EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XX0325(02)

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – Deutsche Bahn I (AT.39678) – Deutsche Bahn II (AT.39731)

OJ C 86, 25.3.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/3


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Deutsche Bahn I (AT.39678)

Deutsche Bahn II (AT.39731)

2014/C 86/03

1.

Fit-13 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni bdiet proċediment skont l-Artikou 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra Deutsche Bahn AG u s-sussidjarji tagħha DB Energie GmbH, DB Mobility Logistics AG, DB Fernverkehr AG u DB Schenker Rail Deutschland AG (flimkien magħrufa bħala “il-Grupp DB”).

2.

Ġiet adottata valutazzjoni preliminari mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2013 skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u ġiet innotifikata lill-Grupp DB fl-istess jum. Fil-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ddeskriviet it-tħassib tagħha tal-kompetizzjoni rigward ksur possibbli mill-Grupp DB tal-Artikoli 102 TFUE. Dan it-tħassib marbut ma' pressjoni fuq il-marġni potenzjali maħluqa mis-sistema ta' pprezzar tal-Grupp DB għall-kurrent tat-trazzjoni, kif ukoll ir-roħs tagħha, fis-swieq għall-għoti ta' servizzi għall-ġarr ta' merkanzija bil-ferrovija u għat-trasport ta' passiġġieri f'distanzi twal fil-Ġermanja.

3.

Fit-23 ta’ Lulju 2013, il-Grupp DB ressaq impenji sabiex jissodisfaw it-tħassib tal-Kummissjoni. Fil-15 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni ppubblikat notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti taqsira tal-każ, tal-impenji u tistieden lil partijiet terzi sabiex iressqu l-kummenti dwar il-proposta (3).

4.

Wara li l-Kummissjoni infurmat lill-Grupp DB dwar il-kummenti li rċeviet minn 13-il parti terza interessata wara l-pubblikazzjoni tal-avviż, il-Grupp DB ressaq proposta ta' impenn emendata.

5.

Fid-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tagħmel vinkolanti l-impenji li offruti mill-Grupp DB u tikkonkludi li fid-dawl tal-impenji offruti, ma għadx hemm raġunijiet għall-azzjoni min-naħa tagħha, u għalhekk il-proċedimenti dwar dan il-każ għandhom jintemmu.

6.

Jien ma rċevejt ebda talba jew ilment mingħand l-ebda parti fil-proċedimenti f'dan il-każ (4). Fid-dawl ta’ dan, jien nikkunsidra li l-eżerċiżżju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġie rispettat.

Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikolu 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u dwar it-termini ta’ referenza ta’ uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(3)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każijiet AT.39678 Deutsche Bahn I, AT.39731 Deutsche Bahn II u AT.39915 Deutsche Bahn III, ĠU C 237, 15.8.2013, p. 28.

(4)  Skont l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti li joffru impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura sabiex ikun żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom.


Top