EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DP0297

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar id-denominazzjoni ta' delegazzjoni interparlamentari (2015/2842(RSO))

OJ C 316, 22.9.2017, p. 274–274 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/274


P8_TA(2015)0297

Denominazzjoni ta'delegazzjoni interparlamentari

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar id-denominazzjoni ta' delegazzjoni interparlamentari (2015/2842(RSO))

(2017/C 316/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar l-għadd ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari ta' koperazzjoni u għal assemblej parlamentari multilaterali (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li d-delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġislattiv Palestinjan għandu jinbidillu ismu għal “Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Palestina”;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta' tagħrif.


(1)  Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA(2014)0217.


Top