This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XC0514(01)
Notice of the impending expiry of certain anti-dumping measures
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
ĠU C 161, 14.5.2015, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/8 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2015/C 161/06)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1000 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Id-data ta’ skadenza (3) |
Plajwudd tal-okoumé |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 82/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-plajwudd tal-okoumé li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 1) |
3.2.2016 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Faks +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.