EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0246

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi ta' kopertura stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

COM/2016/0246 final

Brussell, 10.5.2016

COM(2016) 246 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi ta' kopertura stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà


L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà 1

Skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, l-ammonti stabbiliti f'Euro fl-Artikolu 9(1) ġew rieżaminati fl-2015 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumaturi ppubblikat mill-Eurostat, li jinkludi l-Istati Membri kollha.

B'riżultat tar-rieżami, l-ammonti stabbiliti f'euro huma kif ġej:

   fil-każ ta' dannu personali, l-ammont minimu tal-kopertura jiżdied għal
EUR 1 220 000 għal kull vittma jew EUR 6 070 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun in-numru tal-vittmi;

   fil-każ ta' danni materjali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 220 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun in-numru tal-vittmi.

(1)
Top