitu għall-Pjattaforma REFIT opinjonijiet u l-isforzi għaddejjin sabiex jiġu evalwati u riveduti l-liġijiet eżistenti, filwaqt li qed nipproponu wkoll it-tħassir ta’ għadd ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni li ma għadhomx validi 4 . Nipproponu wkoll li jiġu rtirati għadd ta’ proposti pendenti li teknikament għadda żmienhom jew ma għadhomx jaqdu l-għan tagħhom, biex nippermettu lill-koleġiżlaturi jiffokaw fuq il-proposti li huma tassew importanti 5 .

Aħna se nkomplu wkoll nistabbilizzaw il-bidliet li għamilna fil-mod kif naħdmu. F’dawn l-aħħar sentejn il-Kummissjoni żiedet b’mod konsiderevoli t-trasparenza u r-responsabilità lejn iċ-ċittadini tagħha 6 , u dik tejbet il-kwalità tal-ħidma u l-proposti tagħna. Aħna issa qed infittxu l-opinjonijiet tal-pubbliku b’mod ġenerali, inkluż dwar abbozzi ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni. Aħna miftuħa fir-rigward tar-rappreżentanti ta’ interess li jfittxu li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet politiċi tagħna u stiednu lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bħala koleġiżlaturi sabiex jingħaqdu magħha fi Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza 7 sabiex ikun hemm l-obbligu ta’ rendikont liċ-ċittadini dwar il-lobbying fl-istadji kollha tal-leġiżlazzjoni Ewropea.

II.    Niksbu l-10 prijoritajiet

Fis-sena li ġejja, il-Kummissjoni se taħdem fil-qafas tal-10 prijoritajiet deskritti fil-Linji Gwida Politiċi 8 – li ġew ippreżentati fil-bidu tal-mandat tagħna wara diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u ispirati mill-“Aġenda strateġika għall-Unjoni fi żminijiet ta’ bidla” tal-Kunsill Ewropew – li nimplimentaw aġenda pożittiva u mmirata li tikseb riżultati konkreti biex tipproteġi, tiddefendi, u tagħti s-setgħa liċ-ċittadini 9 .

1.    Spinta ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment

Ewropa li tippriserva l-istil ta’ ħajja tagħna u tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ tagħna. Madwar tmien miljun impjieg iktar inħolqu matul dawn l-aħħar tliet snin, iżda l-qgħad għadu f’livelli għolja u inaċċettabbli f’bosta Stati Membri, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ. Il-prijorità tagħna trid tkun li ngħinu lill-Istati Membri joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għaż-żgħażagħ tagħna sabiex jiżviluppaw il-ħiliet li jeħtieġu u jsiru attivi fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

L-għan tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ il-ġdida tagħna hu li kull persuna żagħżugħa jinħtieġ li jkollha prospetti reali għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg. Aħna se nipprijoritizzaw liż-żgħażagħ fl-implimentazzjoni tal-Aġenda għal Ħiliet Ġodda għall-Ewropa. Il-proposti se jindirizzaw l-immodernizzar tal-edukazzjoni, it-titjib tal-kwalità tal-apprendistati u l-iżvilupp ulterjuri tal-mobbiltà tal-apprendisti, u t-traċċar tal-eżiti għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol ġaladarba jkunu temmew it-taħriġ vokazzjonali jew akkademiku tagħhom. Aħna qed insaħħu wkoll il-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala għodda biex ninvestu fiż-żgħażagħ, fil-ħiliet tagħhom u l-ewwel passi tagħhom tul il-karriera 10 , kif ukoll l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ 11 . Din se tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri billi jintlaħqu r-reġjuni u ż-żgħażagħ li huma l-aktar fil-bżonn.

Aħna se nniedu l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà sa tmiem l-2016 li se joħloq opportunitajiet għal min għandu inqas minn 30 sena biex jikkontribwixxi b’mod attiv fis-soċjetà fi spirtu ta’ solidarjetà, u jakkwista ħiliet u esperjenzi ġodda, inklużi ħiliet lingwistiċi, matul il-proċess.

Huwa permezz tal-innovazzjoni u l-investiment proprju fl-ekonomiji tagħna li l-kumpaniji joħolqu l-impjiegi. Filwaqt li tibni fuq is-suċċess inizjali tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa 12 , il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja kemm id-durata kif ukoll il-kapaċità finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS). Kien hemm qbil fuq il-Fond oriġinali mill-koleġiżlatur fiż-żmien rekord ta’ erba’ xhur u nofs u l-Kummissjoni tibbaża fuq kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill sabiex jiżguraw li jintlaħaq qbil daqstant ieħor rapidu dwar l-estensjoni u t-tisħiħ tiegħu, u b’hekk jissaħħaħ l-investiment sostenibbli. Ispirata mis-suċċess tal-FEIS, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Pjan ta’ Investiment Estern għall-Afrika u l-Viċinat tal-UE sabiex tindirizza xi wħud mill-kawżi primarji tal-migrazzjoni u tippromwovi l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku f’dawn ir-reġjuni 13 .

Aħna se nkomplu naħdmu biex noħolqu l-aħjar klima għall-innovazzjoni fl-Ewropa, biex ngħinu noħolqu impjiegi u industriji ġodda, nindirizzaw l-isfidi soċjetali u ambjentali u ntejbu l-ħajja tan-nies. Permezz tal-integrazzjoni tal-innovazzjoni madwar il-politiki kollha tal-Unjoni u l-immirar tal-fondi tagħna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-fondi strutturali u ta’ investiment b’mod effettiv, l-għan tagħna huwa li l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem f’teknoloġiji u metodi ta’ negozju ġodda, inkluż permezz ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem biex tikseb l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. L-ekonomija ċirkolari toffri potenzjal kbir ta’ innovazzjoni, tkabbir u impjiegi. Il-Kummissjoni se tmexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari billi jtejjeb l-ekonomija, il-kwalità u l-l-firxa tar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-plastik fl-UE u t-tnaqqis tat-tnixxija tal-plastik fl-ambjent. Se nippreżentaw ukoll proposta leġiżlattiva dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalità minimi għal ilma li jerġa' jintuża u reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ilma tax-xorb b’segwitu tal-evalwazzjoni REFIT u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Right2Water”. Aħna se niżviluppaw qafas ta’ monitoraġġ biex niżguraw li l-progress lejn l-ambizzjonijiet tagħna għal ekonomija ċirkolari jinsab fit-triq it-tajba u qed iwassal il-benefiċċji ta' tisħiħ reċiproku kemm għall-ambjent kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku tagħna.

Is-Semestru Ewropew 2017 se jkompli jenfasizza l-miżuri meħtieġa li l-Istati Membri jinħtieġ li jieħdu sabiex iwasslu investiment, finanzi pubbliċi sodi u riforma strutturali. Fir-rakkomandazzjoni li jmiss tagħha dwar il-politika ekonomika taż-Żona tal-Euro, il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-Żona tal-Euro, b’appoġġ għall-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew. Abbażi tal-analiżi li tinsab fir-rapporti tal-pajjiżi li għandhom jiġu adottati fi Frar, il-Kummissjoni se tiżviluppa serje oħra ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għandhom jiġu proposti lill-Kunsill f’Mejju.

Aħna se nsegwu fuq il-proposta tagħna li nirrevedu l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2014–2020) 14 mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-ambizzjoni tagħna hija baġit rivedut li jsaħħaħ l-appoġġ għal prijoritajiet tal-Unjoni u jkun kapaċi aktar jirreaġixxi malajr għal ċirkostanzi mhux previsti, b’regoli ssimplifikati għall-benefiċjarji u enfasi msaħħa fuq ir-riżultati. Imbagħad issegwi proposta komprensiva għall-qafas futur lil hin mill-2020, inkluż dwar ir-riżorsi proprji. Din il-proposta se tkun iggwidata mill-prinċipju tal-inizjattiva “baġit tal-UE iffukat fuq ir-riżultati” u tirrifletti l-isfidi tal-ġejjieni u l-ħtiġijiet tal-Unjoni wara l-2020 abbażi ta’ valutazzjoni tal-politika u l-istrumenti ta’ nfiq eżistenti.

Il-Kummissjoni se tkompli l-ħidma u tikkonsulta b’mod wiesa’ dwar is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni sabiex tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-10 prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Din se tiffoka fuq prijoritajiet speċifiċi ta’ politika għall-futur, filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni tal-Pjattaforma REFIT, u mingħajr preġudizzju għall-proposta tal-Kummissjoni li tirrevedi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali. F’dak li jirrigwarda l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel, fid-dawl tal-eżitu tal-ħidma dejjem għaddejja ta’ Task Force dwar is-Swieq Agrikoli u l-Forum ta’ Livell Għoli dwar il-katina tal-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni se tikkunsidra azzjonijiet ulterjuri kif meħtieġ.

2.    Suq Uniku Diġitali Konness

Ewropa li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u n-negozji. It-teknoloġiji diġitali u l-komunikazzjonijiet diġitali huma mifruxa f'kull aspett tal-ħajja, u ħolqu opportunitajiet ġodda għall-kreattività, in-negozju u l-impjiegi, iżda wkoll jenfasizzaw il-ħtieġa għal fiduċja u ċ-ċibersigurtà. Ir-rilaxx sħiħ tal-potenzjal għat-tkabbir addizzjonali ta’ Suq Uniku Diġitali billi titlesta l-implimentazzjoni tal-Istrateġija se jibqa' prijorità għolja fl-aġenda tal-2017. Kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tas-sena l-oħra se nwettqu l-proposti li fadal matul il-ftit xhur li ġejjin, bħall-pakkett REFIT tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) li jkopri proposti dwar kummerċ elettroniku, kotba elettroniċi u pubblikazzjonijiet elettroniċi u inizjattivi dwar il-promozzjoni tal-ekonomija tad-data inkluż l-indirizzar ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-fluss liberu tad-data fl-Ewropa.

Aħna se nagħtu attenzjoni partikolari li naħdmu mill-qrib mal-koleġiżlaturi sabiex navvanzaw malajr fir-rigward tal-proposti li diġà ġew ippreżentati. Dawn jinkludu kuntratti diġitali 15 , drittijiet tal-awtur 16 , imblukkar ġeografiku 17 , portabbiltà 18 , konsenja tal-pakketti 19 , servizzi tal-midja awdjoviżivi 20 , telekomunikazzjonijiet 21 , l-użu tal-banda ta' frekwenza 700MHz għas-servizzi mobbli 22 , u l-proposta riċenti tagħha dwar WiFi4EU 23 . Il-konnettività hija essenzjali, u l-Kummissjoni se twettaq il-wegħda tagħha sabiex tabbolixxi t-tariffi tar-roaming mobbli sa nofs l-2017. Aħna se nanalizzaw il-progress li sar sabiex jitlesta s-Suq Uniku Diġitali u se nidentifikaw fejn huma meħtieġa sforzi ulterjuri mill-koleġiżlaturi u fejn ikun hemm bżonn aktar proposti.

3.    Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li jkollha Politika Progressiva dwar it-Tibdil tal-Klima

Ewropa li tieħu responsabbiltà għat-twettiq tal-wegħdiet magħmula. Ir-ratifika rapida tal-ftehim ta’ Pariġi wriet li l-Istati Membri kapaċi jsibu bażi komuni fejn huwa ċar li jekk naġixxu flimkien l-impatt tal-Unjoni jkun ikbar milli sempliċiment kieku kulħadd jaġixxi għal rasu. Barra minn hekk, ikkonfermat ir-rwol ewlieni globali tal-UE dwar it-tibdil fil-klima. It-twettiq tal-impenji tagħna issa huwa meħtieġ biex isarraf f'realtà l-modernizzazzjoni tal-ekonomija tagħna filwaqt li tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment ġusta. L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-ftehim internazzjonali dwar l-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru (l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali) hija prijorità hawnhekk.

Kif tħabbar diġà, aħna se nkomplu nwettqu l-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija tagħna u tippreżenta, sa tmiem din is-sena, pakkett komprensiv immirat sabiex tiġi ġestita l-modernizzazzjoni tal-ekonomija billi l-effiċjenza enerġetika titpoġġa l-ewwel, bl-ambizzjoni li nsiru l-mexxej dinji fl-enerġiji rinnovabbli u nipprovdu trattament ġust għall-konsumaturi. Dan se jinkludi miżuri leġiżlattivi dwar l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, inkluża s-sostenibbiltà tal-bijoenerġija, id-disinn tas-suq tal-elettriku u r-regoli ta’ governanza tal-Unjoni tal-Enerġija. Inizjattiva favur l-Innovazzjoni għall-Aċċellerazzjoni tal-Enerġija Nadifa se tappoġġa r-riċerka u l-adozzjoni mis-suq tal-innovazzjoni teknoloġika meħtieġa għall-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi u l-miri tagħna tal-2030. Il-proposti leġiżlattivi kollha relatati mal-Unjoni tal-Enerġija ppreżentati mill-Kummissjoni fl-2015 u l-2016 jinħtieġu jiġu indirizzati bħala prijorità mill-Parlament u l-Kunsill. Dawn jinkludu l-pakkett imsemmi hawn fuq, is-sigurtà tal-pakkett tal-provvista tal-gass 24 , l-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet 25 u r-regoli relatati dwar il-kondiviżjoni tal-isforz 26 u l-użu tal-art u l-forestrija 27 .

Aħna se nsegwu wkoll fuq l-Istrateġija tagħna dwar il-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi ppreżentata f’Lulju. L-għan se jkun li tiżdied l-effiċjenza tat-trasport billi nirrispondu għall-bżonnijiet ta' mobbiltà ta’ persuni u oġġetti u nippromwovu t-tnaqqis tal-emissjonijiet, inkluża tranżizzjoni gradwali lejn vetturi b’emissjonijiet żero, li żżid ukoll il-kompettitività tal-industrija. Sabiex dan jinkiseb, bħala l-ewwel pass se nippreżentaw reviżjonijiet REFIT għar-Regolamenti tal-karozzi u l-vetturi kummerċjali ħfief, u nippreżentaw strateġiji li jistabbilixxi standards ta’ emissjonijiet żero u baxxi wara l-2020, u għad-Direttiva dwar vetturi nodfa biex itejjeb l-inċentivi u r-regoli ta’ akkwist. Billi napplikaw il-prinċipju li l-utent u min iniġġes iħallas, biħsiebna li nipproponu titjib għal dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jużaw in-nollijiet tat-toroq, inkluża l-interoperabbiltà tas-servizzi elettroniċi tan-nollijiet.

4.    Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b'Bażi Industrijali Msaħħa

Ewropa li tagħti kontribut kbir għall-impjiegi u t-tkabbir, u tiddefendi l-industrija tagħha, Il-moviment liberu tal-oġġetti, il-persuni, is-servizzi u l-kapital huwa l-bażi s-saħħa ekonomika tal-Ewropa. Għandna l-ikbar suq uniku fid-dinja, kif ukoll ir-riformi stipulati fl-Istrateġija tas-Suq Uniku huma intiżi li jirrilaxxaw il-potenzjal sħiħ tiegħu. F’sinerġija mal-istrateġiji l-oħra tagħna, dan se joħloq il-kundizzjonijiet tajba għall-kompetittività sostenibbli tal-ekonomija Ewropea u jappoġġa l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u t-trasformazzjoni industrijali.

Ir-riżultati futuri, diġà mħabbra, ikopru azzjonijiet sabiex jiġu megħjuna jikbru l-SMEs u n-negozji l-ġodda, Pakkett ta' Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali u Pakkett ta’ Servizzi sabiex jiġu indirizzati l-ostakli fis-suq tas-servizzi. Se nippreżentaw inizjattiva dwar il-liġi tal-kumpaniji biex inħaffu l-użu tat-teknoloġiji diġitali tul il-fażijiet kollha ta’ kumpanija u għaqdiet u diviżjonijiet transfruntieri.

Is-sena d-dieħla, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex issaħħaħ is-suq uniku tal-oġġetti, partikularment billi tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku u tindirizza l-ammont dejjem jikber ta’ prodotti mhux konformi fis-suq tal-UE permezz tar-reviżjonijiet REFIT tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Dan se jippermetti lill-intraprendituri li joffru l-prodotti tagħhom b’mod aktar faċli bejn il-fruntieri filwaqt li joffri inċentivi biex tissaħħaħ il-konformità regolatorja u jiġu ristawrati kundizzjonijiet ekwi għall-benefiċċju tan-negozji u ċ-ċittadini. Aħna se nintroduċu wkoll inizjattiva ta’ valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa kkoordinati.

Waqt li tibni fuq l-Istrateġija għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, il-Kummissjoni se taħdem b’mod integrat fuq il-mobbiltà, il-konnettività u l-futur tal-industrija tal-karozzi, li teħtieġ tilħaq sfidi strutturali u terġa’ tibni l-fiduċja fl-impenn u l-kapaċità tagħha li tindirizza l-emissjonijiet tal-karozzi. B’mod partikolari, se nkomplu l-ħidma fuq l-ambjent regolatorju, il-bini ta' ekosistemi, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-istandardizzazzjoni sabiex niffaċilitaw l-introduzzjoni fis-suq ta’ vetturi aktar effiċjenti awtonomi u konnessi.

Fir-rigward tal-industrija tal-ispazju, bħala segwitu għal Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża u l-Istrateġija dwar l-Ispazju għall-Ewropa , fl-2017 il-Kummissjoni se tipproponi inizjattiva biex tiżgura servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita affidabbli, sikuri u kosteffikaċi lill-awtoritajiet pubbliċi (GOVSATCOM — komunikazzjoni governattiva bis-satellita) kif ukoll miżuri li jiffaċilitaw id-dħul fis-suq ta' servizzi spazjali u data.

L-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku huwa essenzjali sabiex jiżgura li dawn jaħdmu fil-prattika. Fl-2017, il-Kummissjoni se tipproponi, bħala parti minn enfasi usa’ fuq l-infurzar, proposti sabiex taġġorna u tirrazzjonalizza l-istrumenti għar-riżoluzzjoni tal-problemi, bħan-netwerk SOLVIT, u tippromwovi s-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini u l-kumpaniji dwar id-drittijiet tagħhom. Dan se jinkludi l-Għodda ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Uniku u l-Portal Diġitali Uniku biex jappoġġaw in-negozji u jgħinuhom jiżviluppaw attivitajiet transfruntieri fis-Suq Uniku filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Pjattaforma REFIT. Se jsiru proposti biex tkompli tingħata s-setgħa lill-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni biex ikunu infurzaturi iktar effettivi tar-regoli li jiggarantixxu ambjent kompetittiv fis-Suq Uniku.

B’konformità mat-talba tal-Kunsill Ewropew biex isir progress rapidu sabiex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għall-finanzi għan-negozju u jiġi appoġġat l-investiment fl-ekonomija reali, il-Kummissjoni se tippreżenta reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, li tidentifika l-ostakli li baqa’ u kwalunkwe miżuri addizzjonali meħtieġa. Aħna se nipproponu prodott tal-pensjoni personali tal-UE sempliċi, effiċjenti u kompetittiv bil-għan li nnaqqsu l-ostakli għall-forniment ta’ servizzi transfruntieri tal-pensjoni u nżidu l-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu l-pensjonijiet, reviżjoni REFIT tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (European Market Infrastructure Regulation, EMIR), strateġija dwar finanzi sostenibbli, miżuri sabiex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' korporattivi tal-infrastruttura u pjan ta’ azzjoni għas-servizzi finanzjarji bl-imnut li jegħleb l-ostakli nazzjonali li jżommu lill-konsumaturi milli jiksbu l-aqwa valur, għażla u prezzijiet u milli jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll segwitu dwar sejħa għall-evidenza dwar l-impatt kumulattiv ta' leġiżlazzjoni finanzjarja filwaqt li titqies ukoll l-opinjoni tal-Pjattaforma REFIT dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar. U aħna se nippreżentaw il-proposti li fadal li diġà ġew imħabbra, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar ir-ristrutturazzjoni tan-negozju u t-tieni opportunità biex jiġi żgurat li meta n-negozju jfalli jiġu stralċjati b’mod ġust u effiċjenti u l-intraprendituri jingħataw bidu ġdid.

Ambjent tat-taxxa sod irid ikun sempliċi u effiċjenti għall-kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri filwaqt li jiżguraw li dawn il-kumpaniji qed jikkontribwixxu b’mod ġust u effettiv għat-taxxi fil-postijiet fejn jagħmlu l-profitti tagħhom. B’mod parallel ma’ dan il-Programm ta’ Ħidma, il-Kummissjoni qed tniedi mill-ġdid il-Bażi Komuni Kkonsolidata tat-Taxxa Korporattiva b’bażi tat-taxxa komuni obbligatorja bħala l-ewwel pass 28 . Il-Kummissjoni qed tippreżenta wkoll aktar miżuri kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, inkluż permezz ta’ pajjiżi terzi 29 . Filwaqt li titqies il-konsultazzjoni li għaddejja, miżuri addizzjonali fil-qasam tat-trasparenza fiskali matul is-sena d-dieħla jistgħu jinkludu proposta biex jiżdiedu s-sorveljanza tal-promoturi u l-faċilitaturi ta' iskemi ta’ ppjanar tat-taxxa aggressiv. Bħala element ewlieni ta’ strateġija esterna għal tassazzjoni effettiva, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex tiffinalizza lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ standards internazzjonali ta’ governanza tajba fil-qasam tat-taxxa u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-aħjar prattiki kontra t-trasferiment tal-profitt u l-erożjoni tal-bażi.

Kull sena, frodi transfruntieri fuq il-VAT jiswew lill-kontribwenti tat-taxxi fl-Istati Membri tagħna madwar EUR 50 biljun. Fl-istess ħin, il-piż amministrattiv ta’ konformità tal-VAT għal negozji żgħar huwa għoli u l-innovazzjoni teknika tippreżenta sfidi ġodda għall-ġbir effettiv tat-taxxa. Għaldaqstant il-Kummissjoni se tippreżenta miżuri biex timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT, biex tissimplifika l-VAT għal kumpaniji iżgħar u tistabbilixxi s-sisien għal sistema definittiva tal-VAT aktar moderna, effiċjenti, reżistenti għall-frodi u favorevoli għall-kummerċ madwar l-Ewropa, filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Pjattaforma REFIT. Approċċ aktar effettiv u proporzjonat lejn ir-rati tal-VAT huwa element ewlieni ta’ din ir-riforma.

5.    Unjoni Ekonomika u Monetarja Aktar Profonda u Aktar Ġusta

Ewropa li tipproteġi l-ekonomiji tagħna u tiżgura kompetizzjoni ġusta għall-ħaddiema u l-intrapriżi. Bħala munita globali stabbilita l-euro ġġib benefiċċji ekonomiċi kbar u spiss inviżibbli. Il-pajjiżi taż-żona euro ffrankaw EUR 50 biljun din is-sena f’pagamenti ta’ imgħax fuq id-dejn tagħhom, permezz ta’ rati ta’ interessi baxxi u l-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Kummissjoni tappoġġa l-ambizzjoni u l-pjanijiet direzzjonali ppreżentati fir-rapport tal-Ħames Presidenti dwar it-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM).

Il-White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa li tistabbilixxi passi konkreti dwar kif għandha tiġi rriformata UE ta’ 27 Stat Membru 60 sena wara t-Trattati ta’ Ruma se tinkludi wkoll il-futur tal-UEM biex tipprepara t-tieni fażi tal-approfondiment tal-UEM fil-kuntest ġdid politiku u demokratiku, inkluż rieżami orjentat lejn l-istabbiltà tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u s-segwitu għall-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (li tinkorpora s-sustanza tat-Trattat fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea). Aħna se nirrieżaminaw ukoll is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) li ssaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza ta’ superviżjoni kemm fil-livell prudenzjali makro kif ukoll dak mikro. L-adozzjoni tal-proposta għal rappreżentanza unifikata taż-żona tal-ewro fil-Fond Monetarju Internazzjonali 30 jenħtieġ li jkunu aċċelerati.

It-tlestija tal-Unjoni Bankarja u f’dak il-kuntest, l-ilħiq ta' qbil dwar il-proposta għal Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti komuni 31 , tibqa’ prijorità. Il-Kummissjoni, fid-dawl tal-aħħar konsiderazzjonijiet f’livell internazzjonali, se tirrieżamina wkoll partijiet mill-leġiżlazzjoni bankarja u tipproponi emendi mmirati lejn ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali u d-Direttiva, kif ukoll id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek, sabiex tagħmel il-banek iktar reżiljenti filwaqt li tissimplifika r-regoli għal dawk b’mudell tal-negozju anqas kumpless, tippromwovi l-investiment, speċjalment fl-SMEs, u ssaħħaħ miżuri eżistenti tat-tnaqqis tar-riskju b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-istandards globali dwar il-kapaċità totali ta’ assorbiment tat-telf għall-banek sistemiċi. Iż-żieda tal-progress fit-twettiq tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa fundamentali biex jitħeġġeġ livell ogħla ta’ kondiviżjoni tar-riskju fis-settur privat fl-UEM. L-adozzjoni ta’ proposti pendenti dwar it-titolizzazzjoni 32 u l-prospett 33 irid jiġi aċċellerat.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tippromwovi konverġenza soċjali vertikali u li ssaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-integrazzjoni Ewropea. Abbażi tal-evidenza miġbura permezz tal-konsultazzjoni pubblika ta’ din is-sena, aħna se nipproponu Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jistabbilixxi prinċipji għal Unjoni mibnija fuq il-ġustizzja soċjali. Il-Pilastru se jistabbilixxi qafas ta’ prinċipji għall-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta f’ekonomija tas-suq soċjali Ewropea. Dan se joffri politika fiskali għal swieq tax-xogħol ġusti u dinamiċi, fejn kulħadd ikollu ċ-ċans li jagħmel użu tat-talent tagħhom, u għal sistema li jkunu sostenibbli, jaħdmu tajjeb u li jirriflettu r-realtajiet jinbidlu b’rata mgħaġġla ta' llum. Se jkun akkumpanjat minn inizjattivi relatati, bħal inizjattivi li jindirizzaw l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-familji tal-ħaddiema.

6.    Il-kummerċ: Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Raġonevoli u Bbilanċjat mal-Istati Uniti

Ewropa miftuħa u li tinnegozja mas-sħab tagħna filwaqt li ssaħħaħ l-istrumenti għad-difiża tagħha. Fl-ekonomija globali tal-lum, il-kummerċ huwa essenzjali għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività. Il-kummerċ jissarraf f'xogħlijiet – għal kull EUR 1 biljun li niksbu f'esportazzjonijiet, 14 000 impjieg addizzjonali jinħolqu madwar l-UE. U aktar minn 30 miljun impjieg, wieħed minn kull seba' impjiegi fl-UE, issa jiddependu fuq l-esportazzjonijiet lejn il-bqija tad-dinja. Huwa għalhekk li l-UE tibqa’ impenjata għal sistema kummerċjali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli.

Filwaqt li tibni fuq in-netwerk tal-Unjoni ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles li rnexxiet, il-Kummissjoni se tkompli n-negozjati mal-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Mercosur, il-Messiku, it-Tuneżija u l-pajjiżi tal-ASEAN. Aħna se nfittxu mandati ġodda sabiex niftħu n-negozjati mat-Turkija, l-Awstralja, New Zealand u ċ-Ċilì. Aħna se nkomplu naħdmu fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inkluż ftehimiet plurilaterali, kif ukoll għal ratifika rapida tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (Comprehensive Economic and Trade Agreement, CETA) mal-Kanada.

Aħna impenjati wkoll biex niżguraw li l-kummerċ jibqa’ ġust billi naġġornaw u nimmodernizzaw l-istrumenti ta’ difiża kummerċjali tal-Ewropa sabiex niżguraw li dawn ikunu kompletament sostenibbli fid-dawl ta’ sfidi ekonomiċi ġodda bħall-kapaċità żejda u t-tibdil fir-realtajiet legali, bħalma huma l-iskadenza ta’ ċerti protokolli ta’ adeżjoni tad-WTO. Issa huwa urġenti li l-Kunsill isolvi l-istaġnar tal-proposta tagħna tal-2013 sabiex jiġu mmodernizzati l-Istrumenti tal-Ħarsien tal-Kummerċ, inkluża riforma tar-regola tad-dazju inferjuri 34 . Fil-21 ta’ Ottubru 2016, il-Kunsill Ewropew appella għal azzjoni urġenti u ftehim ibbilanċjat dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill għal modernizzazzjoni komprensiva tal-istrumenti ta’ difiża kummerċjali kollha sal-aħħar tal-2016.

Meta tqis il-valuri komuni bejn l-UE u l-Istati Uniti, kif ukoll l-importanza strateġika, politika u ekonomika tar-relazzjoni transatlantika, il-Kummissjoni tinsab lesta biex tikkonkludi Ftehim ta’ Sħubija ta’ Kummerċ u Investiment ambizzjuż, ibbilanċjat u ta’ standards għoljin. Minħabba l-elezzjonijiet li ġejjin fl-Istati Uniti u t-tnaqqis inevitabbli fil-pass tan-negozjati, iż-żewġ partijiet se jagħmlu ħilithom biex jikkonsolidaw il-progress li ntlaħaq sa issa. Il-Kummissjoni tinsab lesta li timpenja ruħha mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti malajr kemm jista’ jkun abbażi tal-mandat mogħti lill-Kummissjoni, li reġa’ ġie kkonfermat mill-Kunsill Ewropew fil-21 ta’ Ottubru 2016 35 .

Il-Kummissjoni se jkollha wkoll irwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Forum Globali dwar il-kapaċità żejda tal-azzar, taħt l-awspiċju tal-G20.

7.    Żona ta’ Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali Bbażata fuq il-Fiduċja Reċiproka

Ewropa li tiddefendi u tippreserva l-valuri tal-libertà, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt. Is-sigurtà fil-fruntieri tagħna kif ukoll fi ħdanhom hija tħassib kruċjali u komuni fid-dawl tat-theddidiet attwali li qed taffaċċja l-Ewropa. It-theddida tat-terroriżmu qatt ma kienet tinħass daqshekk fl-Ewropa. Aħna biħsiebna nsegwu l-Aġenda tal-UE dwar is-Sigurtà b’azzjonijiet li jwittu t-triq lejn Unjoni ta’ Sigurtà u jsaħħu l-kontrolli fil-fruntieri tagħna. Din se tinkludi informazzjoni dwar Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS - European Travel Information and Authorisation System) sabiex ikun hemm kontroll awtomatizzat ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi eżentati mill-viża li biħsiebhom jivvjaġġaw fiż-Żona ta’ Schengen, li se jikkomplementa s-sistema tad-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li l-Kummissjoni diġà pproponiet 36 u li, flimkien mal-proposta tagħna ta’ kontrolli sistematiċi fuq ċittadini tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE, jinħtieġ li jintlaħaq qbil malajr 37 . Aħna se nippreżentaw ukoll titjib għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u se nagħmlu s-sistemi eżistenti u futuri tagħna tal-infurzar tal-liġi u ta’ ġestjoni tal-fruntieri aktar interoperabbli, b’segwitu tal-ħidma li għaddejja fil-Grupp ta’ Livell Għoli dwar sistemi ta’ Informazzjoni u l-interoperabbiltà. U se nippreżentaw inizjattiva dwar l-aċċess għal evidenza elettronika, minħabba l-importanza dejjem tikber tagħha sabiex jiġu żgurati investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

Fix-xhur li ġejjin il-Kummissjoni se tkompli timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, bi proposti dwar sanzjonijiet armonizzati sabiex jiġu evitati l-ħasil tal-flus, il-movimenti ta’ flus illeċiti, il-kummerċ illeċitu ta’ oġġetti kulturali u l-iffriżar u l-konfiska tal-assi kriminali. Qed naħdmu wkoll sabiex nistimulawl-Europol u b’mod partikolari l-għoti ta' riżorsi liċ-Ċentru Ewropew Kontra t-Terroriżmu. Aħna se nirrappurtaw kull xahar dwar il-progress lejn Unjoni ta’ Sigurtà 38 u se naħdmu mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal qbil f’waqtu dwar miżuri kontra l-abbuż tal-armi tan-nar u sabiex nikkriminalizzaw imġiba terrorista inkluż l-ivvjaġġar ta' ġellieda terroristi barranin.

Id-dritt għas-sigurtà qatt ma jista' jikkompromettu r-rispett ta’ drittijiet fundamentali oħra, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Ir-Regolament Ewropew dwar il-Protezzjoni tad-Data 39 se japplika mill-2018 u l-Kummissjoni se tiżgura li l-istess livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali jiġi estiż għall-istituzzjonijiet, korpi, aġenziji u uffiċċji. Fl-istess spirtu, il-Kummissjoni se tesplora wkoll deċiżjonijet ta’ adegwatezza ġodda dwar l-iskambju ta’ data personali ma’ pajjiżi terzi sabiex tiżgura standards għoljin meta data personali tiġi trasferita lil pajjiżi terzi. Aħna se nippreżentaw rieżami REFIT tad-Direttiva dwar il-privatezza elettronika sabiex naġġornawha fid-dawl tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u b’kont meħud tal-opinjoni tal-Pjattaforma REFIT. Aħna se nivvalutaw ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni għal azzjoni ulterjuri jew orizzontali settorjali fil-livell tal-UE għall-protezzjoni tal-informaturi li jesponu kondotta illegali.

Aħna se nkomplu naħdmu għall-adeżjoni tal-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li nieħu inkonsiderazzjoni b'mod totali l-Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. U billi sistemi ġudizzjarji effettivi u indipendenti jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u jsostnu d-drittijiet fundamentali, se inkomplu naħdmu flimkien mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri biex nippromwovu u niddefendu l-istat tad-dritt.

8.    Lejn Politika Ġdida dwar il-Migrazzjoni

Ewropa li tipproteġi l-fruntieri tagħna u twettaq politika ta’ migrazzjoni responsabbli. Il-ġestjoni tal-flussi migratorji filwaqt li niżguraw li dawk li jkunu qed ifittxu rifuġju dejjem isibu rifuġju sikur hawnhekk tibqa’ sfida ta’ kuljum. Matul l-aħħar sena l-Kummissjoni aċċellerat il-ħidma mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni sabiex tippermetti reazzjoni rapida u koordinata għall-kriżi tar-refuġjati u tfassal qafas fit-tul ibbażat fuq is-solidarjetà u r-responsabbiltà.

Id-determinazzjoni tal-UE li tindirizza l-impatt tal-kriżi wassal għal involviment fuq il-post ta' kuljum bla preċedent. Il-Kummissjoni, l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri ħadmu flimkien biex isalvaw il-ħajjiet fuq il-baħar u biex jappoġġaw lill-Istati Membri l-aktar esposti. Aktar minn EUR 15-il biljun mill-baġit tal-UE ġew allokati lir-rispons tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati. Id-dikjarazzjoni UE-Turkija qed turi li kienet pass deċiżiv biex jitwaqqaf il-kuntrabandu tal-migranti, iġġib ordni fil-flussi u tipprevjeni t-telf ta’ ħajjiet. Fl-2017 il-Kummissjoni se ssostni l-intensità tal-ħidma tagħha sabiex tipprovdi appoġġ dirett lir-refuġjati u l-integrazzjoni tagħhom fil-komunitajiet ospitanti fl-Ewropa u f’pajjiżi terzi, ittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-iktar żoni tal-fruntiera esposti, tiġġieled kontra l-kuntrabandu u t-traffikar tal-migranti, b’mod partikolari ta’ minorenni mhux akkumpanjati, u fuq ir-ritorn tal-migranti irregolari.

F’żona ta’ moviment ħieles intern, il-fruntieri esterni tagħna huma aktar minn qatt qabel kwistjoni ta’ responsabbiltà komuni. Ittieħdu passi biex iż-Żona Schengen ta’ moviment ħieles tal-persuni terġa' titpoġġa fuq it-triq lura għan-normalità. F’inqas minn sena l-UE bniet sistema permanenti biex tiżgura d-difiża tal-fruntieri u tipprevjeni u tindirizza dgħufijiet fil-kontrolli fuq persuni li jidħlu fl-UE permezz ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta operattiva.

Il-kapaċità permanenti biex tiġi ġestita l-migrazzjoni b’mod kredibbli u sostenibbli tirrikjedi firxa sħiħa ta’ strumenti ta’ migrazzjoni li jkunu f’posthom. Il-pedamenti kollha meħtieġa issa jinsabu fuq il-mejda tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Adozzjoni rapida ta' proposti ewlenin, bħar-riforma tar-regoli ta' Dublin għas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil 40 , it-trasformazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil f'Aġenzija tal-UE għall-Asil kompluta 41 , it-tisħiħ tal-Eurodac 42 , il-qafas ġdid ta' risistemazzjoni 43 , kif ukoll miżura għal migrazzjoni legali ġestita kif jixraq 44 , hija essenzjali sabiex tipprovdi l-approċċ komprensiv u koerenti li l-Unjoni Ewropea teħtieġ sabiex tindirizza l-isfida tal-migrazzjoni.

Billi tibni fuq l-ewwel riżultati tal-Qafas ta’ Sħubija riċenti ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 45 , il-ħidma jeħtieġ li titmexxa ‘l quddiem mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex b’hekk il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni jkunu fil-qalba u kundizzjoni għall-kwalità ta’ relazzjonijiet mas-sħab ewlenin kollha mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu. Il-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu bdew jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni aktar profonda dwar il-prevenzjoni ta’ migrazzjoni irregolari u r-ritorn. Neħtieġu wkoll li nistabbilixxu mezzi legali effettivi fl-Unjoni, kemm jekk permezz tal-migrazzjoni legali jew risistemazzjoni.

Is-sena d-dieħla se naraw fiex wasalna fid-diversi linji ta’ ħidma taħt l-Istrateġija, sabiex nipprovdu analiżi komprensiva tal-progress li sar lejn ġestjoni tal-migrazzjoni aktar effettiva u sostenibbli, u se nidentifikaw fejn aktar sforzi huma meħtieġa.

9.     Attur Globali Aktar b’Saħħtu

Ewropa li tipproteġi tiddefendi wkoll l-interessi tagħna lil hinn mill-fruntieri tagħna. L-Ewropa hi setgħa ta' persważjoni ta’ importanza globali. Permezz tal-Istrateġija Globali u l-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata, l-UE se tkompli tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tappoġġa lis-sħab tagħha billi fl-istabbilizzazzjoni ekonomika u politika, ir-riformi u l-bini tar-reżiljenza. Il-Kummissjoni se tkompli toħloq stabbiltà u prosperità konġunta mal-pajjiżi kandidati permezz tal-politika tagħha ta’ tkabbir.

Madankollu, is-setgħa ta’ persważjoni mhix biżżejjed f’dinja kunflittwali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tippreżenta aktar tard din is-sena Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża li se jesplora kif politiki u strumenti tal-UE jistgħu jiżguraw li l-bażi industrijali u tal-ħiliet tkun tista' tipprovdi l-kapaċitajiet tad-difiża identifikati fid-dawl tal-isfidi attwali u futuri tas-sigurtà. Wara dan, il-Kummissjoni se tipproponi l-ħolqien ta’ Fond ta’ Difiża Ewropea sabiex tippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea u tistimula aktar l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet essenzjali ta’ difiża. Barra minn hekk, aktar miżuri se jkunu proposti fil-qasam tal-akkwist pubbliku tad-difiża.

Il-proposta pendenti tal-Kummissjoni biex jiġi emendat l-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi għandha l-għan li tindirizza nuqqasijiet fil-kapaċità tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġa lil pajjiżi sħab biex jipprevjenu u jiġġestixxu l-kriżijiet waħedhom, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet b’appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp. Minħabba t-theddidiet immedjati għall-istabbiltà u l-paċi u għalhekk għall-iżvilupp f’għadd ta’ pajjiżi sħab ewlenin, huwa importanti li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw din il-proposta malajr.

L-Unjoni Ewropea se tkompli tagħmel ħilitha biex issolvi l-kunflitti u l-kriżijiet li għaddejjin fil-viċinat tagħha u lil hinn, u tikkontribwixxi għall-isforzi attwali tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ atturi internazzjonali oħra f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se jadottaw Strateġija tal-UE għas-Sirja li se tistabbilixxi kif l-Ewropa tista’ tkompli tagħti appoġġ umanitarju u tikkontribwixxi għal tranżizzjoni politika, stabilizzazzjoni u rikostruzzjoni bil-ħsieb għall-bini mill-ġdid ta’ nazzjon paċifiku Sirjan u soċjetà ċivili tolleranti u pluralistika fis-Sirja.

L-Afrika se tibqa’ wieħed mis-sħab strateġiċi ewlenin tal-UE, u l-kriżi tar-refuġjati riċenti għal darb’oħra ssottolinjat l-importanza ta’ investiment f'relazzjonijiet sostenibbli u sodi mal-pajjiżi Afrikani, immexxijjin minn spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża. Il-Qafas ta’ Sħubija u l-fondi speċifiċi mogħtija mill-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika u l-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew ġdid (European External Investment Plan, EIP) 46  jirriflettu l-impenn tagħna li naħdmu id f’id mas-sħab tagħna Afrikani u li niffaċċjaw b’mod konġunt l-isfidi globali tagħna. Fid-dawl tal-Ħames Samit UE-Afrika li se jsir fi tmiem l-2017, aħna se nipproponu approċċ ġdid li jinħtieġ li jiddefinixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha mal-Afrika. Dan se jikkontribwixxi wkoll għall-pilastru Afrikan tal-qafas ta' wara Cotonou, li l-Kummissjoni se tippreżenta dalwaqt, u jinħtieġ ukoll li jenfasizza l-importanza kruċjali fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħna ma’ sħab Afrikani.

Kif tħabbar diġà, il-Kummissjoni se tipproponi wkoll tiġdid tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, li jallinja l-politika tal-iżvilupp tagħna mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, u jiżgura li din tilgħab il-parti sħiħa tagħha fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

10. Unjoni ta’ Tibdil Demokratiku

Ewropa li tieħu responsabbiltà, tisma’ u tagħti riżultati. Il-kisba ta’ Unjoni ta’ tibdil demokratiku – l-aktar globali mill-għaxar prijoritajiet li din il-Kummissjoni stipulat għaliha nnifisha – qatt ma kienet daqshekk urġenti. F’dan il-mument kritiku, il-futur tal-Unjoni se jiddependi fuq li nagħtu assigurazzjoni liċ-ċittadini Ewropej li flimkien aħna kapaċi nipproteġuhom, nagħtuhom is-setgħa u niddefenduhom, u ngħinu fil-bini ta’ perspettiva pożittiva u sostenibbli għall-futur tagħhom.

Ir-regolamentazzjoni aħjar, l-akkontabilità u t-trasparenza jibqgħu fil-qalba tal-mudell tan-negozju ta’ din il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jeħtieġu japplikaw dawn il-prinċipji b’mod konsistenti u impenjat jekk irridu nerġgħu niksbu l-fiduċja taċ-ċittadini tagħna. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex tiżgura li l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jiġi implimentat bis-sħiħ u applikat, u se timpenja ruħha f’negozjati kostruttivi maż-żewġ istituzzjonijiet dwar il-proposta riċenti tagħna għal Reġistru ta’ Trasparenza obbligatorju li jkopri l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll emendi għall-Ftehim Qafas mal-Parlament Ewropew sabiex jiżguraw li l-Membri tal-Kummissjoni jistgħu joħorġu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni biex tallinja atti eżistenti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar atti delegati u ta’ implimentazzjoni, u b’hekk telimina l-proċedura regolatorja bi skrutinju. Aħna se nivvalutaw ukoll il-leġittimità demokratika ta’ proċeduri eżistenti għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni u tikkunsidra għażliet għat-tibdil ta' proċeduri eżistenti għall-adozzjoni ta’ ċerti atti sekondarji.

Sabiex tiżgura li l-istrumenti legali tal-UE jkollhom l-effett mixtieq, il-Kummissjoni biħsiebha tintensifika l-isforzi tagħha dwar l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE. Dan jinkludi l-pakkett ta’ miżuri għal infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku, u fil-qasam ambjentali, proposta REFIT sabiex tissimplifika r-rappurtar ambjentali b’segwitu tal-Kontroll ta' Idoneità riċenti, u miżuri sabiex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja u tappoġġa l-assigurazzjoni ta' konformità ambjentali fl-Istati Membri.

III.    L-aċċellerazzjoni tar-riżultati mill-10 prijoritajiet mit-tliet istituzzjonijiet

L-aġenda tagħna, varata mid-diskors tal-President dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016 47 , ma tirriflettix biss dak li smajna li ċ-ċittadini jistennew li l-UE tagħmel, u d-djalogu tagħna mal-Membri eletti direttament tal-Parlament Ewropew 48 u l-Kunsill fejn huma rrappreżentati l-gvernijiet nazzjonali kollha 49 , kif ukoll il-fehmiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 50 u l-Kumitat tar-Reġjuni 51 , iżda hija wkoll allinjata kompletament mal-prijoritajiet identifikati mis-27 Kap ta' Stat jew Gvern f'Bratislava 52 .

L-enfasi ta’ din il-Kummissjoni matul is-sena li ġejja tinsab direttament fuq ir-riżultati, iżda ma nistgħux naslu waħedna. Id-djalogu kostruttiv tagħna mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill qabel il-preżentazzjoni ta’ dan il-Programm ta’ Ħidma żviluppa fehim komuni tal-prijoritajiet tal-ġejjieni, skont il-Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 53 . Il-Kummissjoni tqis dan il-Ftehim bħala impenn konġunt sabiex l-enfasi tkun fuq affarijiet kbar u urġenti, filwaqt li jsir sforz għal liġijiet proporzjonati u prevedibbli, sempliċi u bbażati fuq l-evidenza li jiksbu l-akbar benefiċċji għaċ-ċittadini u n-negozji.

Għaldaqstant, aħna ninsabu ħerqana li naħdmu fil-ġimgħat li ġejjin mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill sabiex jintlaħaq ftehim bejn it-tliet Presidenti dwar Dikjarazzjoni Konġunta li se tistipula l-objettivi u prijoritajiet ġenerali għas-sena 2017 u tidentifika l-proposti li jistħoqqilhom trattament prijoritarju fil-proċess leġiżlattiv. Dan huwa impenn ġdid konġunt skont il-Ftehim Interistituzzjonali 54 . Dan il-Programm ta’ Ħidma jipprovdi bażi għal din ir-riflessjoni komuni u jenfasizza l-proposti pendenti 55 li l-Kummissjoni tqis li huwa importanti ħafna li jiġu avvanzati malajr, li tippermetti lill-Unjoni ssarraf il-proposti f’azzjoni u jagħtu riżultati fejn huma l-aktar meħtieġa.

(1)

Anness I.

(2)

Anness II.

(3)

 Bl-eċċezzjoni ta’ dikjarazzjoni standard tal-VAT, li fuqha proposta preċedenti tal-Kummissjoni kellha tiġi rtirata din is-sena minħabba nuqqas ta’ appoġġ min-naħa tal-Kunsill fil-proċedura leġiżlattiva. Eżempji ta’ segwitu tal-Kummissjoni fil-Programm ta’ Ħidma ta’ din is-sena jinkludu: il-proposti għall-emenda tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-privatezza elettronika u l-VAT (ara l-Anness I), u l-proposta għal att ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva tal-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) (ara l-Anness II).

(4)

Anness V.

(5)

 Anness IV.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25.11.2014 dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni impjegati għal rashom (C(2014) 9051 final) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25.11.2014 dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni impjegati għal rashom (C(2014) 9048 final).

(7)

COM(2016) 627 final.

(8)

http://ec.europa.eu/priorities/publications/president-junckers-political-guidelines_mt

(9)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tiffoka x-xogħol tagħha ta’ komunikazzjoni fl-2017 fuq il-prijoritajiet tal-Kummissjoni, abbażi tal-azzjoni tal-komunikazzjoni korporattiva fl-2017-18 skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-2014-2020 (C(2016) 6838 tas-25.10.2016).

(10)

COM(2016) 646 final.

(11)

Biex inkomplu nappoġġaw l-implimentazzjoni fil-prattika, aħna riċentement ipproponejna li nżidu l-finanzjament eżistenti għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ b’ammont addizzjonali ta’ EUR 2 biljun għall-2017-2020.

(12)

Kif imsemmi hawn fuq, f’sena biss, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ġie attivat f'27 Stat Membru u wassal għal EUR 138 biljun f’investimenti, inkluż finanzjament ġdid għal kważi 300 000 intrapriża żgħira u ta’ daqs medju.

(13)

COM(2016) 581 final.

(14)

COM(2016) 603 final.

(15)

COM(2015) 634 final, COM(2015) 635/2 final.

(16)

COM(2016) 593 final, COM(2016) 594 final, COM(2016) 595 final, COM(2016) 596 final.

(17)

COM(2016) 289 final.

(18)

COM(2015) 627 final.

(19)

COM(2016) 285 final.

(20)

COM(2016) 287 final.

(21)

COM(2016) 590 final, COM(2016) 591final.

(22)

COM(2016) 43 final.

(23)

COM(2016) 589 final.

(24)

COM(2016) 52 final u COM(2016) 53 final/2.

(25)

COM(2015) 337 final/2.

(26)

COM(2016) 482 final/2.

(27)

COM(2016) 479 final.

(28)

COM(2016) 683 u COM(2016) 685.

(29)

COM(2016) 686 u COM(2016) 687.

(30)

COM(2015) 603 final.

(31)

COM(2015) 586 final/2.

(32)

COM(2015) 472 final/2.

(33)

COM(2015) 583 final.

(34)

COM(2013) 192 final.

(35)

Il-Konklużjoni tal-Kunsill Ewropew – Brussell, 20-21/10/2016, punt 14: "…Hu jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex tkompli n-negozjati mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabiex tkun kapaċi tippreżenta ftehim ta' kummerċ ħieles ambizzjuż, ibbilanċjat u komprensiv".

(36)

COM(2016) 194 final u COM(2016) 196 final.

(37)

COM(2015) 670 final.

(38)

L-ewwel rapport tal-Kummissjoni ta’ progress lejn Unjoni ta' Sigurtà reali u effettiva ġie adottat fit-12 ta’ Ottubru 2016 – COM(2016) 670 final.

(39)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ĠU L 119 tal-4.5.2016.

(40)

COM(2016) 270 final/2.

(41)

COM(2016) 271 final.

(42)

COM(2016) 272 final/2.

(43)

COM(2016) 468 final.

(44)

COM(2016) 378 final.

(45)

COM(2016) 385 final.

(46)

 COM(2016) 581 final.

(47)

  http://ec.europa.eu/priorities/state-union-2016_mt . Ara wkoll l-Ittra ta’ Intenzjoni ffirmata mill-President u mill-Ewwel Viċi President u indirizzata lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Abbażi ta’ dan, l-Ewwel Viċi President iddiskuta mal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali fl-20 ta’ Settembru u l-Kummissjoni ltaqgħet mal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitat fit-3 u l-4 ta’ Ottubru.

(48)

  http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2016-0312+0+DOC+XML+V0//MT

(49)

L-ittra tal-4 ta’ Ottubru mill-President tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali lill-President u l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni

(50)

  http://www.eesc.europa.eu/resources/docs/eesc_contribution-to-ec--2017-workprogramme_en.pdf

(51)

  https://toad.cor.europa.eu/corwipdetail.aspx?folderpath=RESOL-VI%2f010&id=24254  

(52)

  http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/09/16-bratislava-declaration-and-roadmap/

(53)

  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=OJ:L:2016:123:FULL

(54)

Il-punt 7 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

(55)

 Anness III.

Top

Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 710 final

ANNESS

għall-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI


Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017

It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

{SWD(2016) 400 final}


L-Anness I: Inizjattivi ġodda

Nru

Isem

Deskrizzjoni 1  

Spinta ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment

1.

Inizjattivi taż-Żgħażagħ

L-inizjattiva tinkludi proposta għall-ħolqien ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (leġiżlattiv/mhux leġiżlattiv) u miżuri ta’ prijorità biex jiġu implimentati l-aspetti marbutin maż-żgħażagħ tal-Aġenda għall-Ħiliet, inkluż qafas ta' kwalità għall-apprendistati u proposta dwar mobilità akbar għall-apprendisti (leġiżlattiva); il-modernizzazzjoni tal-iskejjel u l-edukazzjoni għolja (mhux leġiżlattiva; Q2/2017); kif ukoll proposta għal titjib tas-segwitu tal-eżiti għall-gradwati, iżda wkoll dawk iż-żgħażagħ li jkunu segwew edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (mhux leġiżlattiva; Q2/2017).

2.

L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari

Dan jinkludi strateġija dwar l-użu, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-plastik (mhux leġiżlattiva; Q4/2017); miżuri dwar l-ilma: proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalità minimi għal ilma li jerġa' jintuża (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 192 TFUE; Q2/2017); reviżjoni REFIT tad-Direttiva dwar l-Ilma għax-Xorb (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 192(1) TFUE; Q4/2017); inizjattiva biex jiġu indirizzati ostakoli legali, tekniċi jew prattiċi fl-interfaċċja ta’ leġiżlazzjoni dwar kimiċi, prodotti u skart (mhux leġiżlattiva; Q4/2017); u qafas ta’ monitoraġġ għall-ekonomija ċirkolari (mhux leġiżlattiva; Q3/2017).

3.

Qafas finanzjarju wara l-2020

Proposta komprensiva għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, inkluż dwar ir-riżorsi proprji (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva; Art. 312 TFUE).

Suq Uniku Diġitali Konness

4.

Implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali

Rieżami ta' nofs it-term tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali

Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li jkollha Politika dwar it-Tibdil tal-Klima li Tħares lejn il-Futur

5.

Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija: vjaġġar u mobilità b’livell baxx ta’ emissjonijiet

reviżjonijiet REFIT ta’ diversi biċċiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni emfasizzati fil-pjan ta’ azzjoni għall-mobilità b’emissjonijiet baxxi: strateġiji għal wara l-2020 dwar karozzi/vannijiet u dwar trakkijiet, xarabanks u kowċijiet (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q2/2017); id-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 192 TFUE; Q2/2017); u l-Eurovignette u d-Direttivi dwar is-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet (EETS) (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 91 TFUE; Q2/2017). Din l-inizjattiva tinkludi l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali dwar l-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru (ICAO) (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 192 TFUE; Q1/2017) .

Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b'Bażi Industrijali Msaħħa

6.

Implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali

Ir-riżultati ser jinkludu reviżjoni REFIT tal-leġiżlazzjoni dwar oġġetti (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 43/114/207 TFUE; Q2/2017), inizjattiva dwar il-liġi tal-kumpaniji biex jeħfief l-użu tat-teknoloġiji diġitali tul il-fażijiet kollha ta’ kumpanija u għaqdiet u diviżjonijiet transfruntiera (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q3–4/2017), inizjattiva dwar valutazzjonijiet kkoordinati tat-teknoloġija tas-saħħa (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q4/2017), u miżuri għal infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku f'pakkett usa' ta’ infurzar, inklużi proposti għal Portal Diġitali Uniku (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 114 TFUE; Q1/2017) u għal Għodda ta’ Informazzjoni għal Suq Uniku (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q1/2017), l-aġġornament ta’ SOLVIT (mhux leġiżlattiva; Q1/2017) u l-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex ikunu infurzaturi iktar effettivi (leġiżlattiva/ mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q2/2017). 

7.

Tassazzjoni iktar ġusta tal-kumpaniji

L-inizjattiva tinkludi l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT permezz ta' proposti REFIT għal sistema definittiva tal-VAT u dwar ir-rati tal-VAT (leġiżlattivi, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 113 TFUE; Q3/2017), kooperazzjoni amministrattiva aħjar u pakkett ta’ simplifikazzjoni biex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 113 TFUE; Q4/2017); proposta għal lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li ma jirrispettawx l-istandards tal-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa (mhux leġiżlattiva; Q3/2017); u l-implimentazzjoni fil-liġi tal-UE tal-ftehim internazzjonali dwar l-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS) (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q2/2017).

8.

Implimentazzjoni tal-Istrateġija Spazjali Ewropea

Proposti leġiżlattivi dwar servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satellita governattivi (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 189 TFUE; Q4/2017) u miżuri biex jiffaċilitaw l-adozzjoni mis-suq tas-servizzi u d-dejta spazjali (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva).

9.

Implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar Unjoni tas-Swieq Kapitali

Rieżami ta' nofs it-term (mhux leġiżlattiva; Q2/2017) se jieħu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u se jidentifika miżuri addizzjonali potenzjali meħtieġa biex jittejjeb il-finanzjament tal-ekonomija. Miżuri ġodda se jinkludu qafas għal prodott ta' pensjoni personali tal-UE (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 114 TFUE; Q2/2017); reviżjoni REFIT tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR) (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 114 TFUE; Q1/2017); Pjan ta’ Azzjoni dwar is-servizzi finanzjarji bl-imnut (mhux leġiżlattiva; Q1/2017); u leġiżlazzjoni delegata addizzjonali sabiex tiffaċilita l-finanzjament tal-korporattivi tal-infrastruttura minn investituri istituzzjonali (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q4/2016).

Unjoni Ekonomika u Monetarja Aktar Profonda u Aktar Ġusta

10.

Unjoni b’saħħitha mibnija fuq UEM b’saħħitha

Il-White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa (mhux leġiżlattiva; Q1/2017) li tistabbilixxi l-passi dwar kif għandha tiġi rriformata UE ta’ 27 Stat Membru 60 sena wara t-Trattati ta’ Ruma se tinkludi wkoll il-futur tal-UEM biex tiġi ppreparata t-tieni fażi ta' approfondiment tal-EMU fil-kuntest politiku u demokratiku ġdid (inkluż rieżami orjentat lejn l-istabbiltà tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u s-segwitu għall-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-UEM (li tinkorpora s-sustanza ta' dan it-trattat fil-qafas legali tal-UE). L-inizjattiva se tinkludi wkoll rieżami tas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) sabiex isaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza ta’ superviżjoni kemm fil-livell prudenzjali makro kif ukoll fil-livell mikro.

11.

Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Wara l-konsultazzjoni pubblika, l-inizjattiva se tistipula l-proposta tagħha għal Pilastru tad-Drittijiet Soċjali (Q1/2017) u se tippreżenta inizjattivi relatati, bħalma huma inizjattivi sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja li qed jaffaċċjaw il-familji tal-ħaddiema (mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 153/157 TFUE), dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 153/292), u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol (mhux leġiżlattiva), kif ukoll rieżami REFIT tad-Direttiva tad-Dikjarazzjoni bil-Miktub li tistabbilixxi l-obbligu tal-impjegatur li jinforma lill-impjegati bil-kundizzjoni applikabbli fil-kuntratt jew fir-relazzjoni ta' impjieg (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art 153.1(b)/154 TFUE).

Kummerċ: Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Raġonevoli u Bbilanċjat mal-Istati Uniti

12.

Implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali

Waqt li jkunu qed isiru u jitlestew negozjati bilaterali (pereżempju mal-Ġappun) u jkunu qed jinfetħu negozjati mal-Awstralja (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q1/2017), iċ-Ċilì (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q2/2017) u n-New Zealand (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q1/2017) għal ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, din l-inizjattiva tinkludi tisħiħ ulterjuri tal-Istrumenti ta’ Difiża Kummerċjali tal-UE ma’ proposta sabiex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni antidumping tal-UE (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q4/2016), f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2016.

Żona ta’ Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali Bbażata fuq il-Fiduċja Reċiproka

13.

Pakkett dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

Dan il-pakkett (Q1/2017) se jinkludi allinjament tar-regoli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali meta din tiġi pproċessata minn Istituzzjonijiet tal-UE mar-regoli ġenerali l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-dejta (leġiżlattiva; Art. 16 TFEU), reviżjoni REFIT tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 114/16 TFUE) kif ukoll qafas għal deċiżjonijiet ta’ adegwatezza dwar l-iskambju ta’ dejta personali ma’ pajjiżi terzi.

14.

Progress lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina

L-implimentazzjoni tal-aġenda tal-Unjoni ta' Sigurtà u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-finanzjament tat-terroriżmu, bi proposti biex jiġu armonizzati reati u sanzjonijiet ta’ ħasil tal-flus (leġiżlattiva; Art. 83 TFUE; Q4/2016), biex isaħħu r-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ konfiska tal-assi kriminali (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 82 TFUE; Q4/2016) u biex jindirizzaw movimenti ta’ flus illeċiti (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 33/114 TFUE; Q4/2016) u kummerċ illeċitu f'oġġetti kulturali (leġiżlattiva, inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 207 TFUE; Q4/2016). Din l-inizjattiva tinkludi wkoll proposta għal Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (leġiżlattiva; Art. 77(2)(b) u (d)a TFUE; Q4/2016) kif ukoll issegwi l-ħidma tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-sistemi tal-informazzjoni u l-interoperabbiltà. 

Lejn Politika Ġdida dwar il-Migrazzjoni

15.

Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà

Rieżami ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li tikkonsolida u tieħu kont orizzontali ta' linji differenti ta’ ħidma, inkluża l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ sħubija ġdid dwar il-migrazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Attur Globali Aktar b’Saħħtu

16.

Implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża

Li jinkludi proposta għal Fond tad-Difiża Ewropew u miżuri biex itejbu l-użu u l-effikaċja tar-regoli tal-akkwist pubbliċi (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva).

17.

Implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE

Li tinkludi b’mod partikolari sforzi favur ir-reżiljenza statali, ekonomika, ambjentali/klimatika u soċjali f'pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi ġirien tal-UE u fir-reġjuni aktar wiesgħa tal-madwar (mhux leġiżlattiva).

18.

Strateġija tal-UE dwar is-Sirja

L-istrateġija se tistipula kif l-UE tista’ tgħin jerġa’ jinbena nazzjon paċifiku u stabbli Sirjan u soċjetà ċivili pluralistika u tolleranti fis-Sirja (mhux leġiżlattiva; Q1/2017).

19.

Sħubija UE - Afrika: imbuttatura ġdida

L-inizjattiva se tiddefinixxi l-objettivi u l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha mal-Afrika (mhux leġiżlattiva; Q2/2017). 

Unjoni ta’ Tibdil Demokratiku

20.

Modernizzazzjoni tal-Proċeduri ta' Komitoloġija.

Proposti biex jiġu allinjati r-regoli tal-leġiżlazzjoni sekondarja mar-regoli tat-Trattat aġġornati (leġiżlattiva; Q1/2017); u valutazzjoni tal-leġittimità demokratika ta’ proċeduri eżistenti għall-adozzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni (mhux leġiżlattivi; Q1/2017).

21.

Approċċ aktar strateġiku għall-infurzar tal-liġi tal-UE

Miżuri biex jiżdiedu l-isforzi fuq l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE (mhux leġiżlattiva; Q4/2016), f’konformità mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni; proposti konkreti biex tiżgura infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku (ara l-punt 6 iktar 'il fuq) kif ukoll l-inizzjattivi REFIT biex ikunu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tar-regolamentazzjoni ambjentali, inkluża l-konformità ambjentali (mhux leġiżlattiva; Q3/2017), l-aċċess għall-ġustizzja (mhux leġiżlattiva; Q1/2017) u l-monitoraġġ, it-trasparenza u r-rapportar (leġiżlattiva/mhux leġiżlattiva; Q2/2017).

(1)

F’dan l-Anness il-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni, sakemm hija disponibbli, fuq l-inizjattivi inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Din l-informazzjoni li hija pprovduta f’parentesi taħt id-deskrizzjoni ta’ kull inizjattiva, hija biss indikattiva u soġġetta għal tibdil matul il-proċess ta’ tħejjija, b’mod partikolari fid-dawl tal-eżitu ta’ proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Top

Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 710 final

ANNESS

għall-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI


Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017

It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

{SWD(2016) 400 final}


Anness II: Inizjattivi REFIT 1

Nru

Isem

Deskrizzjoni 2

Spinta ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment 

1.

Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (STEE)

Att ta’ implimentazzjoni dwar format standard u l-frekwenza tar-rappurtar (id-Direttiva 2012/19/UE; L-Artikolu 16(3); Q4/2017). Segwitu għal Pjattaforma ta' Opinjoni REFIT.

Suq Uniku Diġitali Konness

2.

ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni)

Reviżjoni tar-Regolament 526/2013 (ir-Regolament tal-ENISA) li jistabbilixxi l-mandat, l-għanijiet u l-kompiti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni. (inkluża valutazzjoni tal-impatt, Q4/2017)

3.

Ir-Regolament ta’ Isem ta’ Dominju

Reviżjoni tar-Regolament KE 733/2002 li jistabbilixxi d-dominju tal-ogħla livell (TLD) “.eu” u r-Regolament KE 874/2004 li jistabbilixxi r-regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tat-TLD .eu (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 173 TFUE; Q3/2017). Matul l-aħħar għaxar snin, is-suq tat-TLD għadda minn tibdiliet sinifikanti li jipprovdu kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet strateġiċi għat-TLD .eu.

Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li jkollha Politika dwar it-Tibdil tal-Klima li Tħares lejn il-Futur 

4.

Trasport Ikkombinat

Reviżjoni tad-Direttiva 92/106/KEE dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri bl-għan li titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja u tiġi żgurata aktar promozzjoni tat-trasport intermodali fl-UE (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q4/2017). Din ir-reviżjoni ssegwi fuq evalwazzjoni konkluża fl-2016.

Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b'Bażi Industrijali Msaħħa

5.

Ir-Regolament Għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) 2015

Reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 651/2014 li jintroduċi dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni għal portijiet u ajruporti fir-Regolament tal-Kummissjoni li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Ir-Regolament tal-Kunsill 2015/1589; Q1/2017).

6.

Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa

Reviżjoni tad-Direttiva 2008/118/KE biex jiġu allinjati u tiġi żgurata koerenza bejn il-leġiżlazzjoni tad-dwana u tas-sisa, titjieb iċ-ċertezza tad-dritt u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 113 TFUE; Q4/2017).

7.

Reviżjoni tal-istrutturi tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

Reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE dwar l-istrutturi tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 113 TFUE; Q4/2017).

8.

Taħriġ, Kwalifiki u Liċenzjar fit-Trasport tat-Triq

Reviżjoni tad-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 91 TFUE; Q4/2016). Segwitu għal evalwazzjoni li tlestiet f’Lulju 2016.

9.

Funzjonament aħjar tas-suq għal trasport b’xarabank u b’kowċ

Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 sabiex titjieb tal-kompetizzjoni fis-swieq domestiċi tal-kowċ, jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għat-terminals u infrastruttura oħra (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 91 TFUE; Q4/2017). Din ir-reviżjoni ssegwi fuq evalwazzjoni konkluża fl-2016.

10.

L-aċċess għas-suq tal-UE tat-trasport tal-merkanziji bit-triq

Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 sabiex tissimplifika, tħaffef l-implimentazzjoni u ssaħħaħ il-kundizzjonijiet ekwi (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 91 TFUE; Q2/2017). Din ir-reviżjoni ssegwi fuq evalwazzjoni konkluża fl-2016.

11.

Tisħiħ tal-leġiżlazzjoni soċjali fit-trasport bit-triq

Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE u d-Direttiva 2006/22/KE sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ġenwini għall-industrija tat-trasport bit-triq u kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Q2/2017).Din ir-reviżjoni ssegwi fuq evalwazzjoni konkluża fl-2016.

12.

Kodiċi ta’ Inġenji Żgħar

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill sabiex tiffaċilita u tissimplifika l-bini u l-kummerċ transkonfinali ta’ bastimenti tal-passiġġieri żgħar kif ukoll ir-reġistrazzjoni tagħhom (Art. 100(2) TFUE; Q4/2017). Segwitu tal-Kontroll tal-Idoneità REFIT fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri.

13.

Kiri ta’ Vetturi

Reviżjoni tad-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq sabiex tiġi ottimizzata l-allokazzjoni tar-riżorsi, tiżdied il-flessibbiltà fl-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ trasport tal-merkanzija u b'hekk il-produttività tal-kumpaniji (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 91 TFUE; Q2/2017). Din ir-reviżjoni ssegwi fuq evalwazzjoni konkluża fl-2016.

14.

Sikurezza tal-infrastruttura tat-toroq u l-mini

Reviżjoni tad-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq u d-Direttiva 2004/54/KE dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq sabiex titjieb is-sikurezza tat-toroq, prattiki dwar il-ġestjoni tas-sikurezza tal-infrastruttura tal-mini f'toroq TEN-T, ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tal-ġestjoni tas-sikurezza u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. Segwitu għal żewġ evalwazzjonijiet li tlestew fl-2015 (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 91 TFUE; Q4/2017).

Unjoni Ekonomika u Monetarja Aktar Profonda u Aktar Ġusta

15.

Ħlasijiet transkonfinali

Reviżjoni leġiżlattiva tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 dwar il-ħlas transkonfinali sabiex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għall-muniti kollha barra l-Euro, jitjieb l-iżvelar u jonqsu l-ħlasijiet fi tranżazzjonijiet transkonfinali b’mod partikolari għal u minn Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro (Art. 114 TFUE; Q4/2017).

Żona ta’ Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali Bbażata fuq il-Fiduċja Reċiproka 

16.

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen:

Reviżjoni tar-Regolament 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Art. 77 (2) (b) u (d), 82 u 87 tat-TFUE; Q4/2016). L-inizjattiva tirrappreżenta segwitu għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SIS II, kif meħtieġ mill-bażijiet ġuridiċi (ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI; segwitu għal evalwazzjoni tal-2016.

17.

Liġi tal-Konsumatur

Reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, id-Direttiva 98/6/KE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi, id-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u d-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, id-Direttiva 2009/22/KE dwar inġunzjonijiet għall-ħarsien ta’ interessi ta’ konsumaturi u d-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur. (inkluża valutazzjoni tal-impatt, Q4 2017) Ir-reviżjoni ssegwi fuq Kontroll tal-Idoneità u evalwazzjoni.

Lejn Politika Ġdida dwar il-Migrazzjoni

18.

Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

Proposta biex jiġi emendat ir-Regolament 767/2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir u r-Regolament 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (inkluża valutazzjoni tal-impatt; Art. 77(2) (a) u (b) u 87 TFUE). Segwitu għal evalwazzjoni tal-2016.

(1)

Dan l-anness jelenka l-inizjattivi leġiżlattivi skont REFIT maħsuba għall-adozzjoni fl-2017. Dan jikkomplementa l-punti elenkati b’inizjattivi ġodda fl-Anness I.

(2)

F’dan l-anness il-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni, sakemm hija disponibbli, dwar l-inizjattivi inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Din l-informazzjoni, li hija pprovduta f’parentesi taħt id-deskrizzjoni ta’ kull inizjattiva, hija biss indikattiva u soġġetta għal tibdil matul il-proċess ta’ tħejjija, b’mod partikolari fid-dawl tal-eżitu ta’ proċess ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Top

Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 710 final

ANNESS

għall-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI


Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017

It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

{SWD(2016) 400 final}


Anness III: Proposti pendenti prijoritarji

Nru

Entrata

Titolu Sħiħ

Referenza

Spinta ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment

1.

FEIS 2.0

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

COM/2016/0597 finali -

2016/0276 (COD)

14/9/016

2.

Il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

COM/2015/0593 finali - 2015/0272 (COD).

3.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma

COM/2015/0594 finali - 2015/0274 (COD)

4.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

COM/2015/0595 finali - 2015/0275 (COD)

5.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

COM/2015/0596 finali - 2015/0276 (COD)

6.

Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

COM/2016/0604 finali -

2016/0283 (APP)

14/9/016

7.

Regolament Finanzjarju/Omnibus

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2016)605 finali -
2016/0282 (COD)

14/09/2016

Suq Uniku Diġitali Konness

8.

Il-portabbiltà transfruntiera tas-servizzi ta' kontenut onlajn fis-suq intern

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern

COM/2015/0627 finali -

2015/0284 (COD)

09/12/2015

9.

Kuntratti Diġitali

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali

COM/2015/0634 finali -

2015/0287 (COD)

09/12/2015

10.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti

COM/2015/0635 finali/2 -

2015/0288 (COD)

20/06/2016

11.

Riforma tat-Telekomunikazzjonijiet

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni)

COM(2016)/0590 finali -

2016/0288 (COD)

14/09/2016

12.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

COM(2016)/0591 finali -

2016/0286 (COD)

14/09/2016

13.

Riforma tad-drittijiet tal-awtur

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali

COM(2016)/0593 finali -

2016/0280 (COD)

14/09/2016

14.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju

COM(2016)/0594 finali -

2016/0284 (COD)

14/09/2016

15.

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

COM(2016)/0596 finali -

2016/0278 (COD)

14/09/2016

16.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

COM(2016)/0595 finali -

2016/0279 (COD)

14/09/2016

17.

L-iskema tal-kupuni WiFi4EU għall-awtoritajiet lokali

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali

COM(2016)/0589 finali -

2016/0287 (COD)

14/09/2016

18.

Servizzi tal-midja awdjoviżiva

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu

COM/2016/0287 finali -

2016/0151 (COD)

25/05/2016

19.

Proposta biex jiġi evitat l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat,

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

COM/2016/0289 finali -

2016/0152 (COD)

25/05/2016

20.

L-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni

COM/2016/043 finali -

2016/027 (COD)

2/2/2016

Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li jkollha Politika dwar it-Tibdil tal-Klima li Tħares lejn il-Futur

21.

Skema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex ittejjeb it-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u investimenti b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju

COM/2015/0337 finali/2 - 2015/0148 (COD)

03/09/2015

22.

Deċiżjoni ta’ Kondiviżjoni tal-Isforzi

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

COM/2016/0482 finali/2 -

2016/0231 (COD)

20/07/2016

23.

Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar r-Regolament (UE) Nru 994/2010

COM/2016/052 finali -

2016/030 (COD)

16/02/2016

24.

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE

COM/2016/053 finali/2 -

2016/031 (COD)

02/06/2016

Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b'Bażi Industrijali Msaħħa

25.

Unjoni tas-Swieq Kapitali - Titolizzazzjoni

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012

COM/2015/0472 finali/2 -

2015/0226 (COD)

15/02/2016

26.

Unjoni tas-Swieq Kapitali - Prospett

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ

COM/2015/0583 finali -

2015/0268 (COD)

30/11/2015

27.

Stazzjonar tal-ħaddiema

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi

COM/2016/0128 finali –

2016/070 (COD)

08/03/2016

28.

L-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi

COM/2016/031 finali –

2016/014 (COD)

27/01/2016

Unjoni Ekonomika u Monetarja Aktar Profonda u Aktar Ġusta

29.

Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti

COM/2015/0586 finali/2 -

2015/0270 (COD)

08/06/2016

30.

Programm ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013

COM/2015/0701 finali - 2015/0263 (COD)

Il-kummerċ: Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Raġonevoli u Bbilanċjat mal-Istati Uniti

31.

Ratifika rapida tal-Ftehim Ekonomiku u

Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada fuq naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

COM/2016/0443 finali -

2016/0205 (NLE)

05/07/2016

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada min-naħa u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra

COM/2016/0444 finali -

2016/0206 (NLE)

05/07/2016

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada fuq naħa u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra

COM/2016/0470 finali -

2016/0220 (NLE)

05/07/2016

32.

Strumenti ta' Difiża Kummerċjali

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea

COM(2013)0192 -

2013/0103 (COD)

10/04/2013

Żona ta’ Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali bbażata fuq il-Fiduċja Reċiproka

33.

Prosekutur Pubbliku Ewropew

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

COM/2013/0534 finali -

2013/0255 (APP)

17/07/2013

34.

Id-Direttivi dwar l-Armi tan-Nar

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi

COM/2015/0750 finali - 2015/0269 (COD)

18/11/2015

35.

Id-Direttiva dwar it-Terroriżmu

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

COM/2015/0625 finali - 2015/0281 (COD)

02/12/2015

36.

Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS)

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

COM/2016/07 finali -

2016/02 (COD)

19/01/2016

37.

Sistema ta’ dħul/ħruġ (fruntieri intelliġenti)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul u Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata d-dejta ta' dħul u ħruġ u d-dejta taċ-ċaħda ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet għall-aċċess fl-EES għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011

COM/2016/0194 finali -

2016/0106 (COD)

06/04/2016

38.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ

COM/2016/0196 finali -

2016/0105 (COD)

06/04/2016

Lejn Politika Ġdida dwar il-Migrazzjoni

39.

Riforma tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni)

COM/2016/0270 finali/2 -

2016/0133 (COD)

04/05/2016

40.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li tħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

COM/2016/0271 finali -

2016/0131 (COD)

04/05/2016

41.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-[Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirrisjedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulazzjoni)

COM/2016/0272 finali/2 -

2016/0132 (COD)

04/05/2016

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

COM/2016/0465 finali/2 -

2016/0222 (COD)

15/09/2015

42.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul

COM/2016/0466 finali -

2016/0223 (COD)

13/07/2016

43.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE

COM/2016/0467 finali -

2016/0224 (COD)

13/07/2016

44.

Qafas ġdid ta' risistemazzjoni

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2016)/0468 finali -

2016/0225 (COD)

13/07/2016

45.

Mekkaniżmu ta’ Rilokazzjoni f’Każ ta’ Kriżi

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' rilokazzjoni f'każ ta' kriżi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida.

COM/2015/0450 finali -

2015/0208 (COD)

09/09/2015

46.

Lista ta’ Pajjiżi Sikuri

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini sikuri għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, u li temenda d-Direttiva 2013/32/UE

COM/2015/0452 finali -

2015/0211 (COD)

09/09/2015

47.

Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen /

Kontrolli tal-Fruntieri Esterni

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament Nru 562/2006 (KE) dwar it-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni abbażi ta’ bażijiet tad-dejta rilevanti

COM/2015/0670 finali -

2015/0307 (COD)

15/12/2015

Attur Globali Aktar b’Saħħtu

48.

Bini tal-kapaċità b’appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp f’pajjiżi terzi

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi

COM/2016/0447 finali/2 - 2016/0207 (COD)

5/7/2016

49.

Pjan ta' Investiment Estern

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

COM/2016/0586 finali - 2016/0281 (COD)

14/09/2016

50.

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

COM/2016/0583 finali -

2016/0275 (COD)

14/09/2016

51.

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni

COM/2016/0582 finali - 2016/0274 (COD)

14/09/2016

Top

Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 710 final

ANNESS

għall-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI


Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017

It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

{SWD(2016) 400 final}


Anness IV: Irtirar 1

Nru

COM/Referenza interistituzzjonali

Titlu

Ir-raġunijiet għall-irtirar

Agrikoltura u żvilupp rurali

1.

COM/2016/0159

2016/0086/COD

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistipula r-rata ta’ aġġustament prevista fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2016

Obsoleta: il-kwistjoni ġiet trattata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1153 tal-14 ta’ Lulju 2016.

Azzjoni Klimatika u tal-Enerġija

2.

COM/2014/0566

2014/0262/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li toħroġ direttivi lill-Kummissjoni għan-negozjar ta’ emendi għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (CNS) fil-qafas ta’ Konferenza Diplomatika

Obsoleta: il-proposta hija obsoleta peress li l-emendi ġew indirizzati fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar is-Sikurezza Nukleari.

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Tassazzjoni u Dwana

3.

COM/2011/0121

2011/0058/CNS

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)

B'segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar it-Tassazzjoni Korporattiva ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni qed tniedi mill-ġdid il-Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) b’approċċ ġdid fi stadji. Proposta leġiżlattiva għal bażi komuni obbligatorja għat-taxxa korporattiva ġiet adottata fil-25 ta’ Ottubru 2016. B’konformità mad-dikjarazzjoni li diġà saret fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016, il-proposta attwali ġiet irtirata b’mod parallel.

Politika dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà

4.

COM/2005/0397

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 66 tal-Ftehim Interim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (il-PLO) għall-benefiċċju ta’ l-Awtorità Palestinjana u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża, fuq in-naħa l-oħra

Obsoleta: L-aħħar dokument relevanti dwar il-kwistjoni hija d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-PLO li twaqqaf sitt sottokumitati (ĠU L 187, 17.07.2012, p. 64-72).

5.

JOIN/2015/0035

2015/0303/NLE

Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Ġiet sostitwita bi proposta għal ftehim imħallat, inkluża l-applikazzjoni proviżorja (JOIN (2016)45).

Saħħa u Sikurezza tal-Ikel

6.

COM/2014/0004

2014/0033/COD

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika

Obsoleta: Is-sustanza tad-Direttiva proposta ġiet inkorporata fir-Regolament (UE) Nru 2016/1012 li għadu kif ġie adottat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, il-kummerċ u d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer għat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66-143).

7.

COM/2007/0872

2008/0002/COD

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX [proċedura komuni]

Obsoleta: Il-konċiljazzjoni falliet fl-2011.

Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

8.

SEC(2010) 312 

Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill biex jawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE bil-ħsieb li tikkonkludi ftehimiet dwar l-installazzjoni ta’ stazzjonijiet fuq l-art Galileo.

Din ir-Rakkomandazzjoni tal-2010 ma kinitx aċċettata mill-Kunsill għax kienet magħżula triq 'il quddiem differenti: minflok jinnegozjaw it-twaqqif ta’ stazzjonijiet ta’ Galileo f’pajjiżi terzi – l-għan inizjali ta’ din il-proposta -, l-Istati Membri jippreferu li dawn jiġu skjerati fuq territorji tal-Istati Membri tal-UE.

Ġustizzja, Konsumaturi u Ugwaljanza bejn is-Sessi

9.

COM/2011/0126

2011/0059/CNS

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali

Obsoleta: Din il-proposta ġiet sostitwita bi proposta skont il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa (COM(2016)108)

10.

COM/2011/0127

2011/0060/CNS

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

Obsoleta: Din il-proposta ġiet sostitwita bi proposta skont il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa (COM(2016)107/108)

Migrazzjoni, Affarijiet Interni u Ċittadinanza

11.

COM/2013/0097

2013/0059/COD

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati

Il-proposta kienet diġà mmarkata f’lista ta’ proposti pendenti rtirati jew modifikati inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016. Kif indikat fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), COM(2016)194 finali, meta kienet qed tadotta l-EES proposta, il-Kummissjoni rtirat il-proposta li tistabbilixxi Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati (cf. PV(2016)2172 finali).

12.

COM/2013/0619

2013/0305/COD

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fuq sustanzi psikoattivi ġodda

Obsoleta: Xi elementi sabu rwieħhom fil-proposta l-ġdida għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 rigward l-iskambju ta’ informazzjoni, is-sistema ta’ twissija bikrija u l-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju dwar sustanzi psikoattivi ġodda (COM(2016)547); elementi oħra huma kopruti mill-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, fir-rigward tad-definizzjoni ta' droga (COM(2013)618).

13.

COM/2009/0703

2009/0190/NLE

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Dejta ta’ Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu

Obsoleta: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ġiet addottata abbażi ta' proposta oħra (COM(2010)316). Din il-proposta preċedenti tista’ għalhekk tiġi rtirata.

Kummerċ

14.

COM/2015/0390

2015/0170/NLE

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra

Obsoleta: Din il-proposta ġiet sostitwita bil-proposta COM(2016)649.

Trasport

15.

COM/2010/0263

2010/0141/NLE

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

Obsoleta: Wara negozjar mill-ġdid tal-ftehim, din il-proposta ġiet sostitwita bil-proposta COM(2013)423.

16.

COM/2010/0264

2010/0142/NLE

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

Obsoleta: Wara negozjar mill-ġdid tal-ftehim, din il-proposta ġiet sostitwita bil-proposta COM(2013)424.

17.

COM/2010/0803

2010/0388/NLE

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

Obsoleta: Fil-15 ta’ Ġunju 2014, ir-Renju tal-Arabja Sawdija informa lill-Kummissjoni li ma kienx biħsiebu jiffirma l-Ftehim. Din il-proposta tista’ għalhekk tiġi rtirata.

Kodifikazzjonijiet

18.

COM/2011/0120

2011/0053/COD

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll it-twaħħil tagħhom (Kodifikazzjoni)

Obsoleta peress li fiha referenza għal dispożizzjoni skaduta dwar il-komitoloġija.

19.

COM/2015/0157

2015/0082/COD

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan (kodifikazzjoni)

Obsoleta: L-att li għalih kienet proposta kodifikazzjoni skada (avviż ta’ skadenza - ĠU C 425 tat-18/12/2015).

(1)

Din il-lista tinkludi proposti leġiżlattivi pendenti li l-Kummissjoni biħsiebha tirtira fi żmien sitt xhur (sa April 2017). Tinkludi wkoll żewġ proposti diġà rtirati (cf. nru 3 u 11), li kienu diġà inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2016 u huma elenkati hawnhekk għal raġunijiet ta’ trasparenza.

Top

Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 710 final

ANNESS

għall-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI


Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2017

It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi

{SWD(2016) 400 final}


Anness V: Tħassir

Nru

Qasam ta' Politika

Titlu

Raġunijiet għat-tħassir

1.

Agrikultura

Azzjoni orizzontali li tissostitwixxi numru ta’ Regolamenti tal-Kummissjoni obsoleti fil-qasam tas-swieq agrikoli

L-għan ta’ din l-azzjoni huwa, minn naħa waħda, li jiġu adattati r-Regolamenti tal-Kummissjoni pre-Lisbona għar-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' prodotti agrikoli kif preskritti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u, min-naħa l-oħra, u sa fejn ikun possibbli, biex tissimplifika r-regoli eżistenti. Bħala riżultat, għadd ta’ Regolamenti tal-Kummissjoni fil-qasam tas-swieq agrikoli se jitħassru u jiġu sostitwiti b’atti delegati u ta’ implimentazzjoni ġodda.

2.

Impjieg

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2012/733 tas-26 ta’ Novembru 2012 li timplimenta r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l- istabbiliment mill-ġdid tal-EURES

Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 2016/589, kif stipulat fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

3.

Enerġija

Ir-Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea, li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96

Ir-Regolament ma jipprovdi l-ebda valur miżjud u jikkoinċidi b’mod sinifikanti ma’ atti legali oħra kif muri mill-Kontroll tal-Idoneità tar-Rappurtar, l-Ippjanar u l-Obbligi ta’ Monitoraġġ fl-Acquis tal-UE dwar l-Enerġija. Barra minn hekk, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tar-REFIT 2015 diġà identifikat ir-regolament bħala kandidat għal tħassir.

4.

Sikurezza tal-Ikel

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KEE) Nru 92/176 tat-2 ta' Marzu 1992 dwar mapep li għandhom jiġu pprovduti għall-użu tan-network Animo

Id-Deċiżjoni ġiet sostitwita mill-għodda elettronika ta' ġestjoni TRACES (Trade Control and Expert System) li tkopri r-rekwiżiti sanitarji kollha fuq kummerċ intrakomunitarju u l-importazzjoni ta’ annimali, semen u embrijuni, ikel, għalf u pjanti.

5.

Sikurezza tal-Ikel

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 2002/623 tal-24 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi noti ta’ gwida biex jissupplimentaw l-Anness II tad-Direttiva (KE) 2001/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 90/220

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 2002/623 tipprovdi gwida dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju Ambjentali (ERA) ta’ GMOs imsemmija fl-Anness II għad-Direttiva (KE) Nru 2001/18 dwar ir-rilaxx intenzjonat ta’ GMOs fl-ambjent. Fl-2017, il-Kummissjoni se tadotta Direttiva ġdida li se tintegra elementi ewlenin tal-linji gwida komprensivi tal-EFSA tal-2010 dwar l-ERA fl-Anness II għad-Direttiva (KE) Nru 2001/18 kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) Nru 2015/412. Bħala riżultat, id-Deċiżjoni (KE) Nru 2002/623 se ssir obsoleta. Għall-fini ta’ simplifikazzjoni għall-operaturi u l-awtoritajiet nazzjonali, huwa xieraq li titħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 2002/623 filwaqt li tiġi adottata d-Direttiva l-ġdida.

6.

Sikurezza tal-ikel

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) 2005/463 tal-21 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi grupp f’netwerk għall-iskambju u l-koordinazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-koeżistenza ta’ għelejjel immodifikati ġenetikament ma’ dawk konvenzjonali u dawk organiċi

Huwa propost li dan il-grupp ta’ esperti jiġi xolt, fid-dawl, b’mod partikolari, tar-regoli orizzontali riveduti tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni adottat f’Mejju 2016 u l-inattività ta’ dan il-grupp ta’ esperti f’dawn l-aħħar 5 snin.

7.

Is-Suq Intern

Id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 73/361 tad-19 ta’ Novembru 1973 dwar il-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu maċ-ċertifikazzjoni u l-immarkar ta’ ħbula tal-wajer, ktajjen u ganċijiet

L-att kif inhu llum ma għadux jinkludi regoli sostantivi li għadhom japplikaw, peress li uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu ġew imħassra mid-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 91/368 li temenda d-Direttiva tal-Makkinarju preċedenti (KEE) Nru 89/392, u oħrajn tħassru jew inbidlu bl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003. Id-dispożizzjonijiet li jifdal huma obsoleti u d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sikurezza ġew inklużi fid-Direttiva dwar il-Liftijiet (UE) Nru 2014/33.

8.

Is-Suq Intern

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 2009/767 tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva (KE) 2006/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

L-obbligi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fid-Deċiżjoni (KE) Nru 2009/767 issa huma koperti bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva (KE) Nru 1999/93, u mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1505 u (UE) Nru 2015/1506. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (KE) Nru 2009/767 saret obsoleta.

9.

Is-Suq Intern

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2011/130 tal-25 ta' Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta' dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

L-obbligi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fid-Deċiżjoni (UE) Nru 2011/130 issa huma koperti bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva (KE) Nru 1999/93, u mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1505 u (UE) Nru 2015/1506. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (KE) Nru 2011/130 saret obsoleta.

10.

Tassazzjoni u Dwana

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 tat-23 ta' Diċembru 1980 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw għal skopijiet tal-applikazzjoni ta' preferenzi tariffarji mogħtija mill-Komunità Ekonomika Ewropea fir-rigward ta' ċerti prodotti minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw

Dan ir-Regolament tal-Kummissjoni huwa obsolet wara r-riformi suċċessivi tar-regoli preferenzjali ta’ oriġini. L-aħħar regoli preferenzjali ta' oriġini aġġornati issa jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 (Kodiċi Doganali tal-Unjoni), ir-Regolament (UE) Nru 2015/2446 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/2447 (l-aħħar żewġ Regolamenti jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali preċedenti mill-1992).

11.

Tassazzjoni u Dwana

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1147/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti importati b'ċertifikati li tajbin għat-tajran

It-tħassir ta’ dan ir-Regolament tal-Kunsill se jiġi propost mal-proposta ġdida għal Regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi t-Tariffa Doganali Komuni awtonoma fuq ċerti prodotti importati b’ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat.

12.

Tassazzjoni u Dwana

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 tas-7 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tessili li għalihom ma hija meħtieġa l-ebda prova tal-oriġini dwar ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità

Dan ir-Regolament tal-Kummissjoni kien att ta' implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 tat-13 ta' Lulju 1998, li huwa nnifsu tħassar fl-2011.

13.

Tassazzjoni u Dwana

Id-Deċiżjoni (KE) Nru 70/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ

L-evoluzzjoni tal-liġi doganali u l-livell għoli ta’ dettall u armonizzazzjoni li bih l-obbligu legali li jintużaw sistemi elettroniċi ġie stabbilit, għamlu d-Deċiżjoni dwar id-Dwana Elettronika tal-2008 żejda. Id-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Deċiżjoni issa ġew issostitwiti bl-eċċezzjoni tal-Art. 4(4) sa (7) tad-Deċiżjoni dwar il-Punt Uniku ta' Kuntatt. Preparazzjonijiet għal bażi ġuridika ġdida għall-Punt Uniku ta' Kuntatt bdew u se ssir proposta b’mod parallel mal-proposta li titħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 70/2008.

14.

Tassazzjoni u Dwana

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2011/544 tas-16 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni se tiġi sostitwita b’waħda ġdida mill-2017 u għalhekk titħassar fl-istess ħin.

15.

Trasport

Id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 89/629 tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

Din id-Direttiva ma għadhiex meħtieġa peress li l-adozzjoni u t-traspożizzjoni tad-Direttiva (KE) Nru 2006/93, li tipprovdi approċċ aktar estensiv u strett. Id-Direttiva (KEE) Nru 89/629 kienet tippermetti inġenji tal-ajru storbjużi jkomplu joperaw, jekk ikunu diġà ddaħħlu fir-reġistri nazzjonali. Iżda ma kinitx tippermetti li jsiru reġistrazzjonijiet ġodda ta’ tali inġenji tal-ajru storbjużi (regola nonaddizzjonali). Inġenji tal-ajru storbjużi iktar antiki setgħu għaldaqstant jibqgħu jintużaw. Id-Direttiva (KE) Nru 2006/93 introduċiet l-eliminazzjoni kompleta u gradwali tal-inġenji tal-ajru storbjużi kollha, inklużi dawk kollha koperti mid-Direttiva (KEE) Nru 89/629, irrispettivament minn jekk dawn kinux diġà rreġistrati jew le, li jfisser li inġenji tal-ajru li ma jilħqux l-istandard ma għadhomx iktar permessi jtiru fl-ajru tal-UE u kellhom jitneħħew mir-reġistri nazzjonali.

16.

Trasport

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3572/90 tal-4 ta' Diċembru 1990 li jemenda, bħala riżultat tal-unifikazzjoni tal-Ġermanja, ċerti Direttivi, Deċiżjonijiet u Regolamenti dwar it-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

L-atti legali emendati mir-Regolament kienu jew jinsabu fil-proċess li jiġu mħassra. Ġaladarba r-Regolament b'dal-mod isir obsolet, għandu jiġi mħassar.

Top