Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0669

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

COM/2015/0669 final - 2015/0308 (COD)

Strasburgu, 15.12.2015

COM(2015) 669 final

2015/0308(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Bħalissa hemm aktar minn 300 awtorità ċivili u militari fl-Istati Membri responsabbli biex iwettqu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta f’bosta oqsma, fosthom is-sikurezza marittima, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll mal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar tal-liġi ġenerali u l-protezzjoni ambjentali. Biex jaqdu dmirhom, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom l-għajnuna ta' bosta aġenziji tal-UE, fosthom l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

Fl-2014, il-Kummissjoni temmet studju tal-fattibbiltà biex teżamina l-ħtieġa li jitjiebu l-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-korpi nazzjonali u l-aġenziji li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. Dan l-istudju jsemmi għadd ta’ kwistjonijiet għal kollaborazzjoni aktar mill-qrib, l-aktar fejn tidħol is-sorveljanza operazzjonali u l-qsim tad-dejta li fuqhom jistrieħu dawn il-funzjonijiet.

Għaldaqstant il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trasport marittimu, l-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea bi Pjan ta' Azzjoni li adotta l-Kunsill fl-2014, u l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni li adottat il-Kummissjoni fl-2015 ilkoll jagħrfu l-ħtieġa li jissaħħu l-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta.

Din il-proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta għandha l-għan li ttejjeb il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-aġenziji rilevanti tal-UE ħalli jissaħħu s-sinerġiji bejn is-servizzi rispettivi tagħhom u b’hekk lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jkunu jistgħu jipprovdulhom aktar servizzi effiċjenti u kosteffikaċi li jaqdu aktar minn għan wieħed.

Din il-proposta leġiżlattiva hi parti mill-miżuri li qed tipproponi l-Kummissjoni biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Ewropa, inkluża l-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, u tinkludi wkoll proposta biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (l-EMSA) u proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-emendi sostantivi f’din il-proposta huma l-istess bħall-emendi proposti fir-Regolament li jistabbilixxi l-EMSA u d-dispożizzjonijiet proposti dwar il-koperazzjoni tal-gwardja tal-kosta Ewropea fil-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hi konsistenti mal-politika dwar il-kontroll tas-sajd li għandha l-għan li trawwem l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd billi ssaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux rappurtat (IUU), u ta’ sistema effikaċi tal-Unjoni għall-kontroll tas-sajd. Barra minn hekk din hi konsistenti wkoll mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni, b'mod li tikkumplimenta l-Politika Komuni tas-Sajd. U fl-aħħar nett din il-proposta hi konsistenti mal-kompetenzi tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (l-EFCA) fosthom l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE u l-ġlieda kontra s-sajd IUU.

Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva għandha l-għan li ttejjeb il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE u korpi oħrajn li jwettqu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, bil-ħsieb li tissawwar kapaċità/sistema Ewropea għall-gwardja tal-kosta. Il-problema hija li bħalissa l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, bħall-kontroll mal-fruntieri, l-operazzjonijiet tat-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tat-tniġġis, eċċ. qed jagħmluhom aktar minn 300 awtorità fl-Istati Membri, li xi drabi lanqas fil-livell nazzjonali ma jikkoordinaw tajjeb bejniethom. Jekk nippromwovu l-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, din il-proposta tkun konsistenti għalkollox mal-politiki tal-Unjoni għall-migrazzjoni u għat-trasport u l-mobbiltà.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Il-proposta tibbaża fuq l-Artikolu 43(2) tat-TFUE dwar l-istabbiliment tad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS.

Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tittratta appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, u meta xieraq, fil-livell internazzjonali. Għalhekk din hi parti mill-politika ta’ kontroll bil-għan li titħaddem sistema tal-kontroll effikaċi ħalli tkun żgurata l-konformità mar-regoli kollha tal-Politika Komuni tas-Sajd, li hija kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax f’dan il-kuntest.

Il-proporzjonalità

Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Gwardja tal-Kosta tal-UE biex tilqa' għat-theddid u għar-riskji fil-qasam marittimu, fost l-oħrajn billi ttejjeb il-koperazzjoni bejn l-atturi ċivili u militari rilevanti kollha. Din se tevita l-isforzi doppji u se tiżgura li l-atturi ewlenin (b’mod partikolari l-aġenziji tal-UE) jaġixxu b’mod koerenti u effiċjenti u jiżviluppaw sinerġiji flimkien. Se tqis il-ħtieġa li jiżdied il-kontroll fiż-żona marittima u jonqos il-piż tax-xogħol għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-UE.

L-għażla tal-istrument

Billi l-proposta għandha l-għan li timmodifika r-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, hemm bżonn jiġi propost Regolament.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli. (Din l-inizjattiva għandha l-għan li timplimenta l-impenji tal-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-gwardja tal-kosta).

Il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli. Azzjoni speċifika dwar il-kapaċitajiet tal-gwardja tal-kosta ma kinitx soġġetta għal xi azzjoni preċedenti fil-livell tal-UE. Għalhekk ma hemm l-ebda politika eżistenti biex tiġi evalwata,

iżda d-DĠ MOVE ikkummissjona studju tal-fattibbiltà 1 u dan sar fl-2014. Dan l-istudju identifika xi 316-il awtorità ċivili u militari fl-Istati Membri, li huma responsabbli għall-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u jikkollaboraw bejniethom b’70 struttura differenti. Dan joħroġ fid-dieher bosta nuqqasijiet ewlenin fejn tidħol il-koperazzjoni bħalissa fosthom in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-mandat, is-setgħat u l-kapaċitajiet ta’ awtoritajiet oħra; l-għadd limitat ta’ assi operazzjonali; in-nuqqas ta’ interoperabbiltà tas-sistemi, tal-proċessi u tal-assi; l-għadd limitat ta' ppjanar konġunt u operazzjonijiet konġunti.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

L-inizjattiva mhix parti mill-aġenda REFIT iżda tapplika l-prinċipji ewlenin tagħha.

Id-drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din l-inizjattiva tfisser li l-kontribuzzjoni tal-UE lill-EFCA se tiżdied b’madwar 7,5 miljun fis-sena (jiġifieri 30.148 miljun għall-perjodu bejn l-2017 u l-2020) u l-għadd ta' persunal TA se jiżdied bi tlettax (13) (ara d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża).

5.ELEMENTI OĦRA

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-metodi ta’ monitoraġġ , ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

Billi din il-miżura se twettaqha l-EFCA, l-evalwazzjoni tagħha se tiddaħħal fl-evalwazzjoni li l-Aġenzija tagħmel kull ħames (5) snin, filwaqt li l-Kummissjoni se tibgħat is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jkun fiha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tippubblikahom.

Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Bħalissa l-EFCA hi responsabbli mill-ġlieda kontra s-sajd IUU. L-esperjenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd fil-ġlieda kontra s-sajd IUU fid-dimensjoni internazzjonali hija strumentali għall-kapaċità Ewropea tal-gwardja tal-kosta u għall-kontroll tal-fruntiera għax ħafna drabi s-sajd IUU jintrabat ma’ attivitajiet marittimi kriminali oħra. L-EFCA żviluppat għarfien espert fl-istrateġiji tal-immaniġġar tar-riskju, fl-identifikazzjoni ta’ interessi IUU possibbli bl-analiżi ta' eluf ta’ ċertifikati tal-qbid, fil-koordinazzjoni operazzjonali u fl-ispezzjoni, inkluż fid-dimensjoni internazzjonali. Dwar dan, l-Aġenzija tassisti b’mod attiv lill-pajjiżi terzi b'taħriġ u b'attivitajiet li jsawru l-kapaċitajiet. Bis-saħħa tal-mandat internazzjonali, sal-lum l-EFCA żviluppat għarfien espert b’saħħtu fl-implimentazzjoni ta' pjattaformi komuni għall-ispezzjoni, u tħaddem netwerk privileġġat mal-pajjiżi tal-UE u mal-pajjiżi terzi. Matul l-aħħar snin l-EFCA skambjat l-ispetturi mat-Turkija fil-Baħar Mediterran u sikwit tipprovdi seminars ta’ taħriġ għall-ispetturi tal-UE u għall-ispetturi tal-Albanija, tat-Turkija, tal-Libanu, ta' Iżrael, tal-Eġittu, tat-Tuneżija, tal-Alġerija u tal-Marokk.

1.Ir-Regolament ikopri l-qsim tal-informazzjoni li tinġabar meta tingħaqad id-dejta u ssir analiżi tagħha fis-sistemi tar-rappurtar tal-bastimenti u f'sistemi oħrajn tal-informazzjoni li jżommu l-Aġenziji jew li għandhom aċċess għalihom. Dan irawwem il-qsim tal-intelligence fost l-Aġenziji u b'hekk l-EFCA tkun tista' timplimenta sistemi għall-iskambju bejn l-aġenziji, tniedi l-istudji tal-fattibbiltà kollha relatati u toħloq servizz permanenti għad-dejta u punt ewlieni tal-UE għad-dejta. Jekk tagħraf l-esperjenza li kisbet fejn jidħlu l-miżuri tal-Monitoraġġ, il-Kontroll u s-Sorveljanza (MCS) li għandhom x'jaqsmu mas-sajd permezz tal-kunċetti tal-Pjanijiet Konġunti tal-Implimentazzjoni u tal-ispetturi tal-Unjoni u billi twessa' l-ambitu u torganizza operazzjonijiet konġunti mal-ispetturi li għandhom ħakma ta' politiki differenti (it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, is-sajd, il-gwardja tal-fruntieri, l-ambjent, it-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-armi, is-sikurezza tal-bastimenti, u l-bqija), l-EFCA tkun kapaċi tappoġġa aħjar il-qsim tad-dejta miġbura waqt il-kontrolli u l-ispezzjonijiet li tagħmel, li fost l-oħrajn iħaddmu Sistemi għall-Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u Sistemi tar-Rappurtar Elettroniku (ERS). Id-dejta tal-VMS hi sistemi ta' monitoraġġ bis-satellita li tagħtik il-pożizzjoni fil-ħin reali u rendikont tal-movimenti tal-bastimenti fuq il-baħar f'kull ħin. Din id-dejta hi siewja fejn jidħol il-kontroll tal-migrazzjoni kemm waqt il-kontrolli mal-fruntiera u anki waqt operazzjonijiet tat-tiftix u s-salvataġġ. Biha jista' jinqabad dak il-bastiment tas-sajd li jieqaf f'port biex jgħabbi l-immigranti. Billi din id-dejta tinkludi wkoll il-veloċità tal-bastimenti, jista' jinqabad ngħidu aħna dak il-bastiment li jkun għaddej kemm kemm jiċċaqlaq għax ikun mgħobbi bl-immigranti jew għax ikun qed imexxi bastiment ieħor warajh. L-ERS jużawhom is-sajjieda biex jirreġistraw u jirrapportaw id-dejta b'mod elettroniku dwar l-attivitajiet tas-sajd tagħhom. Għalhekk dawn is-sistemi jistgħu jqabblu d-dejta ta' attivitajiet simili f'żona partikolari biex jaqbdu attivitajiet mhux normali jew illegali. Din id-dejta tinkludi wkoll dikjarazzjoni ta' ħatt l-art, u għalhekk tagħti tagħrif fuq fejn sorġa bastiment partikolari u eventwalment imnejn għabba l-immigranti illegali.

2.Ir-Regolament ikopri l-għoti ta' servizzi tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-aktar teknoloġija avvanzata, fosthom b'infrastruttura fl-ispazju jew fuq l-art u b'sensuri mwaħħla ma' kull tip ta' pjattaforma. B'dan l-Aġenzija tkun tista' tistituzzjonalizza l-koperazzjoni bejn is-sħab nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, u għalhekk tkun tista' ssawwar qafas tar-riskju għall-Monitoraġġ tal-Kontroll u tas-Sorveljanza ta' livell għoli li juri l-oqfsa nazzjonali u reġjonali li hemm fis-seħħ bħalissa. B'mod partikolari, dan jippermetti l-implimentazzjoni ta' attivitajiet li jkollhom il-għan li jaqbdu attivitajiet irregolari, b'koordinazzjoni mal-Aġenziji l-oħrajn. Tul l-aħħar snin l-EFCA ħadet sehem fi proġetti rilevanti tal-FP7 u kkoordinat mal-EMSA biex jiġi żviluppat l-hekk imsejjaħ EFCA MARSURV IMDatE u għalhekk kisbet esperjenza ġmielha fil-korrelazzjoni, fl-analiżi u fl-interpretazzjoni tal-informazzjoni marittima. Illum l-EFCA hi magħrufa sew għall-kapaċità li għandha biex twettaq monitoraġġ dettaljat tal-imġiba u b'hekk il-mezzi disponibbli tal-pattulja jkunu jistgħu jintużaw b'aktar effiċjenza. Billi tissejjaħ bħala utent finali futur tas-Servizzi tas-Sigurtà ta' Copernicus, l-EFCA beħsiebha tkompli tiżviluppa u taqsam il-kapaċità tagħha u l-kisbiet tagħha ma' Aġenziji oħrajn.

3.Ir-Regolament ikopri t-tiswir tal-kapaċitajiet fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni billi jinħolqu linji gwida, rakkomandazzjonijiet u jinġabru l-aqwa prattiki u billi jingħata appoġġ lit-taħriġ u lill-iskambju tal-persunal ħalli jitjiebu l-qsim tal-informazzjoni u l-koperazzjoni fejn jidħlu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta. B'hekk l-EFCA tkun tista' żżid l-għarfien fuq is-sikurezza marittima, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ, u l-kontroll mal-fruntieri u tas-sajd. Barra minn hekk l-Aġenzija tkun tista' żżid l-għarfien espert billi toħloq u tqassam materjal għat-taħriġ u manwali. L-EFCA tista' tagħti wkoll rakkomandazzjonijiet ta' espert fuq metodi effiċjenti għall-infurzar fejn jidħlu r-regolamenti dwar is-sorveljanza tal-kontroll u l-monitoraġġ.

4.Ir-Regolament ikopri l-qsim tal-kapaċitajiet, fosthom l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed u l-qsim tal-assi u ta' kapaċijiet oħrajn fost is-setturi u bejn il-fruntieri. Dan jgħin lill-EFCA biex iżżid l-attivitajiet tagħha tal-kontroll u tal-ispezzjoni filwaqt li tkun tista' twettaq tipi ġodda ta' operazzjonijiet bil-għan li jinqabdu l-attivitajiet kriminali, jitħarbtu r-rotot tat-traffikar u jkun żgurat l-infurzar tal-leġiżlazzjonijiet tal-UE u nazzjonali. Jekk jinkera bastiment tal-pattulja, ikun jista' jitħaddem approċċ li jaqdi aktar minn għan wieħed biex mhux biss jinqabdu l-attivitajiet tas-sajd illegali u attivitajiet kriminali oħrajn, iżda dan jgħin biex b'mod ġenerali, il-fruntieri esterni tal-UE jitmexxew b'mod aktar effettiv.

2015/0308 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta huma responsabbli għal bosta missjonijiet, fosthom is-sikurezza, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll mal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar tal-liġi ġenerali u l-protezzjoni ambjentali, iżda mhux biss.

(2)L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita bir-Regolament Nru XX/XX 2 , l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew 3 jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali biex itwettqu ħafna minn dawn il-funzjonijiet.

(3)Għaldaqstant dawn għandhom isaħħu l-koperazzjoni bejniethom mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta ħalli jżidu l-għarfien fuq is-sitwazzjoni marittima u jappoġġaw azzjoni koerenti u kosteffikaċi.

(4)Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

B'hekk ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3 jiddaħħal dan il-punt:

(j) li tikkopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima biex tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta billi tagħtihom servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ u billi tikkoordina operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed.

(2) Jiżdied dan l-Artikolu 7a li ġej:

Artikolu 7a

Il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta

(1)F'koperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, u meta xieraq, fil-livell internazzjonali billi:

(a)tinqasam l-informazzjoni li tinġabar meta tingħaqad id-dejta u ssir analiżi tagħha fis-sistemi tar-rappurtar tal-bastimenti u f'sistemi oħrajn tal-informazzjoni li jżommu l-Aġenziji jew li għandhom aċċess għalihom, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda tad-dejta mingħand l-Istati Membri;

(b)jingħataw servizzi tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-aktar teknoloġija avvanzata, fosthom b'infrastruttura fl-ispazju jew fuq l-art u b'sensuri mwaħħla ma' kull tip ta' pjattaforma, bħal ngħidu aħna s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod;

(c)jissawru l-kapaċitajiet billi jinħolqu linji gwida, rakkomandazzjonijiet u jinġabru l-aqwa prattiki u billi jingħata appoġġ lit-taħriġ u lill-iskambju tal-persunal ħalli jitjiebu l-qsim tal-informazzjoni u l-koperazzjoni fejn jidħlu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

(d)jinqasmu l-kapaċijiet, fosthom l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed u l-qsim tal-assi u kapaċijiet oħrajn fost is-setturi u bejn il-fruntieri.

(2)    Il-modi kif issir il-koperazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, għandhom jiġu stabbiliti f'arranġament ta' ħidma skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenziji.

(3)    Il-Kummissjoni tista' ddaħħal manwal prattiku fl-għamla ta’ rakkomandazzjoni, fuq il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, li jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u jiġbor l-aqwa prattiki għall-qsim tal-informazzjoni u tal-koperazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.It-Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.L-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

1.3.In-natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.L-għanijiet

1.5.Ir-raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

1.6.It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Il-metodi ta’ ġestjoni previsti

2.IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.L-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.It-Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd

1.2.L-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 4  

Attività ABB Nru 06 tad-DĠ MARE: biex niżguraw sajd sostenibbli u provvista stabbli tal-ikel tal-baħar, niżviluppaw l-ekonomija marittima u niżguraw il-prosperità tal-komunitajiet mal-kosta.

1.3.In-natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni ġdida 

Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni ġdida skont proġett pilota/azzjoni preparatorja 5  

Il-proposta/inizjattiva hi relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.L-għanijiet

1.4.1.L-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Kummissjoni żżid il-kapaċitajiet operazzjonali tal-Unjoni biex tħares il-fruntieri Ewropej ħalli jitħaddmu u jsir infurzar vigoruż tar-regoli komuni Ewropej il-ġodda li jippenalizzaw it-traffikanti tal-bnedmin.

Fl-azzjonijiet futuri, il-Kummissjoni se tibda tuża approċċ komuni fil-livell tal-UE bil-għan li ttejjeb il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE u korpi oħrajn li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, ħalli ssir il-bidla lejn Kapaċità/Sistema Ewropea għall-Gwardja tal-Kosta.

F'koperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd imħeġġa tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, u meta xieraq, fil-livell internazzjonali.

1.4.2.L-għanijiet speċifiċi u l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

In-numru tal-għan speċifiku

Sabiex tibbenefika mill-esperjenza u mill-ħiliet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd fil-koordinazzjoni operazzjonali tal-politiki tal-kontroll u fit-tiswir tal-kapaċitajiet, inkluż fid-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Komuni tas-Sajd ħalli tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, u meta xieraq, fil-livell internazzjonali.

L-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

11.06

1.4.3.Ir-riżultati u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandha tħalli fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Sabiex jinkiseb għarfien effiċjenti tas-sitwazzjoni u intelligence billi ssir elaborazzjoni ta' stampa komuni u rikonoxxuta tal-UE tal-lat operazzjonali, li tkun kondiviża mill-aġenziji tal-UE u mill-Istati Membri;

Sabiex tiżdied ħafna l-probabbiltà li jinqabdu, jiġu identifikati, klassifikati u traċċati l-bastimenti u d-dgħajjes, u l-attivitajiet tagħhom, li jkunu resqin lejn l-ilmijiet tal-UE jew għaddejjin minnhom;

Sabiex jinkisbu l-versatilità, ir-risponsività, l-effiċjenza u l-effikaċja fl-użu tal-kapaċitajiet operazzjonali, inklużi s-sistemi tal-ajru ppilotati mill-bogħod f'approċċ transsettorjali;

Sabiex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi fejn tidħol iċ-ċertezza li l-persunal operazzjonali involut fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tal-Istati Membri, tal-Aġenziji tal-UE u, meta xieraq, tal-pajjiżi terzi jaħdem biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika, jikkopera, jiskambja, jaqsam l-informazzjoni u l-intelligence u jikkonforma mal-metodoloġiji komuni billi jinħolqu linji gwida komuni, isir taħriġ fl-aħjar prattika u b'impenji oħrajn għat-tiswir tal-kapaċità.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-għarfien effiċjenti tas-sitwazzjoni: % tal-Aġenziji tal-UE u tal-korpi tal-Istati Membri involuti fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta li jivvalutaw u jikkontribwixxu għall-istampa komuni u rikonoxxuta tal-UE tal-lat operazzjonali;

Il-probabbiltà kbira li jinqabdu: % tal-passi li jinqabdu bis-sistemi koperattivi mqabbla b'mod aleatorju mas-sistemi mhux koperattivi;

Probabbiltà kbira li jinqabdu, jiġu identifikati, klassifikati u traċċati: % ta' kull biċċa mqabbel mal-għadd ta' passi maqbuda;

L-użu tal-kapaċitajiet operazzjonali: % tal-kapaċitajiet operazzjonali użati meta mqabbla ma' dawk pjanati;

Il-kundizzjonijiet ekwi: % tat-taħriġ transsettorjali tal-persunal operazzjonali involut fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tal-Istati Membri, tal-Aġenziji tal-UE u, meta xieraq, tal-pajjiżi terzi

1.5.Ir-raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

1.5.1.Ir-rekwiżiti li jridu jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

Il-modi kif issir il-koperazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, għandhom jiġu stabbiliti f'arranġament ta' ħidma skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenziji.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

1.5.2.Il-valur miżjud bl-involviment tal-UE

Hu strumentali li l-UE tinvolvi ruħha għax l-għanijiet tal-politika ma jistgħux jintlaħqu bl-azzjoni tal-Istati Membri biss:

Ir-responsabbiltà li twettaq il-Funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta tinqasam fost it-316-il awtorità pubblika fl-Istati Membri kostali tal-UE.

Għalkemm diġà qed jikkoperaw u joħolqu s-sinerġiji, xi Aġenziji tal-UE għadhom milquta bl-hekk imsejħa "mentalità sajlo".

Jekk jitjieb il-qsim tal-kapaċità bejn l-awtoritajiet tal-gwardja tal-kosta u l-aġenziji tal-UE, dan jgħin biex jinkisbu l-versatilità, ir-risponsività, l-effiċjenza u l-effettività.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-koordinazzjoni tal-Istati Membri involuti fis-sistema tal-kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd bil-prinċipju tal-Pjanijiet Konġunti tal-Implimentazzjoni li juru r-rilevanza, l-effettività u l-effikaċja biex titjieb is-sostenibbiltà ta’ xi stokkijiet tas-sajd bħat-tonn jew il-merluzz, eċċ.

1.5.4.Il-kompatibilità u s-sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn

L-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw mill-approprjazzjonijiet tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (il-FEMS).

1.6.It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien limitat

   Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

◻ L-impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

☑ Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b'perjodu inizjali mill-2016 sal-2017,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Il-metodi ta’ ġestjoni previsti 6  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

◻ il-pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ il-korpi li jissemmew fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ il-korpi tal-liġi pubblika;

◻ il-korpi rregolati bil-liġi privata li jkollhom missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ il-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru partikolari li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ il-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, agħti d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

Kummenti

2.IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Din l-azzjoni se timxi mar-regoli tal-EFCA għall-monitoraġġ u r-rappurtar (b’mod partikolari l-inklużjoni fil-programm ta' ħidma tal-EFCA u fir-rapport annwali tagħha li huma diskussi fil-Bord Amministrattiv).

2.2.Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ir-riskji identifikati

L-apatija tal-Istati Membri u ta' Aġenziji oħra tal-UE biex jikkoperaw u jaqsmu d-dejta

2.2.2.Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema ta' kontroll intern

Se jsir monitoraġġ ta' din l-azzjoni bis-sistema ta’ kontroll intern tal-EFCA

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli, u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju tal-errur

Il-limitu tal-materjalità fl-EFCA hu EUR 4500 u l-livell stmat tar-riskju tal-errur qiegħed taħt;

L-ispejjeż għall-implimentazzjoni tal-kontrolli ex-post esterni u tal-ICS huma anqas minn 1% tal-baġit attwali tal-EFCA (jekk ma jitqisux l-investimenti għall-kontinwità tan-negozju u għals-salarji tal-persunal involut);

Il-benefiċċji fit-tul tal-immaġni u tal-assigurazzjoni huma kbar ħafna.

2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Din l-attività se tkun soġġetta għall-miżuri tal-EFCA li jiżguraw il-protezzjoni mill-frodi u mill-irregolaritajiet. L-EFCA hi soġġetta wkoll għall-awditjar tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-IAS.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.L-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff. 7

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 8

mingħand il-pajjiżi kandidati 9

mingħand il-pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

L-Artikolu 11 06 64 – l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux-diff.

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA

mingħand il-pajjiżi kandidati

mingħand il-pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru 2

L-Artikolu 11 06 64 – l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal

Impenji

-1

1,800

1,550

1,450

1,464

6,264

Pagamenti

-2

1,800

1,550

1,450

1,464

6,264

Titolu 2: Bini u nefqa amministrattiva oħra

Impenji

(1a)

0,166

0,166

0,166

0,166

0,664

Pagamenti

(2a)

0,166

0,166

0,166

0,166

0,664

Titolu 3: Nefqa Operazzjonali

Impenji

(3a)

5,930

5,880

5,730

5,680

23,220

Pagamenti

(3b)

5,930

5,880

5,730

5,680

23,220

TOTAL tal-approprazzjonijiet għall-EFCA

Impenji

=1+1a+3a

7,896

7,596

7,346

7,310

30,148

Pagamenti

=2+2a

7,896

7,596

7,346

7,310

30,148

+3b








Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
l-2017

Sena
l-2018

Sena
l-2019

Sena
l-2020

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Id-DĠ: MARE

• Riżorsi umani

0

0

0

0

0

• Nefqa amministrattiva oħra

0

0

0

0

0

TOTAL għad-DĠ MARE

Approprjazzjonijiet

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0

0

0

0

0

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
l-2017

Sena
l-2018

Sena
l-2019

Sena
l-2020

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

7,896

7,596

7,346

7,310

30,148

Pagamenti

7,896

7,596

7,346

7,310

30,148

3.2.2.L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operazzjonali (TITOLU III)

   Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex bżonn tuża approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tuża approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Semmi l-għanijiet u r-riżultati

 

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

 

 

 

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

RIŻULTATI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip[1]

Spiża medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3
Inħeġġu l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd billi nitħabtu aktar kontra s-sajd IUU, sistema effettiva tal-Unjoni għall-kontroll tas-sajd, u nodu xieraq għall-qsim tad-dejta ]

L-għoti ta' Servizzi tas-Sorveljanza u tal-Komunikazzjoni (inklużi l-ispejjeż għall-persunal u amministrattivi)
*Studju tal-fattibbiltà

*It-twaqqif ta' nodu ċentrali għall-qsim tad-dejta

Sistemi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-aġenziji (l-għadd ta’ proġetti)

0,025

2

0,050

2

0,050

2

0,050

2

0,050

8

0,200

Studju tal-Fattibbiltà

0,100

1

0,100

 

 

 

 

 

 

1

0,100

Nodu għall-qsim tad-dejta tal-UE (l-għadd ta’ proġetti)

0,040

1

0,050

3

0,200

3

0,100

3

0,050

10

0,400

Nodu għad-dejta tal-UE (inklużi l-ispejjeż għall-persunal u amministrattivi)
*Il-ġbir, il-qsim u l-analiżi tad-dejta (CISE, MARSURV,..)

Id-disponibbiltà tad-Dejta mis-Satellita u mill-Osservazzjoni tad-Dinja (l-għadd ta' Settijiet tad-Dejta)

0,100

5

0,500

5

0,500

5

0,500

5

0,500

20

2,000

L-għoti ta' Servizz permanenti għall-Iskambju tad-Dejta u analiżi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti

0,488

1

0,550

1

0,500

1

0,450

1

0,450

4

1,950

Użu konġunt tal-assi u kapaċitajiet oħrajn (inklużi l-ispejjeż għall-persunal u amministrattivi)
*Il-kiri ta' pjattaformi tal-ispezzjoni
*Il-qsim ta' kapaċitajiet oħrajn
*Missjonijiet u laqgħat

Id-disponibbiltà ta’ assi addizzjonali tal-ispezzjoni (il-jiem tal-kiri)

0,015

275

4,000

275

4,000

275

4,000

275

4,000

1100

16,000

Aktar kapaċità tal-ispezzjoni (l-għadd ta’ missjonijiet)

0,008

15

0,120

15

0,120

15

0,120

15

0,120

60

0,480

Il-ħolqien ta' Bażijiet tad-Dejta (il-ħardwer, is-softwer, il-kapaċità kondiviża...)

0,063

1

0,100

1

0,050

1

0,050

1

0,050

4

0,250

Azzjonijiet li jsawru l-kapaċitajiet (inklużi l-ispejjeż għall-persunal u amministrattivi)
*Il-manwal u l-materjal tat-taħriġ
*Il-qsim tal-persunal ta' aġenziji oħrajn u pajjiżi terzi

L-elaborazzjoni ta’ linji gwida, Manwal u rakkomandazzjonijiet għall-partijiet ikkonċernati tal-Gwardja tal-Kosta

0,100

1

0,100

1

0,100

1

0,100

1

0,100

4

0,400

Il-qsim tal-persunal tal-EFCA, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (l-għadd ta' missjonijiet)

0,012

30

0,360

30

0,360

30

0,360

30

0,360

120

1,440

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

 

 

332

5,930

333

5,880

333

5,730

333

5,680

1.331

23,220

SPIŻA TOTALI

 

 

332

5,930

333

5,880

333

5,730

333

5,680

1.331

23,220

3.2.3.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EFCA

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex bżonn tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tuża approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

Aġenti Temporanji (Gradi AD)

1,260 

1,085 

1,015 

1,025 

4,385

Aġenti Temporanji (Gradi AST)

0,540 

0,465 

0,435 

0,439 

1,879

Persunal kuntrattwali

 

 

 

 

0

Persunal temporanju

1,800

1,550

1,450

1,464

6,264

Esperti Nazzjonali Sekondati

 

 

 

 

-

TOTAL

1,800

1,550

1,450

1,464

6,264

Indika d-data ppjanata tar-reklutaġġ u adatta l-ammont kif xieraq (jekk ir-reklutaġġ isir f’Lulju, għandhom jitqiesu biss 50% tal-ispiża medja) u spjega fid-dettall b'anness...

Skont il-listi ta’ riżerva tar-reklutaġġ li bħalissa hemm disponibbli għall-Aġenzija, u stima ta' kemm hemm bżonn żmien biex jiġu organizzati proċeduri ġodda tar-reklutaġġ, l-EFCA tistma dawn id-dati tal-bidu:

   ir-reklutaġġ ta' 12 TA (9 AD u 3 AST) li jibda f'Jannar 2017.

ir-reklutaġġ ta' 1 TA (AST) li jibda f'Jannar 2018.

L-ispejjeż tal-persunal għall-2017 ġew aġġustati biex iqisu l-ispejjeż stmati tal-installazzjoni (it-tneħħija, allowance għall-installazzjoni, eċċ.)

It-tabella ta’ hawn taħt tiddeskrivi l-impatt tal-proposta attwali fuq il-postijiet kollha tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija.

l-2016

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

Ix-xenarju bażi — COM(2013)519

51

49

48

48

48

Postijiet addizzjonali

-

12

13

13

13

Total

51

61

61

61

61

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex bżonn tuża riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tuża r-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Il-postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

0

0

0

0

XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Il-persunal estern (ekwivalenti għal unità ta' ingaġġ full-time: FTE) 10

0

0

0

0

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 11

- fil-Kwartieri Ġenerali 12

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

0

0

0

0



XX hu l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu bl-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

Fl-Anness V, it-Taqsima 3 għandha tiddaħħal deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-FTE.

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 13 .

   Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hemm bżonn, speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tapplika l-istrument tal-flessibbiltà jew teħtieġ reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x'inhu meħtieġ, speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet tal-partijiet terzi: Mhux applikabbli

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament ta' partijiet terzi.

Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Il-linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

L-impatt tal-proposta/inizjattiva 14

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linji tan-nefqa tal-baġit affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) http://ec.europa.eu/transport/modes/maritime/studies/doc/2014-06-icf-coastguard.pdf
(2) Ir-Regolament Nru XX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p.1).
(4) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: baġitjar ibbażat fuq l-attività.
(5) Kif isemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(6) Id-dettalji dwar il-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit web tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(7) Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(8) L-EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(9) Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(10) AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(11) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (il-linji "BA" preċedenti).
(12) Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (il-FES).
(13) Iżda bejn l-2017 u l-2020, b'kollox, il-programmazzjoni finanzjarja attwali tal-Artikolu 11 06 64 – l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, se tiżdied bi EUR 30 148 miljun.
(14) Fejn jidħlu r-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara li jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
Top