Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DC0662

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI IT-TMIEN RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FOND EWROPEW GĦAS-SAJD (2014)

COM/2015/0662 final

Brussell, 17.12.2015

COM(2015) 662 final

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

IT-TMIEN RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FOND EWROPEW GĦAS-SAJD (2014)

{SWD(2015) 295 final}


Werrej

1.INTRODUZZJONI

2.VALUTAZZJONI ĠENERALI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FES

2.1.Implimentazzjoni finanzjarja tal-FES mill-Istati Membri

2.2.L-oqsma ta' intervent ewlenin għall-FES

2.3.Evoluzzjoni għal kull assi ta’ prijorità

2.4.L-implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni

2.5.L-użu ta' assistenza teknika mill-Istati Membri

2.6.L-użu ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni

2.7.Koordinazzjoni tal-FES mal-Fondi Strutturali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

2.8.Irregularitajiet irraportati mill-Istati Membri

3.VALUTAZZJONI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA' KULL ASSI TAL-FES

3.1.Assi 1. Miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.

3.1.1.Il-prestazzjoni ekonomika tal-flotta tas-sajd tal-UE fl-2013 (ibbażata fuq ir-Rapport Ekonomiku Annwali 2015)

3.1.2.Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd.

3.1.3.Twaqqif temporanju tal-operazzjonijiet tas-sajd

3.1.4.Investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività

3.1.5.Sajd kostali fuq skala żgħira

3.1.6.Kumpens soċjoekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta tas-sajd.

3.2.Assi 2. Akkwakultura, sajd fl-ilmijiet interni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura:

3.2.1.Sajd Intern

3.2.2.Akkwakultura

3.2.3.Proċessar

3.3.Assi 3. Miżuri ta’ interess komuni.

3.3.1.Portijiet tas-sajd, siti tal-iżbark u postijiet ta' kenn

3.3.2.Żvilupp ta’ swieq ġodda u kampanji promozzjonali

3.3.3.Operazzjonijiet Pilota.

3.4.Assi 4. Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd.

4.L-ewwel sett ta' konklużjonijiet operazzjonali dwar il-FES għall-perjodu 2007-2013

1.INTRODUZZJONI

F'konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Fond Ewropew tas-Sajd (FES) 1 , sal-31 ta' Diċembru kull sena l-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar kif il-FES qed jiġi implimentat. Ir-rapport hu bbażat fuq eżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapporti annwali tal-Istati Membri u fuq kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli. Dan jinkludi analiżi tal-implimentazzjoni ta' xi miżuri ewlenin tal-FES.

Id-dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah jinkludi sommarju tal-implimentazzjoni tal-FES f'kull Stat Membru kif ukoll ħames tabelli b'informazzjoni dettaljata dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja 2 . Dan l-aħħar rapport tal-Kummissjoni jippreżenta valutazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni tal-FES mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni matul l-2014. Id-dejta dwar l-impenn pprovduta mill-Istati Membri kienet biżżejjed għal analiżi aktar estensiva sal-31 ta' Mejju 2015, u b'hekk tat stampa aktar komprensiva tal-implimentazzjoni attwali tal-FES anqas minn sena qabel l-iskadenza tal-implimentazzjoni tal-FES fil-prattika (il-31 ta' Diċembru 2015). Peress li l-Istati Membri, skont ir-Regolament Delegat 2015/895 3 ma għandhomx għalfejn jissotomettu fl-2016, ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali matul l-2015, il-Kummissjoni mhux ser tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-FES matul dik is-sena.

Madanakollu, din ser tinkludi s-sommarju tal-awditjar fuq l-immaniġjar u s-sistemi ta' kontroll stabbiliti mill-Istati Membri u fuq assistenza tal-FES meħtieġa taħt l-ittra d) tal-Artikolu 68(3) tar-regolament tal-FES bħala anness għar-'rapport ta' sinteżi 2016 fir-rigward tal-programmi tal-fondi ESI' previst taħt l-Artikolu 53 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 4 .

2.VALUTAZZJONI ĠENERALI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FES

2.1.Implimentazzjoni finanzjarja tal-FES mill-Istati Membri

Il-pagamenti interim iċċertifikati mibgħuta mill-Istati Membri fl-2014 ammontaw għall-EUR 567 miljun, li jirrapreżenta żieda ta' 4% meta kkumparat mal-istess figura għall-2013 (EUR 544 miljun).

Mill-2007 sal-31 ta' Mejju 2015, l-impenji tal-FES mill-Istati Membri ammontaw għal EUR 3.91 biljun. Dan jirrapreżenta żieda ta' 14.5% tal-impenji tal-FES meta kkumparat mal-31 ta' Mejju 2014 (EUR 495 miljun f'sena), meta l-livell tal-impenji kien għadu relattivament baxx. Sal-31 ta' Mejju 2015, 90.83% tal-FES kien impenjat 5 .

Kemm l-impenji u kif ukoll in-nefqa ċċertifikata fil-livell tal-Istati Membri għadhom taħt il-livell mistenni qabel it-tmiem tal-implimentazzjoni tal-FES. Sal-31 ta' Mejju 2015, aktar minn 9% tal-allokazzjoni tal-FES (madwar EUR 394 miljun) kien għadu ma ġiex impenjat, li wera bżonn urġenti biex jiġu aċċellerati l-impenji, u li simili għall-każ tal-pagamenti ċċertifikati, joħloq tħassib meta wieħed jikkunsidra li l-aħħar data għall-eliġibilita' tan-nefqa hija l-31 ta' Diċembru 2015.

Il-kontribuzzjoni nazzjonali pubblika sal-31 ta' Mejju 2015 kienet ta' EUR 2,44 biljun, li jirrappreżentaw żieda ta' EUR 321,62 miljun meta kkumparat mal-31 ta' Mejju 2014 (+15.17 %).

Fl-istess perjodu, kontribuzzjonijiet privati lill-miżuri appoġati mill-FES ammontaw għall-EUR 2.92 biljun, li jirrapreżenta EUR 375.36 miljun addizzjonali, żieda ta' 14.73% meta kkumparat mal-31 ta' Mejju 2014. Hekk kif wieħed jista' jara fir-rapporti preċedenti, il-kontribuzzjonijiet privati jinsabu prinċiparjament fl-ipproċessar (45.62 %), fl-akkwakultura (24.95%) u fl-investimenti abbord (10.23 %). Ma' dawn, iridu jiżdiedu investimenti ġodda fl-iżvilupp taż-żoni tas-sajd (8.57%). Dawn l-4 miżuri huma responsabbli għal kważi 90% ta' investimenti privati.

Mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Mejju 2015, l-investimenti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura ammontaw għal total ta' EUR 9.27 biljun: 42.14% mill-FES, 26.33 % mill-kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali u 31.52 % mill-finazjament privat. Dawn il-perċentwali baqgħu bażikament stabbli, b'sempliċiment tnaqqis ċkejken (-1.5%) tal-komponent tal-FES matul il-perjodu kollu.

F'termini tal-effett ta' lieva, kull ewro ta' appoġġ impenjat tal-FES jiġġenera EUR 1.37 ta' appoġġ nazzjonali impenjat, (+2.2% meta kkumparat mal-31 ta' Mejju 2014), li minnhom EUR 0.75 huma ta' finanzjament privat u EUR 0.62 huma ta' kontribuzzjoni pubblika nazzjonali.

2.2.L-oqsma ta' intervent ewlenin għall-FES

It-tabella ta' hawn taħt tikkompara l-livelli ta' impenji għall-aktar ħames miżuri użati sal-aħħar ta' Lulju 2012, Mejju 2013, Mejju 2014 u Mejju 2015, rispettivament:

Tabella 1

Il-31 ta' Lulju 2012

Il-31 ta' Mejju 2013

Il-31 ta’ Mejju 2014

Il-31 ta’ Mejju 2015

Waqfien permanenti (19.61 %)

Proċessar (17.41 %)

Proċessar (16.65 %)

Proċessar (17.53 %)

Akkwakultura (12.98 %)

Waqfien permanenti (17.25 %)

Waqfien permanenti (15.44 %)

Akkwakultura (14.33 %)

Proċessar (12.79 %)

Akkwakultura (14.83 %)

Akkwakultura (14.43 %)

Waqfien permanenti (13.98 %)

Portijiet tas-sajd (10.89 %)

Portijiet tas-sajd (11.46 %)

Portijiet tas-sajd (11.61 %)

Żvilupp taż-żoni tas-sajd (11.47 %)

Waqfien temporanju (7.67 %)

Waqfien temporanju (7.40 %)

Żvilupp taż-żoni tas-sajd (9.25 %)

Portijiet tas-sajd (11.15 %)

Il-konċentrazzjoni ta' impenji tal-FES fuq dawn il-ħames miżuri huwa pjuttost għoli (68.46 %); din il-figura hija simili għal dik tal-2013, u kemmxejn ogħla minn dik tal-2014.

Il-waqfiet permanenti u temporanji qed ikomplu jonqsu f' termini relativi (ara t-tabella 3), tal-aħħar speċjalment, fejn 5.83% tal-impenji ġew użati b'azzjonijiet kollettivi skont l-Assi 3 (7.36% tal-impenji), u issa huwa s-seba' miżura l-aktar użata. It-tabella ta' hawn taħt turi dan it-tnaqqis; ir-rata ta' impenn taż-żewġ miżuri flimkien hija mnaqqsa bi 30% fil-perjodu analizzat.

Tabella 2

Waqfien permanenti u temporanju

(% totali tal-impenji tal-FES)

31/7/2012

28.28 %

31/05/2013

24.65 %

31/05/2014

22.2 %

31/5/2015

19.81 %

2.3.Evoluzzjoni għal kull assi ta’ prijorità

It-tabella t'hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-importanza relattiva ta' impenji totali għal kull assi ta' prijorità għall-perjodu minn Lulju 2012 sa Mejju 2015.

Is-sitwazzjoni fil-31 ta' Mejju 2015 issegwi x-xejra tas-snin ta' qabel, li tinkludi it-tnaqqis fl-Assi 1, bl-eċċezzjoni tal-Assi 4, li juri gwadann sinjifikanti fl-importanza relattiva mill-2012.

Tabella 3

Assi Prijoritarju 6

Il-31 ta' Lulju 2012

Il-31 ta' Mejju 2013

Il-Is-Sibt, 31 ta' Mejju 2014

Il-Il-Ħadd, 31 ta' Mejju 2015

Assi 1

33.05 %

30.42 %

27.77 %

25.72 %

Assi 2

28.96 %

32.64 %

31.44 %

32.3 %

Assi 3

27.59 %

27.38 %

28.46 %

27.26 %

Assi 4

7.1 %

7.2 %

9.25 %

11.47 %

Assi 5

3.29 %

2.42 %

3.07 %

3.25 %

It-tabella u l-graff ta' hawn taħt juru r-relazzjoni bejn l-impenji attwali u l-infiq ippjanat fl-2007 għal kull assi prijoritarju għall-perjodu 2012-2015.

Tabella 4

Assi Prijoritarju

Il-31 ta' Lulju 2012

Il-31 ta' Mejju 2013

Il-31 ta' Mejju 2014

Il-Il-Ħadd, 31 ta' Mejju 2015

% Progress 2015/2012

Assi 1

67.24 %

74.36 %

79.61 %

+26.78 %

Assi 2

56.6 %

77.47 %

86.77 %

98.4 %

+73.85 %

Assi 3

57.8 %

67.31 %

83.80 %

93.85 %

+62.37 %

Assi 4

28 %

44.60 %

56.89 %

80.9 %

+188.92 %

Assi 5

44.04 %

44.60 %

65.34 %

83.86 %

+90.43 %

FES Totali

56.31 %

67.37 %

79.33 %

+61.3 %

It-tabelli u l-graffi ta' hawn fuq juru li, f'perjodu ta' tlett snin, kien hemm konverġenza fir-rata ta' impenji bejn l-assi differenti; ir-rati ta' impenji kienu differenti sew aktar kmieni fil-perjodu ta' programmazzjoni għal raġunijiet differenti, bħal per ezempju l-kriżi tal-fjuwil tal-2008, l-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, il-fatt li l-Assi 4 kien ġdid u li ingħelbu d-differenzi bejn l-għanijiet tal-intervent u l-bżonnijiet attwali fil-prattika.

L-aktar evoluzzjoni notevoli, hekk kif diġà rajna f'rapporti preċedenti tal-Kummissjoni, huwa t-tnaqqis tal-infiq pubbliku fl-Assi 1, li jista' jiġi spjegat b'żewġ fatturi: l-ewwel, l-iskemi tal-iskrappjar diġa' implimentati taħt l-FIFG 7 li komplew fl-ewwel snin ta' implimentazzjoni tal-FES, diġa' indirizzaw sew il-kwistjonijiet ta' kapaċita' żejda ta' ċerti segmenti tal-flotta. Profitabilita' mtejba għal numru ta' flotot f' dawn l-aħħar ftit snin taw kunfidenza akbar lis-settur fil-kapaċità tiegħu sabiex jirnexxi mingħajr appoġġ pubbliku. B'riżultat ta' dan, l-Assi 1 qed jipprogressa b'rata partikolarment bil-mod, u issa waqa' lura meta kkumparat mal-medja.

L-assi 2 u 3 huma l-aktar avvanzati fejn jidħlu impenji, bl-Assi 2 li huwa aktar viċin il-100% u bl-Assi 3 li joqrob għall-95%. Madanakollu, huwa fl-Assi 4 (u fl-Assi 5), fejn il-progress huwa aktar mgħaġġel sa mill-2012. Sa Mejju 2015, l-Assi 4 kien kważi qed ilaħħaq mal-bqija tal-Assi: f' inqas minn tlett snin, id-distanza mill-medja tnaqqset minn 29 punt perċentwali għal 10, b' aċċellerazzjoni b'saħħitha wara Mejju 2014 (+42%).

2.4.L-implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni

F'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju, l-aħħar impenji annwali għall-perjodu 2007-2013 saru fil-baġit tal-UE fl-2013.

Fl-2014, 13.9% (EUR 567.25 miljun) tal-pakkett totali kien imħallas b'pagamenti interim; 83.8 % għar-reġjuni ta' konverġenza (EUR 475.49 miljun) u 16.2 % għal dawk li mhumiex (EUR 91.76 miljun). Fl-Anness 1 u fid-dokument ta' ħidma tal-persunal mehmuż wieħed jista' jsib informazzjoni ddettaljata.

2.5.L-użu ta' assistenza teknika mill-Istati Membri

Fl-2014, 23 Stat Membru impenjaw l-ammonti skont il-baġit tal-assistenza teknika (l-Assi 5). L-akbar ammonti kienu impenjati mill-Kroazja (100 % tal-fondi tal-FES allokati lill-Assi 5), il-Polonja (8.2 %), l-Isvezja (6.5 %), id-Danimarka (6.5 %), il-Belġju (5.8 %) u r-Rumanija (7 %). Fost l-azzjonijiet iffinanzjati kien hemm it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, l-iżvilupp tal-IT, il-pubbliċità u t-tagħrif, kif ukoll is-sostenn għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali. Il-graff ta' hawn fuq turi żieda sinjifikanti li bdiet f'Mejju 2013 b' rata ta' impenji ta' 45% u li sa sentejn wara kienet telgħet għal 84%.

2.6.L-użu ta' assistenza teknika mill-Kummissjoni

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) 8 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, minflok l-FES. B' hekk, fl-2014 il-Kummissjoni ma impenjatx azzjonijiet ġodda taħt l-assistenza teknika tal-FES.

2.7.Koordinazzjoni tal-FES mal-Fondi Strutturali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). 9

Il-programmi operazzjonali (PO) juru li mill-bidu l-Istati Membri għarfu l-ħtieġa li jiżguraw il-konsistenza u l-koordinazzjoni fl-implimentazzjoni tal-FES mal-Fondi Strutturali u kif ukoll mal-FAEŻR. Ir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istati Membri ma jsemmux il-problemi fundamentali ta' koordinazzjoni b'mod espliċitu.

2.8.Irregularitajiet irraportati mill-Istati Membri

Rigward l-FES, l-Istati Membri identifikaw u rraportaw 102 irregularitajiet fl-2014, li involvew EUR 8.7 miljun (li jirrapreżentaw 1.5% tan-nefqa ċċertifikata). Minn dawn, 11 li kienu jinvolvu l-ammont ta' EUR 2.1 miljun 10 ġew irrapurtati bħala frodulenti minn ħames Stati Membri.

3.VALUTAZZJONI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA' KULL ASSI TAL-FES

Mill-31 ta' Mejju 2015, l-appoġġ tal-FES kien impenjat għall-total ta' 134,689 operazzjoni. It-tabella ta' hawn taħt tissintettizza l-evoluzzjoni tal-għadd ta' operazzjonijiet matul il-perjodu ta' Lulju 2012–Mejju 2015. Fuqha jidher ċar li għalkemm il-figuri jiżdiedu b'rata sekwenzjali ta' żewġ ċifri, ir-rata annwali ta' żieda ilha tonqos sa mill-2012.

Tabella 5

Operazzjonijiet tal-FES

Operazzjonijiet

Lulju 2012 = 100

Δ% sena/sena

Il-31 ta' Lulju 2012

84,489

100

Il-31 ta' Mejju 2013

104,848

124

+24 %

Il-31 ta' Mejju 2014

121,073

143

+15.5 %

Il-31 ta' Mejju 2015

136,489

161.5

+12.7 %

Il-kost totali medju ta' kull operazzjoni hu ta' EUR 67 941, li minnhom EUR 46 525 huma appoġġ pubbliku totali u EUR 28 635 huma l-kontribuzzjoni tal-FES. Il-kontribuzzjoni privata tammonta għal EUR 21 416, ħarira aktar minn 30% tal-kostijiet totali eliġibbli. Dawn l-ammonti jirrapreżentaw żieda żgħira (+1.5%) aktar mill-2014.

3.1.Assi 1. Miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.

3.1.1.Il-prestazzjoni ekonomika tal-flotta tas-sajd tal-UE fl-2013 (ibbażata fuq ir-Rapport Ekonomiku Annwali 2015 11 )

Id-Dejta għall-2013, li fuqha huwa bbażat ir-rapport ekonomiku annwali (AER) għall-2015, turi li fl-2013 il-flotta tas-sajd kienet ġeneralment profitabbli, u ġġenerat EUR 6.8 biljun fi dħul, EUR 3.4 biljun f'valur miżjud gross, EUR 506 miljun fi profitt nett u 7.8% f'marġni tal-profitt nett. Din ix-xejra pożittiva hija wkoll riflessa fl-aspettativi pożittivi mill-industrija, b' investimenti dejjem jikbru f'dawn l-aħħar snin (prinċipalment b'bastimenti tas-sajd ġodda u investimenti abbord). Madanakollu, ix-xejra ġenerali pożittiva ma tapplikax għall-flotot kollha tal-UE, minħabba li tliet flotot nazzjonali, jiġifieri dawk tal-Belġju, tal-Finlandja u tal-Portugall, akkumulaw telf fl-2013.

Dan it-titjib ġenerali fil-prestazzjoni ekonomika tal-flotta jista' jiġi spjegat bl-evoluzzjoni pożittiva fil-prezzijiet tal-ewwel bejgħ ta' ċerti speċi ta' ħut importanti, il-bidla ta' tagħmir tas-sajd li juża fjuwil b'aktar effiċjenza u bis-sostituzzjoni tal-magni (bl-appoġġ tal-FES f'ċerti każijiet), il-konsolidazzjoni tal-flotta, kif ukoll bidliet fl-attitudni tal-kumerċjalizazzjoni u tas-sajd. Il-prezzijiet tal-fjuwil baxxi u t-tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil ta' madwar 10% mill-2008 sal-2013 ikkontribwew ukoll għat-tisħiħ tal-prestazzjoni ekonomika tal-maġġoranza tal-flotot tal-UE. Dan it-tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil, li beda fi żmien meta l-fjuwil kien għadu bi prezz għoli għadu għaddej, minkejja li l-prezzijiet tal-fjuwil roħsu.

Id-dejta fl-AER turi differenzi sinjifikattivi fost ir-reġjuni (speċjalment fil-Mediterran) u fost is-segmenti tal-flotot. Il-prestazzjoni tas-Sajd max-Xatt fuq Skala Żgħira (SSCF) bdiet tiddeterjora filwaqt li l-flotot industrijali tjiebu b'mod sinjifikanti fil-perjodu ta' bejn l-2008-2013.

3.1.2.Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd.

Sal-31 ta' Mejju 2015, il-FES ikkontribwixxa għal 4 267 operazzjoni ta' waqfien permanenti (+4 % meta kkumparat mal-31 ta' Mejju 2014), b'kost pubbliku totali ta' EUR 935.81 miljun inkluż EUR 546.34 miljuni mill-FES.

L-ispejjeż għal kull operazzjoni ma jinbidlux ħafna meta kkumparat mas-sena ta' qabel. L-ispiża totali ta' kull operazzjoni tammonta għal EUR 219 313, li minnhom EUR 123 038 huma fondi tal-FES (il-ħames l-aktar għolja f'termini ta' fondi mpenjati tal-FES).

Il-figura ta' hawn fuq tinkludi numru żgħir ta' bidliet fl-operazzjonijiet (48). L-ispejjeż tal-bidliet (EUR 383 131, li jinkludu EUR 237 249 mill-FES) huma 73% ogħla minn dawk tal-iskrappjar.

3.1.3.Twaqqif temporanju tal-operazzjonijiet tas-sajd

Bħas-snin ta' qabel, it-twaqqif temporanju jibqa' l-aktar miżura użata f'termini ta' numru ta' operazzjonijiet (63 152 operazzjoni, 46.27 % tal-għadd totali). Madanakollu, f'termini relattivi, l-importanza tal-appoġġ lil waqfien temporanju naqas b'10% bejn Mejju 2014 u Mejju 2015.

L-ispejjeż medji għal kull operazzjoni jibqgħu l-anqas fil-FES (EUR 6 109 kostijiet totali, EUR 3 608 kostijiet tal-FES), u li ilhom jonqsu sa minn Lulju 2012.

3.1.4.Investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività

L-operazzjonijiet fis-selettività u abbord bastimenti tas-sajd jibqgħu t-tieni l-aktar sett ta' miżuri użati tal-FES (13 019-il operazzjoni); madankollu, l-importanza relattiva naqset minn Mejju 2013 (minn 10.8% għal 9.54%)

L-investiment totali jammonta għal EUR 509.6 miljun, b'kontribuzzjoni pubblika totali ta' EUR 210.53 miljun. Il-kontribuzzjoni tal-FES għall-parti pubblika kienet ta' EUR 121.93 miljun (3.12 % tal-impenji totali tal-FES, li żdiedu minn 2.86% fis-sena preċedenti).

L-ispiża għal kull operazzjoni kienet ta' EUR 39 143, li minnhom il-kontribuzzjoni pubblika kienet EUR 16 171 (EUR 9 366 mill-FES). Il-kontribuzzjoni privata għal kull operazzjoni kienet kbira mhux ħażin: EUR 23 000.

In-numri ta' hawn fuq jinkludu 1 509 sostituzzjoni tal-magni, u 954 sostituzzjoni tat-tagħmir. Is-sostituzzjoni tal-magni tirrapreżenta ħarira aktar minn 1% tal-għadd totali ta' operazzjonijiet, imma 0.31% biss tat-total tal-impenji tal-FES. L-ispejjeż totali għal kull operazzjoni huma ta' EUR 32 753, li minnhom, EUR 8 057 huma appoġġjati mill-FES u EUR 5890 mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali pubbliċi.

Tnax-il Stat Membru użaw din il-miżura. Franza (516), Spanja (348), il-Portugall (220), l-Italja (111), il-Greċja (102), u r-Renju Unit (92) huma responsabbli għal 99% tal-għadd totali tal-operazzjonijiet. Madanakollu, jekk wieħed jikkunsidra d-daqs tal-flotta, l-aktar tliet utenti intensivi huma l-Belġju (sostituzzjoni tal-magna ekwivalenti għal 24.39% tal-flotta), Franza (7.3%) u Ċipru (4.9%).

Rigward is-sostituzzjoni tat-tagħmir, l-ispejjeż totali għal kull operazzjoni huma inqas: L-ispejjeż totali għal kull operazzjoni huma ta' EUR 21 495, u minn dawn, EUR 4 873 huma appoġġjati mill-FES u EUR 4 600 mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali pubbliċi. B'kollox tlettax-il Stat Membru użaw din il-miżura, b'Ċipru (429), Spanja (139), il-Greċja (118), l-Italja (88) u r-Renju Unit, li jammontaw għal 80% tal-għadd totali ta' operazzjonijiet.

3.1.5.Sajd kostali fuq skala żgħira

L-operazzjonijiet favur is-sajd kostali fuq skala żgħira jibqgħu ftit; dawn jirrapreżentaw 4.21% tal-għadd totali ta' operazzjonijiet, imma 0.97% biss tal-impenji totali tal-FES. Il-kostijiet totali għal kull operazzjoni kienu ta' EUR 11 808, li minnhom EUR 9 586 kienu kontribuzzjoni pubblika. Il-parti tal-FES, EUR 6 620, hija t-tieni l-aktar baxxa wara l-waqfien temporanju. Il-kontribuzzjoni privata għal kull operazzjoni hija ta' EUR 2 222.

3.1.6.Kumpens soċjoekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta tas-sajd. 

L-għadd ta' operazzjonijiet taħt din il-miżura huwa simili ħafna għal dak preċedenti: 4.17 % tan-numru totali ta' operazzjonijiet, u 1.82 % biss mit-total tal-impenji tal-FES. L-ispiża totali għal kull operazzjoni tammonta għal EUR 36 991, li minnhom EUR 20 961 kienu koperti mill-kontribuzzjonijiet pubbliċi (EUR 12 499 mill-FES). Il-kontribuzzjoni pubblika, EUR 16 000, hija ħafna aktar ogħla milli fil-każ tas-sajd kostali fuq skala żgħira.

B'kollox, in-numru u l-kostijiet tal-operazzjonijiet taħt l-Assi 1 jikkonferma wkoll it-tnaqqis relattiv tiegħu matul is-snin.

3.2.Assi 2. Akkwakultura, sajd fl-ilmijiet interni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura:

3.2.1.Sajd Intern

L-operazzjonijiet ta' sajd intern jibqgħu ftit, fin-numru u ħafna inqas f'termini ta' kostijiet totali. Madanakollu, in-numru ta' operazzjonijiet żdiedu b'41% bejn il-31 ta' Mejju 2014 u l-31 ta' Mejju 2015. Sa mill-31 ta' Mejju 2014, kien hemm biss 1 327 operazzjoni (0.97 % tal-operazzjonijiet kollha). Dawn jammontaw għal 0.44 % tal-impenji kollha tal-FES, it-tieni l-iżgħar partita tal-impenn. Huma wkoll ir-raba' l-irħas f'termini ta' impenji tal-FES għal kull operazzjoni, li jammontaw għal EUR 12 892, li huwa anqas minn nofs l-ispiża medja tal-FES għal kull operazzjoni. L-investiment totali medju għal kull operazzjoni huwa ta' EUR 33 089, u jibqa' t-tielet l-iżgħar. Il-kontribuzzjoni pubblika nazzjonali hija taħt il-EUR 9 390 u l-kontribuzzjoni medja privata għal kull operazzjoni hija ta' EUR 10 800.

3.2.2.Akkwakultura

Kif imsemmi aktar il-fuq, il-miżuri tal-akkwakultura huma t-tieni l-akbar żoni ta' investiment għall-FES. In-numru ta' operazzjonijiet huwa relattivament żgħir (8 358 operazzjonijiet, 6.12% tat-total), imma dawn jikkonsmaw 14.33% tal-impenji tal-FES. Il-kost totali tal-operazzjoni huwa ta' EUR 186 042 (+4% meta kkumparat ma' Mejju 2014), minn dawn EUR 87 261 jikorrispondu mal-kontribuzzjonijiet privati +8.3%), EUR 31 783 jikkorispondu ma' riżorsi pubbliċi nazzjonali (+5.7%) u EUR 66 998 jikkorispondu mal-FES (-2%). L-impenji totali jammontaw għal EUR 1 554.9 miljun, li minnhom EUR 559.97 miljun huma fondi tal-FES, EUR 265.6 miljun huma kontribuzzjoni pubblika nazzjonali u EUR 729.3 miljun huma finanzjament privat.

Madwar 60% tal-operazzjonijiet jikkorispondu mal-modernizazzjoni u mal-estensjoni ta' azjendi agrikoli diġà eżistenti, 19% jikkorispondu ma' miżuri akkwa-ambjentali u 17.6% jikkorispondu mal-kapaċità tal-produzzjoni. Dawn tal-aħħar huma dawk l-operazzjonijiet li l-aktar ħadu fondi mill-FES (EUR 155 727), segwiti mill-qrib mill-imfaqas (EUR 130 802) u l-miżuri għas-saħħa tal-annimali (EUR 106 628). Il-bqija tal-miżuri huma inqas minn EUR 60 000 f'termini ta' kontribuzzjoni tal-FES.

Ewro ta' appoġġ mill-FES jiġġenera EUR 1.78 ta' riżorsi nazzjonali, li minnhom EUR 1.31 huma privati u EUR 0.47 huma pubbliċi.

3.2.3.Proċessar

Il-miżuri ta' proċessar jibqgħu l-akbar partiti tan-nefqa f'termini ta' impenji tal-FES. Mill-aħħar ta' Lulju 2012 bdiet tiżdied l-importanza relativa tal-operazzjonijiet ta’ proċessar (+37%). Għalkemm l-5 016-il operazzjoni jirrapreżentaw biss 3.68% tal-għadd totali, dawn jirrapreżentaw 17.53% tal-impenji tal-FES.

L-ispiża totali tal-operazzjonijiet tammonta għal EUR 2.39 biljun, li minnhom EUR 1.33 biljun huma riżorsi privati u EUR 1.06 biljun huma riżorsi pubbliċi, li minnhom EUR 685 miljun jikkorispondu mal-FES u l-bqija jikkorispondu ma' kontribuzzjonijiet nazzjonali pubbliċi.

L-ispejjeż totali għal kull operazzjoni jammontaw għal EUR 476 314 (darbtejn aktar minn operazjoni ta' waqfien permanenti). Il-kontribuzzjoni privata hija ta' EUR 265 822 u l-kontribuzzjoni pubblika hija ta' EUR 210 492, li minhhom EUR 136 605 huma riżorsi tal-FES (it-tielet l-akbar).

Madwar 75% tal-operazzjonijiet jikkorispondu mal-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda tal-iproċessar jew modernizazzjoni jew estensjoni ta' faċilitajiet diġà eżistenti; 20% għall-immodernizzar ta' stabbilimenti kummerċjali u l-bqija għall-kostruzzjoni ta' stabbilimenti kummerċjali. L-ispejjeż għal kull operazzjoni tal-FES jaqbżu l-EUR 160 000 għall-faċilitajiet tal-iproċessar, EUR 155 000 għall-kostruzzjoni ta' stabbilimenti kummerċjali u EUR 49 500 għall-immodernizzar ta' stabbilimenti kummerċjali.

Ewro ta' riżorsi tal-FES jiġġenera EUR 2.49 ta' kontribuzzjonijiet nazzjonali, minn dawn EUR 1.95 huma riżorsi privati u l-bqija huma pubbliċi.

3.3.Assi 3. Miżuri ta’ interess komuni.

3.3.1.Portijiet tas-sajd, siti tal-iżbark u postijiet ta' kenn

Sal-31 ta' Mejju 2015, l-FES kien qed jikkontribwixxi għall-1 702 proġetti ta' infrastruttura (1.25% tat-total). L-investimenti totali jammontaw għal EUR 815.3 miljun (+17% meta kkumparat ma' Mejju 2014), b'kontribuzzjoni pubblika ta' EUR 745 miljun (+16.5%), minn dawn EUR 435.96 miljun mill-FES (+10%).

Il-proġetti tal-infrastruttura huma l-aktar għaljin f'termini ta' investiment totali għal kull proġett (EUR 479 043), f'termini tal-finanzjament tal-FES (EUR 256 141,-6.5%), u f'termini tal-kontribuzzjoni pubblika nazzjonali (EUR 181 600 +8,4%).

3.3.2.Żvilupp ta’ swieq ġodda u kampanji promozzjonali

Sal-31 ta' Mejju 2015, filwaqt li l-għadd ta' operazzjonijiet finanzjati f'dan il-qasam kien relattivament żgħir (2 363,1.73% tat-total), dawn ikkonsmaw 3.63% tal-impenji totali tal-FES.

L-ispejjeż totali ammontaw għal EUR 245.2 miljun, minn dawn EUR 228.14-il miljun kienu kontribuzzjonijiet pubbliċi (EUR 141.73 miljun huma fondi tal-FES) u EUR 17-il miljun biss huma kontribuzzjonijiet privati.

Il-kost totali tal-operazzjoni huwa ta' EUR 103 758 (+4.2 % meta kkumparat ma' Mejju 2014), minn dawn EUR 59 979 jikorrispondu mal-FES (+2.5 %), EUR 36 570 jikkorispondu ma' riżorsi pubbliċi (+10.5 %) u EUR 7 210 (-9.8%) jikkorispondu ma' kontribuzzjonijiet privati.

3.3.3.Operazzjonijiet Pilota. 

Operazzjonijiet pilota jinkludu l-użu esperimentali ta' tekniki tas-sajd aktar selettivi bil-għan li jinkiseb u jixtered għarfien tekniku ġdid u li dan isir minn entità kompetenti maħtura speċifikament għal dan l-għan mill-Istati Membri, fi sħubija ma' entità xjentifika jew teknika.

Il-figuri sal-31 ta' Mejju 2015 għadhom modesti, 716-il operazzjoni, li jirrapreżentaw biss 0.52% tan-numru totali, li hija madanakollu żieda sinifikanti meta kkumparat mal-31 ta' Mejju 2014 (+20.5%) u li jikkunsmaw 2.64% tar-riżorsi tal-FES u 3.87% tar-riżorsi nazzjonali pubbliċi.

L-ispejjeż għal kull operazzjoni jammontaw għal EUR 234.6 miljun, li minn dawn EUR197.6 miljun huma spejjeż pubbliċi (EUR 103.2 miljun mill-FES).

Il-kostijiet totali għal kull operazzjoni huma ta' EUR 327 691, minn dawn EUR 275 976 huma pubbliċi (EUR 144 164 mill-FES, it-tieni l-akbar partita) u EUR 51 716 huma privati.

Ewro ta' riżorsi tal-FES jiġġenera EUR 1.27 tar-riżorsi nazzjonali, minn dawn 25% biss huma riżorsi privati. Dan huwa fost l-aktar baxx mill-effetti ta' lieva u b'hekk juri b'mod ċar il-bżonn ta' fondi pubbliċi sabiex tiġi promossa l-innovazjoni.

3.4.Assi 4. Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd. 

Minn Mejju 2014 sa Mejju 2015, l-implimentazzjoni tal-Assi 4 żammet il-progress rapidu tas-snin preċedenti. Il-21 Stat Membru li implimentaw l-Assi 4 għażlu l-FLAGs tagħhom u sa Mejju 2015 in-numru laħaq it-312.

Il-FLAGs u l-promoturi tal-proġetti, kif ukoll l-awtoritajiet ta' ġestjoni u l-korpi intermedjarji, kienu lkoll qegħdin jippreparaw, jagħżlu, japprovaw u jħallsu għall-proġetti b'mod attiv. Il-figuri relatati juru żieda kostanti fl-approvazzjoni tal-proġetti: filwaqt li lejn l-aħħar tal-2012 kien hemm biss 2 756 proġett magħżula fil-prattika, din il-figura żdiedet għal 6 353 proġett f'sena waħda. Din ix-xejra kompliet u sal-31 ta' Mejju 2015, kienu approvati 11 299 proġett (+28.4%), li jirrapreżentaw 8.28% tal-għadd totali ta' proġetti, u li jikkonsmaw 11.47% tal-impenji totali tal-FES.

Il-kostijiet totali fl-Assi 4 jammontaw għal EUR 912.1 miljun, minn dawn EUR 661.7 miljun huma kontribuzzjonijiet pubbliċi. L-FES ikkontribwixxa b' EUR 448.34 miljun għall-parti pubblika.

Il-kost għal kull operazzjoni jammonta għal EUR 80 728, li minn dawn EUR 22 165 huma kontribuzzjonijiet privati u EUR 58 562 huma kontribuzzjoni pubblika (EUR 39 680 mill-FES).

Ewro ta' riżorsi tal-FES jiġġenera EUR 1.03 tar-riżorsi nazzjonali, (55% privati u l-bqija pubbliċi nazzjonali).

4.L-ewwel sett ta' konklużjonijiet operazzjonali dwar il-FES għall-perjodu 2007-2013

Ir-Rapport Annwali ta' Implimentazzjoni tal-2014 jikkonferma dawn ix-xejriet li ġejjin, li jidhru b'mod ċar ukoll f'rapporti preċedenti:

It-tnaqqis gradwali matul l-aħħar snin f'appoġġ tal-FES lill-miżuri taħt l-Assi 1 (b'mod parikolari, il-waqfien temporanju u permanenti) huwa aktar prominenti fl-2014-2015. Dan jista' jiġi spjegat bil-fatturi li ġejjin: skemi tal-iskrappjar implimentati fil-passat, f'parti minnhom kienu jindirizzaw il-kapaċità żejda f'ċerti segmenti ta' flotot; is-settur għandu aktar kunfidenza fil-futur tiegħu stess minħabba fil-profitabilità aħjar ta' ċerti flotot

L-Assi 2: il-miżuri tal-akkwakultura huma t-tieni l-akbar żoni ta' investiment għall-FES wara l-iproċessar.

L-Assi 3 għadu qed jagħmel progress, għalkemm b'rata relativamment bil-mod.

L-Assi 4 qiegħed jagħmel progress rapidu u issa jirrapreżenta 11.47% tal-impenji totali tal-FES.

Meta wieħed jikkumpara s-sitwazzjoni fl-aħħar ta' Mejju 2015 u 2014, wieħed jista' josserva li għal ħafna miżuri (speċjalment l-akkwakultura, l-iproċessar, il-proġetti pilota u l-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni) il-kontribuzzjoni nazzjonali pubblika medja għal kull operazzjoni tiżdied b'rata aktar mgħaġġla milli mill-kontribuzzjoni tal-FES. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas relattiv fi skemi ta' għajnuna mill-Istat, nistgħu ngħidu li l-appoġġ nazzjonali qiegħed jiġi dirett lejn il-miżuri kofinanzjati tal-FES, iktar milli lejn l-għajnuna mill-Istat.

Hemm xi evidenza li l-kontribuzzjoni privata għal kull operazzjoni żdiedet. Minn banda, dan jistà jiġi spjegat b'nuqqas fl-intensità tal-għajnuna ta' operazzjonijiet appoġġjati mill-FES, speċjalment f'setturi profitabbli ta' attività (b'mod speċjali l-akkwakultura u l-ipproċessar), li jista' jkun konsistenti bil-konsolidament fiskali matul l-aħħar snin.

Kemm l-impenji u kif ukoll in-nefqa ċċertifikata fil-livell tal-Istati Membri tjiebu, imma għadhom taħt il-livell mistenni qabel it-tmiem tal-implimentazzjoni tal-FES. Sal-31 ta' Mejju 2015, aktar minn 9% tal-allokazzjoni tal-FES (madwar EUR 394 miljun) kienu għadhom ma ġewx impenjati; dan kien juri l-bżonn urġenti li jitħaffu l-pagamenti, sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-fondi kollha disponibbli sad-data ta' skadenza (31 ta' Diċembru 2015).


L-EŻEKUZZJONI FINANZJARJA TAL-FES MILL-KUMMISSJONI FIR-REĠJUNI TA' KONVERĠENZA U DAWK LI MHUMIEX

Pajjiż

Deċiżi
a

Impenjati
b

Imħallsa
c

%
(b) / (a)

%
(c) / (a)

Il-Belġju

Perjodu 2007-2013

26 261 648

26 261 648

19 168 499.99

100 %

72.99 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

3 312 272.66

Il-Bulgarija

Perjodu 2007-2013

62 783 169

62 783 169

40 409 056.31

100 %

64.36 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

9 986 093.35

Ir-Repubblika Ċeka

Perjodu 2007-2013

27 106 675

27 106 675

19 509 468.35

100 %

71.97 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

0.00

Id-Danimarka

Perjodu 2007-2013

133 675 169

133 675 169

83 947 337.37

100 %

62.80 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

703 841.35

Il-Ġermanja

Perjodu 2007-2013

132 253 458

132 253 458

93 631 371.14

100 %

70.80 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

11 800 128.31

L-Estonja

Perjodu 2007-2013

84 568 039

84 568 039

69 771 197.49

100 %

82.50 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

15 434 669.72

l-Irlanda

Perjodu 2007-2013

42 266 603

42 266 603

33 467 120.83

100 %

79.18 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

0.00

Il-Greċja

Perjodu 2007-2013

202 554 357

202 554 357

152 710 751.91

100 %

75.39 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

7 010 048.52

Spanja

Perjodu 2007-2013

1 055 250 968

1 055 250 968

849 911 777.01

100 %

80.54 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

183 145 255.98

Franza

Perjodu 2007-2013

207 096 020

207 096 020

155 655 960.43

100 %

75.16 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

24 039 286.49

Il-Kroazja

Perjodu 2007-2013

8 700 000

8 700 000

2 175 000.00

100 %

25.00 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

0.00

L-Italja

Perjodu 2007-2013

387 646 899

387 646 899

288 717 023.71

100 %

74.48 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

47 721 421.32

Ċipru

Perjodu 2007-2013

19 724 418

19 724 418

18 541 677.89

100 %

94.00 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

2 995 629.13

Il-Latvja

Perjodu 2007-2013

125 015 563

125 015 563

118 634 206.03

100 %

94.90 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

16 211 375.11

Il-Litwanja

Perjodu 2007-2013

54 713 408

54 713 408

45 722 592.94

100 %

83.57 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

5 928 308.26

Il-Lussemburgu

Perjodu 2007-2013

0

0

0.00

0,00 %

0.00 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

0.00

L-Ungerija

Perjodu 2007-2013

34 743 470

34 743 470

28 805 751.06

100 %

82.91 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

3 149 813.47

Malta

Perjodu 2007-2013

8 372 329

8 372 329

6 254 113.69

100 %

74.70 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

1 760 768.20

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Perjodu 2007-2013

43 282 778

43 282 778

27 186 099.98

100 %

62.81 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

0.00

L-Awstrija

Perjodu 2007-2013

5 249 497

5 249 497

4 996 352.10

100 %

95.18 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

274 079.34

Il-Polonja

Perjodu 2007-2013

734 092 574

734 092 574

522 607 848.80

100 %

71.19 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

132 430 235.90

Il-Portugall

Perjodu 2007-2013

225 864 267

225 864 267

175 162 077.61

100 %

77.55 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

29 046 260.61

Ir-Rumanija

Perjodu 2007-2013

178 273 115

178 273 115

112 008 165.34

100 %

62.83 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

24 331 634.79

Is-Slovenja

Perjodu 2007-2013

21 640 283

21 640 283

18 617 242.85

100 %

86.03 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

5 135 416.12

Is-Slovakkja

Perjodu 2007-2013

12 868 797

12 868 797

9 637 369.63

100 %

74.89 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

1 333 295.86

Il-Finlandja

Perjodu 2007-2013

38 491 347

38 491 347

31 131 452.69

100 %

80.88 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

3 702 853.12

L-Iżvezja

Perjodu 2007-2013

54 638 257

54 638 257

40 709 427.72

100 %

74.51 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

5 542 368.16

Ir-Renju Unit

Perjodu 2007-2013

129 620 927

129 620 927

94 591 015.74

100 %

72.98 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

32 251 658.18

Total

Perjodu 2007-2013

4 056 754 035

4 056 754 035

3 063 679 958.61

100 %

75.52 %

Sena finanzjarja: 2014

0

0

567 246 713.95

(1) L-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, ĠU L 120, 15.8.2006.
(2) Tabella I. L-eżekuzzjoni finanzjarja fir-reġjuni ta’ konverġenza.Tabella II. L-eżekuzzjoni finanzjarja fir-reġjuni mhumiex ta’ konverġenza.Tabella III. L-eżekuzzjoni finanzjarja fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk li mhumiex. Tabella IV. L-ammonti pprogrammati tal-FES skont l-assijiet prijoritarji u skont l-Istat Membru.Tabella V. In-nefqa ċċertifikata tal-FES skont l-assi prijoritarju u skont l-Istat Membru.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (EU) 2015/895 tat-2.02.2015, li jissupplimenta r-Regolament (EU) No 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-EMFF rigward dispożizzjonijiet tranżitorji. ĠU L 147/1
(4) Ir-Regolament (EU) Nru 1303/2013 jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR, il-FSE, il-FK, il-FAEŻR u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 ĠU L 347, 20.12.2013.
(5) Din il-figura tikkorispondi mal-allokazzjoni inizjali fl-2007. Meta l-impenji kkanċellati huma kkunsidrati (EUR 256.9 miljun sal-31/12/2014), ir-rata tal-impenji tiżdied għall-96.3% tal-allokazzjoni modifikata tal-FES.
(6) Assi 1. Miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.
Assi 2. Akwakultura, sajd fl-ilmijiet interni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:
Assi 3. Miżuri ta’ interess komuni.
Assi 4. Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd
(7) Ir-Regolament (EC) No 1263/1999 , dwar l-Instrument Finanzjajru għall-Gwida tas-Sajd, OJ L 161, 26.06.1999
(8) Ir-Regolament (EU) Nru 508/2014 dwar il- Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (EMFF), ĠU L 149/1, 15.05.2014
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru  1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), ĠU L 277, 21.10.2005.
(10) Għal ħarsa ġenerali kompleta lejn l-irregularitajiet irraportati, marbuta mal-FES, ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2015) 156 finali (paġni 44-47), Statistical evaluation of irregularities reported for 2014 (Evalwazzjoni statistika tal-irregolaritajiet irrapportati fl-2014) li jakkumpanja r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Rapport Annwali tal-2014 tal-ġlieda kontra l-frodi 2014, COM (2015) 386 finali.
(11) Id-dejta miġbura mill-Istati Membri taħt il-Qafas għall-Ġbir Ta' Dejta għandha perjodu latenti ta' sentejn.
Top